RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata)
12.11.2009 - (COM(2009)0113 – C7‑0039/2009 – 2009/0037(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg,
(Kodifikazzjoni – l-Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata)
(COM(2009)0113 – C7‑0039/2009 – 2009/0037(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0113),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0039/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0057/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
ANNESS : OPINJONI tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
||
Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
IL-KUNSILL
IL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata)
COM(2009)0113 of 28.4.2009 - 2009/0037(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari il-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fit-8 ta’ Mejju 2009 bil-għan li janalizza, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq li tressqet mill-Kummissjoni.
Waqt il-laqgħa[1], l-evalwazzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta' Settembru 1995 dwar l-istabbiliment ta' regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej, wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej.
1) Fil-Premessa 2, it-test "li jkunu jistgħu jsostnu l-isforzi finanzjarji ta’ l-Istati Membri biex iwaqqfu n-netwerks trans-Ewropej" għandu jiġi adattat biex jiġi jinqara "u li jkunu jistgħu jappoġjaw proġetti ta' interess komuni li jkunu appoġġjati mill-Istati Membri fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej".
2) Fil-Premessa 5 u fl-Artikolu 11(7), l-espressjoni "sussidji fuq ir-rati tal-interessi", li tidher fid-disa' Premessa u fl-Artikolu 11(7) tar-Regolament (KE) Nru 2236/95, għandha terġa' tiddaħħal minflok it-test adattat "sussidji tal-interessi" li jidher fil-proposta ta' kodifikazzjoni.
3) Fil-Premessa 14 u fl-Artikolu 1, ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 155(1) it-tielet inċiż tat-Trattat" għandha tkun adattata biex tiġi tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 155(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, tat-Trattat".
4) Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 u fit-tieni subparagrafu tal-punt 1 tal-Anness I, ir-referenza għall-"Artikolu 155(1) l-ewwel inċiż tat-Trattat" għandha tkun adattata biex tiġi tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 155(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat".
5) Fil-Premessa 19, iċ-ċifra "4 600 miljun EUR" għandha tiġi adattata biex tiġi tinqara "EUR 4 874,88 miljun".
6) It-test tal-Artikolu 1 għandu jiġi adattat biex jiġi jinqara kif ġej: "Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' għajnuna Komunitarja skont l-Artikolu 155(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż, tat-Trattat, lil proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej għal infrastrutturi tat-telekomunikazzjonijiet u lil proġetti ta' interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej għal infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija li huma msemmija fl-Artikolu 20, it-tielet paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 680/2007".
7) Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu (4) u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (5) tal-Artikolu 5, il-kelma "proġetti" għandha tinbidel bil-kliem "proġetti jew gruppi ta' proġetti" kif hemm fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu (4) u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (5) tal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 2236/95.
Konsegwentement, dan l-eżami tal-proposta ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bla opinjonijiet kontra, li l-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.-F.DURAND
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
IL-PROĊEDURA
Titolu |
L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (verżjoni kodifikata) |
||||||
Referenzi |
COM(2009)0113 – C7-0039/2009 – 2009/0037(COD) |
||||||
Data tat-tressiq lill-PE |
28.4.2009 |
||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 14.7.2009 |
||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg 2.9.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
10.11.2009 |
|
|
|
|||
- [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni oriġinali tat-test diskuss.