RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li skadew fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni
2.10.2009 - (COM(2009)0377 – C7‑0134/2009 – 2009/0103(CNS)) - *
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
(Proċedura simplifikata - Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jirrevoka ċerti atti tal-Kunsill li skadew fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni
(COM(2009)0377 – C7‑0134/2009 – 2009/0103(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0377),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0134/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0018/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
Atti tal-Kunsill li skadew fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni |
||||||
Referenzi |
COM(2009)0377 – C7-0134/2009 – 2009/0103(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
10.9.2009 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 17.9.2009 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Paolo De Castro 2.9.2009 |
|
|
||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
2.9.2009 |
||||||
Data tal-adozzjoni |
30.9.2009 |
|
|
|
|||