RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

2.12.2009 - (COM(2009)0194 – C7‑0043/2009 – 2009/0060A(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Gay Mitchell


Proċedura : 2009/0060A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0078/2009

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

(COM(2009)0194 – C7‑0043/2009 – 2009/0060A(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 179(1) u 181, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0043/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0078/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jinnota li l-kliem ta' ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament propost rigward l-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi se jkollu jiġi adattat fid-dawl tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 179(1) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 181 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 179(1) tiegħu,

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u spejjeż oħra għall-finanzjament tal-KE. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 1905/2006 u (KE) Nru 1889/2006 sabiex ikunu konformi mal-istrumenti oħrajn.

(2) Fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u spejjeż oħra għall-finanzjament tal-KE. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jkunu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti ta' dak ir-Regolament sabiex ikun konformi mal-istrumenti oħrajn.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu -1 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1905/2006

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-premessa 27 tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 hija mibdula b'dan li ġej:

 

"(27) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta dokumenti ta' strateġija u programmi indikattivi pluriennali. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

 

__________________________

4 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. "

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu -1 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1905/2006

Artikolu 17 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa mibdul b’dan li ġej:

 

"2. Fl-ammont imsemmi fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont massimu disponibbli għal kull pajjiż tal-Protokoll taz-Zokkor għall-finanzjament tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 abbażi tal-ħtiġijiet ta' kull pajjiż, relatati b'mod partikolari mal-impatt tar-riforma tas-settur taz-zokkor fil-pajjiż ikkonċernat u mal-importanza tas-settur taz-zokkor għall-ekonomija. Il-qjies tal-kriterji tal-allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq id-data tal-kampanji ta’ qabel l-2004.

Għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni [...] istruzzjonijiet ulterjuri dwar l-allokazzjoni tal-ammont totali fost il-benefiċjarji.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3a)."

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu -1 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1905/2006

Artikolu 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa mibdul b'dan li ġej:

 

"Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), [...] kif ukoll miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni [...].

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3a)."

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1905/2006

Artikolu 33 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa mibdul b’dan li ġej:

 

"1. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u reviżjoni tal-programmi tagħha b'mod regolari, u tevalwa r-riżultati tal-implimentazzjoni ta' linji politiċi u programmi ġeografiċi u tematiċi, u ta' linji politiċi settorali u l-effikaċja ta' programmar, fejn hu xieraq permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti, sabiex jiġi aċċertat jekk l-objettivi ġewx milħuqa u tkun tista' tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jiġu mtejba operazzjonijiet futuri. Għandu jittieħed adegwatament kont tal-proposti mill-Parlament Ewropew, mill-parlamenti nazzjonali jew mill-Kunsill għal evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-setturi soċjali u għall-progress li sar lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju."

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1905/2006

Artikolu 34 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. L-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa mibdul b’dan li ġej:

 

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati, u sa fejn hu possibbli, dwar l-eżiti ewlenin u l-impatti tal-assistenza. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-parlamenti nazzjonali, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1905/2006

Artikolu 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni għandu jkun ta' 30 jum.

 

 

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

 

3a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

 

4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

 

5. Osservatur mill-BEI għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-kumitat rigward dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-Bank."

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2

Regolament (KE) Nru 1889/2006

Artikolu 13 - paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 13(6) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006 huwa mibdul b’dan li ġej:

imħassar

"6. Għajnuna mill-Komunità m'għandhiex tintuża għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew tariffi fl-pajjiżi benefiċjarji."

 

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-proposta leġiżlattiva tagħha għar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, il-Kummissjoni tipproponi biss emenda teknika waħda li tippermetti li l-ispejjeż relatati mat-taxxi, id-dazji u spejjeż oħra relatati mal-iffinanzjar ta' azzjonijiet taħt l-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp fil-pajjiżi benefiċjarji jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp. L-emenda tippermetti l-iffinanzjar ta' dawn l-ispejjeż f'ċirkustanzi eċċezzjonali, biex b'hekk tinħoloq flessibilità ikbar fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti. Għalhekk, l-emenda għandha tiġi aċċettata.

Madankollu, il-Kummissjoni pproponiet fil-proposta li temenda tagħha li tintroduċi emenda identika għar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 (Strument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp) u r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 (EIDHR), li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti fil-Parlament Ewropew. Għalhekk il-Parlament talab li l-proposta tinqasam f'żewġ proposti leġiżlattivi differenti, waħda għal kull strument finanzjarju, u ddeċieda li jirreferi l-proposta tal-Kummissjoni liż-żewġ kumitati differenti: DEVE għall-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, AFET (DROI) għall-EIDHR. Ir-rapporteur tagħkom jipproponi għalhekk l-ewwel sett ta' tliet emendi li jħassru r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1889/2006.

Il-Parlament analizza bir-reqqa l-mod li bih id-dispożizzjonijiet tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp huma implimentati sa minn meta daħlu fis-seħħ fl-2007. Fl-eżerċitar tad-dritt tiegħu ta' skrutinju skont il-proċedura tal-Komitoloġija, il-Parlament ġibed l-attenzjoni dwar numru ta' problemi u oġġezzjonijiet rigward il-mod li bih il-Kummissjoni implimentat l-istrument, u l-interpretazzjoni li tat lil uħud mid-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu. Madankollu l-Parlament ma sab l-ebda funzjonalitajiet li ma ħadmux tajjeb fid-dispożizzjonijiet tal-istrument innifsu. Waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-Parlament, it-tendenza tal-Kummissjoni li tiffinanzja, skont il-programmi ġeografiċi, miżuri mhux eliġibbli, skont il-kriterji aċċettati b'mod internazzjonali tal-OECD/DAC, bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), ġiet reċentament solvuta mill-Kummissjoni meta hija pproponiet, wara li ntalbet mill-Parlament, li toħloq bażi legali ġdida għal miżuri bħal dawn skont l-Istrument tal-Koperazzjoni ma' Pajjiżi Industrijalizzati.

It-tieni sett ta' emendi addizzjonali proposti mir-rapporteur tagħkom għalhekk ma jikkonċernax is-sustanza jew il-prijoritajiet li jinsabu fl-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp – għandu jitfakkar li matul din il-leġiżlatura se jibdew in-negozjati għall-istrument suċċessur tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (li jiskadi fl-aħħar tal-2013) – imma t-tisħiħ tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament.

Hemm żewġ raġunijiet għal dan:

1. Fis-sitt riżoluzzjonijiet fil-qafas tal-proċedura tal-Komitoloġija li adotta l-Parlament mid-dħul fis-seħħ tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, identifika 12-il każ li fihom il-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat implimentattivi tagħha billi ma rrispettatx ir-rekwiżit tal-eliġibilità tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp. F'kull każ, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex temenda l-abbozz ta' deċiżjoni tagħha u tagħmlu konformi ma' dan ir-rekwiżit. Madankollu, il-Kummissjoni adattat jew irtirat l-abbozz ta' deċiżjoni tagħha fi tliet każijiet biss.

2. Ir-reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija saret fl-2006 u introduċiet il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju, li trid tiġi applikata għall-miżuri implimentattivi ta' atti kodeċiżi li jissodisfaw żewġ kriterji:

-  il-miżuri jridu jkunu ta' ambitu ġenerali;

-  il-miżuri jridu jitfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-regolament, jiġifieri billi jħassru ftit minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.

Il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju ssaħħaħ b'mod sinifikanti s-setgħat tal-Parlament: Id-dritt għall-veto tal-Parlament jippermetti li dan iwaqqaf abbozz ta' miżura li jkollu objezzjoni għalih, u jeħtieġ lill-Kummissjoni li tressaq proposta emendata.

Jidher ċar li d-Dokumenti ta' Strateġija u l-Programmi Indikattivi Pluriennali skont l-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp jikkonformaw bis-sħiħ mal-kriterji għall-applikazzjoni tal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju:

-  huma ta' ambitu ġenerali, fis-sens li jirrelataw għal reġjun, pajjiż jew tema sħaħ u li l-ambitu tagħhom ikun fuq tul ta' żmien twil (7 snin għad-Dokumenti ta' Strateġija, 3-4 snin għall-Programmi Indikattivi Pluriennali);

-  jissupplimentaw l-istrument billi jiddefinixxu oqsma ta' prijorità u objettivi għall-għajnuna mogħtija lil reġjun jew pajjiż, jew f'qasam tematiku.

Bħala konsegwenza, il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju trid tiġi applikata għall-abbozzi tal-miżuri li jistabbilixxu Dokumenti ta' Strateġija u Programmi Indikattivi Pluriennali. Għal Programmi ta' Azzjoni Annwali u Miżuri Speċjali, l-applikazzjoni tal-proċedura tal-immaniġġjar kif inhi attwalment prevista fl-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (id-dritt għal skrutinju), m'hemmx għalfejn tinbidel għax dawn il-miżuri għandhom ambitu iżjed limitat.

Għalkemm id-deċiżjoni tal-Komitoloġija emendata li tintroduċi l-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju ttieħdet f'Lulju 2006, din il-proċedura ġdida saret tard wisq biex titqies fin-negozjati li jinvolvu tliet partijiet dwar l-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp li kienu diġà kumplessi ħafna u li saru taħt pressjoni estrema ta' ħin. Ir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-istrument issa tipprovdi l-opportunità xierqa biex il-Proċedura tal-Komitoloġija tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tiġi konformi mad-deċiżjoni tal-Komitoloġija.

Għandu jitfakkar li l-proposta tar-rapporteur tagħkom hija għal kollox konsistenti mal-pożizzjoni espressa mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta' atti legali għad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija l-ġdida[1]. Din ir-riżoluzzjoni tinkludi r-Regolament tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp fost l-atti legali li għalihom il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi proposti leġiżlattivi għal allinjament mal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju. Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp hija okkażjoni ideali biex it-talba tal-Parlament titqiegħed fil-prattika u biex jiġi żgurat li l-istrument jikkonforma mar-rekwiżiti l-ġodda tal-Komitoloġija.

PROĊEDURA

Titolu

Strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006)

Referenzi

COM(2009)0194 – C7-0043/2009 – 2009/0060A(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.4.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

17.9.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.9.2009

INTA

17.9.2009

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

28.9.2009

INTA

10.11.2009

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Gay Mitchell

6.10.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

23.11.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Michael Cashman, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Catherine Greze, Enrique Guerrero Salom, Eva Joly, Franziska Keller, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Iva Zanicchi, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bart Staes, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascale Gruny

Data tat-tressiq

1.12.2009