Proċedura : 2009/2050(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0010/2009

Testi mressqa :

A7-0010/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2009 - 5.7
CRE 15/09/2009 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0012

RAPPORT     
PDF 153kWORD 103k
9.9.2009
PE 427.072v02-00 A7-0010/2009

dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009: Europol, Eurojust, OLAF

(12952/2009 – C7‑0131/2009 – 2009/2050(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jutta Haug

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS I
 PROCEDURA

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Europol, Eurojust, OLAF

(12952/2009– C7‑0131/2009 – 2009/2050(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3),

- wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Lulju 2009 (COM(2009)0337),

- wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta’ Settembru 2009 (12952 /2009 – C7‑0131/2009),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0010/2009),

A. billi l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8 għall-Baġit Ġenerali 2009 jkopri:

- żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta’ monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi tal-annimali li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa pubblika konnessi ma’ fattur estern,

- il-holqien ta' partita fil-bagit "Operazzjoni tal-programmi Supplementari HFR tar-reattur ta' fluss għoli (HFR)",

- il-ħolqien ta' partita fil-baġit bl-isem Uffiċju Ewropew tal-Pulizija – l-ispejjeż tat-tranżizzjoni,

- rinforz tas-sussidju Komunitarju għall-Eurojust,

- modifika ghall-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF,

B. billi l-iskop tal-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2009 huwa li jiddaħħlu formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit 2009,

1.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2009 wara r-riżultati tat-trijalogu tal-1 ta’ Settembru 2009(4);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)

GU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)

Ara Anness I.


NOTA SPJEGATTIVA

Abbozz Preliminari tal-Budġit ta' Emenda (PDAB) Nru 8 għas-sena 2009 jkopri l-elementi segwenti:

- L-ilsien ikħal - Żieda ta' EUR 49 340 000  fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-partita ta' baġit 17 04 01 01 Eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta' monitoraġġ u monitoraġġ tal-kundizzjonijiet fiżiċi tal-annimali li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa pubblika konnessi ma' fattur estern – Miżuri godda. Din iż-żieda hija intiża biex issaħħaħ il-baġit għall-eradikazzjoni tal-marda tal-ilsien ikħal.

HFR - Il-ħolqien tal-partita tal-baġit 10 04 04 02 Tħaddim ta' reattur ta’ flussi għoljin (high-flux reactor - HFR) – Programmi HFR supplimentari (2009-2011), b'"p.m."

 - 

- EUROPOL - Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet il-ħolqien ta' partita tal-baġit 18 05 02 03 Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – kostijiet ta’ transizzjoni, li se jingħata l-ammont ta' EUR 1 250 000 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jittieħdu mill-artikolu tal-baġit 18 05 09 Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

- EUROJUST - Rinforz tas-sussidju tal-Komunità għall-EUROJUST ta' EUR 3 900 000, li minnhom huwa propost li EUR 1 600 000 jkunu koperti bi dħul assenjat li jkun ġej mill-irkupru tas-surplus tal-EUROJUST għas-sena finanzjarja 2008. B'hekk it-talba għal approprjazzjonijiet ġodda ta' impenn f'dan il-baġit li jagħmel l-emendi tammonta għal EUR 2 300 000. L-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti se jiġu mill-artikolu 18 06 07 Programm tal-Ġustizzja Ċivili.

- OLAF - Modifiki għall-pjan ta' stabbiliment tal-OLAP, mingħajr dispożizzjonijiet finanzjarji addizjonali.

L-impatt finanzjarju nett ta' dan il-baġit li jemenda huwa ta' EUR 51 640 000 f'impenji ġodda, mingħajr ebda talba ġdida għal approprjazzjonijiet ta' pagament.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

L-ilsien ikħal - Il-Kummissjoni tipproponi impenji addizjonali ta' EUR 49 340 000 għat-taqbida kontra l-marda tal-ilsien ikħal. Dawn l-approprjazzjonijiet se jkopru l-kostijiet inkorsi mill-Istati Membri għat-tilqim ta' emerġenza, kif dispost fid-Deċiżjoni 90/424/KEE (nefqa tassattiva), oltre l-ammont ta' EUR 62 miljun inkluż fil-baġit 2009. L-ammont totali għall-2009 b'hekk se jkun ta' EUR 111 340 000, filwaqt li fl-2008 kien ta' EUR 130 000 000.

L-ammont propost huwa msejjes fuq analiżi tal-eżekuzzjoni mgħoddija u valutazzjoni tas-sitwazzjoni kurrenti. Huwa pjuttost iżgħar minn kemm stmat il-Kummissjoni fl-Ittra ta' Emenda nru 2 għall-PDB 2009. Ma huma proposti l-ebda approprjazzjoni ta' pagament addizjonali.

Il-prevenzjoni tat-tifrix tal-marda tal-ilsien ikħal permezz tat-tilqim tal-popolazzjoni tal-bhejjem relevanti huwa l-aktar mezz effiċjenti f'termini ta' kostijiet biex tiġi kkumbattuta l-marda. L-approprjazzjonijiet proposti jidhru li huma ġġustifikati tajjeb u jikkorrispondu mal-ħtiġiet reali.

Ir-rapporteur huwa għalhekk favorevoli għal din il-partita tal-baġit abbozzat emendat.

HFR - Il-ħolqien tal-partita tal-baġit 10 04 04 02 Tħaddim ta' reattur ta’ flussi għoljin (high-flux reactor - HFR) – Programmi HFR supplimentari (2009-2011), b'"p.m."

Fid-19 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta programm ta' riċerka supplementari ta' tliet snin li kellu jimplimentah iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (2004-2006) dwar it-tħaddim tar-Reattur ta' Fluss Għoli (l-HFR) tal-Komunità li jinsab f’Petten (l-Olanda). Il-Programm ġie estiż għal sena waħda, u t-tħaddim tal-HFR baqa' għaddej matul l-2008 mingħajr programm ta' rikerka supplementari, waqt li saru sforzi biex it-tħaddim u l-isfruttament jissejsu fuq reġim legali indipendenti u ta' durata itwal.

Peress li dawn l-isforzi ma rnexxewx, kien meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju kontinwat skont programm ta' riċerka supplementari ġdid. Il-programm ġdid ta' riċerka supplementari fuq it-tħaddim tar-reattur ta’ fluss għoli f’Patten (HFR) ġie adottat għal perijodu ta' tliet snin, li bdew fl-1 ta' Jannar 2009.

Ma kienx possibbli fi żmien il-proċedura baġitarja 2009 li jkun previst meta se tittieħed din id-deċiżjoni u l-ebda punt baġitarju ma ġie inkluż għaliha fl-2009. Bl-evoluzzjoni fit-taħdit, kien possibbli li jsir pjan għal dan il-programm fl-Abbozz tal-Baġit Preliminari. B'danakollu, issa tqies għall-2009.

F'dan il-programm supplementari hemm indikat li l-kontribut għandu jiġi minn tliet Stati Membri parteċipanti, jiġifieri l-Olanda, Franza u l-Belġju, bħala l-kontributi finanzjarji magħmulin lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea bħala dħul assenjat.

Il-Kummissjoni ma hijiex se tikkontribwixxi għall-kost tat-tħaddim tal-HFR b'fondi mill-baġit tagħha. B'danakollu, il-Kummissjoni jeħtieġ li toħloq "punt ta' dħul" għal dan il-programm b'annotazzjoni nomali "p.m." fuq il-partita l-ġdida tal-baġit 10 04 04 02 Tħaddim ta' reattur ta’ flussi għoljin (high-flux reactor - HFR) – Programmi HFR supplimentari (2009-2011).

In vista tas-sors tal-finanzjament, ir-Rapporteur huwa favorevoli għal dan il-punt fuq l-baġit abbozzat emendat.

EUROPOL Il-ħolqien tal-partita tal-baġit 18 05 02 03 Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – kostijiet ta’ tranżizzjoni.

Din il-partita se jingħatalha l-ammont ta' EUR 1 250 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Dawn l-approprjazzjonijiet se jittieħdu mill-artikolu tal-baġit 18 05 09 Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

Skont it-termini tal-artikolu 60, paragrafu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill(1) li jistabbilixxi l-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), il-baġit tal-Unjoni għall-2009 għandu jiffinanzja parti mill-kostijiet tranżitorji tat-trasformazzjoni tal-EUROPOL f'aġenzija tal-UE kompletament deċentralizzata. Il-Kummissjoni tipproponi li EUR 1 250 000 minn total ta' EUR 1 337 000 jkunu ffinanzjati permezz ta' AB 8/2009.

Il-Kummissjoni tat aktar spegazzjonijiet lir-Rapporteur dwar l-ispejjeż tranżizzjonali li se jkunu ffinanzjati mill-Baġit Ewropew. Barra minn hekk, saret laqgħa trijaloga fl-1 ta’ Settembru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA), fosthom il-finanzjament tal-integrazzjoni tal-EUROPOL fil-Baġit tal-UE (li l-effetti tagħha huma simili għal dawk ta’ twaqqif ta’ aġenzija ġdida). Il-konklużjonijiet tat-Trijalogu kienu sodisfaċenti(2).

Għalhekk ir-Rapporteur jaqbel ma’ dan il-punt tal-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda 8/2009.

EUROJUST - Rinforz tas-sussidju tal-Komunità għall-EUROJUST ta' EUR 3 900 000, li minnhom huwa propost li EUR 1 600 000 jkunu koperti bi dħul assenjat li jkun ġej mill-irkupru tas-surplus tal-EUROJUST għas-sena finanzjarja 2008. B'hekk it-talba għal approprjazzjonijiet ġodda ta' impenn f'dan il-baġit li jagħmel l-emendi tammonta għal EUR 2 300 000. L-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti se jiġu mill-artikolu 18 06 07 Programm tal-Ġustizzja Ċivili.

Il-Kummissjoni tipproponi li żżid is-sussidju lill-EUROJUST b'EUR 3.9 miljuni, biex tirrispondi għall-ħtiġiet ġodda li l-aġenzija qed tiffaċċja f'dak li għandu x'jaqsam ma'

-  żieda fil-persunal (EUR 1.24 miljun),

-  ħtiġiet ta' bini/sigurtà ġejjin mill-ġarr lejn bini ġdid - HV1 (EUR 1.75 miljun), u

-  ħtiġiet operazzjonali ġejjin minn żieda fl-attivitajiet tagħha (EUR 0.91 miljun).

Il-Kummissjoni tqis li EUR 1.6 miljun jistgħu jkunu ffinanzjati bid-dħulijiet assenjati, u b'hekk jifdal EUR 2.3 miljun biex ikunu iffinanzjati b'approprjazzjonijiet ġodda (EUR 1.39 miljun għal 18 06 04 01 Sussidju skont it-titoli 1 u 2, u EUR 0.91 miljun għal 18 06 04 02 - Sussidju skont it-titolu 3). Dan l-ammont se jkun iffinanzjat skont il-marġini disponibbli fl-Intestatura 3a. L-approprijazzjonijiet ta' pagament se jkunu ffinanzjati għalkollox bl-użu mill-ġdid mill-artikolu 18 06 07 tal-programm tal-Ġustizzja Ċivili.

F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rapporteur jaqbel ma' din il-partita tal-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda.

OLAF - Il-pjan ta’ stabbiliment propost jimplika l-allokazzjoni ta’ 12-il post AD11 addizzjonali mingħajr provvediment finanzjarju, li diġa jirriżulta fit-tnaqqis tal-għadd ekwivalenti ta' postijiet temporanji AD11 mill-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda 2010.

Ir-rapporteur huwa favorevoli għal dan l-adattament fil-pjan ta' stabbiliment tal-OLAF.

(1)

"5. Proporzjon tal-kostijiet ta' tranżizzjoni inkorsi mill-Europol fit-tħejjija għall-qafas finanzjarju l-ġdid mis-sena ta' qabel l-ewwel sena baġitarja wara d-data tal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni se jiġu sostnuti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament ta' dawk il-kostijiet jistghu jieħdu l-forma ta' ghotja tal-Komunita."

(2)

Ara Anness I: Sommarju u konklużjonijiet tat-trijalogu tal-1 ta’ Settembru 2009


ANNESS I

TRIJALOGU TAL-1 TA' SETTEMBRU 2009

Sommarju ta’ konklużjonijiet

Skont l-Artikolu 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar dan li ġej:

-         abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fil-programmar finanzjarju tagħha, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw li l-finanzjament tal-Europol bħala Aġenzija Komunitarja jista’ jiġi żgurat fl-ambitu tal-limitu massimu tan-nefqa tas-sottointestatura 3a tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali (MFF) għall-perjodu 2007-2013; l-ammont annwali se jiġi stabbilit fil-qafas ta’ kull proċedura annwali tal-baġit;

-         abbażi tal-abbozz preliminari ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2009 ippreżentat mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaċċettaw l-ispejjeż ta’ tranżizzjoni ta’ EUR 1.250 Miljun fis-sena 2009, koperti minn allokazzjonijiet mill-ġdid fi ħdan is-sottointestatura 3a tal-MFF 2007-2013.

-         il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli tippreżenta abbozz ta’ linji gwida komuni sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 47 tal-IIA.

________________________


PROCEDURA

Titolu

Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Europol, Eurojust, OLAF

Referenzi

12952/2009– C7-0131/2009 – 2009/2046(BUD)

Kumitat responsabbli

  Data tat-thabbir fis-seduta plenarja

BUDG0.0.0000

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Jutta Haug

24.1.2008

Rapporteur(s) precedenti

 

Data tal-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda stabbilita mill-Kunsill

8.9.2009

Data tal-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda mogħtija mill-Kunsill

9.9.2009

Eżami fil-kumitat

2.9.2009

 

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.9.2009

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

1

Membri prezenti ghall-votazzjoni finali

Damien Abad, Reimer Böge, Giovanni Collino, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Barbara Matera, Nadezhda Mihaylova, László Surján, Francesca Balzani, Andrea Cozzolino, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Estelle Grelier, Jutta Haug, Jiří Havel, Edit Herczog, Ivaylo Kalfin, Vladimír Maňka, Alexander Alvaro, Ivars Godmanis, Carl Haglund, Sergej Kozlík, Helga Trüpel, James Elles, Jacek Włosowicz, Miguel Portas, Vladimír Remek, Claudio Morganti, Daniël van der Stoep, Angelika Werthmann.

Sostitut(i) prezenti ghall-votazzjoni finali

Frederic Daerden, Cătălin Sorin Ivan, Georgios Stavrakakis, Cristian Silviu Buşoi, Riikka Manner.

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

 

Data tat-tressiq

9.9.2009

Kummenti (disponibbli b'lingwa wahda biss)

 

...

Avviż legali - Politika tal-privatezza