RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet
3.2.2010 - (COM(2009)0083 – C7‑0074/2009 – 2009/0035(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet
(COM(2009)0083 – C7‑0074/2009 – 2009/0035(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0083),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 44(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0074/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7‑0011/2010),
1. Jaddotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(6) Il-mikroentitajiet madankollu spiss ikunu soġġetti għall-istess regoli tar-rappurtar bħall-kumpaniji akbar. Dawk ir-regoli kienu ta' piż għalihom li ma hux proporzjonat mad-daqs tagħhom u għalhekk huwa sproporzjonat għall-iżgħar impriżi meta mqabbla mal-impriżi akbar. Għalhekk għandu jkun possibli li jiġu eżentati l-mikroentitajiet mill-obbligu li jfasslu l-kontijiet annwali, anki jekk tali kontijiet jipprovdu sors ta' informazzjoni statistika. |
(6) Il-mikroentitajiet madankollu spiss ikunu soġġetti għall-istess regoli tar-rappurtar bħall-kumpaniji akbar. Dawk ir-regoli kienu ta' piż għalihom li ma hux proporzjonat mad-daqs tagħhom u għalhekk huwa sproporzjonat għall-iżgħar impriżi meta mqabbla mal-impriżi akbar. Għalhekk għandu jkun possibbli li jiġu eżentati l-mikroentitajiet mill-obbligu li jfasslu l-kontijiet annwali, anki jekk tali kontijiet jipprovdu sors ta' informazzjoni statistika. Madankollu, il-mikroentitajiet xorta jridu jkunu soġġetti għall-obbligu li jżommu reġistri li juru t-tranżazzjonijiet kummerċjali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija bħala standard minimu li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jżidu obbligi oħra miegħu. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Kjarifika fir-rigward tal-emendi ta' kompromess għall-Artikolu 1 (AMC 3). | ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 8 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(8a) Peress li l-valuri minimi stipulati f’din id-Direttiva se japplikaw għal numru ta’ impriżi li se jvarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor, u billi l-attivitajiet tal-mikroentitajiet ma jħallux impatt fuq il-kummerċ transkonfinali u fuq it-tħaddim tas-suq intern, l-Istati Membri għandhom iqisu din id-differenza fl-impatt ta' dawn il-valuri meta jimplimentaw din id-Direttiva fil-livell nazzjonali. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Fuq il-bażi tal-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-proposta għal Direttiva biex jiġu identifikati l-mikroentitajiet, id-Direttiva, kif proposta mill-Kummissjoni, se taffettwa numru ta' impriżi li se jvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor. Dawn id-differenzi jsaħħu l-ħtieġa li tingħata għażla ħielsa lill-Istati Membri jekk jeżentawx jew le lil dawn il-kumpaniji fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tagħhom. In-nuqqas ta' kull aspett transkonfinali fl-attività ta' dawn il-mikroentitajiet, u għaldaqstant in-nuqqas ta' impatt fuq it-tħaddim tas-suq intern, ma jippermettux li tiġi ġġustifikata l-armonizzazzjoni, anke jekk minima, permezz ta' din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 8 b (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(8b) Filwaqt li huwa importanti ħafna li tiġi żgurata t-trasparenza għall-mikroentitajiet ukoll, sabiex ikun żgurat li jkunu miftuħa u li jkollhom aċċess għas-swieq finanzjarji, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq tagħhom meta jkunu qed jimplimentaw id-Direttiva 78/660/KEE. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Huwa ferm importanti li jinżamm ċertu livell ta’ trasparenza fir-rigward tal-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-kumpaniji ż-żgħar u wkoll sabiex tinżamm il-fiduċja tal-operaturi kollha differenti fis-suq. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jridu jqisu x’inhi l-qagħda attwali fis-suq nazzjonali tagħhom meta jimplimentaw din id-Direttiva. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 Direttiva 78/660/KEE Artikolu 1 a – paragrafu 1 – test introduttorju | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Tindirizza t-tħassib li eżenzjoni mid-dmirijiet tal-kontabilità tista' xxekkel l-organizzazzjoni interna u tnaqqas it-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex, pereżempju, jingħata self. B'din l-emenda, l-Istati Membri se jibqgħu obbligati li jżommu ċertu livell ta' obbligi ta' kontabilità (rekords li juru t-tranżazzjonijiet kummerċjali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija), xi ħaġa li tgħin lill-mikroentitajiet jistrutturaw il-finanzi tagħhom u jagħtu informazzjoni, jekk ikun meħtieġ, għal self (u anke għall-awtoritajiet tat-taxxa). Fi kwalunkwe każ, anke bl-eżenzjoni (li hija għażla tal-Istati Membri), il-mikroentitajiet jibqgħu ħielsa li jmorru lil hinn minn dan l-istandard minimu jekk ikunu jridu jagħmlu dan. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva fejn u meta jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-fakultà prevista fl-Artikolu 1a tad-Direttiva 78/660/KEE. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva fejn u meta jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-fakultà prevista fl-Artikolu 1a tad-Direttiva 78/660/KEE, filwaqt li jqisu b’mod partikulari l-qagħda fil-livell nazzjonali fir-rigward tan-numru ta’ impriżi koperti mill-valuri minimi stipulati f'dak l-Artikolu. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Fuq il-bażi tal-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-proposta għal Direttiva biex jiġu identifikati l-mikroentitajiet, id-Direttiva, kif proposta mill-Kummissjoni, se taffettwa numru ta' impriżi li se jvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor. Dawn id-differenzi jsaħħu l-ħtieġa li tingħata għażla ħielsa lill-Istati Membri jekk jeżentawx jew le lil dawn il-kumpaniji fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tagħhom. In-nuqqas ta' kull aspett transkonfinali fl-attività ta' dawn il-mikroentitajiet, u għaldaqstant in-nuqqas ta' impatt fuq it-tħaddim tas-suq intern, ma jippermettux li tiġi ġġustifikata l-armonizzazzjoni, anke jekk minima, permezz ta' din id-Direttiva. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur jilqa’ t-test tal-Kummissjoni u jappoġġja bis-sħiħ l-intenzjoni tagħha li tissimplifika l-ambjent kummerċjali għall-mikroentitajiet u li tneħħi r-rekwiżiti tar-rappurtar li japplikaw għalihom, biex b'hekk il-kompetittività u l-potenzjal tagħhom ta’ tkabbir ikunu jistgħu jissarrfu fi profitt[1].
B’hekk il-Kummissjoni qed tissodisfa (kważi perfettament) it-talba mtennija mill-Parlament Ewropew għal diversi snin, li ġiet espressa l-aħħar fir-riżoluzzjoni tat-18 ta' Diċembru 2008[2].
L-esperti taw prova ta' kemm huma validi t-talbiet tal-Membri. Fl-opinjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 bl-isem 'It-tnaqqis tal-piż amministrattiv; qasam prijoritarju liġi tal-kumpaniji / kontijiet annwali', il-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi[3] jaqbel mal-attitudni tal-Parlament rigward il-ħtieġa li l-mikroentitajiet jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-kontabilità tal-UE[4].
In-negozju tal-mikroentitajiet huwa ġeneralment limitat għas-suq reġjonali u lokali. F'dan il-każ m'għandhom l-ebda impatt transkonfinali fuq is-suq uniku Ewropew, u l-konklużjoni loġika, għaldaqstant, hija li m'hemmx bżonn li jkunu marbuta bir-regolamenti tas-suq intern li japplikaw fl-UE kollha.
Minflok ma tkun deċiża mill-Istati Membri individwali, l-eżenzjoni għall-mikroentitajiet għandha preferibilment tapplika awtomatikament fl-Istati Membri kollha. Madankollu, ir-realtà politika fil-Kunsill għalissa ma tagħmilhiex possibbli li jittieħed dan il-pass neċessarju. Għalhekk, l-għażla preferuta mill-Kummissjoni, li permezz tagħha l-eżenzjoni tkun kwistjoni li titħalla f’idejn l-Istati Membri, m'għandhiex, fl-opinjoni tar-rapporteur, tintmess.
Ir-rapporteur ikkunsidra jekk jikkjarifikax il-kliem tal-Artikolu 1a(1) il-ġdid biex jenfasizza l-fatt li l-mikroentitajiet bl-ebda mod ma jagħmlu parti mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Fl-aħħar, madankollu, hu ċaħad dik il-possibilità, peress li l-limiti stipulati fl-Artikolu 1a(a) ma kinux inkella jkunu jistgħu jiżdiedu regolarment kif previst fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 78/660/KEE. Skont kif jifhimha hu, it-test tal-Artikolu 1a(1) ifisser li l-mikroentitajiet huma eżentati mill-obbligi li joħorġu mid-direttiva iżda se jkomplu jkunu koperti mill-Artikolu 53, li jobbliga lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-limiti.
Il-kumitat, fuq il-bażi ta' kompromess, adotta l-emendi għall-Artikolu 1 a, paragrafu 1, tad-Direttiva 78/660/KEE u l-premessa 6 korrispondenti, li jgħidu li l-mikroentitajiet xorta jridu jibqgħu soġġetti għall-obbligu li jżommu reġistri li juru t-tranżazzjonijiet tan-negozju u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija bħala standard minimu li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jżidu obbligi oħra miegħu.
Barra minn hekk, il-kumitat adotta tliet emendi, li jenfasizzaw li l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla ħielsa jekk jeżentawx il-mikroentitajiet jew le, filwaqt li jqisu b'mod partikolari s-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali rigward in-numru ta' impriżi koperti mill-valuri minimi stipulati fid-Direttiva.
- [1] Ara COM(2009)0083, tas-26 ta' Frar 2009, punt 1.1.
- [2] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari l-mikroentitajiet: ara l-paragrafu 2.
- [3] Magħruf bħala l-'Grupp Stoiber'.
- [4] Ara l-punt 29 tal-opinjoni.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (20.10.2009)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet
(COM(2009) – C7‑0083 0074/2009 – 2009/0035(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Dirk Sterckx
It-tnaqqis tal-piż amministrattiv jikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali għat-tisħiħ tal-ekonomija u tat-tkabbir Ewropej, partikolarment meta jitqiesu l-benefiċċji potenzjali għall-iSMEs. Għalhekk, il-''Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku'' tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur u tan-negozjant, li fih il-Kummissjoni timpenja ruħha li tnaqqas il-piż għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) [1] intlaqa' tajjeb ferm.
Imbagħad, qed jiġi mfakkar li l-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-“Kummissjoni biex tkompli l-attivitajiet tagħha fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji, tal-kontabilità u tal-verifika…, b'mod partikolari tar-Raba' u s-Seba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji”[2].
Il-Proposta attwali tal-Kummissjoni, madankollu, ma tindirizzax żewġ kwistjonijiet.
L-ewwelnett, mhuwiex ċert jekk l-għażla li wieħed jeżenta l-mikroentitajiet mill-obbligu li jħejju u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom hijiex se twassal għal tnaqqis sinifikanti tal-piż amministrattiv.
Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni tesaġera l-vantaġġi u ma tikkwantifikax, u b'hekk tissottovaluta, l-iżvantaġġi marbuta ma' din l-eżenzjoni tal-mikroentitajiet[3]. Pereżempju, il-valutazzjoni tal-impatt ma tqisx l-ispejjeż relatati mar-rekwiżiti l-ġodda tal-kontabilità li l-Istati Membri se jimponu fuq il-mikroentitajiet, u lanqas ma tqis l-ispejjeż relatati mal-ġbir ta' dejta statistika ġdida. Hija lanqas ma tikkwantifika l-impatt fuq is-suq uniku, fuq l-informazzjoni lill-partijiet interessati esterni u fuq il-ħarsien tal-kredituri.
Applikazzjoni differenti min-naħa tal-Istati Membri tal-għażla li jiġu eżentati l-mikroentitajiet twassal għal frammentazzjoni tas-suq uniku. Din twassal ukoll għal tnaqqis fit-trasparenza. Mikroentità li twettaq kummerċ transkonfinali tista' ma tingħatax aċċess għall-kontijiet annwali tal-imsieħba kummerċjali tagħha, u għalhekk ma jkollhiex mezz biex tivverifika s-solvibilità tal-imsieħeb kummerċjali tagħha. Dan jipperikola l-kummerċ transkonfinali.
It-tieninett, tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-iSMEs għandu jsir b'mod koerenti u komprensiv. Peress li l-Kummissjoni diġà qed tikkunsidra reviżjoni ġenerali tar-Raba' u s-Seba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji fl-2010, qed jintalab lill-Kummissjoni li tirtira l-proposta attwali tagħha u li tressaq proposta komprensiva fl-2010.
Eżenzjoni tal-mikroentitajiet mir-rekwiżit statutorju ta' tħejjija u ta' pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali mhux se teżentahom milli jħejju kontijiet relatati ma' taxxi. U lanqas mhi se żżomm lill-partijiet interessati u lill-kredituri milli jitolbu lill-mikroentità biex tħejji l-kontijiet qabel ma jsir in-negozju magħhom, jew qabel ma jingħata l-kreditu. Huwa għalhekk ċar - hekk kif tindika bir-raġun il-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha [4] – li l-informazzjoni statistika li issa tittieħed mill-kontijiet annwali tal-mikroentitajiet se jkollha tinġabar permezz ta' mezzi oħra, u dan inaqqas b'mod sinifikanti jew saħansitra jxejjen il-vantaġġi tal-proposta tal-Kummissjoni.
Il-qsim tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri jista' jikkontribwixxi b'mod iktar sostenibbli għall-ħolqien ta' ġabra ta' regoli nazzjonali adegwati u għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibilità li ma tipproponi l-ebda miżura li taffettwa b'mod negattiv l-impatt tal-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv.
Għalhekk qed jintalab li l-proposta komprensiva li l-Kummissjoni għandha tressaq fl-2010 titressaq flimkien ma' valutazzjoni tal-impatt kompluta li tinkludi stimi u li tikkwantifika kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi tal-proposta tagħha. Fil-valutazzjoni tal-impatt u fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-aħjar prattika identifikata madwar l-UE.
******
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi rifjutata u biex jitlob li ssir reviżjoni ġenerali tar-Raba' u tas-Seba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji fl-2010, li b'mod partikolari għandha tiffoka fuq it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u fuq is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ finanzjarju tal-mikroentitajiet.
Ir-reviżjoni ġenerali tar-Raba' u s-Seba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji għandha ssir flimkien ma' valutazzjoni tal-impatt komprensiva, li tkun tiffoka fuq il-kwistjoni dwar jekk l-għażla tal-Istati Membri li jeżentaw il-mikroentitajiet mill-obbligi tagħhom skont ir-Raba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji fil-fatt tnaqqasx il-piż amministrattiv ta' dawn il-mikroentitajiet. Il-valutazzjoni tal-impatt għalhekk għandha tikkunsidra mhux biss il-vantaġġi ta' possibilità bħal din ta' eżenzjoni, iżda wkoll il-miżuri konsegwenzjali negattivi li jafu jiġu imponuti minn bosta Stati Membri, bħal rekwiżiti alternattivi ta' kontabilità.
Barra minn hekk, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tqis jekk għandhomx jibbenefikaw minn simplifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ finanzjarju biss il-mikroentitajiet bi qligħ minn attivitajiet transkonfinali fi ħdan l-Unjoni Ewropea li ma jaqbiżx ċerta perċentwali (pereżempju 10%) tal-qligħ totali tagħhom.
PROĊEDURA
Titolu |
Kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0083 – C6-0074/2009 – 2009/0035(COD) |
|||||||
Committee responsible |
JURI |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 9.3.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Dirk Sterckx 21.7.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
29.9.2009 |
19.10.2009 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
19.10.2009 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 8 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa I Balcells, Corien Wortmann-Kool |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Alvarez, Jean-Pierre Audy, Pervenche Berès, Sophie Briard Auconie, Sari Essayah, Danuta Maria Hübner, Philippe Lamberts, Klaus-Heiner Lehne, Thomas Mann, Dirk Sterckx, Pablo Zalba Bidegain |
|||||||
- [1] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku - COM (2008) 800, 26.11.2008, il-punt 4, disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/pdf/Comm_20081126.pdf
- [2] Rapport dwar l-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) u t-tmexxija tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali ta’ Kontabbiltà (IASB) (2006/2248(INI)), Il-PE, Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, Rapporteur: Alexander Radwan, A6-0032/2008, 5.2.2008, p. 10.
- [3] Valutazzjoni tal-Impatt: Dokument mehmuż mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet, SEC(2009)206, 26.02.2009, p. 27-31.
- [4] Valutazzjoni tal-Impatt: Dokument mehmuż mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji fir-rigward ta' mikroentitajiet, SEC(2009)206, 26.02.2009, p. 30.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji fir-rigward tal-mikroentitajiet |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0083 – C6-0074/2009 – 2009/0035(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
26.2.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 19.10.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 19.10.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Klaus-Heiner Lehne 2.9.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
3.9.2009 |
9.11.2009 |
27.1.2010 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
28.1.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Cecilia Wikström |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Sajjad Karim, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders, Arlene McCarthy, Angelika Niebler, Georgios Papastamkos |
|||||||
Data tat-tressiq |
3.2.2010 |
|||||||