RAPPORT dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika rigward il-pestiċidi

13.11.2009 - (PE-CONS 3637/2009 – C7-0214/2009 – 2006/0049(COD)) - ***III

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
President tad-delegazzjoni: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou
Rapporteur għal opinjoni: Bart Staes

Proċedura : 2006/0258(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0063/2009
Testi mressqa :
A7-0063/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika rigward il-pestiċidi

(PE-CONS 3676/2009 – C7‑0258/2009 – 2006/0258(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3676/2009 – C7‑0258/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0778),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari[2] dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill[3],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2009)0486),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7‑0063/2009),

1.  Japprova t-test konġunt,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C għadu mhuwiex ippubblikat.
  • [2]  Testi adottati, 24.4.2009, P6_TA(2009)0318.
  • [3]  ĠU C għadu mhuwiex ippubblikat.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

L-għan tar-Regolament propost huwa li joћloq qafas legali u jiddefinixxi regoli armonizzati gћall-ġbir u t-tixrid ta’ statistika dwar il-bejgħ u l-użu ta’ pestiċidi. B'mod partikulari, jiddefinixxi regoli għall-frekwenza ta' ġbir ta' data, metodi ta' ġbir ta' data u l-format u l-perjodiċità tal-obbligi ta' rappurtar.

Ir-Regolament propost huwa parti minn pakkett leġiżlattiv li jinkludi l-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-proposta għal Regolament dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Rigward dawn iż-żewġ proposti, il-koleġiżlaturi laħqu ftehim f'Jannar 2009.

Kodeċiżjoni u Konċiljazzjoni

Negozjati informali bejn il-Parlament u l-Kunsill qabel it-tieni qari fil-Parlament wasslu sabiex jintlaħaq ftehim ibbilanċjat li kien appoġġjat mill-maġġoranza l-kbira tal-gruppi politiċi. Dan il-ftehim kien jikkonsisti minn sett ta' 40 emenda, li ffukaw l-aktar fuq:

§ Is-sostituzzjoni fir-Regolament kollu tal-frażi 'prodotti għall-ħarsien tal-pjanti' bil-kelma 'pestiċidi', li hija wkoll id-definizzjoni inkluża fid-Direttiva dwar l-użu sostenibbli, sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza tal-pakkett leġiżlattiv kollu.

§ L-inklużjoni tal-kunċett ta' 'prodotti bijoċidali', bil-possibilità fil-ġejjieni li l-ambitu tar-Regolament ikun estiż għal Statistika dwar il-Pestiċidi sabiex ikun kopert l-użu ta' 'bijoċidi' rilevanti, b'konformità mar-riżultati ta' studju tal-impatt.

§ Informazzjoni aħjar u aktar trasparenza rigward il-pestiċidi permezz tal-pubblikazzjoni fl-Internet tad-data rilevanti.

§ L-inklużjoni ta' referenza ċara għall-qafas leġiżlattiv ġenerali dwar l-istatistika li tikkonċerna l-mod li bih għandha tintuża l-istatistika (inkluż ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità).

§ Komitoloġija: l-inklużjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju rigward ir-rekwiżiti tar-rapporti ta' kwalità dwar il-ġbir ta' data mill-Istati Membri.

Madankollu, minħabba attendenza fqira ħafna tal-plenarja fil-jum tal-votazzjoni dwar it-tieni qari, is-sett ta' emendi li saru negozjati dwarhom - għalkemm kienu appoġġjati mill-maġġoranza l-kbira tal-Membri preżenti - ma kisibx il-maġġoranza meħtieġa tal-Membri tal-Parlament kollha, ħlief emenda waħda.

Permezz tal-ittra tat-8 ta' Lulju 2009, ir-Rapporteur u l-Presidenti tal-gruppi politiċi PPE, S&D, ALDE. Verts u GUE tennew l-appoġġ tagħhom għall-ftehim provviżorju milħuq fit-tieni qari u stiednu lill-Kunsill jirrifletti dwar modi kif jikkonferma dan il-ftehim mill-ġdid.

Wara perjodu ta' kuntatti informali, il-Kunsill fl-aħħar qabel li tiġi rrifjutata l-emenda li ġiet adottata u konsegwentement li ssir il-konċiljazzjoni bil-għan li jingħata ċans ieħor għall-adozzjoni tas-sett ta' emendi miftiehma.

Il-Parlament ikkostitwixxa d-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni permezz ta' proċedura bil-miktub fid-9 ta' Ottubru 2009 (ittra mill-President tad-Delegazzjoni, is-Sa Kratsa).

F'ittra lill-Kunsill, is-Sa Kratsa tenniet l-appoġġ tad-Delegazzjoni tal-Parlament għall-ftehim provviżorju li ntlaħaq fit-tieni qari.

Fil-laqgħa Coreper tal-14 ta' Ottubru, il-Kunsill ikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-abbozz ta' test konġunt li jikkonsisti mill-pożizzjoni komuni emendata b'konformità mas-sett ta' emendi li kien hemm qbil dwarhom fin-negozjati informali fit-tieni qari.

Id-Delegazzjoni tal-Parlament ikkonfermat l-abbozz ta' test konġunt b'mod unanimu permezz tal-proċedura bil-miktub (ivvutaw 24 Membru, kollha kienu favur u ma kien hemm ebda astensjoni).

Abbażi ta' dan il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni adotta formalment l-abbozz ta' test konġunt bħala punt 'A' fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Novembru, li matulha l-punt ewlieni fuq l-aġenda kien il-konċiljazzjoni 'Telecoms'.

Konklużjoni

Peress li l-għan tal-konċiljazzjoni ma kienx biex jerġgħu jinbdew in-negozjati dwar is-sustanza iżda sempliċement biex jingħata ċans ieħor għall-adozzjoni tal-ftehim ibbilanċjat li ntlaħaq fit-tieni qari, l-eżitu tal-konċiljazzjoni jista' jitqies bħala wieħed ta' suċċess kbir għall-Parlament Ewropew. Għalhekk, id-Delegazzjoni tal-Parlament għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tirrakkomanda li t-test konġunt ikun approvat fit-tielet qari.

PROĊEDURA

Titolu

Statistika dwar il-pestiċidi

Referenzi

PE-CONS 3676/2009 – C7-0258/2009 – 2006/0258(COD)

President tad-delegazzjoni:              Viċi President

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

Kumitat responsabbli

  President

AGRIJo Leinen

 

Rapporteur(s)

Bart Staes

 

Proposta tal-Kummissjoni

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika rigward il-pestiċidi – COM(2006)0778 – C6-0457/2006

Data tal-1 qari tal-PE – Numru P

12.3.2008

P6_TA(2008)0091

Proposta modifikata tal-Kummissjoni

 

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

11120/2/2008 – C6-0004/2009

15.1.2009

Pożizzjoni tal-Kummissjoni(Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż)

 

COM(2008)0899

Data tat-2 qari tal-PE – Numru P

24.4.2009

P6-TA(2009)0318

Opinjoni tal-Kummissjoni(Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c))

 

COM(2009)0486

Data meta l-Kunsill irċieva t-tieni qari

26.06.2009

Data tal-ittra tal-Kunsill dwar ir-rifjut tal-emendi tal-PE

26.10.2009

Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

4.11.2009

 

 

 

Data tal-votazzjoni tad-delegazzjoni tal-PE

23.10.2009

Riżultat tal-votazzjoni

+:

-:

0:

24

0

0

Membri preżenti

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Alejo Vidal-Quadras, Pilar Ayuso, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Christa Klaß, Esther de Lange, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Marianne Thyssen, Anja Weisgerber, Jo Leinen, Dan Jørgensen, Linda McAvan, Andres Perello Rodriguez, Daciana Octavia Sârbu, Åsa Westlund, Chris Davies, Corinne Lepage, Frédérique Ries, Bart Staes, Satu Hassi and Kartika Tamara Liotard.

Sostitut(i) preżenti

Kriton Arsenis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tal-qbil fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

4.11.2009

Qbil permezz ta' skambju ta' ittri

 

 

 

 

Data ta' meta l-kopresidenti stabbilixxew illi t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-PE u lill-Kunsill

10.11.2009

Data tat-tressiq

13.11.2009

Kummenti(informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

 

ESTENSJONI TAL-PERJODI TA' SKADENZA

Skadenza għat-tieni qari tal-Kunsill

26.10.2009

Skadenza għas-sejħa tal-Kumitat

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

0.0.0000Kunsill – 0.0.0000

 

Skadenza għax-xogħol fil-Kumitat

  Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

0.0.0000PE – 0.0.0000

 

Skadenza għall-adozzjoni tal-att

        Istituzzjoni li qed tagħmel it-talba – data

0.0.0000Kunsill – 0.0.0000