RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata)

7.10.2009 - (COM(2009)0227 – C7‑0048/2009 – 2009/0067(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2009/0067(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0027/2009
Testi mressqa :
A7-0027/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata)

(COM(2009)0227 – C7‑0048/2009 – 2009/0067(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0227),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill(C7-0048/2009),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġislattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0027/2009),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 9 Lulju 2009

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata)

COM(2009)0227 tal-15 ta' Mejju 2009 – 2009/0067(CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-28 ta’ Mejju u fil-25 ta' Ġunju 2009 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.

F'dawk il-laqgħat[1], eżami tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fil-kummerċ intra-Komunitarju, kif ukoll dwar importazzjoni minn pajjiżi terzi, ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis wassal biex, bi qbil komuni, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jistabbilixxi dan li ġej:

1) Fit test kollu tal-proposta għall-kodifikazzjoni, kull meta jidhru l-kliem “bajd għat-tfaqqis” għandhom jinbidlu biex jinqraw “bajd għat-tfaqqis” (ma tapplikax għall-verżjoni Maltija li tibqa’ l-istess “bajd għat-tfaqqis”).

2) Kien rikonoxxut li jidher li hemm diskrepanzi serji bejn il-verżjoni tal-lingwa Ingliża u dik Franċiża tal-punti 14 u 17 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/539/KEE (li jikkorrispondu għall-punti 14 u 16 tal-Artikolu 2 fit-test kodifikat), u minħabba f’hekk anke bejn verżjonijiet lingwistiċi oħra tradotti fuq il-bażi tat-test Ingliż jew tat-test Franċiż. Tiswija ta’ dawk id-diskrepanzi tidher li teħtieġ il-pubblikazzjoni tal-corrigenda fir-rigward ta’ uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-att.

3) It-testi li ġejjin fihom dispożizzjonijiet li m’għadhomx fl-użu, u għalhekk għandhom jitneħħew mill-verżjoni kodifikata tad-Direttiva 90/539/KEE:

"Artikolu 11

1. Fir-rigward tas-salmonella, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni programm operazzjonali li jikkonċerna qatgħat ta’ tjur għat-tkabbir u qatgħat ta’ flieles ta’ ġurnata intenzjonati biex ikunu introdotti f’qatgħat ta’ tjur għat-tkabbir jew qatgħat ta’ tjur għall-produzzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi operazzjonali. Wara dak l-eżami u jekk hekk ikun iġġustifikat, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija  fl-Artikolu 35(2), tispeċifika l-garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kunsinni għall-Finlandja u għall-Isvezja. Dawk il-garanziji għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li l-Finlandja u l-Isvezja jimplimentaw rispettivament fil-livell nazzjonali. Id-deċiżjonijiet xierqa għandhom ikunu adottati qabel l-1 ta' Jannar 1995.”;

"Artikolu 12

1. Fir-rigward tas-salmonella u sakemm isseħħ l-adozzjoni tar-regoli tal-Komunità, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni programm operazzjonali li jirrigwarda qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu (tjur għall-produzzjoni mkabbra biex jipproduċu l-bajd għall-konsum).

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi operazzjonali. Wara dak l-eżami u jekk hekk ikun iġġustifikat, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija  fl-Artikolu 35(2), tispeċifika l-garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kunsinni għall-Finlandja u għall-Isvezja. Dawk il-garanziji għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk li l-Finlandja u l-Isvezja jimplimentaw rispettivament fil-livell nazzjonali. Minbarra dan, dawn il-garanziji għandhom jieħdu kont tal-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel  fir-rigward ta’ serotipi ta’ salmonella li għandhom ikunu inklużi mal-lista ta’ serotipi invażivi għat-tjur. Id-deċiżjonijiet xierqa għandhom ikunu adottati qabel l-1 ta' Jannar 1995.”;

"Artikolu 17

[…]

2. […]

Fir-rigward tal-Finlandja u tal-Isvezja, id-deċiżjonijiet xierqa li jikkonċernaw l-istatus ta’ “żona mhux tat-tilqim kontra l-marda Newcastle” għandha tkun adottata skont  il-proċedura msemmija  fl-Artikolu 35(2) qabel l-1 ta' Jannar 1995.”;

"Artikolu 26

[…]

2. Kriterji addizzjonali għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-paragrafu 1(b), partikolarment f’dak li jirrigwarda l-vaċċin użat, għandha tkun adottata bi qbil mal-proċedura msemmija  fl-Artikolu 35(2) qabel l-1 ta' Jannar 1995.”;

4) Fl-Artikolu 15(1), il-kliem finali “skont ir-regoli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar 1995” għandhom jinbidlu bil-kliem “skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/410/KE”.

5) Bejn it-testi tal-Artikolu 36 u tal-Artikolu 37, għandhu jiddaħħal artikolu ġdid li fih il-kliem li ġej: “L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva”.

Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           L. ROMERO REQUENA

Ġuriskonsult                                     Ġuriskonsult                          Direttur Ġenerali

  • [1]               Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni oriġinali tat-test eżaminat.

PROĊEDURA

Titolu

Kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ tjur u ta’ bajd għat-tfaqqis (verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2009)0227 – C7-0048/2009 – 2009/0067(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

30.6.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.7.2009

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

2.9.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

6.10.2009

 

 

 

Data tat-tressiq

7.10.2009