RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/.../ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali

1.10.2009 - (8535/2009 – C7‑0205/2009 – 2009/0802(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Renate Weber


Proċedura : 2009/0802(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0011/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/.../ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti ta' eżerċiżżju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali

(8535/2009 – C7‑0205/2009 – 2009/0802(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja (8535/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) u l-Atikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0205/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0011/2009/2009),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju tal-Iżvezja b’mod sostanzjali;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex ma jadottax l-inizjattiva formalment qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona sabiex jilħaq ikun iffinalizzat l-att finali u jkunu żgurati l-irwol sħiħ u l-kontroll sħiħ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni u tal-Parlament (Protokoll tat-Trattat ta' Liżbona dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali). F'dan il-każ, jimpenja ruħu li jqis kull proposta ulterjuri fil-qafas tal-proċedura ta' urġenza;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka, u tar-Renju tal-Iżvezja.

Emenda  1

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 4

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(4) Għandu jkun hemm konsultazzjonijiet diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli u li jiġu evitati ħela ta' ħin u ta' riżorsi tal-awtorità kompetenti kkonċernata. Soluzzjoni effettiva bħal dik tista' notevolment tikkonsisti fil-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, pereżempju permezz tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali. Din tista' tikkonsisti wkoll fi kwalunkwe pass ieħor li jippermetti li jiġu trattati b'mod effiċjenti u raġonevoli dawk il-proċedimenti, inkluż fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ħin, pereżempju permezz ta' riferiment tal-każ lill-Eurojust meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux kapaċi jilħqu kunsens. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjoni ta' ġbir tal-evidenza li tista' tiġi influwenzata mill-proċedimenti paralleli li jkunu għaddejjin.

(4) Għandu jkun hemm konsultazzjonijiet diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħaq kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli u li jiġu evitati ħela ta' ħin u ta' riżorsi tal-awtorità kompetenti kkonċernata. Soluzzjoni effettiva bħal dik tista' notevolment tikkonsisti fil-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed, pereżempju permezz tat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali. Din tista' tikkonsisti wkoll fi kwalunkwe pass ieħor li jippermetti li jiġu trattati b'mod effiċjenti u raġonevoli dawk il-proċedimenti, anke fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ħin. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-kwistjoni ta' ġbir tal-evidenza li tista' tiġi influwenzata mill-proċedimenti paralleli li jkunu għaddejjin.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferiment tal-każ lill-Eurojust ma għandux jiġi meqjus bħala għażla jew l-aħħar riżors.

Emenda  2

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 7

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(7) Awtorità kompetenti li ġiet ikkuntattjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor għandu jkollha obbligu ġenerali li twieġeb għat-talba ppreżentata. L-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt hija mħeġġa li tistabbilixxi skadenza li fiha l-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb, jekk ikun possibbli. Is-sitwazzjoni speċifika ta' persuna mċaħħda mil-libertà għandha tiġi kkunsidrata bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċedura tal-kuntatt.

(7) Awtorità kompetenti li ġiet ikkuntattjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor għandha twieġeb għat-talba ppreżentata sad-data tal-iskadenza stabbilita. Is-sitwazzjoni speċifika ta' persuna mċaħħda mil-libertà għandha tiġi kkunsidrata bis-sħiħ mill-awtoritajiet kompetenti matul il-proċedura tal-kuntatt.

Ġustifikazzjoni

It-tweġiba min-naħa tal-awtorità kompetenti li tkun ġiet ikkunttatjata ma għandhiex titqies bħala "obbligu ġenerali" iżda pjuttost bħala dmir mandatorju. Għal dan il-għan għandha tiġi stabbilita data ta' skadenza skont id-deċiżjoni qafas.

Emenda  3

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 8

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(8) Il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun il-prinċipju prinċipali ta' kooperazzjoni stabbilit taħt id-Deċiżjoni Qafas. L-Istati Membri għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu liema awtoritajiet huma kompetenti biex jaġixxu skont din id-Deċiżjoni Qafas, f'konformità mal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali nazzjonali, bil-kondizzjoni li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza li jintervjenu u jiddeċiedu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha.

(8) Il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-involviment tal-Eurojust għandhom ikunu l-prinċipji prinċipali ta' kooperazzjoni stabbiliti skont id-Deċiżjoni Qafas.

Ġustifikazzjoni

L-Eurojust għandu jingħata rwol prinċipali li jirrifletti l-pożizzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI. Minħabba l-importanza ta' kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni, li huma kkonċernati f'dan il-kuntest, l-awtoritajiet ġuridiċi biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  4

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 9

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(9) Meta jkunu qed ifittxu li jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli li jkunu qed jitmexxew f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li kull każ huwa speċifiku u jagħtu konsiderazzjoni għall-fatti u l-merti kollha tiegħu. Sabiex jintlaħaq kunsens, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsidraw kriterji rilevanti, li jistgħu jinkludu dawk stabbiliti fil-Linji Gwida li kienu ppublikati fir-Rapport Annwali tal-Eurojust tal-2003 u li tfasslu għall-ħtiġijiet tal-prattikanti, u jqisu pereżempju l-post fejn seħħet il-parti ewlenija tal-kriminalità, il-post fejn iġġarrbet il-maġġoranza tat-telf, il-post fejn tinsab il-persuna suspettata jew akkużata u l-possibbiltajiet biex jiġi żgurat iċ-ċediment jew l-estradizzjoni tagħha lejn ġurisdizzjonijiet oħra, in-nazzjonalità jew residenza tal-persuna suspettata jew akkużata, l-interessi sinifikanti tal-persuna suspettata jew akkużata, l-interessi sinifikanti tal-vittmi u x-xhieda, l-ammissibbiltà tal-evidenza jew kwalunkwe dewmien li jista' jseħħ.

(9) Meta jkunu qed ifittxu li jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli li jkunu qed jitmexxew f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li kull każ huwa speċifiku u jagħtu konsiderazzjoni għall-fatti u l-merti kollha tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji li jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni għandhom ikunu stabbiliti b'mod ċar u jkun aħjar jekk jiġu mdaħħla fit-test prinċipali tad-deċiżjoni Qafas milli fi Premessa.

Emenda  5

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 16

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(16) Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex twassal għal burokrazija indebita f'każijiet fejn għall-problemi indirizzati huma disponibbli għażliet aktar xierqa. B'hekk f'sitwazzjonijiet fejn jeżistu strumenti jew arranġamenti aktar flessibbli bejn l-Istati Membri, dawk għandhom jipprevalu fuq din id-Deċiżjoni Qafas.

(16) Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandiex twassal għal burokrazija indebita f'każijiet fejn għall-problemi indirizzati huma disponibbli għażliet aktar xierqa. B'hekk f'sitwazzjonijiet fejn jeżistu strumenti jew arranġamenti aktar flessibbli bejn l-Istati Membri, dawk għandhom jipprevalu fuq din id-Deċiżjoni Qafas, sakemm ma jnaqqsux il-ħarsien mogħti lill-persuna suspettata jew akkużata.

Ġustifikazzjoni

Hija l-fehma tar-rapporteur li l-ħarsien tal-persuna suspettata jew akkużata għandu jingħata l-akbar attenzjoni.

Emenda  6

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 18

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(18) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali għandha tapplika għall-ipproċessar ta' data personali skambjata taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

(18) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali għandha tapplika għall-ipproċessar ta' data personali skambjata taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

It-trażmissjoni ta' informazzjoni marbuta mal-hekk imsejħa oriġini etnika jew razzjali, mar-reliġjon jew it-twemmin u mal-orjentament sesswali hija b’mod espliċitu projbita;

Emenda  7

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Premessa 20

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(20) Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

(20) Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea b'mod partikulari l-Artikolu 50 tagħha,

Ġustifikazzjoni

L-għan finali tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' ġurisdizzjoni huwa li jiġi evitat li l-persuni jgħaddu ġuri darbtejn għall-istess fatti u għalhekk li jiġu evitati każijiet ta' ne bis in idem.

Emenda  8

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt b

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(b) "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra, li tkun kompetenti, skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, biex twettaq l-atti previsti fl-Artikoli 2(1) ta' din id-Deċiżjoni Qafas;

(b) "awtorità kompetenti" tfisser imħallef, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku jew awtorità ġudizzjarja oħra, li tkun kompetenti, skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, biex twettaq l-atti previsti fl-Artikoli 2(1) ta' din id-Deċiżjoni Qafas;

Ġustifikazzjoni

Kull kwistjoni li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni għandha tiġi ttrattata mill-awtoritajiet ġudizzjali, jiġifieri mħallef, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku.

Emenda  9

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 5 - paragrafu 3 a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

3a. Skont id-Deċiżjoni Eurojust l-awtorità li qed tagħmel il-kuntratt għandha fl-istess ħin tinforma lill-Eurojust.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-irwol ta' koordinazzoni tiegħu, il-Eurojust għandu jkun involut sa mill-istadju l-akrar bikri.

Emenda  10

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Article 6 - paragrafu 1

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

1. L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, mingħajr dewmien żejjed, u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f'detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b'urġenza.

1. L-awtorità kkuntattjata għandha twieġeb għal talba ppreżentata skont l-Artikolu 5(1) fi kwalunkwe skadenza raġonevoli indikata mill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt, jew, jekk ma ġiet indikata l-ebda skadenza, fi żmien 30 ġurnata, u tinforma lill-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt dwar jekk humiex qed jitmexxew proċedimenti paralleli fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet fejn l-awtorità li qed tagħmel il-kuntatt infurmat lill-awtorità kkuntattjata li l-persuna suspettata jew akkużata tkun qed tinżamm f'detenzjoni jew kustodja proviżorja, din l-awtorità tal-aħħar għandha tittratta t-talba b'urġenza.

Emenda  11

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt c

Abbozz tal-Kunsill

Compromise amendment

(c) id-dettalji rilevanti kollha dwar l-identità tal-persuna suspettata jew akkużata u dwar il-vittmi, jekk ikun applikabbli;

 

 

(c) l-isem, in-nazzjonalità, id-data tat-twelid u l-indirizz tal-persuna suspettata jew akkużata u dwar il-vittmi, jekk ikun applikabbli, kif ukoll dettalji oħra li jkunu relevanti fejn ikun hemm suspett li l-identità tal-persuna suspettata jew akkużata huma foloz;

Emenda  12

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Article 10 - paragrafu 1

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

1. Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva immirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed.

1. Meta jiġi stabbilit li jeżistu proċedimenti paralleli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr ebda dewmien, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti sabiex jintlaħaq kunsens dwar xi soluzzjoni effettiva mmirata li jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi li jinħolqu minn proċedimenti paralleli bħal dawn, li jistgħu, fejn xieraq, iwasslu għall-konċentrazzjoni tal-proċedimenti kriminali fi Stat Membru wieħed. Fil-każijiet fejn il-persuna suspettata jew akkużata tiġi miżmuma f'detenzjoni jew f'kustodja provviżorja, il-konsultazzjonijiet diretti għandu jkollhom l-għan li jilħqu kunsens bħala kwistjoni ta' urġenza.

Ġustifikazzjoni

L-ebda perjodu ta' żmien mhuwa previst fl-obbligu ta' konsultazzjoni stipulat fl-Artikolu 10. Dan id-dewmien jista' jkollu effett detrimentali fuq il-partijiet involuti fil-proċeduri, b'mod partikulari l-persuna suspettata, u b'mod partikulari jekk ikunu f'detenzjoni.

Emenda  13

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 11

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u l-fatturi kollha li jikkunsidraw li huma rilevanti.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti dwar każ sabiex jintlaħaq kunsens skont l-Artikolu 10, huma għandhom jikkunsidraw il-fatti u l-merti tal-każ u fatturi bħal:

 

- il-post fejn il-biċċa 'l kbira tar-reat ġie mwettaq,

 

-il-post li sofra l-biċċa l-kbira tat-telf,

 

- il-post li fih hemm il-persuna suspettata jew akkużata u l-possibilitajiet li tiġi żgurata l-konsenja jew l-estradizzjoni tagħha għal ġurisdizzjoni oħra,

 

- in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-persuna suspettata jew akkużata,

 

- kwalunkwe interess sinifikanti tal-peruna suspettata jew akkużata,

 

- kwalunkwe interess sinifikanti tal-vittmi u x-xhieda,

 

- l-ammissibilità tal-evidenza jew

 

- kwalunkwe dewmien li jista' jsir.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji li jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni għandhom ikunu stabbiliti b'mod ċar u jkun aħjar jekk jiġu mdaħħla fit-test prinċipali tad-deċiżjoni Qafas milli fi Premessa.

Emenda  14

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 11 a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 11a

Garanziji proċedurali

 

Il-persuna imputata formalment fl-istadju tal-proċess b’mod partikolari għandha:

 

- tkun innotifikata bl-iskambju ta' informazzjoni u bil-konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet ta' Stat Membru u l-Eurojust, kif ukoll bid-deċiżjonijiet meħuda jew bin-nuqqas ta' ftehim milħuq, skont din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż kull min ikun involut, il-kontenuti u r-raġunijiet;

 

- ikollha jedd tagħmel rappreżentazzjonijiet dwar l-aħjar ġurisdizzjoni qabel ma tittieħed deċiżjoni;

 

- ikollha jedd tappella kontra kwalunkwe deċiżjoni meħudha skont l-Artikolu 10(1) jew, f'każ li ma jintlaħaqx ftehim, tkun tista' titlob li tiġi eżaminata mill-ġdid.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu ggarantiti t-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-għajnuna legali xierqa .

Emenda  15

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 11 b (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 11b

Drittijiet Fundamentali

 

Kwalunkwe konsensus li jintlaħaq fuq il-bażi tal-Artikolu 10(1) għandu jkun ġust, indipendenti u oġġettiv u għandu jintlaħaq bl-applikazzjoni tal-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u rifless fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, biex jiġi żgurat li jitħarsu d-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata.

Ġustifikazzjoni

Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-ebda każ ma jista' jiġi kompromess.

Emenda  16

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 12 - paragrafu 1 a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

1a. Kwalunkwe awtorità nazzjonali hija libera, fi kwalunkwe stadju ta' proċedura nazzjonali, li titlob il-parir tal-Eurojust u li tirreferi każijiet speċifiċi lill-Eurojust, liema każijiet jistgħu jqajmu l-kwistjoni dwar liema ġurisdizzjoni tinsab fl-aħjar qagħda.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-irwol ta' koordinazzjoni, il-Eurojust jinsab f'pożizzjoni tajba ħafna sabiex jgħin lill-awtorità nazzjonali ssolvi dawn it-tipi ta' kwistjonijiet u jidher xieraq li dan jiġi enfasizzat.

Emenda  17

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 12 - paragrafu 2 a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Jekk xi Stat Membru jiddeċiedi li ma jkunx konformi mal-opinjoni tal-Eurojust, dan għandu jinforma lill-Eurojust bil-miktub dwar id-deċiżjoni tiegħu skont it-termini tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Eurojust.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħlaq l-emenda preċedenti.

Emenda  18

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, u r-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 15 – paragrafu 1– parti introduttorja

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

1. Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu mill- proċedimenti paralleli, l-Istati Membri jistgħu:

1. Sakemm strumenti legali jew arranġamenti oħra jippermettu li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċedura li taħtha l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu skambju ta' informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali tagħhom, jidħlu f'konsultazzjonijiet diretti u jipprovaw jilħqu kunsens dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva bl-għan li jiġu evitati konsegwenzi negattivi li jinħolqu mill-proċedimenti paralleli u sakemm ma titnaqqasx il-protezzjoni mogħtija lill-persuna suspettata jew akkużata, l-Istati Membri jistgħu:

Ġustifikazzjoni

Hija l-fehma tar-rapporteur li għandu jingħata l-akbar attenzjoni lill-ħarisen tal-persuna suspettata jew akkużata .

Emenda  19

Inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja

Artikolu 15 a (ġdid)

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 15a

Inklużjoni fir-rapport annwali

 

Il-każijiet riferuti lill-Eurojust, li dwarhom ma jkunx intlaħaq kunsens bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali tal-Eurojust.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Programm tal-Aja għat-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-UE jindirizza l-kunflitti ta' ġurisdizzjoni u jenfasizza li, f'każijiet multilaterali transkonfinali, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-possibilitajiet li l-prosekuzzjoni tkun ikkonċentrata fi Stat Membru wieħed kif ukoll li għandha tingħata attenzjoni ulterjuri għal proposti dwar il-kunflitti ta' ġurisdizzjoni u l-prinċipju ne bis in idem, biex jiġi kkompletat il-programm komprensiv ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjali fi kwistjonijiet kriminali.

Il-kwistjoni hija strettament marbuta mal-prinċipju ta' ne bis in idem, stipulat fl-Artikoli 54-58 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehima ta' Schengen (CISA).

Il-proposta għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali ġiet intavolata fuq l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju tal-Iżvezja u għandha l-għan li tipprevjeni u tirriżolvi l-kunflitti ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali.

L-għan ta' din l-inizjattiva leġiżlattiva hija li jiġu stabbiliti:

· il-qafas proċedurali li skont it-termini tiegħu l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin dwar fatti speċifiċi bil-għan li jinstab jekk ikunux għaddejjin proċedimenti paralleli għall-istess fatti fi Stat(i) Membr(i) ieħor/oħra

· il-proċediment li għandu jintuża biex l-awtoritajiet nazzjonali jaqblu dwar il-ġurisdizzjoni li fiha għandhom isiru l-proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi li jkunu jaqgħu fil-ġurisdizzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar;

· ir-regoli u l-kriterji komuni li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kull meta jfittxu ftehim dwar il-ġurisdizzjoni biex isiru l-proċedimenti kriminali għal fatti speċifiċi.

Skont l-Artikolu 39 TUE, il-Parlament Ewropew ġie mitlub jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-inizjattiva leġiżlattiva msemmija hawn fuq.

Fil-laqgħa tal-Kumitat LIBE li saret fid-19 ta' Marzu 2009, ir-rapporteur għal opinjoni Renate Weber ippreżentat l-abbozz ta' rapport tagħha.

Fl-istess ħin hija enfasizzat li, skont l-informazzjoni informali, il-Kunsill immodifika b'mod sostanzjali l-proposta leġiżlattiva. Hija kkunsidrat li ma jkunx xieraq li taħdem fuq test mhux aġġornat u talbet li jiġi kkonsultat mill-ġdid il-Parlament Ewropew sabiex it-test jiġi aġġornat.

Ir-rapporteur għal opinjoni rċeviet l-appoġġ mingħand il-Kumitat u r-rappreżentant tal-Kunsill tal-Presidenza Ċeka, li tkellem dwar l-opinjoni tal-Parlament, ħabbar li se ssir konsultazzjoni mill-ġdid fuq it-test finali tad-Deċiżjoni Qafas. Filwaqt li qed tistenna l-konsultazzjoni mill-ġdid min-naħa tal-Kunsill, il-President tal-Kumitat LIBE ppospona l-proċedura.

Fis-6 ta' April 2009 l-Istati Membri laħqu qbil ġenerali dwar test li jvarja b'mod sinifikanti mill-iniżjattiva oriġinali.

Din l-opinjoni tirreferi għat-test definit mill-Kunsill. Id-data tal-iskadenza stabbilita mill-Kunsill sabiex jagħti l-opinjoni skont l-Artikolu 39 TUE hija t-23 ta' Ottubru 2009.

L-abbozz ta' Deċiżjoni Qafas jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn l-istess persuna(i) hija (huma) suġġetti għal proċedimenti kriminali paralleli fi Stati Membri differenti bl-istess fatti, li jistgħu jwasslu għall-ksur tal-prinċipju "ne bis in idem".

Id-deċiżjoni tal-abbozz ta' Qafas jinkludi l-miżuri li ġejjin:

· proċedura biex jiġu stabbiliti kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-għan li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta' proċedimenti kriminali paralleli fir-rigward tal-istess fatti li jinvolvu l-istess persuna(i);

· regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni, permezz ta' konsultazzjonijiet diretti, bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew aktar li jagħmlu dawn il-proċedimenti kriminali paralleli, bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kwalunkwe soluzzjoni effettiva li għandha l-iskop li tevita li jinħolqu konsegwenzi avversi.

Ebda data ta' skadenza ma ġiet stabbilita għal tweġiba min-naħa tal-awtorità mitluba tagħti l-informazzjoni.

Ebda kriterju ma huwa indikat sabiex jiġi stabbilit liema għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja l-aktar xierqa.

Ebda formola ta' gwida għall-awtoritajiet kompetenti ma ġiet mehmuża mad-deżizjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni qafas (il-formola tinstab fit-test oriġinali).

Minkejja l-obbligu li tiġi kkuntattjata l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, ebda obbligu simili sabiex tiġi informata l-Eurojust ma huwa impost.

L-irwol tal-Eurojust li jsolvi kunflitti potenzjali huwa dgħajjef u l-bogħod milli jkun sodisfaċenti.

PROĊEDURA

Titolu

Il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti ta' eżerċiżżju ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali

Referenzi

05208/2009 – C6-0036/2009 – 2009/0802(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

23.1.2009

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.2.2009

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Renate Weber

22.7.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

30.9.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Vilija Blinkevičiūtė, Louis Bontes, Simon Busuttil, Philip Claeys, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Anna Maria Corazza Bildt, Nadja Hirsch, Stanimir Ilchev, Ramon Jauregui Atondo, Mariya Nedelcheva, Joanna Senyszyn, Ernst Strasser, Michèle Striffler, Kyriacos Triantaphyllides, Cecilia Wikström

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaras Ferragut, Ashley Fox, Judith A. Merkies