RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta’ fornimenti ta’ ċerti oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi

2.2.2010 - (COM(2009)0511 – C7‑0210/2009 – 2009/0139(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: David Casa


Proċedura : 2009/0139(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0008/2010
Testi mressqa :
A7-0008/2010
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta’ fornimenti ta’ ċerti oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi

(COM(2009)0511 – C7‑0210/2009 – 2009/0139(CNS))

(Proċedura speċjali leġiżlattiva ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0511),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0210/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi (A7 –0008/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-lista definita minn qabel, li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minnha, għandha tiġi ristretta għall-fornimenti ta’ oġġetti u servizzi li, skont esperjenza reċenti, huma partikolarment suġġetti għall-frodi. Biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu bħal dan tista’ tiġi vvalutata b’mod effettiv u li l-impatt tiegħu jiġi ssorveljat bir-reqqa, l-Istati Membri għandhom ikunu limitati fl-għażla tagħhom.

(4) Il-lista definita minn qabel, li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minnha, għandha tiġi ristretta għall-fornimenti ta’ oġġetti u servizzi li, skont esperjenza reċenti, huma partikolarment suġġetti għall-frodi. Biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu bħal dan tista’ tiġi vvalutata b’mod effettiv u li l-impatt tiegħu jiġi ssorveljat bir-reqqa, l-Istati Membri għandhom ikunu limitati fl-għażla tagħhom għal oġġetti u servizzi f’dik il-lista definita minn qabel.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Meta jiġi biex jagħżlu liema oġġetti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għall-mekkaniżmu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-iskambju tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u massimu ta’ tnejn mill-kategoriji elenkati f’Parti A tal-Anness VIA.

Ġustifikazzjoni

Meta l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw is-sistema tar-reverse charge, għandhom jinkludu ċ-ċertifikati tal-iskambju għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għax mill-2013 ’il quddiem il-maġġoranza tal-kwoti se tiġi rkantata. Minħabba l-ammont akbar tal-kwoti skambjati, it-telfa potenzjali fil-każ li sseħħ frodi tkun ħafna akbar. Massimu ta’ żewġ skambji huwa ġġustifikat minħabba fl-inċertezza ta’ kif is-sistema tar-reverse charge se taffettwa oqsma oħra tal-kummerċ jew kif se tgħaddi l-attivitajiet frodulenti tal-iskambju lil Stati Membri oħra.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex jiġi vvalutat l-effett tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu fuq attivitajiet frawdolenti b’mod trasparenti, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-Istati Membri għandhom ikunu abbażi ta’ kriterji definiti minn qabel stabbiliti mill-Istati Membri. Kull evalwazzjoni bħal din għandha tivvaluta b’mod ċar il-livell ta’ frodi qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu u kull ċaqliq fix-xejriet ta’ attivitajiet frodulenti b’mod partikolari lejn fornimenti ta’ oġġetti u servizzi oħrajn, fornimenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u fornimenti fi Stati Membri oħrajn.

(7) Biex jiġi vvalutat l-effett tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu fuq attivitajiet frodulenti b’mod trasparenti, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-Istati Membri għandhom ikunu abbażi ta’ kriterji definiti minn qabel stabbiliti mill-Istati Membri. Bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta miżuri mfassla biex jispeċifikaw, fuq il-bażi tal-input mill-Istati Membri u filwaqt li jitqies il-parir tal-Kumitat tal-VAT, il-kriterji ta' valutazzjoni li jkunu se jintużaw mill-Istati Membri meta jevalwaw l-effett tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta' attivitajiet frodulenti. Dawn il-kriterji għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2010. Kull evalwazzjoni bħal din għandha tivvaluta b’mod ċar il-livell ta’ frodi qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu u kull ċaqliq fix-xejriet ta’ attivitajiet frodulenti b’mod partikolari lejn fornimenti ta’ oġġetti u servizzi oħrajn, fornimenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u fornimenti fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż għall-konformità għall-persuni taxxabbli u l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni mġarrba mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw minn miżuri ta’ kontroll u ta’ verifika.

(8) Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż għall-konformità għall-persuni taxxabbli u l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni mġarrba mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw minn miżuri ta’ kontroll u ta’ verifika, kif ukoll xi tibdil li jista' jkun hemm fid-dħul mill-VAT minħabba l-mekkaniżmu rigward il-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Anness VIA, magħżul u applikat mill-Istati Membri rispettivi.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rapport m'għandux jeżamina biss l-ammont tal-ispejjeż addizzjonali iżda wkoll jekk id-dħul addizzjonali mill-VAT mistenni minħabba l-implimentazzjoni jkunx jaqbel mal-ispejjeż relatati.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Sal-1 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti xierqa msejsa fuq ir-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri, li jivvaluta l-effettività u l-effikaċja kollha tal-miżura billi japplika l-mekkaniżmu u l-proporzjon bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-miżura sabiex jiġi vvalutat mill-ġdid jekk l-estensjoni jew it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkunx xieraq.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2014 u għal perjodu minimu ta’ sentejn, jintroduċu u japplikaw mekkaniżmu li permezz tiegħu l-VAT dovut fuq il-fornimenti tal-kategoriji ta’ oġġetti u servizzi elenkati fl-Anness VI A tkun pagabbli mill-persuna li lilha jiġu fornuti dawk l-oġġetti u servizzi.

1. L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2014 u għal perjodu minimu ta’ sentejn, jintroduċu u japplikaw mekkaniżmu li permezz tiegħu l-VAT dovut fuq il-fornimenti tal-kategoriji ta’ oġġetti u servizzi elenkati fl-Anness VI A tkun pagabbli mill-persuna taxxabbli li lilha jiġu fornuti dawk l-oġġetti u servizzi.

Ġustifikazzjoni

Il-persuna li għandha tħallas it-taxxa m’għandha qatt tkun il-konsumatur finali iżda l-aħħar negozjant fil-katina tal-kummerċ.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jintgħażlu liema oġġetti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għal dak il-mekkaniżmu, l-Istati Membri huma limitati għal tlieta mill-kategoriji elenkati fl-Anness VI A li minnhom massimu ta’ tnejn għandhom ikunu kategoriji ta’ oġġetti.

Meta jintgħażlu liema oġġetti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għal dak il-mekkaniżmu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-iskambju tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta' serra u massimu ta’ tnejn mill-kategoriji ta’ oġġetti elenkati f’Parti A tal-Anness VI A.

Ġustifikazzjoni

Meta l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw is-sistema tar-reverse charge, għandhom jinkludu ċ-ċertifikati tal-iskambju għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għax mill-2013 ’il quddiem il-maġġoranza tal-kwoti se tiġi rkantata. Minħabba l-ammont akbar tal-kwoti skambjati, it-telfa potenzjali fil-każ li sseħħ frodi tkun ħafna akbar. Massimu ta’ żewġ skambji huwa ġġustifikat minħabba fl-inċertezza ta’ kif is-sistema tar-reverse charge se taffettwa oqsma oħra tal-kummerċ jew kif se tgħaddi l-attivitajiet frodulenti tal-iskambju lil Stati Membri oħra.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jintroduċi obbligi ta’ rapportar xierqa u effettivi fuq kull persuna taxxabbli li tforni oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu, sabiex tkun possibbli, għal kull tranżazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ dik il-persuna taxxabbli u l-persuna taxxabbli li jsirulha l-fornimenti, tat-tip ta’ oġġetti jew servizzi fornuti, u tal-perjodu tat-taxxa u tal-valur ta’ dawn il-fornimenti;

(b) jintroduċi obbligi ta’ rapportar xierqa u effettivi fuq kull persuna taxxabbli li tforni oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu, sabiex tkun possibbli għal kull tranżazzjoni, fuq bażi perjodika, jew fuq il-bażi ta’ tranżazzjoni globali, l-identifikazzjoni ta’ dik il-persuna taxxabbli u l-persuna taxxabbli li jsirulha l-fornimenti, tat-tip ta’ oġġetti jew servizzi fornuti, u tal-perjodu tat-taxxa u tal-valur ta’ dawn il-fornimenti;

Ġustifikazzjoni

Sabiex titnaqqas il-possibilità li sseħħ frodi, ir-rappurtar għandu jsir f’perjodi ta’ żmien raġonevoli sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jissorveljaw il-moviment tal-oġġetti u tas-servizzi. L-obbligu ta’ rappurtar mill-fornituri fuq il-bażi ta’ tranżazzjoni globali għandu jkun permess sabiex il-piż fuq in-negozju jkun minimu.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jimponi obbligi ta’ rrapportar abbażi tat-tranżazzjoni jew globali fuq kull persuna taxxabbli li tirċievi oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu għal raġunjijiet ta’ verifika ma’ informazzjoni mressqa mill-fornitur;

(c) jimponi obbligi ta’ rrapportar perjodiku abbażi tat-tranżazzjoni jew globali fuq kull persuna taxxabbli li tirċievi oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu għal raġunijiet ta’ verifika ma’ informazzjoni mressqa mill-fornitur;

Ġustifikazzjoni

Sabiex titnaqqas il-possibilità li sseħħ frodi, ir-rappurtar għandu jsir f’perjodi ta’ żmien raġonevoli sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jissorveljaw il-moviment tal-oġġetti u tas-servizzi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jintroduċi miżuri ta’ kontroll xierqa u effettivi biex jiġu ssorveljati u mnaqqsa forom attwali ta’ frodi, kif ukoll biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ attivitajiet frawdolenti rigward oġġetti jew servizzi oħrajn, fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew fi Stati Membri oħrajn.

(d) jintroduċi miżuri ta’ kontroll xierqa u effettivi flimkien mal-ispezzjonijiet għal għarrieda diġà eżitstenti biex jiġu ssorveljati u mnaqqsa forom attwali ta’ frodi, kif ukoll biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ attivitajiet frodulenti rigward oġġetti jew servizzi oħrajn, fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew fi Stati Membri oħrajn.

Ġustifikazzjoni

L-ispezzjonijiet għal għarrieda għandhom jitqiesu bħala element ta' sorpriża biex jinkixfu attivitajiet frodulenti oħrajn.

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Stat Membru li jagħżel li jintroduċi l-mekkaniżmu, hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafu 1, jista’ jimponi r-rekwiżit li jsiru rapporti speċifiċi bbażati fuq id-data għal kwalunkwe persuna taxxabbli li tirċievi oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dan il-mekkaniżmu sabiex jiġi ċċarat jekk dawk l-oġġetti u s-servizzi jkunux qegħdin jintużaw għal skopijiet ta' negozju normali jew għal skopijiet oħrajn.

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fuq il-bażi tal-input mill-Istati Membri, l-kriterji ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat tal-VAT.

Emenda  13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 4 – punt f a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) xi tibdil li jista' jkun hemm fid-dħul mill-VAT minħabba l-mekkaniżmu rigward l-oġġetti u s-servizzi elenkati fl-Anness VI A, magħżul u applikat mill-Istati Membri rispettivi.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rapport m'għandux jeżamina biss l-ammont tal-ispejjeż addizzjonali iżda wkoll jekk id-dħul addizzjonali mill-VAT mistenni minħabba l-implimentazzjoni jkunx jaqbel mal-ispejjeż relatati. Għalhekk l-Istati Membri għandhom rispettivament jippreżentaw data rigward xi tibdil minħabba d-dħul mill-VAT fil-perjodu ta' applikazzjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 199a – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sa Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti xierqa msejsa fuq ir-rapporti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 4, li jivvaluta l-proporzjon bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-miżura sabiex jiġi vvalutat mill-ġdid jekk l-estensjoni jew it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkunx xieraq.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

Il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 (“id-Direttiva tal-VAT”) għandha l-għan li tippermetti, b’ċerti kundizzjonijiet u modalitajiet, l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge bil-għan li tegħleb forom speċifiċi tal-frodi tal-VAT bħal ma hija l-frodi minn negozjanti neqsin jew dik tat-tip karusell (frodi minn negozjanti li ma jinstabux).

L-idea li jitnieda proġett pilota li jippermetti lill-Istati Membri jintorduċu mekkaniżmu tar-reverse charge tqajmet fi ħdan il-Kunsill fl-2007. Il-Kummissjoni wettqet analiżi fl-2008. Madankollu, il-Kunsill ma setax jasal għal konklużjoni. F’riżoluzzjoni tat-2 ta’ Settembru 2008 dwar strateġija koordinata biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali (2008/2033(INI)), il-Parlament Ewropew iddiskuta wkoll is-sistema tar-reverse charge bħala alternattiva biex tinsab soluzzjoni għall-frodi tal-VAT filwaqt li qagħad attent dwar din il-kwistjoni.

,

Bħalissa hemm Stat Membru wieħed li huwa permess japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge sat-30 ta’ April 2011 fuq oġġetti speċifiċi bħat-telefoni ċellulari u mezzi b’ċirkwit integrat. Bil-proposta l-ġdida, din il-possibilità se tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, anke għal ċertu numru ta’ setturi u fuq bażi temporanja.

2. Il-frodi tan-negozjant nieqes u tal-karusell (frodi minn negozjanti li ma jinstabux)

Il-frodi tal-VAT hija ta’ tħassib kbir għad-dħul tal-Istati Membri u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Tip komuni u partikolarment gravi ta’ din il-frodi hija l-frodi tan-negozjant nieqes u t-tip l-aktar serju huwa dik magħrufa bħala frodi karusell.

Il-frodi karusell tradizzjonalment tiġi organizzata b’oġġetti ta’ piż ħafif u b’valur miżjud għoli. Iżda dan l-aħħar, skont il-Kummissjoni, f’għadd ta’ Stati Membri ġew interċettati numru ta’ każijiet ta’ suspett ta’ frodi fl-iskambju tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Fis-sistema tradizzjonali tal-VAT, fuq bejgħ intern bejn negozju u ieħor (B2B), il-fornitur jiġbor il-VAT mingħand il-klijent tiegħu u jħallasha lit-Teżor. F’dan il-każ il-klijent jista’ jitlob din il-VAT lura mingħand it-Teżor (“l-input VAT”). Effettivament huwa l-konsumatur aħħari li jeħel il-VAT, minħabba li, bħala persuna mhux taxxabbli, ma jistax jitlob l-input VAT lura mingħand it-Teżor. Madankollu, waqt il-kummerċ intrakomunitarju B2B, u konformi mas-sistema tranżitorja attwali, il-fornitur ma jimponix VAT, għalhekk l-oġġetti jiċċirkolaw bla VAT minn Stat Membru għall-ieħor.

Il-frodi tan-negozjant nieqes isseħħ meta l-fornitur jimponi u jirċievi l-VAT mingħand il-klijent tiegħu waqt bejgħ intrakomunitarju u wara “jisparixxi” mingħajr ma jgħaddi l-VAT lit-Teżor. Jekk l-istess oġġetti f’serje ta’ tranżazzjonijiet jiċċirkulaw kemm-il darba bejn l-Istati Membri, u kull darba jkun hemm “negozjant nieqes” li dejjem jimponi l-VAT iżda li ma jgħaddihiex lit-Teżor, dan tal-aħħar jista’ jkun li kull darba ma jkunx qed jiġbor l-ammont ta’ taxxa fuq l-istess oġġett. Għalhekk dan it-tip ta' frodi jissejjaħ "karusell".

Il-mekkaniżmu tal-frodi jista’ jiġi deskritt b'mod sempliċi fil-mudell li jmiss: kumpanija (B) tixtri oġġetti minn Kumpanija A li tkun stabbilita fi Stat Membru differenti mill-Istat li fih tkun stabbilita l-B. F’konformità mar-regoli applikabbli, Kumpanija B ma tħallasx VAT lil-fornitur tagħha (Kumpanija A). Konsegwentement, Kumpanija B tbigħ l-oġġett f’pajjiżha lill-klijent tagħha (Kumpanija D) li fuqu timponti l-VAT. Madankollu, Kumpanija B ma tgħaddix il-VAT lit-Teżor u tisparixxi (in-negozjant nieqes). Il-klijent (Kumpanija D) jitlob kreditu tal-VAT li jkun ħallas lil Kumpanija B. Konsegwentement, it-Teżor jagħmel telf finanzjarju għax ikollu jirrifondi l-VAT lura lill-klijent (Kumpanija D), ammont ta’ VAT li t-Teżor qatt ma kien ġabar mingħand il-fornitur (Kumpanija B). Sussegwentement, Kumpanija C tista’ tiddikjara li għamlet forniment intrakomunitarja eżentat lil Kumpanija A, li min-naħa tagħha tista’ tagħmel forniment intrakomunitarja eżentat lil Kumpanija B, u l-mudell tal-frodi jerġa’ jibda mill-ġdid (frodi karusell).

Hawn taħt tidher skema li turi kif topera l-frodi karusell:

Hemm ċifri konkreti li juru l-vastità tal-frodi tan-negozjant nieqes u tat-tip karusell meta din titqabbel mal-frodi tal-VAT. Ir-Renju Unit jikkalkula li l-frodi min-negozjant nieqes u mill-karusell jammontaw għal 16% sa 24% tal-ammont totali tal-frodi tal-VAT.

Huwa importanti li wieħed iqabbel dawn iċ-ċifri fl-isfond aktar ġenerali tad-differenza fil-VAT. Il-Kummissjoni dan l-aħħar ippubblikat studju li juri li d-differenza fil-VAT varjat bejn EUR 90 biljun u EUR 113-il biljun għall-perjodu 2000-2006. Għas-sena 2006, dan l-ammont kien jirrappreżenta 12% tal-obbligu teoretiku tal-VAT b’differenzi nazzjonali importanti.

3. Ir-riskji partikulari tal-frodi karusell fil-qafas tal-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS).

It-trasferimenti tal-kwoti fi ħdan l-ETS bejn persuni taxxabbli li jsiru esklużivament b’mod elettroniku huma meqjusa bħala forniment ta’ servizzi, u bażikament huma taxxabbli fil-post fejn ikun stabbilit min ikun qed jirċievi dak is-servizz. In-negozjanti jixtru l-krediti tal-karbonju minn sorsi ta’ Stati Membri ohra minghajr VAT u jbieghuhom lil intrapriżi bil-VAT fl-Istat Membru tagħhom. In-negozjant nieqes ma jgħaddix il-VAT lit-Teżor. Din is-sitwazzjoni u l-kalendarju li ġej, li juri li l-maġġoranza tal-iskambji se tibda mill-2013, tista’ toħloq dubji f’dak li hu l-funzjonament xieraq tal-ETS. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tittieħed azzjoni immedjata billi l-kwoti jiddaħħlu fil-lista tal-fornimenti li għalihom tista’ tiġi applikata sistema (domestika) ta’ reverse charge.

Attwalment u sal-2012 bl-ETS, madwar 90 - 95% tal-kwoti jingħataw mill-gvernijiet nazzjonali lil min iniġġes ħafna. 5 – 10 % tal-kwoti jiġu rkantati fi ħdan is-sistema tan-negozju ta’ Kjoto. Mill-2013 ’il quddiem, il-maġġoranza tal-kwoti se tiġi irkantata. L-operaturi fi ħdan l-ETS jistgħu jassenjaw mill-ġdid jew jinnegozjaw il-kwoti tagħhom b’diversi modi bħal:

- Iċaqalqu l-kwoti b’mod privat bejn l-operaturi fi ħdan kumpanija u b’mod transkonfinali

- Permezz ta’ bejgħ, billi jużaw broker li b’mod privat iqabbel ix-xerrejja mal-bejjiegħa

- Jinnegozjaw fis-suq ta’ wieħed mill-iskambji tal-klima tal-Ewropa.

Għalhekk hemm il-ħtieġa li wieħed jirrispondi minnufih għar-riskji ta’ frodi, qabel ma s-suq tal-karbonju jkun żviluppat għal kollox.

4. Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tippermetti lill-Istati Membri, sal-31 ta’ Diċembru 2014 u għal perjodu minimu ta’ sentejn, li jintroduċu u japplikaw is-sistema tar-reverse charge għall-fornimenti ta' kategoriji definiti ta' oġġetti u għal kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra. Il-mekkaniżmu tar-reverse charge jippermetti kumpanija tbigħ oġġetti lil kumpanija oħra, li t-tnejn ikunu rreġistrati mad-dipartiment tal-VAT, mingħajr ma timponi VAT. It-taxxa tinġabar mill-kumpanija li tkun qed tbigħ l-oġġett lill-konsumatur finali jew lil kumpanija li ma tkunx irreġistrata mad-dipartiment tal-VAT. It-taxxa kollha dovuta fuq il-prodott hija kkonċentrata fuq l-aħħar negozjant. Sakemm il-klijent ma jħallasx VAT, hu ma jistax jitlob refużjoni u għalhekk l-opportunità ta’ frodi tat-tip karusell ma tibqax teżisti aktar.

Il-proposta tillimita ruħha għal tliet kategoriji ta’ oġġetti u servizzi li jistgħu jkunu suġġetti għal dan il-mekkaniżmu, b'massimu ta’ żewġ kategoriji li jridu jkunu ta’ oġġetti. Qabel l-applikazzjoni tas-sistema tar-reverse charge, l-Istati Membri jridu jintroduċu u jimplimentaw miżuri, fosthom l-obbligu li jirrappurtaw kull persuna taxxabbli, sabiex jiżguraw it-traċċi tas-sistema tar-reverse charge, li jissorveljaw u jevitaw attivitajiet frodulenti u jippermettu evalwazzjoni xierqa tar-riżultati tal-applikazzjoni ta' din is-sistema. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri u għandhom jirrappurtawlha l-effikaċja u l-effiċjenza totali tas-sistema.

5. L-evalwazzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-Rapporteur iqis li ċerti aspetti tal-proposta għandhom jiġu modifikati kif ġej:

- Għandu jiġi ċċarat li l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu fakultattiv tar-reverse charge għandu jkun immirat lejn ir-relazzjoni bejn negozju u ieħor li tinvolvi persuni taxxabbli.

- Fejn jidħli oġġetti u servizzi li huma suġġetti għal dan il-mekkaniżmu, u la darba Stat Membru jiddeċiedi li juża din il-fakultà, ir-reverse charge għandha tkun mandatorja għall-kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra, minħabba li tinħtieġ azzjoni malajr u kkoordinata bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam.

- Dwar l-obbligi ta’ rappurtar minn persuni taxxabbli, u sabiex il-piż amministrattiv għan-negozji jitnaqqas, l-Istati Membri għandu jkollhom il-fakultà li jew jitolbu rapport dwar tranżazzjoni bi tranżazzjoni jew rapport globali tat-tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ komparabilità u trattament ta’ informazzjoni li tirċievi l-Kummissjoni, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-Kumitat tal-VAT għandu jiġi kkonsultat mill-Istati Membri meta jiġu definiti l-kriterji ta' evalwazzjoni li jkunu se jintużaw biex tiġi evalwata l-effiċjenza tas-sistema u l-impatti potenzjali tagħha fuq l-iżvilupp ta' attivitajiet frodulenti.

- Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-applikazzjoni tas-sistema tar-reverse charge sa Lulju 2014.

B’dawn il-proposti, ir-Rappurteur jixtieq jisħaq fuq is-sikurezza tal-kwoti tal-ETS fil-konfront ta’ persuni frodulenti, filwaqt li fl-istess ħin jitnaqqas il-piż minn fuq in-negozju onest. Barra minn hekk, ir-Rapporteur iqis li l-Parlament għandu jiġi mgħarraf bir-riżultati ta’ din l-implimentazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge.

PROCEDURE

Titolu

L-applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta’ fornimenti ta’ ċerti oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi (emenda d-Direttiva 2006/112/KE)

Referenzi

COM(2009)0511 – C7-0210/2009 – 2009/0139(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

6.10.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

7.10.2009

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

David Casa

20.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2009

21.1.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Liem Hoang Ngoc, Eva Joly, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Werner Langen, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Sophie Briard Auconie, David Casa, Danuta Jazłowiecka, Arturs Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Thomas Mann