RAPPORT dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona

6.11.2009 - (2009/2062(REG))

Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: David Martin


Proċedura : 2009/2062(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona

(2009/2062(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta' Marzu 2009[1] (A7-0043/2009),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relevanti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Emenda  1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni li sempliċement tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta' l-immunità jew għall-ħarsien ta' l-immunità u tal-privileġġi.

2. Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni raġunata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta' l-immunità jew għall-ħarsien ta' l-immunità u tal-privileġġi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tqis is-sentenza tal-Qorti ta’ Prima Istanza tal-15 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ T - 345/05 (Ashley Neil Mote). Flistess ħin, din tikkorrispondi mal-obbligu li jingħataw ir-raġunijiet għal atti legali li, grazzi għat-Trattat ta’ Liżbona minn issa ‘l quddiem, japplikaw b’mod espliċitu għall-Parlament Ewropew ukoll (l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).

Emenda  2

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 8

Test fis-seħħ

Emenda

Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau.

Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu determinati mill-Parlament fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli.

Ġustifikazzjoni

Meta kien qed jiġi abbozzat l-Istatut tal-Membri kien miftiehem li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet tal-Istati li ma kienux dettaljati biżżejjed kienu se jirrikjedu deċiżjoni mill-Parlament fis-seduta plenarja. Għall-kuntrarju ta’ deċiżjoni li tittieħed esklussivament mill-Bureau, din il-proċedura għandha l-vantaġġ li toffri grad ħafna iktar għoli ta’ trasparenza, kif ukoll li tinvolvi lill-Membri kollha fit-tfassil tar-regoli li huma relevanti għalihom u li l-Membri kollha jkunu responsabbli għad-definizzjoni tagħhom.

Emenda  3

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis sakemm jidħol fis-seħħ l-arranġament1 fejn numru ta’ siġġijiet addizzjonali fil-Parlament huma allokati lil ċerti Stati Membri sal-aħħar tas-seba’ terminu parlamentari. L-Istati Membri konċernati għandhom jiġu mistiedna jaħtru osservaturi skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

 

____________________________

1 Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħmel ir-Regola l-ġdida dwar l-osservaturi introdotta fis-Regoli ta' Proċedura fis-6 ta’ Mejju 2009 applikabbli wkoll għall-osservaturi li jistgħu jiġu mistiedna mill-Parlament, bil-ħsieb li jiġu allokati xi siġġijiet addizzjonali lil ċerti Stati Membri, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona. L-emenda tħalli f’idejn l-Istati Membri ġodda l-għażla li jaħtru l-osservaturi tagħhom, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u 19 ta’ Ġunju 2009.

Emenda  4

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 23 – paragrafu 2 u paragrafu 2 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet ta' natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva li jikkonċernaw il-Membri jew l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.

2. Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet ta' natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.

 

2a. Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet ta' natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva li jikkonċernaw lill-Membri dwar proposta tas-Segretarju Ġenerali jew minn grupp politiku.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika: m’hemmx regola ċara dwar id-dritt li jitressqu testi jew emendi għal-laqgħat tal-Bureau. Rigward kwistjonijiet relatati mal-Membri, il-gruppi politiċi għandhom jingħataw l-kapaċità formali li jressqu testi u ementi li se jiġu diskussi u li se jittieħed vot dwarhom.

Emenda  5

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 23 – paragrafu 11 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

11a. Il-Bureau għandu jinnomina żewġ Viċi Presidenti li jkunu inkarigati mill-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

 

Huma għandhom jirrapurtaw lura regolarment lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan ir-rigward.

 

(It-tieni u t-tielet sentenzi ta' Artikolu 25 (3) għandhom jiġu mħassra jekk din l-emenda tiġi adottata)

Emenda  6

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 36

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 36

Artikolu 36

Eżami tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ta' l-istat tad-dritt u ta' implikazzjonijiet finanzjarji

Rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Waqt l-eżami ta' proposta leġiżlattiva, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tad-drittijiet fundamentali u b'mod partikulari biex l-att leġiżlattiv jkun konformi mal-Karta ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, fejn proposta jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti.

1. Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-Parlament għandu jirrispetta wkoll bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 6(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

 

2. Fejn il-kumitat responsabbli, grupp politiku jew mill-inqas erbgħin Membru huma tal-opinjoni li proposta għal att leġiżlattiv jew partijiet minnha ma jikkonformawx ma’ drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-opinjoni ta’ dan il-kumitat għandha tkun annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli.

(Ara l-emenda tar-Regola 38 – paragrafu 1 (ġdid) u r-Regola 38 a (ġdida))

Ġustifikazzjoni

Tintroduċi proċedura ġdida għall-iskrutinju tar-rispett ta’ drittijiet fundamentali. Tifforma wkoll dritt minoritarju.

Emenda  7

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 38 – paragrafu 1 (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

-1. Fejn proposta ta' att legiżlattiv ikollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti.

(Test tal-emenda identiku għall-Artikolu 36, l-aħħar frażi)

Emenda  8

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 38 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Eżami tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà

 

1. Waqt l-eżami ta’ proposta għal att legiżlattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lill-osservanza tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

 

2. Il-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjoni lill-kumitat responsabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta għal att leġiżlattiv.

 

3. Jekk Parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni raġunata bi qbil mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli u mressaq għal finijiet ta’ informazzjoni lill-kumitat responsabbli għall-osservanzja tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

 

4. Ħlief fil-każi ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat m’għandux jipproċedi bil-vot finali tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

 

5. Meta l-opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ abbozz ta' att leġiżlattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati għall-pParlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv imressaq skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m'għandux jieħu deċiżjoni sakemm il-protagonist tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi.

 

6. Meta, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, opinjonijiet raġunati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġiżlattiv bil-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli, wara li jkun qies l-opinjonijiet raġunati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema’ l-opinjonijiet tal-kumitat responsabbli mill-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jirrakkomanda lill-Parlament li huwa jirrifjuta l-proposta fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jew iressaq lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista’ tinkludi suġġerimenti għal emenda relatata mal-osservanza tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandha tkun annessa ma’ din ir-rakkomandazzjoni.

 

Ir-rakkomandazzjoni għandha titressaq lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun irrifjutata l-proposta tkun adottata b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jirrifjutax il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, b’kunsiderazzjoni ta’ kull rakkomandazzjoni approvata mill-Parlament.

Ġustifikazzjoni

Tittrasponi l-proċeduri l-ġodda għall-parlamenti nazzjonali rigward ir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà (proċedura ta' 'karta s-safra' u proċedura ta' 'karta oranġjo') fir-Regoli ta’ Proċedura.

Emenda  9

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 44

Test fis-seħħ

Emenda

Konsultazzjoni dwar inizjattivi preżentati minn Stat Membru

Proċeduri leġiżlattivi dwar inizjattivi preżentati minn Stat Membru

1. Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skond l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE jew l-Artikoli 34 (2) u 42 tat-Trattat UE għandhom jiġu trattati skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 36 sa 39, 43 u 55.

1. Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu trattati skont dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 36 sa 39, 43 sa 55.

2. Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentant ta' l-Istat Membru li ħareġ bl-inizjattiva biex jippreżentaha lill-kumitat. Ir-rappreżentant jista' jiġi akkompanjat mill-Presidenza tal-Kunsill.

2. Il-kumitat responsabbli jista' jistieden rappreżentanti ta' l-Istati Membri li ħarġu bl-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill.

3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.

3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat.

4. Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.

4. Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva.

5. Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE għandu jibda meta jitħabbar f'seduta plenarja li l-Parlament ikun irċieva inizjattiva bil-lingwi uffiċjali, flimkien ma' nota spjegattiva li tikkonferma li l-inizjattiva tkun konformi mal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità annessi mat-Trattat KE.

 

Emenda  10

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jirrapporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-roċedura li għandha tiġi segwita u għandu jirrapporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħti lill-kumitat responsabbli lok biex jaġixxi, inkluża l-possibilità li jippreżenta rapport.

Emenda  11

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1. Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward ta' l-emendi tiegħu jkunu osservati kif jixraq.

1. Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkunu osservati kif jixraq.

Ġustifikazzjoni

Adattamenti tekniċi u terminoloġiċi.

Emenda  12

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 59 – subintestatura 1

Test fis-seħħ

Emenda

Proċedura ta' Kodeċizjoni

Proċedura leġiżlattiva ordinarja

 

(Emenda orizzontali: il-kliem "kodeċiżjoni", "proċedura ta' kodeċiżjoni" għandhom jiġu sostitwiti fit-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem "proċedura leġiżlattiva ordinarja".)

Emenda  13

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 60

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 60

imħassar

Proċedura ta' konċiljazzjoni kif provdut fid-dikjarazzjoni konġunta ta' l-1975

 

1. Meta, fil-każ ta' ċerti deċiżjonijiet importanti tal-Komunità, il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mill-opinjoni tal-Parlament, il-Parlament jista', meta jkun qed jagħti l-opinjoni tiegħu, jiftaħ proċedura ta' konċiljazzjoni mal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni.

 

2. Din il-proċedura għandha tinbeda mill-Parlament, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kunsill.

 

3. L-Artikolu 68 għandu japplika għall-kompożizzjoni u għall-proċedura tad-delegazzjoni għall-kumitat ta' konċiljazzjoni u għar-rappurtaġġ tar-riżultati lill-Parlament.

 

4. Il-kumitat responsabbli għandu jħejji rapport dwar ir-riżultati tal-konċiljazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun diskuss u għandu jittieħed vot fuqu fil-Parlament.

 

Ġustifikazzjoni

Bid-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-baġit u l-qafas finanzjarju plurijennali, id-dikjarazzjoni konġunta tal-1975 ma tibqax rilevanti.

Emenda  14

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 61 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Komunikazzjoni tal-posizzjoni komuni tal-Kunsill

Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill

 

(Emenda orizzontali: il-kliem “posizzjoni komuni tal-Kunsill”, jew “posizzjoni komuni” għandu jkun sostitwit tul it-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “pożizzjoni tal-Kunsill” jew “pożizzjoni”.)

Ġustifikazzjoni

Adattamenti tekniċi u terminoloġiċi.

Emenda  15

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Għal kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE l-President għandu jfittex li jilħaq qbil mal-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-Trattat ta’ Liżbona m'għadx fih id-dispożizzjonijiet li tirreferi għalihom din id-dispożizzjoni.

Emenda  16

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-President għandu javża lill-Parlament dwar kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 251(7) tat-Trattat KE, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

2. Il-President għandu javża lill-Parlament dwar kull estensjoni tal-limitu ta' żmien skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill.

 

(Emenda orizzontali: l-innumerar tal-Artikoli tat-Trattat UE u tat-Trattat KE qed jiġi adattat tul ir-Regoli ta’ Proċedura għall-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Ġustifikazzjoni

Adattamenti tekniċi u terminoloġiċi.

Emenda  17

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 62 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-President, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli, jista' jilqa' talba tal-Kunsill għall-estensjoni ta' kwalunkwe limitu ta' żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 2.

Emenda  18

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 65 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4. B'deroga mill-paragrafu 3, jekk ċaħda mill-Parlament taqa' taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tagħmel dan, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġiżlattiva tkun magħluqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 252 tat-Trattat KE tħassar.

Emenda  19

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu tal-Kapitolu 6 a (ġdid) (li jrid ikun introdott wara l-Artikolu 74 u qabel il-Kapitolu 7)

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 6a

 

Kwistjonijiet istituzzjonali

Emenda  20

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 a (ġdid) (li jrid ikun introdott skont il-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 74a

 

Reviżjoni ta’ Trattat Ordinarju

 

1. Bi qbil mal-Artikoli 41 u 48 il-kumitat responsabbli jista’ jressaq lill-Parlament rapport li fih proposti lill-Kunsill għal emenda tat-Trattati.

 

2. Jekk il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jsejjaħ kkonvenzjoni, ir-rappreżentanti tal-Parlament jistgħu jiġu inkarigati mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.

 

Id-delegazzjoni tal-Parlament għandha teleġġi l-mexxej u l-kandidati tagħha għas-sħubija ta’ kwalunkwe grupp ta’ tmexxija jew bureau mwaqqaf mill-Konvenzjoni.

 

3. Fejn il-Kunsill Ewropew jitlob il-kunsens tal-Parlament rigward deċiżjoni biex ma sseħħx Konvenzjoni għall-analiżi ta' emendi proposti tat-Trattati, il-kwistjoni għandha tkun riferuta għall-kumitat responsabbli bi qbil mal-Artikolu 81.

Ġustifikazzjoni

Mhux dejjem jista’ jkun effiċjenti li d-delegazzjoni tal-Parlament tkun ippreseduta minn membru tal-grupp tat-tmexxija, bureau jew praesidium tal-Konvenzjoni.

Emenda  21

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 b (ġdid) (li jrid ikun introdott fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 74b

 

Reviżjoni simplifikata ta’ Trattat

 

Bi qbil mal-Artikoli 41 u 48, il-kumitat responsabbli jista’ jressaq lill-Parlament, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rapport li jkun fih proposti indirizzati lill-Kunsill Ewropew għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Tirrifletti d-dritt ġdid tal-Parlament li jipproponi tibdil fit-Trattat introdott bit-Trattat ta’ Liżbona.

Emenda  22

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 c (ġdid) (li jrid ikun introdott fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 74c

 

Trattati ta' adeżjoni

 

1. Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun ikkunsidrata.

 

2. Il-Parlament jista' jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipparteċipaw f'dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma' l-Istat applikant.

 

3. Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinfurmaw lill-kumitat responsabbli regolarment u bi sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.

 

4. Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jiġu kkunsidrati qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta' Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.

 

5. Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandhu jitressaq quddiem il-Parlament għall-kunsens.

 

(L-Artikolu 89 se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda  23

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 d (ġdid) (li jrid ikun introdott fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 74d

Irtirar mill-Unjoni

Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, li jixtieq li jirtira mill-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli tal-Parlament. L-Artikolu 74c għandu japplika mutatis mutandis. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar il-kunsens għall-ftehim tal-irtirar b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

Ġustifikazzjoni

Taħseb għall-possibilità ġdida li jsir irtirar mill-Unjoni.

Emenda  24

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 e (ġdid) (li jrid ikun introdott fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 74e

 

Ksur ta' prinċipji findamentali minn Stat Membru

 

1. Il-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal bi qbil mal-Artikoli 41 u 48:

 

(a) jivvota fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea;

 

(b) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kummissjoni jew lill-Istati Membri sabiex iressqu proposta skond l-Artikolu 7(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea;

 

(c) jivvota fuq proposta li titlob lill-Kunsill sabiex jaġixxi skond l-Artikolu 7(3) jew, sussegwentement, skond l-Artikolu 7(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

 

2. Kull talba mill-Kunsill għal kunsens dwar proposta mressqa bi qbil mal-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet imressqa mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81. Ħlief fil-każ ta' ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli.

 

3. Deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament.

 

4. Suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-kumitat responsabbli jista’ jressaq mozzjoni li takkumpanja għal riżoluzzjoni. Din il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi nuqqas serju minn xi Stat Membru, dwar is-sanzjonijiet xierqa u dwar kif dawk is-sanzjonijiet jiġu mibdula jew revokati.

 

5. Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b'mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, li jintalab jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-kunsens tiegħu mogħti skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jispeċifika l-iżviluppi kif imiss. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli mħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill.

 

(L-Artikolu 102 se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Ġustifikazzjoni

Tirripproduċi, b’tibdil minuri, il-kliem tal-Artikolu 102 attwali.

Emenda  25

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 74 f (ġdid) (li jrid ikun introdott fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 74f

 

Kompożizzjoni tal-Parlament

 

Fil-waqt qabel it-tmiem ta’ perjodu parlamentari, il-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont ir-Regola 41, jagħmel proposta biex jimmodifika l-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun analizzat skont l-Artikolu 81.

Ġustifikazzjoni

Jikkorrispondi mad-dritt ġdid ta’ inizjattiva skont l-Artikolu 14, paragrafu 2, subparagrafu 2 TUE.

Emenda  26

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 82 (li jrid jiġi introdott bħala l-Artikolu 74 g fil-Kapitolu 6 a (ġdid))

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 82

Artikolu 74g

Proċeduri fil-Parlament

Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri

1. Talbiet minn Stati Membri jew proposti tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri u konsultazzjonijiet tal-Parlament skond l-Artikolu 40(2) tat-Trattat UE għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 60 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.

1. Talbiet sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri u konsultazzjonijiet tal-Parlament skond l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 59 u 81 għandhom japplikaw kif imiss.

2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-ħarsien ta' l-Artikolu 11 tat-Trattat KE u l-Artikoli 27a, 27b, 40, 43, 44 u 44a tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-ħarsien tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika.

3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta' koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 43.

Emenda  27

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 75

imħassar

Baġit Ġenerali

 

Proċeduri ta' implimentazzjoni għall-eżami tal-Baġit Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u tal-baġits supplimentari, skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu adottati b'riżoluzzjoni tal-Parlament u annessi ma' dawn ir-Regoli1.

 

1 Ara l-Anness V.

(L-Anness V se jiġi mħassar jekk din l-emenda u oħrajn relatati jiġu adottati)

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Anness V huwa integrat fir-Regoli, din id-dispożizzjoni mhix meħtieġa aktar.

Emenda  28

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 a (ġdid) (li jrid ikun introdott fil-Kapitolu 7 - Proċeduri Baġitarji)

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 75a

 

Il-Qafas finanzjarju pluriennali

 

Fejn il-Kunsill jitlob il-kunsens tal-Parlament rigward il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju plurijennali, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 81. Il-kunsens tal-Parlament għandu jitlob il-voti ta’ maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Tirrifletti l-fatt li l-qafas finanzjarju plurijennali sar att leġiżlattiv li jeħtieġ il-kunsens tal-Parlament.

Emenda  29

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 75b

 

1. Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli lill-Membri:

 

(a) l-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni;

 

(b) sommarju mill-Kunsill tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar abbozz tal-baġit;

 

(c) il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit imfassal skont l-Artikolu 314(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

 

(d) kull abbozz ta’ deċiżjoni dwar it-tnaxijiet proviżorji skont l-Artikolu 315 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

2. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu rreferuti lill-kumitat responsabbli. Kull kumitat ikkonċernat jista' jagħti l-opinjoni tiegħu.

 

3. Jekk kumitati oħra jkunu jixtiequ jagħtu opinjoni, il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat responsabbli.

 

(L-Artikolu 1 tal-Anness V se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda  30

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 75c

 

Kunsiderazzjoni tal-abbozz tal-baġit - l-ewwel fażi

 

1. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jressaq jew jitkellem favur abbozz ta' emendi għall-abbozz tal-baġit.

 

2. Biex ikunu ammissibbli, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat, għandhom jindikaw it-titolu tal-baġit li għalih jirreferu u għandhom jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-abbozzi ta' emendi għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-rimarki li għandhom jitniżżlu ħdejn it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

 

L-abbozzi ta’ emendi kollha għall-abbozz tal-baġit iridu ikun ġustifikat bil-miktub.

 

3. Il-President għandu jiffissa limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda tal-abbozzi ta' emendi.

 

4. Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-testi ppreżentati qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.

 

M'għandux jittieħed vot fil-Parlament fuq l-abbozzi ta' emendi u l-proposti għal modifikazzjonijiet li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli sakemm ma ssirx talba għal votazzjoni bil-miktub minn kumitat jew mill-anqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m'għandha fl-ebda każ tkun ta' anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni.

 

5. L-abbozzi ta' emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli esprima opinjoni favorevoli.

 

6. B'eċċezzjoni għall-Artikolu 55(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament għandu jesprimi ruħu b'votazzjonijiet separati u suċċessivi fuq:

 

­– kull abbozz ta’ emenda,

 

– kull taqsima tal-abbozz tal-baġit,

 

– mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-abbozz tal-baġit.

 

Iżda, għandu japplika l-Artikolu 161 (4) u (8).

 

7. L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u s-sezzjonijiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda abbozzi ta' emendi jew proposti għal modifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati.

 

8. Sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament.

 

9. Jekk il-Parlament emenda l-abbozz tal-baġit, l-abbozz tal-baġit emendat għandu jitressaq lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet.

 

10. Il-minuti tas-seduta li fiha l-Parlament ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

(L-Artikolu 3 tal-Anness V se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda  31

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 d (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 75d

 

Trialogu Finanzjarju

 

Il-President għandu jipparteċipa f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jissejħu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija qabel.

 

Il-President tal-Parlament jista’ jiddelega dan id-dover lill-Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

Emenda  32

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 e (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 75e

 

Konċiljazzjoni baġitarja

 

1. Il-President għandu jlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni bi qbil mal-Artikolu 314(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

2. Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-Parlament f’laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-proċedura tal-baġit għandha tikkonsisti minn numru ta’ membri ugwali bħal dak tad-delegazzjoni tal-Kunsill.

 

3. Il-membri tad-delegazzjoni għandhom ikunu maħtura mill-gruppi politiċi kull sena qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament. Il-President jista’ jiddelega dan ir-rwol lill-Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

 

4. L-Artikoli 68(2), (4), (5), (7) u (8) għandhom japplikaw.

 

5. Fejn jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fi ħdan il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titpoġġa fuq l-aġenda ta’ seduta tal-Parlament li trid issir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta’ dan il-ftehim. It-test konġunt għandu jkun aċċessibbli għall-Membri kollha. L-Artikoli 69(2) u (3) għandhom japplikaw.

 

6. Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. Il-votazzjoni għandha tittieħed bis-sejħa tal-ismijiet. It-test konġunt jitqies li huwa approvat sakemm ma jiġix miċħud mill-maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament.

 

7. Jekk il-Parlament japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jiċħdu, il-kumitat responsabbli jista’ jressaq l-emendi kollha jew xi emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill għal konferma bi qbil mal-punt (d) tal-Artikolu 314(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-vot fuq il-konferma għandu jitpoġġa fuq l-aġenda ta' seduta tal-Parlament li ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-Kunsill tar-rifjut tat-test konġunt.

 

L-emendi għandhom jitqiesu li ġew ikkonfermati jekk ikunu approvati minn maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament u minn tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Emenda  33

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 f (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 75f

 

Adozzjoni finali tal-baġit

 

Fejn il-President kien sodisfatt li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien finalment adottat. Huwa għandu jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

(L-Artikolu 4 tal-Anness V se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda  34

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 75 g (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 75g

 

Is-sistema tal-qsim proviżorju fi tnax-il parti

 

1. Kull deċiżjoni mill-Kunsill li tawtorizza nefqa f’eċċess ta’ wieħed min kull tnax proviżorju għal nefqa għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.

 

2. Il-kumitat responsabbli jista’ jressaq abbozz ta’ deċiżjoni biex inaqqas in-nefqa li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwarha fi żmien 30 jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

 

3. Il-Parlament għandu jipproċedi b’maġġoranza tal-Membri li jiffurmawh.

 

(L-Artikolu 7 tal-Anness V se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata.)

Emenda  35

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 79 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 79a

 

Proċeduri li għandhom japplikaw fit-tfassil ta' l-estimi tal-Parlament

 

1. Rigward il-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:

 

(a) l-organigramma;

 

(b) l-abbozz preliminari u l-abbozzi ta' l-estimi.

 

2. Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma se jittieħdu skont din il-proċedura:

 

(a) il-Bureau għandu jfassal l-organigramma għal kull sena finanzjarja;

 

(b) għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-baġit f'każ li l-kumitat responsabbli ma jaqbilx mad-deċiżjonijiet preliminari tal-Bureau;

 

(c) fit-tmiem tal-proċedura, il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar l-estimi għall-organigramma, skont l-Artikolu 207(3), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

3. Rigward l-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni definittiva dwar l-organigramma. Il-fażijiet ta' din il-proċedura huma l-fażijiet stabbiliti fl-Artikolu 79. Għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni f'każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u dawk tal-Bureau jkunu differenti ferm.

 

(L-Artikolu 79(7) u l-Artikolu 8 tal-Anness V se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata)

Emenda  36

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Proċedura ta' kunsens

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

 

 

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku u terminoloġiku.

Emenda  37

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1. Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jirrifjuta l-att.

1. Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jirrifjuta l-att.

Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skond it-Trattat KE jew it-Trattat UE permezz ta' votazzjoni waħdanija, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-Mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat KE jew tat-Trattat EU li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.

Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skont it-Trattat tal-Unjoni Ewropea jew it-Trattat tal-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea permezz ta' votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat tal-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.

Ġustifikazzjoni

Adattament terminoloġiku.

Emenda  38

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2. Għal trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 89, 90 u 102 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE, għandu japplika l-Artikolu 82.

2. Għal trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 89, 90 u 102 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandu japplika l-Artikolu 82.

 

(Emenda orizzontali: il-kliem 'il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE' għandu jiġi sostitwit matul it-test kollu tar-Regoli tal-Proċedura mill-kliem 'il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.)

Emenda  39

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 81 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3. Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal proposta leġiżlattiva, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-proposta.

3. Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal att leġiżlattiv propost jew trattat internazzjonali maħsub, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att propost.

Jekk il-Parlament japprova mill-inqas rakkomandazzjoni waħda, il-President għandu jitlob li ssir iktar diskussjoni mal-Kunsill.

 

Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni aħħarija tiegħu għall-kunsens tal-Parlament fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjoni mal-Kunsill.

 

 

(Emenda orizzontali: ħlief għall-Artikoli 56 u 57, il-kliem 'Proposta tal-Kummissjoni' u 'proposta leġiżlattiva' se jinbidlu matul it-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem 'proposta għal att leġiżlattiv' jew 'att leġiżlattiv propost' minħabba li hi grammatikalment xierqa.)

Emenda  40

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 87 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 87a

 

Atti ddelegati

Meta att leġiżlattiv jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli:

 

– għandha teżamina kwalunkwe abbozz ta' att iddelegat fejn dan jiġi trażmess lill-Parlament għal skrutinju;

 

– jista' jippreżenta lill-Parlament, permezz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni, kwalunkwe proposta skont id-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv.

 

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu huwa maħsub sabiex jittrasponi r-reġim il-ġdid ta' atti ddelegati fir-Regoli ta' Proċedura.

Emenda  41

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Titolu II a (ġdid) (li jrid jiġi introdott qabel il-Kapitolu 12)

Test fis-seħħ

Emenda

TITOLU IIa

 

RELAZZJONIJIET BARRANIN

Ġustifikazzjoni

Introdott biex jenfasizza l-importanza ta' din it-tema.

Emenda  42

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Kapitolu 12 - Titolu

Test fis-seħħ

Emenda

TRATTATI U FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

Ġustifikazzjoni

B'konsegwenza tar-rijorganizzazzjoni tal-kapitoli.

Emenda  43

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 92

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 92

imħassar

Ħatra ta' Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni.

 

1. Qabel ma jinħatar Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, il-President għandu jistieden lill-President kurrenti tal-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija lill-Parlament, skond l-Artikolu 21 tat-Trattat UE. Il-President għandu jistieden lill-President tal-Kummissjoni sabiex jagħmel stqarrija dwar l-istess ħaġa.

 

2. Meta jinħatar ir-Rappreżentant Għoli il-ġdid għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, skond l-Artikolu 207(2) tat-Trattat KE, u qabel ma dan ir-rappreżentant jibda uffiċjalment iwettaq id-doveri tiegħu, il-President għandu jistiednu sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu mill-istess kumitat.

 

3. Wara li jsiru l-istqarrijiet u t-tweġibiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fuq inizjattiva tal-kumitat responsabbli, jew skond l-Artikolu 121, il-Parlament jista' jagħmel rakkomandazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni jsir membru tal-Kummissjoni Għaldaqstant ma jibqgħux meħtieġa dispożizzjonijiet speċjali.

Emenda  44

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 93 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Ħatra ta' rappreżentanti speċjali għall-finijiet tal-politika estera u ta' sigurtà komuni

Rappreżentanti speċjali

Emenda  45

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 93 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Rappreżentant speċjali maħtur mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ta' politika partikulari jista' jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Parlament.

 

(L-Artikolu 94(3) se jitħassar jekk din l-emenda tiġi adottata)

Ġustifikazzjoni

Dan il-kliem jagħti ċans li jiġu mistiedna rappreżentanti speċjali meta jkun meħtieġ u mhux biss fl-okkażjoni tal-ħatra tagħhom.

Emenda  46

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 94

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 94

imħassar

Stqarrijiet mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni jew minn rappreżentanti speċjali oħra

 

1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrijiet lill-Parlament mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena. Għandu japplika l-Artikolu 110.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena sabiex jattendi laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet. Ir-Rappreżentant Għoli jista' wkoll jiġi mistieden f'okkażjonijiet oħra, fuq inizjattiva tiegħu jew kull meta il-kumitat jidhirlu li dan ikun meħtieġ.

 

3. Kull meta jinħatar rappreżentant speċjali mill-Kunsill b'mandat li jkollu x'jaqsam ma kwistjonijiet ta' politika partikulari, huwa jista' jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Parlament.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 92.

Emenda  47

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li r-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi-President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

 

(Emenda orizzontali: Il-kliem "ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta' sigurtà komuni" għandhom jinbidlu bil-kliem "Viċi-President tal-Kummissjoni/Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà" fit-test kollu tar-Regoli ta' Proċedura.)

Emenda  48

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 96 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3. Għandu jsir dibattitu annwali fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Kunsill dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

3. Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika barranija u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika komuni dwar is-sigurtà u d-difiża u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.

Emenda  49

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Kapitolu 14 - Titolu

Test fis-seħħ

Emenda

PULIZIJA U KOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F'AFFARIJIET KRIMINALI

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m'għadx hemm bżonnha.

Emenda  50

Regola ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 99

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 99

imħassar

Għoti ta' informazzjoni lill-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali

 

1. Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf regolarment u b'mod sħiħ dwar attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu meta l-Kunsill jadotta posizzjonijiet komuni li jfasslu l-attitudni ta' l-Unjoni għal kwistjoni partikulari skond l-Artikolu 34(2)(a) tat-Trattat UE.

 

2. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, kumitat jista' jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.

 

3. Id-dibattitu imsemmi fl-Artikolu 39(3) tat-Trattat UE għandu jsir skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 110(2), (3) u (4).

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m’għadx hemm bżonnha.

Emenda  51

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 100

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 100

imħassar

Konsultazzjoni tal-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali

 

Il-konsultazzjoni tal-Parlament skond l-Artikolu 34(2)(b),(c) u (d) tat-Trattat UE għandha ssir skond l-Artikoli 36 sa 39, 43, 44 u 55.

 

Fejn hu applikabbli, l-eżami tal-proposta għandu jitqiegħed fl-aġenda, l-aktar tard, ta' l-aħħar seduta li tkun se ssir qabel ma jiskadi ż-żmien stabbilit skond l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE.

 

Meta l-Parlament jiġi kkonsultat dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Direttur u membri tal-Bord tal-Europol, l-Artikolu 108 japplika mutatis mutandis.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m’għadx hemm bżonnha.

Emenda  52

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 101

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 101

imħassar

Rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali

 

1. Il-kumitat responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali jista' jħejji rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti jew fuq proposta skond it-tifsira fl-Artikolu 121.

 

2. F'każi urġenti, l-awtorizzazzjoni msemmija f'paragrafu 1, tista' tingħata mill-President li jista' bl-istess mod jawtorizza laqgħa ta' emerġenza tal-kumitat konċernat.

 

3. Rakkomandazzjonijiet li jitħejjew b'dan il-mod għandhom ikunu inklużi fl-aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss. L-Artikolu 97(4) għandu japplika 'mutatis mutandis'.

 

(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 121)

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m’għadx hemm bżonnha.

Emenda  53

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 105

Test fis-seħħ

Emenda

1. Meta l-Kunsill ikun laħaq ftehim dwar in-nomina ta' President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuna nominata biex tagħmel stqarrija u tippreżenta l-orjentamenti politiċi tagħha lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

1. Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżenta l-orjentamenti politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

Il-Kunsill għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.

Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu.

2. Il-Parlament għandu japprova jew jiċħad in-nomina b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

2. Il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b'maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu.

Għandu jittieħed vot sigriet.

Għandu jittieħed vot sigriet.

3. Jekk il-persuna nominata tiġi eletta, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.

3. Jekk il-kandidat jiġi elett, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji.

4. Jekk il-Parlament jiċħad in-nomina, il-President għandu jitlob lill-Kunsill jinnomina kandidat ieħor.

4. Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura.

Ġustifikazzjoni

Tikkunsidra d-dritt il-ġdid tal-Parlament li jeleġġi l-President tal-Kummissjoni.

Emenda  54

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 107 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 107a

 

In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja

 

Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar ir-rappreżentant tiegħu fil-kumitat ta' seba' persuni inkarigat biex jevalwa l-adegwatezza tal-kandidati sabiex dawn jingħataw il-kariga ta' Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi mal-irwol il-ġdid tal-Parlament fir-rigward tan-nominazzjonijiet għall-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda  55

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 121 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1. Grupp politiku jew inkella mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titoli V u VI tat-Trattat UE, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu ta l-Artikoli 90 jew 91.

1. Grupp politiku jew inkella mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu tal-Artikoli 90 jew 91.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet attwali tat-Titolu VI tat-TUE dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, jiġu ssostitwiti mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, li jirrikjedu li l-Parlament talanqas jiġi kkonsultat dwar dawn il-kwistjonijiet.

Emenda  56

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 124 – paragrafu 1 (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

-1. Fejn it-Trattat jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsltazzjoni u jinforma lill-Parlament dwarha.

Emenda  57

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 124 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a. L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġi mgħoddija lill-kumitat responsabbli.

Emenda  58

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 125 – paragrafu 1 (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

-1. Fejn it-Trattat jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsltazzjoni u jinforma lill-Parlament dwarha.

Emenda  59

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 125 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a. L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġi mgħoddija lill-kumitat responsabbli.

Emenda  60

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 131

Present text

Amendment

1. Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn wieħed mill-Viċi Presidenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

1. Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-kumitat responsabbli għall-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew.

2. Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skond is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, filwaqt li għandu jingħata kas xieraq tal-bilanċ politiku ġenerali fi ħdan il-Parlament. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.

2. Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skond is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, filwaqt li għandhom ikunu, safejn ikun possibbli, presidenti u rapporteurs tal-kumitati responsabbli għal dawk is-suġġetti. Għandu jitqies kif jixraq il-bilanċ politiku ġenerali fi ħdan il-Parlament. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tittrasponi, fir-Regoli ta' Proċedura r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali skont it-Trattat ta' Liżbona [P6_TA (2009) 0388], ibbażata fuq ir-rapport A6-0133/2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (Rapporteur Elmar Brok). Huwa bbażat fuq l-idea li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-kumitati speċjalizzati responsabbli għal kwistjonijiet li jkunu fuq l-aġenda tal-COSAC għandhom ikunu involuti aktar fit-tħejjija ta', u fir-rappreżentanza fil-laqgħat tal-COSAC.

Emenda  61

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 132

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull kungress, konferenza jew organizzazzjoni simili li tinvolvi rappreżentanti mill-Parlament u għandha tagħtihom mandat li jkun jaqbel ma' kull riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull konferenza jew organizzazzjoni simili li tinvolvi rappreżentanti mill-Parlament u għandha tagħtihom mandat li jkun jaqbel ma' kull riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Ir-rappreżentanza tal-Parlament f'Konvenzjoni hija ttrattata fl-Artikolu 74 a (ġdid).

Emenda  62

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 132 a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 132a

 

Kooperazzjoni fil-livell tal-kumitati

 

1. Il-President għandu jagħmel minn kollox biex, b’kooperazzjoni mal-ispeakers tal-parlamenti nazzjonali, jistabbilixxi qafas għall-koperazzjoni bejn il-kumitati korrispondenti.

 

Fi ħdan dak il-qafas il-kumitati parlamentari jistgħu jistabbilixxu kuntatti b’mod awtonomu u jikkooperaw bejniethom. Meta ma jkun intgħażel l-ebda kumitat korrispondenti f’parlament nazzjonali, il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew għandu jindirizza direttament lill-ispeaker tal-parlament nazzjonali kkonċernat.

 

2. Il-kumitati jistgħu jieħdu azzjoni skont l-Artikolu 132b skont il-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji ddedikati għall-kooperazzjoni tal-kumitati mal-parlamenti nazzjonali. It-tqassim ta’ dawn l-approprjazzjonijiet bejn il-kumitati għandu jiġi determinat b'deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Emenda  63

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 132 b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 132b

 

Id-djalogu qabel u wara il-fażi leġiżlattiva

 

1. Il-kumitat responsabbli għal punt leġiżlattiv jista’ jieħu azzjoni xierqa għal djalogu sħiħ mal-parlamenti nazzjonali fil-livell tal-kumitati dwar kwalunkwe punt previst tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mill-fażi tal-programmazzjoni leġiżlattiva sal-fażi tal-implimentazzjoni tal-att adottat.

 

2. Il-kumitat responsabbli jista’ b’mod partikolari jiddeċiedi li jorganizza konferenzi bil-vidjow, kuntatti individwali jew laqgħat f’wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament jew missjonijiet għal postijiet oħra

 

– fil-livell tar-rapporteurs,

 

– bl-involviment ukoll tax-shadow rapporteurs u/jew il-koordinaturi,

 

– jew bejn il-kumitat sħiħ u l-presidenti tal-kumitat u/jew ir-rapporteur mill-parlamenti nazzjonali,

 

– sabiex jirrispondi għal kwalunkwe talba minn parlament nazzjonali għal appoġġ fl-iskrutinju tiegħu ta’ abbozz ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  64

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 132 c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 132c

 

Trażmissjoni tad-dokumenti

 

Kwalunkwe dokument dwar proċedura fil-livell tal-Unjoni Ewropea li jintbagħat b’mod uffiċjali minn parlament nazzjonali lill-Parlament Ewropew għandu jiġi referut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett trattat f’dak id-dokument. Id-dokument għandu jiġi tradott fil-lingwi ta’ ħidma tal-koordinaturi tal-kumitat. Jekk il-kumitat responsabbli jqis li jkun xieraq li l-kwistjoni tiġi segwuta, dan jista’ jiddeċiedi li jipproċedi bi qbil mal-Artikolu 132b.

Emenda  65

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 149 – paragrafu 12

Test fis-seħħ

Emenda

12. Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi.

12. Bla ħsara għall-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi.

 

(Dan il-paragrafu għandu jsir l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 149)

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-istejtus li qed jinbidel tal-Kunsill Ewropew.

Emenda  66

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 191 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 186, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u wieħed, tnejn jew tliet viċi presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati.

1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 186, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u f'viċi-presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati. In-numru ta’ Viċi-Presidenti li għandhom jinħatru għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda  67

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – titolu

Test fis-seħħ

Emenda

Ħatra ta' l-Ombudsman

Elezzjoni tal-Ombudsman

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku għat-test tat-Trattat.

Emenda  68

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – paragrafu 7

Test fis-seħħ

Emenda

7. Il-persuna maħtura għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

7. Il-persuna eletta għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ġustifikazzjoni

Adattament tekniku għat-test tat-Trattat.

Emenda  69

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness V – Artikolu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 2

imħassar

Rata

 

1. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur proposti għal deċiżjonijiet li jiffissaw l-ogħla rata mill-ġdid.

 

2. Biex ikunu ammissibbli, dawn il-proposti għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem grupp politiku jew kumitat.

 

3. Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' dawn il-proposti.

 

4. Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rapport dwar dawn il-proposti qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament.

 

5. Wara, jittieħed vot fil-Parlament fuq dawn il-proposti.

 

Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa.

 

F'każ li l-Kunsill jinforma lill-Parlament li jaqbel ma' l-iffissar ta' rata ġdida, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament illi r-rata emendata ġiet adottata.

 

F'każ li dan ma jsirx, il-kumitat responsabbli għandu jiġi mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m'għadx baqa' bżonnha.

Emenda  70

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness V – Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Kunsiderazzjoni tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill – it-tieni fażi

 

1. Jekk il-Kunsill ikun immodifika waħda jew aktar mill-emendi adottati mill-Parlament, it-test kif immodifikat mill-Kunsill għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli.

 

2. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur abbozzi ta' emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.

 

3. Biex ikunu ammissibbli, dawn l-abbozzi ta' emendi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f'isem kumitat u għandhom jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-Artikolu 49(5) ma japplikax

 

L-abbozzi ta' emendi huma ammissibbli biss jekk jirreferu għat-testi mmodifikati mill-Kunsill.

 

4. Il-President għandu jiffissa limitu ta' żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta' l-abbozzi ta' emendi.

 

5. Il-kumitat responsabbli għandu juri fehmtu fir-rigward tat-testi mmodifikati mill-Kunsill u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozzi ta' emendi għat-test immodifikat.

 

6. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(4), għandu jittieħed vot fuq l-abbozzi ta' emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta' tlieta minn kull ħames voti mitfugħa. Jekk l-abbozzi ta' emendi jiġu adottati, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew miċħuda. Jekk jiġu miċħuda, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew adottati.

 

7. Għandu jsir dibattitu fuq il-ġabra fil-qosor magħmulha mill-Kunsill dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-proposti għal modifikazzjonijiet adottati mill-Parlament u wara jista' jittieħed vot fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni.

 

8. Meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit ġie adottat b'mod aħħari. Il-President għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-baġit jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

 

Justification

Din id-dispożizzjoni m'għadx baqa' bżonnha.

Emenda  71

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness V – Artikolu 6

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Ċaħda tal-baġit fis-sħuħija tiegħu

 

1. Kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu, għal raġunijiet serji, iqiegħdu fuq il-Mejda proposta sabiex l-abbozz tal-baġit jiġi miċħud fis-sħuħija tiegħu. Biex tkun ammissibbli, proposta bħal din għandha tinkludi motivazzjoni bil-miktub u għandha titqiegħed fuq il-Mejda qabel ma jagħlaq iż-żmien iffissat mill-President. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ma jistgħux ikunu kontradittorji.

 

2. Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-proposta qabel ma jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

 

Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta' maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Jekk il-proposta tiġi adottata, l-abbozz tal-baġit fis-sħuħija tiegħu għandu jintbagħat lura lill-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m'għadx baqa' bżonnha.

  • [1]  PE 418.140 v02-00. Ara wkoll, anness ma' dan ir-rapport, l-ittra tat-23 ta' Settembru 2009 mill-President tal-Kumitat għall-Baġits.

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

Ittra tat-23 ta' Settembru 2009, mingħand is-Sur Alain Lamassoure, President tal-Kumitat għall-Baġits, lis-Sur Carlo Casini, President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

___________________________________________________________________________

Ref.:    PRES-E-COURRIER     D (2009) 315940

            IPOL-D-DIR-BUDG      D (2009) 50830

Is-Sur Carlo CASINI

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Sur President,

Bħalma taf, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali adotta, fi tmiem l-aħħar leġiżlatura, ir-rapport tas-Sur Richard Corbett dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għat-Trattat ta' Liżbona (A6-277/2009), li l-Kumitat tal-Baġits kien ta kontribut tiegħu għalih permezz ta' opinjoni tas-Sra Guy-Quint. F'din l-opinjoni, is-Sra Guy-Quint ipproponiet - fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Liżbona - diversi emendi, li kollha ġew milqugħa fir-rapport tal-kumitat tiegħek.

Minħabba li l-Parlament, għal raġunijiet li tafhom, ma esprimiex ruħu dwar ir-rapport tas-Sur Corbett qabel tmiem il-leġiżlatura preċedenti, il-proċedura kellha terġa' tgħaddi mill-ġdid fil-kumitat tiegħek, permezz tar-rapport tas-Sur David Martin, li l-kumitat tiegħek għandu jitkellem dwaru waqt waħda mil-laqgħat li ġejjin.

Jiena nnotajt li l-abbozz ta' rapport tas-Sur David Martin reġa' introduċa l-emendi kollha li kienu ġew proposti fl-opinjoni tas-Sra Guy-Quint. Għaldaqstant, il-kumitat tagħna jqis li jkun superfluwi li jħejji opinjoni ġdida fuq ir-rapport tas-Sur Martin, filwaqt li ġejt inkarigat li nesprimilek l-appoġġ tal-kumitat għall-kontenut tal-emendi proposti mis-Sra Guy-Quint.

Napprezza ħafna, Sur President, jekk inti tkun tista' tgħaddi l-kontenut ta' din l-ittra lill-membri tal-kumitat tiegħek, kif ukoll li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li din tiġi annessa mar-rapport tas-Sur Martin bħala l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits.

(Formula ta' għeluq u firma)

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

3.11.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Barnier, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Zita Gurmai, Ramón Jáuregui Atondo, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Potito Salatto, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, József Szájer, Indrek Tarand, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sandrine Bélier, Elmar Brok, Marietta Giannakou, Enrique Guerrero Salom, David Martin, Íñigo Méndez de Vigo, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Helmut Scholz