RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata)
8.10.2009 - (COM(2009)0125 – C7‑0005/2009 – 2009/0040(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta ghal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata)
(COM(2009)0125 – C7‑0005/2009 – 2009/0040(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni - kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0125),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0005/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0031/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, 4 ta' Mejju 2009
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata)
COM(2009)125 tat-18.3.2009 – 2009/0040(CNS)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-25 ta' Marzu 2009 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt il-laqgħa[1], l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament Nru 79/65/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jwaqqaf netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv iwaqqaf, bi qbil komuni, dan li ġej:1) Fil-verżjoni Ingliża tal-proposta kkodifikata, fl-Artikolu 2(d) il-kliem “skont is-selezzjoni jew azjendi prospettanti” għandha tiġi adattata sabiex tinftiehem “skont is-selezzjoni ta’ azjendi prospettanti”.
2) Il-kliem tal-Artikolu 5(1) għandu jkun adattat kif ġej: “L-istħarriġ msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) għandu jkopri l-azjendi agrikoli li għandhom daqs ekonomiku ugwali għal jew ikbar minn għatba espressa f'Euro li tikkorrispondi għal waħda mil-limiti l-iktar baxxi ta' klassijiet ta' daqs ekonomiku kif mfissra fit-tipoloġija Komunitarja”.
3) Fl-Artikolu 18(1), il-kliem “li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u jkun ippresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni” għandu jitneħħa.
4) Il-kliem kollu tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 18 għandu jitneħħa. Bħala konsegwenza ta’ din il-bidla, it-tliet paragrafi sussegwenti tal-istess artikolu għandhom jiġu rrinumerati.
5) Fl-Anness I, fil-lista relatata ma’ Spanja, il-punt nru 9 għandu jinqara "Baleares", u fi tmiem il-lista relatata mar-Rumanija l-kliem “Madankollu, ir-Rumanija tikkostitwixxi taqsima waħda sal-31 Diċembru 2009” għandu jitneħħa.
Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni oriġinali tat-test eżaminat.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ kumpaniji agrikoli fil-Komunità Ewropea (verżjoni kkodifikata) |
||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0125 – C7-0005/2009 – 2009/0040(CNS) |
||||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
3.4.2009 |
||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 14.7.2009 |
||||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 2.9.2009 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
6.10.2009 |
|
|
|
|||
|
Data tat-tressiq |
8.10.2009 |
||||||