RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward appliances li jużaw il-gass (verżjoni kodifikata)
7.10.2009 - (COM(2007)0633 – C7‑0393/2007 – 2007/0225(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward appliances li jużaw il-gass (verżjoni kodifikata)
(COM(2007)0633 – C7‑0393/2007 – 2007/0225(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0633),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0393/2007),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7 0025/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p.2.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, 26 Ġunju 2009
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward apparati li jaħarqu karburanti gassużi (verżjoni kodifikata)
COM(2007)0633 tal-25.10.2007 – 2007/0225(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-31 ta' Ottubru, it-8 ta' Novembru 2007 u l-5 ta'Ġun ju 2009 kellu laqgħat ddedikati għall-eżami, fost affarijiet oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
F'dawn il-laqgħat[1] l-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li dwar apparati li jaħarqu karburanti gassużi wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jistabbilixxi, bi qbil komuni, dan li ġej:
1) Fl-Artikolu 2(2) il-kliem tal-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: "L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fi żmien tajjeb lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni kull bidla rigward tipi ta' gass u l-pressjonijiet tal-provvista korrispondenti wżati fit-territorju tagħhom li jkunu ġew ikkomunikati skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/396/EEC".
2) Fit test kollu tal-proposta għall-kodifikazzjoni, kull meta jidhru l-kliem "marka CE" għandhom jiġu jinbidlu biex jinqraw "marka ta' konformità CE".
Bħala konsegwenza, eżami tal-proposta għen lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta hija kodifikazzjoni sempliċi ta' testi eżistenti mingħajr ebda bidla ta' sustanza.
C. PENNERA J.-C. PIRIS L. ROMERO REQUENA
Ġuriskonsult Ġuriskonsult Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni oriġinali tat-test eżaminat.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Appliances li jużaw il-gass (Verżjoni kodifikata) |
||||||
|
Referenzi |
COM(2007)0633 – C6-0393/2007 – 2007/0225(COD) |
||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
25.10.2007 |
||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 13.11.2007 |
||||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 2.9.2009 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
6.10.2009 |
|
|
|
|||