RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill biex jitranġaw il-pagi bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol.

19.10.2009 - (10985/2009 – C7‑0099/2009 – 2009/0805(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Claude Moraes

Proċedura : 2009/0805(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0040/2009
Testi mressqa :
A7-0040/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill biex jitranġaw il-pagi bażiċi u l-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol.

(10985/2009 – C7‑0099/2009 – 2009/0805(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka (10985/2009),

–   wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tagħhom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0099/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 100 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0040/2009),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Ċeka b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvern tar-Repubblika Ċeka.

NOTA SPJEGATTIVA

Kif jindika t-titolu tagħha stess, l-iskop ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill huwa li jiġu aġġornati s-salarji bażiċi u l-allowances tal-persunal tal-Europol.

Din hija miżura amministrattiva biex tadatta l-pagi tagħhom għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja fl-Olanda, kif ukoll għall-bidliet fis-salarji fis-servizz pubbliku fl-Istati Membri.

  • [1]       ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23.

PROĊEDURA

Titolu

Aġġustament tas-salarji bażiċi u tal-allowances applikabbli għall-persunal tal-Europol

Referenzi

10985/2009 – C7-0099/2009 – 2009/0805(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

9.7.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

14.9.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.9.2009

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

5.10.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Claude Moraes

6.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

6.10.2009

19.10.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

19.10.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Vilija Blinkevičiūtė, Louis Bontes, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Rosario Crocetta, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Andrew Henry William Brons, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Antonio Masip Hidalgo, Mariya Nedelcheva, Michèle Striffler, Cecilia Wikström

Data tat-tressiq

19.10.2009