RAPPORT dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza
9.9.2009 - (12951/2009– C7-0130/2009 – 2009/2046(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jutta Haug
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza
(12951/2009 – C7‑0130/2009 – 2009/2046(BUD))
The European Parliament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solda[3],
– wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Ġunju 2009 (SEC2009/0827),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta’ Settembru 2009 (12951 /2009 – C7‑0130/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0009/2009),
A. billi l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta’ EUR 109.4 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet relatati mal-effetti tal-maltempata li laqtet lil Franza f’Jannar 2009,
B. billi l-iskop tal-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009 huwa li jiddaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarji fil-baġit 2009,
1. Jinnota l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009, li huwa r-raba' baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE;
2. Jieħu nota li l-finanzjament tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE se jkun ipprovdut mill-Kapitolu 1 4 tad-Dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna r-Riżorsi proprji bbażati fuq id-Dħul Gross Nazzjonali skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, EURATOM sabiex jiġi ffinanzjat il-Kapitolu 13 06 tal-Baġit 2009 li jikkonċerna l-Fond ta’ Solidarjetà;
3. Japprova l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009 mingħajr emendi;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozzi preliminari ta’ baġit ta’ emenda f’”ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew mhux mistennija”.
Fir-rigward tal-punti differenti tal-abbozzi ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009, ir-rapporteur kellha dawn il-kummenti:
1. Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà
Fit-22 ta’ Ġunju 2009 l-Kummissjoni Ewropea pproponiet Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà, li hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.
Il-kundizzjonijiet għall-eliġibilità għall-Fond huma spjegati fil-Punt 26 tal-IIA kif ukoll fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2012/2002 li jistabbilixxi il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-għan tal-Fond mhuwiex il-kumpens għal danni li persuni privati jsofru iżda biex tissewwa l-infrastruttura u li jkun strument ta’ finanzjament mill-ġdid.
Id-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni hija suġġetta għal rapport parallel mill-President, li japprova d-deċiżjoni. Wieħed għandu jqis ukoll li matul il-Baġit 2009 l-Fond kien mobilizzat darba favur ir-Rumanija (EUR 11.8 miljuni).
Issa l-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza il-Fond ta’ Solidarjetà għal ammont totali ta’ EUR 109.4 miljuni favur Franza, peress li dan il-pajjiż intlaqat mill-maltempata qalila “Klaus” f’Jannar 2009.
L-ammont totali annwali tal-Fond ta’ Solidarjetà huwa ffissat għal EUR 1 biljun fl-IIA ta’ Mejju 2006. Wara l-għoti tal-kumpens lil Franza se jifdal tal-anqas 25% tal-EUSF għall-allokazzjoni matul l-aħħar tliet xhur tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-regolament li jistabbilixxi l-EUSF.
Wieħed għandu jiftakar li fis-17 ta’ Lulju 2008, waqt seduta ta’ Konċiljazzjoni, il-Parlament u l-Kunsill stqarrew f’Dikjarazzjoni Komuni li huma “jilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni li tgħid li, minn issa ’l quddiem, kull Abbozz Preliminari ta’ Baġit ta’ Emenda meħtieġ mill-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà se jkun biss għal dak il-għan.”
Dan huwa r-raba’ baġit ta’ emenda - minn dik id-dikjarazzjoni – li jqis biss il-mobilizzazzjoni tal-EUSF.
Ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjoni il-proposta tal-Kummissjoni peress li hija konformi mal-impenn tagħha meħud fis-17 ta’ Lulju 2008.
2. Finanzjament
Il-Kummissjoni tipproponi li talloka l-ammont ta’ EUR 109.4 miljuni mill-Kapitolu 1 4 tad-Dħul tal-Baġit Ġenerali li jikkonċerna r-Riżorsi proprji bbażati fuq id-dħul gross nazzjonali skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, EURATOM sabiex jiġi ffinanzjat il-Kapitolu 13 06 tal-Baġit 2009 li jikkonċerna l-Fond ta Solidarjetà. Il-krediti għall-mobilizzazzjoni tal-EUSF huma krediti ġodda. Il-Proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedi l-ebda tnaqqis f’xi linja baġitarja oħra taħt l-Intestatura 1b (Tkabbir sostenibbli – Koeżjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi) favur l-Intestatura 3b (Ċittadinanza) tal-MFF, kif inhuwa ġeneralment il-każ għall-interventi tal-Fond ta’ Solidarjetà.
Ir-Rapporteur tinnota l-kummenti fl-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali lill-President tal-Kumitat għall-Baġits li biha r-REGI jiddikkjara li huwa favur il-mobilizzazzjoni tal-EUSF.
Ir-rapporteur tipproponi li l-Abbozz tal-Baġit ta’ Emenda 2009 jiġi aċċettat.
PROĊEDURA
Titolu |
Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza |
|||||||
Referenzi |
12951/2009– C7-0130/2009 – 2009/2046(BUD) |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG0.0.0000
|
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
|
|
|
|
|||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jutta Haug 24.1.2008 |
|||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|||||||
Data tal-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda stabbilita mill-Kunsill |
8.9.2009 |
|||||||
Data tal-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda ppreżentata mill-Kunsill |
9.9.2009 |
|||||||
Eżami fil-kumitat |
2.9.2009 |
|
|
|
|
|||
Date adopted |
2.9.2009 |
|||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 1
|
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Reimer Böge, Giovanni Collino, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Barbara Matera, Nadezhda Mihaylova, László Surján, Francesca Balzani, Andrea Cozzolino, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Estelle Grelier, Jutta Haug, Jiří Havel, Ivaylo Kalfin, Vladimír Maňka, Alexander Alvaro, Ivars Godmanis, Carl Haglund, Sergej Kozlík, Helga Trüpel, Jacek Włosowicz, Miguel Portas, Vladimír Remek, Claudio Morganti, Daniël van der Stoep, Angelika Werthmann. |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Frederic Daerden, Cătălin Sorin, Ivan, Riikka Manner. |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
|
|
|||||||
Data tat-tressiq |
9.9.2009 |
|||||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)
|
... |
|||||||