Proċedura : 2009/2158(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0028/2010

Testi mressqa :

A7-0028/2010

Dibattiti :

PV 19/04/2010 - 21
CRE 19/04/2010 - 21

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.39
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0129

RAPPORT     
PDF 235kWORD 298k
3.3.2010
PE 430.369v01-00 A7-0028/2010

dwar "Europeana - il-passi li jmiss"

(2009/2158(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Helga Trüpel

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar "Europeana - il-passi li jmiss"

(2009/2158(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2009 bit-titlu: "Europeana – il-passi li jmiss" (COM(2009)0440),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2009 bit-titolu: "Id-Dritt tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien" (COM(2009)0532),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-librerija diġitali Ewropea EUROPEANA,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2008 bit-titolu: "Il-maws muftieħ tal-wirt kulturali tal-Ewropa – Progress fid-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali madwar l-UE" (COM(2008)0513),

–   wara li kkunsidra r-rapport finali tal-4 ta' Ġunju 2008 tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali – is-sottogrupp dwar id-drittijiet tal-awtur – dwar il-konservazzjoni diġitali, ix-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur u xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati,

–   wara li kkunsidra r-rapport finali ta' Mejju 2008 tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali – is-sottogrupp dwar is-sħubijiet pubbliċi u privati – dwar is-sħubijiet pubbliċi u privati għad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn tal-wirt kulturali tal-Ewropa,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2007 dwar l-i2010: lejn librerija diġitali Ewropea ,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/585/KE tal-Kummissjoni tal-24 ta' Awwissu 2006 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn ta' materjal kulturali u dwar il-konservazzjoni diġitali,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni,

–   having regard to the Treaty on the Functioning of the European Union and in particularly Article 167 thereof,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0000/2010),

A. billi f'ambjent diġitali huwa importanti li jiġi ggarantit l-aċċess universali għall-wirt kulturali Ewropew u li jiġi żgurat li dan ikun ikkonservat għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, kemm fl-Ewropa kif ukoll 'il barra minnha,

billi, b'referenza għad-diġitizzazzjoni tal-materjal ta' wirt kulturali Ewropew, huwa essenzjali li jkun hemm politika Ewropea fil-qasam tal-kultura u turi l-impenn pubbliku qawwi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha għall-konservazzjoni, ir-rispett u l-promozzjoni tad-diversità kulturali,

C. billi l-ġid u d-diversità tal-wirt kulturali komuni Ewropew għandhom jinġiebu 'l quddiem u jkunu aċċessibbli bl-aktar mod mifrux possibbli, inkluż 'il barra mill-Ewropa, u l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali, b'mod partikolari l-libreriji, għandu jkollhom sehem importanti f'dan l-isforz kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali u lokali,

D. billi l-wirt kulturali Ewropew hu magħmul l-aktar minn xogħlijiet fid-dominju pubbliku, u dawn għandu jingħatalhom aċċess fid-dinja diġitali u kemm jista' jkun f'formati ta' kwalità għolja,

billi l-aċċess għat-tagħrif kulturali u edukattiv għandu jkun prijorità sabiex jitjiebu l-livelli ta’ edukazzjoni u tal-għajxien,

F.  whereas there is a need to establish common standards for the digitisation of European cultural heritage, and whereas large numbers of digitised works currently held by various libraries have not been made publicly available owing to incompatibilities between digital formats,

G. billi, bis-saħħa tal-istaff tagħhom, il-bibjoteki huma l-istituzzjonijiet li l-aktar huma kwalifikati biex jissorveljaw u jimmaniġġjaw il-proċess tad-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet,

billi l-librerija diġitali Ewropea għandha tkun aktar minn ġabra diġitali b'għodod għall-ġestjoni tal-informazzjoni, iżda għandha tħaddan l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' kapaċitajiet tekniċi u riżorsi għall-ħolqien, ir-riċerka u l-użu tal-informazzjoni,

I.   billi għandu jitqies l-iżvilupp mgħaġġel tat-teknoloġiji l-ġodda u t-tibdil li dawn iġibu fil-prattiki kulturali, kif għandhom jitqiesu wkoll il-proġetti eżistenti ta' diġitizzazzjoni barra l-Ewropa,

J.   Da. billi, konsegwentement, hemm il-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom, jingħaqdu u jarmaw ruħhom bil-mezzi meħtieġa biex iżommu u jinkoraġġixxu l-kontribut tagħhom għal Europeana sabiex isem l-Ewropa jżid fir-rispett mad-dinja kollha,

K. billi s'issa parti żgħira biss mill-wirt kulturali Ewropew għadha ġiet diġitizzata, billi kull Stat Membru qed jimxi bil-pass tiegħu, u l-finanzjament pubbliku allokat għad-diġitizzazzjoni tal-massa mhuwiex biżżejjed; billi l-Istati Membri għandhom iżidu fl-isforzi tagħhom biex iħaffu l-proċess tad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi u privati,

L.  billi d-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew u tal-materjal xjentifiku se tkun ta' ġid ukoll għal oqsma oħrajn, bħall-edukazzjoni, ix-xjenza, ir-riċerka, it-turiżmu, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u l-midja,

M. considérant que la technologie numérique constitue également un instrument remarquable permettant aux personnes rencontrant des obstacles dans l'accès à la culture, et notamment aux personnes handicapées, d'accéder à l'héritage culturel européen,

N. billi hemm differenzi kbar fil-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-awtur fost l-Istati Membri tal-UE u billi l-istatus tad-dritt tal-awtur ta' għadd kbir ta' xogħlijiet għadu inċert,

O. I. billi jinħtieġu sforzi urġenti biex jinstab tarf tal-kwistjoni tal-"ħofra s-sewda diġitali" li hemm fil-kontenut tas-sekli 20 u 21, b'xogħlijiet ta' siwi kulturali kbir li jinsabu mitluqa u ma jintużawx; billi kull soluzzjoni għandha tqis kif jixraq l-interessi tal-partijiet kollha involuti;

billi kull xogħol protett jew żvelat li, minkejja li tkun saret tfittxija dokumentata u serja, ma jkunx jista' jinstablu jew jiġi identifikat wieħed jew aktar minn wieħed mid-detenturi tad-dritt tal-awtur jew mid-detenturi tad-drittijiet relatati, għandu jitqies bħala xogħol bla attribuzzjoni ta' awtur,

Q. Ib. billi tinħtieġ aktar informazzjoni dwar il-progress li sar fix-xogħol li qiegħda tagħmel il-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali,

R.  billi tinħtieġ aktar trasparenza fl-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea,

Europeana – pass importanti biex jinżamm u jinxtered il-wirt kulturali Ewropew

1.  Jilqa' l-ftuħ u l-iżvilupp tal-librerija, il-mużew u l-arkivji diġitali Ewropej għal kontenut ta' kwalità għolja bl-isem ta' Europeana, bħala punt ta' aċċess uniku, dirett u multilingwi, kif ukoll bħala daħla għall-wirt kulturali Ewropew;

2.  Jiddikjara li r-rwol ewlieni tal-librerija diġitali Europeana għandu jkun li jħares il-wirt kulturali Ewropew sabiex il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni jkunu jistgħu jiġbru memorja Ewropea kollettiva u sabiex id-dokumenti l-aktar fraġili jkunu jistgħu jitħarsu mill-ħsara li tiġi mill-użu kostanti;

3.  Jenfasizza li l-librerija diġitali Ewropea, billi hija disponibbli għal kulħadd mill-bogħod, tikkostitwixxi biċċa għodda għad-demokratizzazzjoni tal-kultura u għalhekk għandha tippermetti li sezzjoni wiesgħa tal-pubbliku jkollha aċċess għal dokumenti rari jew qodma tal-wirt Ewropew, li hu diffiċli li jiġu kkonsultati minħabba l-konservazzjoni tagħhom;

4.  Jisħaq fuq l-importanza li l-Europeana tiżviluppa f'servizz operattiv sħiħ, b'interface multilingwi u b'karatteristiċi tal-web semantika li jżommu l-kwalità għolja tax-xogħlijiet kif ukoll b'data aċċessibbli mad-dinja kollha;

(i) Targets and objectives

5.  Jitlob li l-Europeana tilħaq ħażna ta' mill-inqas 15-il miljun oġġett diġitizzat differenti sal-2015;

6.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma kkontribwewx bl-istess mod għall-kontenut tal-Europeana u jinkoraġġihom jikkooperaw mill-qrib ma' istituzzjonijiet kulturali oħrajn biex jiġu diġitizzati x-xogħlijiet u biex ikomplu bl-isforzi tagħhom għat-tfassil ta' pjanijiet ta' diġitizzazzjoni fil-livelli kollha possibbli, biex b'hekk ma jsirux sforzi doppji kif ukoll biex titħaffef ir-rata ta' diġitizzazzjoni tal-kontenut kulturali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti (10 miljun dokument fl-2010);

7.  Jisħaq dwar il-bżonn li jkun hemm ħsieb dwar il-mezzi kif wieħed iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kulturali biex jikkonkludu ftehimiet mal-persuni li għandhom id-drittijiet tal-awtur biex ix-xogħlijiet ikunu aċċessibbli fuq bażi multiterritorjali u biex jitrawwem l-iżvilupp ta' ambjent kompettitiv bil-parteċipazzjoni ta' bejjiegħa tal-kotba onlajn sabiex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni tal-wirt kulturali fit-territorju Ewropew kollu;

8.  Jinnota li sal-lum Franza weħidha pprovdiet 47% tal-għadd totali ta' oġġetti diġitizzati tal-Europeana, u li għalhekk jeħtieġ aktar attività biex l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-libreriji nazzjonali u l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom jagħtu kontribut u jagħmluh disponibbli, sabiex l-Ewropej kollha jkollhom aċċess sħiħ għall-wirt kulturali tagħhom;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin sabiex jinstabu mezzi u modi li bihom tinġibed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li l-utenti ta' Europeana qed ifittxu xogħlijiet ewlenin disponibbli fil-kollezzjonijiet nazzjonali iżda mhux permezz ta' Europeana;

(ii) Benefits

10. Jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi li tista' toffri d-diġitizzazzjoni, billi l-valuri kulturali diġitizzati għandhom impatt ekonomiku qawwi, b'mod speċjali fuq l-industriji marbutin mal-kultura, u wkoll isostnu l-ekonomija tal-għarfien, filwaqt li jitqies il-fatt li l-assi kulturali mhumiex prodotti ekonomiċi standard u għandhom jitħarsu mill-kummerċjalizzazzjoni żejda;

11. Jenfasizza li l-Europeana għandha ssir wieħed mill-punti ewlenin ta' referenza għal għanijiet edukattivi u ta' riċerka; iqis li, jekk tkun integrata b'mod koerenti fis-sistemi edukattivi, l-Europeana tista' tkompli tqarreb liż-żgħażagħ Ewropej mal-wirt u l-kontenut kulturali, letterarju u xjentifiku; would become an area of convergence and contribute towards transcultural cohesion in the EU;

(iii) Access for everyone

12. Jenfasizza li l-faċilità għall-utenti, b'mod partikolari ċ-ċarezza u l-ħeffa li biha jista' jinstab il-kontenut, għandha tkun fost il-kriterji ewlenin għat-tfassil tal-portal;

13. Jenfasizza li, bil-ħsieb tal-benefiċċji għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jidħlu fuq il-‘Europeana’, għandu jkun hemm il-ħsieb li mill-aktar fis tkun disponibbli bil-lingwi kollha uffiċjali;

14. Jenfasizza li l-portal għandu jqis il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità, biex dawn ikun jista' jkollhom aċċess sħiħ għall-għerf miġbur tal-Ewropa; għalhekk jinkoraġġixxi lill-pubblikaturi biex joffru aktar xogħlijiet f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiżgura d-disponibilità ta’ verżjonijiet diġitali speċjali għall-persuni b’diżabilità, bħall-qari bl-awdjo, għal kemm jista’ jkun kontenut diġitali possibbli;

15. Jenfasizza l-importanza ta' aċċess ugwali għall-wirt kulturali komuni Ewropew u għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri biex ineħħu l-barrieri intra-UE sabiex ikun hemm aċċess għal xi partijiet tal-kontenut ta’ Europeana;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ma jkunx hemm qabża fl-għarfien bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti tal-Amerika u sabiex ikun żgurat li l-Ewropej ikollhom aċċess sħiħ għall-wirt kulturali tagħhom stess fid-diversità kollha tiegħu, kif ukoll biex jitħaffef l-aċċess għalih mid-dinja kollha;

17. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġġedded il-mandat tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, billi dan jagħti sehmu għal viżjoni komuni dwar il-libreriji diġitali Ewropej, kif ukoll jappoġġa soluzzjonijiet prattiċi għal kwistjonijiet ewlenin li jolqtu l-aċċessibilità onlajn ta' assi kulturali; encourages the creation of a separate online space on Europeana where users can create content;

18. Jenfasizza li l-Europeana għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa onlajn u offlajn biex tippromwovi lilha nnifisha fost iċ-ċittadini tal-Ewropa, b'mod partikolari fost dawk involuti fl-attivitajiet kulturali fis-settur privat, pubbliku u edukattiv;

Kontenut akbar u aħjar għall-Europeana

19. Jinkoraġġixxi lill-fornituri tal-kontenut biex iżidu d-diversità tat-tipi ta' kontenut għall-Europeana, b'mod speċjali l-kontenut bl-awdjo u bil-vidjo, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk ix-xogħlijiet li jitħassru malajr, filwaqt li jkunu osservati d-drittijiet tal-propjetà intellettwali, b'mod speċjali d-drittijiet tal-awturi u tal-artisti; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza li jkunu rispettati d-drittijiet morali sabiex titħares l-integrità tax-xogħol u jiġi evitat kull tibdil li jista' jsir (ċensura, tibdiliet fix-xogħlijiet, eċċ.);

20. hu tal-fehma li l-espressjoni libera u artistika hija valur Ewropew fundamentali; iqis li l-istituzzjonijiet jew l-aggregaturi kulturali ma għandhomx ikunu soġġetti għal skrutinju jew ċensura rigward il-kontenut kulturali, letterarju jew xjentifiku Ewropew li jingħata lill-Europeana;

(i) Public domain content and access

21. Hu konvint li l-kontenut ta' dominju pubbliku fid-dinja analoġika għandu jibqa' fid-dominju pubbliku fl-ambjent diġitali, ukoll wara li jinbidel il-format;

22. Ifakkar li l-objettiv ewlieni tal-politika Ewropea dwar id-diġitizzazzjoni għandu jkun il-ħarsien tal-wirt kulturali Ewropew, u li għandu jkun hemm garanziji f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni jkollhom status mhux esklużiv, sabiex dawn l-attivitajiet ma jwasslux għad-dehra ta' "drittijiet ġodda" mnissla mill-proċess tad-diġitizzazzjoni, bħal, pereżempju, xi obbligu ta' ħlas għall-utilizzazzjoni mill-ġdid ta' xogħlijiet fid-dominju pubbliku;

23. Ifakkar li l-Europeana għandha tkun tista' tibbenefika minn ftehimiet iffirmati ma' libreriji oħrajn bi sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat, u li għalhekk il-libreriji msemmija għandha tingħatalhom kopja fiżika tal-fajls li jkunu diġà ġew diġitizzati;

24. Jiddikjara li fajls fiżiċi ta' xogħlijiet fid-dominju pubbliku li jkunu ġew diġitizzati minn kumpaniji pubbliċi u privati għandhom jibqgħu propjetà tal-istituzzjoni sieħba pubblika, u li, jekk dan ikun impossibbli u istituzzjonijiet kulturali minn Stati Membri jkollhom, bi sħubija bejn il-pubbliku u l-privat, jikkonkludu ftehimiet bi klawsoli ta' esklużività għad-diġitizzazzjoni ta' xogħlijiet mill-wirt nazzjonali tagħhom, għandhom jinkisbu assigurazzjonijiet qabel isir xi aċċess għall-portal tal-Europeana li l-fajls diġitizzati jsiru l-propjetà tal-istituzzjonijiet hekk kif jiskadu l-klawsoli msemmija;

25. Jenfasizza li l-librerija diġitali ma għandhiex titbiegħed mill-objettiv ewlieni tagħha, jiġifieri li tiżgura li t-tixrid tal-għarfien fuq l-internet ma jitħalliex f'idejn kumpaniji kummerċjali privati, sabiex id-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet ma tissarrafx f'kontroll sħiħ fuq il-wirt pubbliku Ewropew li jwassal għall-privatizzazzjoni tad-dominju pubbliku;

26. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex titlob lill-fornituri ta’ kontenut diġitali biex jiċċertifikaw il-websajts li għalihom issir riferenza fil-‘Europeana’;

27. Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet kulturali Ewropej li jidħlu għad-diġitizzazzjoni tal-kontenut tax-xogħlijiet ta' dominju pubbliku tagħhom biex dan ikun disponibbli permezz tal-Europeana u ma jillimitawx id-disponibilità tiegħu għat-territorju ta' pajjiżhom;

(ii) Copyright issues, including orphan works

28. Jenfasizza li għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex l-Europeana toffri wkoll xogħlijiet bid-dritt tal-awtur, u b'mod partikolari xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati u dawk bla attribuzzjoni ta' awtur permezz ta' strateġija settorjali, li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet li jirregolaw il-propjetà intellettwali u li jikkonservaw l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet; hu tal-fehma li għandu jkun hemm preferenza għal soluzzjonijiet bħall-estensjoni tal-għoti ta' liċenzja kollettiva jew prattiki oħrajn ta' ġestjoni kollettiva;

29. jilqa' t-tnedija min-naħa tal-Kummissjoni tad-dibattitu dwar il-liġi tal-UE rigward id-dritt tal-awtur, li tfittex li toħloq bilanċ bejn id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tal-konsumaturi f'dinja magħquda globalment, fil-kuntest tar-realtà onlajn ta' teknoloġiji ġodda u ta' prattiki soċjali u kulturali li qegħdin jinbidlu bil-ħeffa;

30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tat-tkomplija tal-iżvilupp tal-ħarsien tad-dritt tal-awtur fl-Ewropa, biex jadottaw dispożizzjonijiet legali li jkunu uniformi u komprensivi kemm jista' jkun, u mfassla biex jiżguraw li l-proċessi ta' diġitizzazzjoni weħidhom ma joħolqux xi dritt tal-awtur sui generis; hu tal-fehma li dawn id-diskussjonijiet għandhom jittrattaw ukoll il-kwistjoni ta' jekk għandhomx jidħlu derogi legali rigward id-diġitizzazzjoni ta' xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur minn istituzzjonijiet pubbliċi;

31. Jenfasizza l-importanza tax-xogħlijiet orfni – xogħlijiet li huma protetti bid-dritt tal-awtur, iżda li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jistgħux jinstabu minkejja li tkun saret riċerka diliġenti – u l-bżonn li jiġu determinati b'reqqa, il-volum u t-tip tax-xogħlijiet orfni, settur b'settur, sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati;

32. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-diġitalizzazzjoni, il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet orfni li ttemm l-inċertezza legali attwali, b'konformità mal-ħtieġa ta' riċerka diliġenti u ta' ħlas lid-detenturi tad-drittijiet;

33. Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema ta' kklerjar ta' drittijiet li tkun sempliċi u effiċjenti meta titqabbel man-nefqa għad-diġitizzazzjoni ta' xogħlijiet ippubblikati u d-disponibilità tagħhom fl-Internet, li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha involuti;

Għalhekk, jilqa' u jappoġġa inizjattivi, bħall-proġett ARROW, li jsieħbu d-detenturi tad-drittijiet mar-rappreżentanti tal-libreriji, b'mod partikolari billi dawn ifittxu li jidentifikaw id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tagħhom, kif ukoll jiċċaraw l-istatus tad-drittijiet ta' xogħlijiet, fosthom jekk dawn ikunux bla attribuzzjoni ta' awtur jew m'għadhomx jiġu stampati;

35. Calls on the Commission to develop a European database of orphan works understood to be protected works whose rightholders are unknown or cannot be located, despite documented serious searches being made which would make it possible to exchange information on the ownership of rights and thereby reduce costs incurred in making diligent searches for rights-holders;

36. Hu favur soluzzjoni ekwilibrata għall-Ewropa kollha għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta' xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur, ibda billi dawn jiġu definiti b'mod ċar, jiġu stabbiliti standards komuni (fosthom dak tad-diliġenza dovuta applikat fit-tfittxija għas-sjieda tagħhom), kif ukoll is-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-ksur potenzjali tad-dritt tal-awtur meta jintużaw xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur;

37. Jenfasizza l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni għad-dokumenti li jappartjenu għall-qasam privat (korrispondenza, noti, ritratti, films) li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali iżda li qatt ma ġew ippubblikati jew li qatt ma kienu disponibbli għall-pubbliku, u li jqajmu kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-drittijiet morali;

(iii) Technologies

38. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' teknoloġiji żviluppati biex jiżguraw il-konservazzjoni diġitali sostenibbli u fit-tul, l-interoperabilità tas-sistemi tal-aċċess għall-kontenut, in-navigazzjoni multilingwi u d-disponibilità tal-kontenut, kif ukoll sett ta' standards li joħolqu l-unità; jilqa' l-użu kontinwu ta' softwer b'sors miftuħ biex tinbena l-ġabra Europeana;

39. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex il-backups tal-materjal diġitalizzat provdut minn istituzzjonijiet nazzjonali u minn sħab privati jinżammu fuq hardware li jkun proprjetà ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew sħab.

40. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet sħab tagħha fis-settur privat biex isibu soluzzjonijiet tal-informatika – bħall-formati ‘read-only’ u ‘copy protect’ – għall-materjal diġitalizzat li jinsab fuq il-websajt ‘Europeana’ li huwa suġġett għad-dritt tal-awtur, u li l-paġna ta’ preżentazzjoni tad-dokument tkun tinkludi link għal paġna fuq il-websajt tal-fornitur tal-kontenut fejn id-dokument ikun jista’ jitniżżel skont il-kundizzjonijiet stipulate mill-fornitur;

41. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq l-użu ta’ format diġital standard għax-xogħlijiet diġitalizzati, sabiex tkun żgur li d-dokumenti diġitalizzati jkunu kompatibbli mal-interface online u mad-database;

42. Hu tal-fehma li għandu jiġi żviluppat studju tal-għodod Web 2.0 sabiex jinstabu modi kif iċ-ċittadini (għal żmien fit-tul) ikunu jistgħu jagħtu kontribut rigward il-kontenut għall-Europeana, mingħajr il-ħtieġa tal-involviment ta' istituzzjonijiet kulturali;

Kwistjonijiet ta' finanzjament u governanza

43. Jenfasizza li l-ħolqien ta' mudell ta' finanzjament u governanza sostenibbli huwa kruċjali għall-eżistenza fit-tul tal-Europeana, kif ukoll li s-sehem tal-parteċipanti interessati immedjati fil-proċess li jistabbilixxi dan il-mudell ta' governanza huwa kruċjali;

(i) Sponsorship and public - private partnerships

44. Jenfasizza li, sabiex ilaħħqu mal-ispejjeż kbar tad-diġitizzazzjoni u l-pressjoni tal-ħin, iridu jiġu żviluppati metodi ġodda ta' finanzjament, bħas-sħubijiet pubbliċi u privati, sakemm dawn tal-aħħar jikkonformaw mar-regoli dwar il-propjetà intellettwali u l-kompetizzjoni, filwaqt li jkomplu jkattru l-aċċess għax-xogħlijiet permezz tal-istituzzjonijiet kulturali;

45. Jenfasizza l-importanza ta' approċċ konkret fil-livell Ewropew dwar il-kondizzjonijiet ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat kif ukoll il-bżonn li jitwettaq eżami dettaljat tal-ftehimiet tas-sħubija mal-atturi privati rigward il-pjanijiet ta' diġitalizzazzjoni, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-iskadenzi tal-klawsoli ta' esklussività, l-indiċjar u r-referenzi permezz ta' "magna ta' riċerka" tal-fajls diġitalizzati sfruttati in proprio mil-libreriji, it-tkomplija tal-għotja tas-servizz, in-natura mhux kunfidenzjali tal-ftehim u l-kwalità tad-diġitalizzazzjoni;

46. Jenfasizza li d-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet fil-libreriji nazzjonali hija l-frott tal-investiment finanzjarju ta' min iħallas it-taxxi bl-istess taxxi tiegħu; jenfasizza, għalhekk, li l-kuntratti tas-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat għandhom jistipulaw li l-kopja tax-xogħol diġitizzata f'isem il-librerija min-nofs privat tas-sħubija tista' tkun fl-indiċi tas-search engines kollha, biex tkun tista' tiġi kkonsultata fuq il-websajt tal-librerija u mhux biss fuq il-websajt tal-kumpanija privata tas-sħubija;

47. Ifakkar li l-involviment ta' sħab privati fil-proċess ta' diġitizzazzjoni ma għandux iwassal għall-ħolqien ta' monopolji privati, li jheddu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu, u li l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni hija prerekwiżit għall-involviment ta' kumpaniji privati;

48. Jenfasizza li l-isponsorjar huwa alternattiva interessanti għall-Europeana, billi joffri opportunità għall-iffinanzjar mhux biss tal-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni iżda wkoll tal-ġestjoni tal-ħlas tad-dritt tal-awtur għal xogħlijiet li ma għadhomx jiġu stampati, xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur u xogħlijiet bid-dritt tal-awtur, kif ukoll biex jitqiegħdu onlajn;

(ii) EU and public financial support

49. Stresses that a substantial part of the financing should come from public contributions, such as contributions from the EU, Member States and cultural organisations and proposes that Europeana's digitisation process be interpreted as part of the Lisbon strategy and that a separate budget line be established in the next Multiannual Financial Framework, but recommends that the project continue to look for revenue streams in order that it become self-financing in the longer term;

50. Jenfasizza li linja baġitarja separata biss tista' toħloq il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-finanzjament disponibbli jintefaq b'mod trasparenti, b'effiċjenza fin-nefqa u skont l-obbjettivi stabbiliti;

51. Jinnota li sal-lum ġew allokati biss EUR 6.2 miljun għall-Europeana għall-perjodu bejn l-2009 u l-2011 skont il-programm eContentplus;

52. Jitlob biex il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jipprovdi għal finanzjament ħafna akbar minn dak disponibbli għall-Europeana sa issa;

53.      Jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli fuq livell tal-UE sabiex il-bibjoteki jkunu jistgħu japplikaw għall-finanzjament Ewropew għal xogħol ta’ diġitalizzazzjoni;

54. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar in-nefqa marbuta mal-Europeana u dwar il-progress li jkun sar;

55. Jipproponi li l-Parlament jagħmel reviżjoni tal-arranġamenti għall-finanzjament tal-Europeana, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni, sa mill-2011, bil-ħsieb li jinstab mudell ta' finanzjament sostenibbli għall-proġett għall-2013 u lil hinn; jissuġġerixxi li ċaqliqa lejn l-istruttura ta' finanzjament bejn il-pubbliku u l-privat tkabbar il-potenzjal tas-sit;

(iii) Information and awareness raising

56. Jipproponi li tiġi organizzata kampanja bl-isem "Idħol fl-Europeana" dwar l-isforzi għall-finanzjament, biex ikun hawn aktar għarfien dwar il-kwistjoni u l-urġenza tagħha, u jirrakkomanda li parti mir-riżorsi maħsuba għall-Europeana għandhom ikunu ddedikati għall-promozzjoni ta' din il-librerija fost l-akbar għadd ta' persuni possibbli, librerija li jkun fiha ġabra wiesgħa kemm jista' jkun ta' xogħlijiet fuq it-tipi kollha ta' midja (testi, awdjo, vidjo);

57. Jipproponi li "Idħol fl-Europeana" tiġi rreklamata b'mod kreattiv; carried out under public-private partnerships and sponsoring, this should be targeted primarily at young people, for instance at international sports events , or in the context of art exhibitions and cultural competitions;

58. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi kampanja fuq il-midja u online bil-għan li tippopolarizza l-paġna ‘Europeana’, u li tikkollega direttament it-traffiku fuq is-servers Ewropej lejn is-sorsi Europeana bħala l-websajt ewlieni biex jinkiseb tagħrif diġitali, u tinkuraġġixxi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kulturali biex jipprovdu kontenut fuq il-websajt; jappella, fl-istess waqt, għal kampanja speċjali fil-midja maħsuba għall-istudenti u għall-għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, li tiffoka fuq l-użu tar-riżorsi diġitali tal-‘Europeana’ għal għanijiet edukattivi;

59.      Huwa tal-fehma li kampanja bħal din tkun simili ħafna għat-tip ta’ azzjoni li diġà ġiet identifikata bħal meħtieġa sabiex jingħalaq id-distakk diġitali li għadu jeżisti fl-Ewropa, u b’hekk tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għall-‘Europeana’ u għal kontenut u informazzjoni oħra online u għall-benefiċċji potenzjali tagħhom, ikunu fejn ikunu; jirrakkomanda li din il-kampanja u, b’mod partikulari, l-użu potenzjali tal-‘Europeana’ fl-iskejjel, jkunu bbażati fuq il-fehim li l-aċċess għal aktar kontenut u informazzjoni online mhuwiex għan fih innifsu, u għaldaqstant għandu jkun akkumpanjat b’inizjattivi li jistimolaw analiżi kritika tal-kontenut u tal-informazzjoni online;

60. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kampanji ta' informazzjoni u attivitajiet simili għaż-żieda fl-għarfien fir-rigward ta' Europeana jgħaddu mill-organizzazzjonijiet ta' sħubija rilevanti fl-Istati Membri;

(iv) Governance

61. Jilqa' l-ħidma attwali tal-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali biex jitħaffu ftehimiet formali bejn il-mużewijiet, l-arkivji, l-arkivji awdjoviżivi u l-libreriji dwar kif għandhom jikkooperaw fit-twassil u s-sostenibilità tal-portal konġunt Europeana;

62. Believes that cultural institutions must continue to play a major role in the governance, which should be as democratic as possible, of the Europeana project; and calls on them to collaborate in order to avoid duplicating works digitised and to rationalise use of resources;

63.      Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu t-tmexxija tal-proġett u jiżguraw li awtorità kompetenti tinħatar fuq livell nazzjonali bil-għan li tmexxi u tissorvelja l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni, tqajjem kuxjenza dwar il-proġett ‘Europeana’ fost il-bibjoteki u l-fornituri ta’ materjal kulturali, u sabiex tiġbor direttament mill-fornituri l-materjal diġitali li diġà jeżisti bil-għan li taqilbu f’format diġitali standard wieħed, bil-għan li kontenut ġdid jiddaħħal minnufih fid-database ‘Europeana’; huwa tal-fehma li, maż-żmien, jeħtieġ li titqies il-possibilità li jiġi prijoritizzat il-ġbir ta’ materjal diġitali li diġà jeżisti prodott bħala parti minn proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li jiddaħħal fil-bibjoteka diġitali ‘Europeana’;

64. Jissuġġerixxi li tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti bil-ħsieb li tiġi kkoordinata l-amministrazzjoni tal-‘Europeana’ b’mod effettiv kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġu ddefiniti objettivi ċari u realistiċi u, jekk ikun il-każ, issir rivalutazzjoni tal-ħidma;

65.      Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li tistabbilixxi entità Ewropea biex tikkoordina l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali fis-sorveljanza tal-proċess ta’ diġitalizzazzjoni, tal-ħlas tad-dritt tal-awtur u ta’ kwistjonijiet oħra relevanti għall-proġett ‘Europeana’;

****

66. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

Europeana – il-librerija, il-mużew u l-arkivju onlajn tal-Ewropa – fetħet f'Novembru 2008 bħala parti mill-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-libreriji diġitali: l-għan ta' din l-inizjattiva hu li l-wirt kulturali u xjentifiku Ewropew ikun aċċessibbli għal kulħadd fl-Internet.

Illum, Europeana toffri 6 miljun biċċa xogħol, fosthom kotba, mapep, filmati u ritratti. L-għan hu li jintlaħqu 10 miljun oġġett sa Ġunju 2010, meta suppost li titnieda verżjoni ġdida tal-Europeana. Fl-2011 tibda t-tieni fażi tal-proġett, meta Europeana.eu tibda taħdem bis-sħiħ b'natura aktar multilingwi u b'karatteristiċi tal-web semantika. Il-valur miżjud għall-utenti hu li bl-Europeana wieħed jista' jsib tagħrif bil-lingwa nattiva tiegħu.

Europeana hija ffinanzjata mill-programm eContentplus, mill-programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, u minn xi Stati Membri u istituzzjonijiet kulturali.

Il-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali nħolqot bil-għan li jkun hemm aċċess għall-oqsma kollha tal-wirt kulturali Ewropew. Tipprova tiffaċilita l-ftehimiet formali mal-mużewijiet, l-arkivji, l-arkivji awdjoviżivi u l-libreriji dwar kif għandu jkun hemm kooperazzjoni fit-twassil u s-sostenibilità tal-portal konġunt Europeana. Għandha l-għan ukoll li tipprovdi qafas legali għall-użu tal-UE għall-iskopijiet ta' finanzjament u bħala impetu għall-governanza fil-ġejjieni.

Is-sit huwa mmexxi mill-uffiċċju tal-Europeana, li hu ospitat mil-Librerija Nazzjonali Olandiża. Aktar minn 1 000 istituzzjoni kulturali kkontribwew xi kontenut għall-Europeana (direttament jew permezz ta' aggregaturi) u aktar minn 150 istituzzjoni qed jipparteċipaw fin-netwerk imsieħeb magħha.

Il-Kummissjoni issa qiegħda tħares 'il quddiem għall-fażi li jmiss tal-iżvilupp tal-Europeana. L-għan huwa li jkun żgurat li l-Europeana u l-politiki ta' bażi għad-diġitizzazzjoni, l-aċċessibilità onlajn u l-konservazzjoni diġitali jagħtu lill-kultura Ewropea viżibilità fl-internet li ddum fiż-żmien u jbiddlu l-wirt kemm komuni kif ukoll differenti tagħna f'parti integrali tal-infrastruttura tal-informazzjoni tal-Ewropa għall-futur.

Tnediet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar it-tkomplija tal-iżvilupp tal-Europeana. Din trattat, fost affarijiet oħra, dwar il-mod li bih is-settur privat jista' jidħol biex l-Europeana tkompli tiżviluppa permezz tas-sħubijiet pubbliċi u privati, u kif wieħed jista' jfittex il-kontenut bid-dritt tal-awtur permezz tal-Europeana.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar "i2010: lejn Librerija Diġitali Ewropea", il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għall-idea li tkun stabbilita librerija diġitali Ewropea fis-sura ta' punt ta' aċċess komuni u multilingwi għall-wirt kulturali Ewropew.

Issa, meta l-Europeana qiegħda ssir realtà, jeħtiġilha appoġġ ċar politiku mill-Parlament Ewropew, billi l-istamina u l-kwalità ta' dan il-proġett jiddependu mill-ħolqien ta' mudell ta' finanzjament u governanza sostenibbli, mis-sejba ta' soluzzjonijiet għad-diġitizzazzjoni bil-massa ta' materjal bid-dritt tal-awtur, u mill-għarfien tal-importanza ta' sforz bħal dan fost l-Istati Membri.

Il-kwistjonijiet ewlenin dwar il-kontenut

Id-diġitizzazzjoni ta' prodotti kulturali, fosthom il-kotba, huwa proġett estensiv u għali li jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn id-detenturi tad-drittijiet, l-istituzzjonijiet kulturali u l-kumpaniji tal-ICT, kif ukoll bejn is-setturi pubbliċi u privati.

L-għażla tal-kontenut li għandu jiġi diġitizzat u mdaħħal fl-Europeana huwa determinat mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom, skont il-politiki kulturali u/jew ta' informazzjoni tagħhom.

Il-kontribut tal-Istati Membri differenti għall-Europeana xejn mhu ekwilibrat, kemm fl-għadd ta' oġġetti kif ukoll fit-tip ta' materjal. Huma disponibbli fl-Europeana biss 5% tal-kotba kollha diġitali . Kważi nofshom ġejjin minn Franza. Pajjiżi oħrajn li kkontribwew sew huma l-Ġermanja (16%), l-Olanda (8%) u r-Renju Unit (8%). Il-pajjiżi l-oħrajn kollha taw 5% jew anqas kull wieħed.

Billi d-diġitizzazzjoni bil-massa qabdet sew f'partijiet oħrajn tad-dinja, qiegħed isir urġenti li x-xogħol ta' diġitizzazzjoni fuq skala kbira tal-wirt kulturali Ewropew jittieħed b'aktar serjetà. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għal dawk ix-xogħlijiet li huma fraġili u li dalwaqt jistgħu ma jibqgħux jeżistu u fost dawn hemm materjal awdjoviżiv.

L-għan inizjali kien li wieħed jikkonċentra fuq il-potenzjal ta' materjal ta' testi li m'għandhomx dritt tal-awtur. Għal raġunijiet legali, l-Europeana la tinkludi kotba li ma jinstabux għall-bejgħ (90% tal-kontenut tal-libreriji nazzjonali) u lanqas xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur (10 sa 20% tal-ġabriet nazzjonali) li l-awturi tagħhom ma jistgħux jiġu identifikati.

Fl-istess waqt, huwa ċar li għandhom jinstabu soluzzjonijiet dwar kif għandu jkun inkluż materjal bid-dritt tal-awtur. Dan huwa importanti sabiex tiġi evitata l-"ħofra s-sewda tas-seklu 20" – sitwazzjoni li fiha ħafna mill-materjal kulturali ta' qabel l-1900 huwa aċċessibbli fuq il-web, imma ftit li xejn hemm materjal disponibbli mill-passat aktar reċenti. Dan jitlob kolloborazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet kulturali u d-detenturi tad-drittijiet, b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-awtur.

Problema serja b'mod partikolari teżisti fil-qasam tax-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur anonimi, i.e. xogħlijiet li hu impossibbli jew diffiċli ħafna li jinstabulhom id-detenturi leġittimi. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ftit li xejn għamlu progress minn meta l-Kummissjoni ħarġet ir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-konservazzjoni diġitali.

Il-kwistjoni tax-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur kompliet tiġbed l-attenzjoni minħabba l-ftehim milħuq fil-kawża tal-Google Book Search fl-Istati Uniti, li jikkonċerna ħafna minn dawn ix-xogħlijiet. (Google Books huwa proġett kummerċjali żviluppat minn wieħed mill-parteċipanti l-aktar importanti fis-suq tas-servizzi tal-Internet. Dan jippermetti lill-utenti li jaraw onlajn kotba fid-dominju pubbliku jew biċċiet minn kotba bid-dritt tal-awtur wara li wieħed ikun għamel tfittxija bbażata fuq "kelmiet ewlenin" jew keywords.) Il-ftehim fl-Istati Uniti japplika biss għall-isfruttament kummerċjali ta' kotba mill-Google fl-Istati Uniti. Madankollu, dan jista' jwassal għall-ħolqien ta' qasma fl-għerf bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti jekk il-kotba diġitizzati ta' awturi Ewropej isiru disponibbli biss mit-territorju tal-Istati Uniti bħala riżultat ta' dan il-ftehim. Google tista' tispiċċa li jkollha pożizzjoni ta' monopolju de facto bħala l-uniku sors ta' poter aħħari fl-iskoperta, it-tqassim u l-bejgħ tal-kotba.

Il-Kummissjoni għalhekk jeħtiġilha teżamina bir-reqqa kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni. Għandhom jittieħdu l-passi kollha biex din il-qasma diġitali ġdida tiġi evitata u biex jitħarsu l-interessi komuni Ewropej fit-tul. Il-mod Ewropew huwa differenti mill-istrateġija tal-Google Books, billi l-Europeana hija servizz disponibbli fid-dinja kollha u tfittex li jkollha kontenut ta' kwalità għolja u rispett sħiħ għal-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-awtur. Dan għandu jitqies meta wieħed ifittex soluzzjonijiet għall-bosta problemi li jinqalgħu bil-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-awtur, li hija differenti ħafna fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Fil-mument, inizjattivi bħall-ARROW (Reġistri Aċċessibbli ta' Informazzjoni dwar id-Drittijiet u x-Xogħlijiet bla Attribuzzjoni ta' Awtur), proġett li jippermetti lill-utenti li jivverifikaw jekk xogħol ikunx disponibbli, skadut jew bla attribuzzjoni ta' awtur bl-użu ta' interface żviluppat fil-livell Ewropew kif ukoll biex jinkiseb tagħrif dwar id-detenturi tad-dritt tal-awtur, huma għodod utli ħafna biex titħaffef l-allokazzjoni tad-drittijiet għal xogħlijiet bla attribuzzjoni ta' awtur.

Il-proġetti ta' diġitizzazzjoni li għaddejjin fl-Ewropa juru li hemm problema ġdida bil-materjal ta' dominju pubbliku wara l-bidla fil-format. Huwa essenzjali li kotba fid-dominju pubbliku fid-dinja analoġika jibqgħu fid-dominju pubbliku fid-dinja diġitali u jibqgħu jitgawdew mill-akbar udjenza possibbli. Jeżisti għadd kbir ta' strateġiji fl-Ewropa li jqajmu dubji legali maħluqa mid-diġitizzazzjoni dwar id-drittijiet.

Fost il-problemi għall-materjal ta' dominju pubbliku, hemm ngħidu aħna l-assunzjoni ta' saff ġdid ta' drittijiet li jinħoloq bid-diġitizzazzjoni, l-għoti ta' drittijiet esklużivi għal xogħlijiet ta' dominju pubbliku lill-kumpaniji ta' diġitizzazzjoni, kif ukoll limiti territorjali għall-aċċess ta' kontenut kulturali li jistgħu jiżdiedu waqt il-proċess ta' diġitizzazzjoni.

Kwistjonijiet finanzjarji

Il-mudell ta' finanzjament għal-Librerija Diġitali Ewropea evolva minn wieħed iffinanzjat b'mod esklużiv mill-Komunità (sal-2009 permezz tal-proġett EDL-net kofinanzjat mill-programm eContentplus) għal mudell li fih il-finanzjament ma jiġix biss mill-Kummissjoni (permezz tal-programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni) iżda wkoll mill-Istati Membri, minn xi istituzzjonijiet kulturali, u minn sponsorships mis-settur privat (mill-2009 sa tmiem l-2013).

Għandhom jiġu żviluppati metodi ġodda ta' finanzjament sabiex jinstab mudell ta' finanzjament sostenibbli mill-2013 'il quddiem.

Mod minnhom huwa li wieħed jitbiegħed mill-finanzjament attwali bbażat fuq il-proġetti lejn sħubijiet pubbliċi u privati u lejn kontribuzzjonijiet aktar strutturati minn istituzzjonijiet pubbliċi.

Is-sħubijiet pubbliċi u privati jistgħu jiġu żviluppati f'bosta modi, bħal sponsorships privati, ħlas għal-links provduti mill-Europeana għall-kontenut ta' organizzazzjonijiet li jiġġeneraw dħul minn dan il-kontenut, kif ukoll mudelli oħrajn ta' sħubijiet li jaslu aktar 'il bogħod, fejn is-settur privat ikun imdaħħal direttament fit-tħaddim tal-Europeana u jkun qiegħed jiġġenera dħul biex jopera s-sit. Dan għandu dejjem isir fuq il-bażi ta' kundizzjonijiet li jkunu mifhuma sew u fuq linji gwida komuni.

Il-mudelli ta' finanzjament pubbliku għandhom jinkludu kontribuzzjoni akbar mill-Istati Membri u kontribuzzjoni Komunitarja kontinwa wara l-2013.

Biċċa xogħol immedjata għandha tkun li wieħed jittratta l-proċess bi spiża għolja tad-diġitizzazzjoni bil-massa fl-istrateġija ta' Lisbona li bħalissa qiegħda tevolvi. Pass 'il quddiem għandu jkun li parti mill-ispejjeż tad-diġitizzazzjoni jkunu koperti mill-ġenerazzjoni li ġejja ta' programmi Komunitarji u li dan kollu jitqies fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Ir-reċessjoni preżenti ma tistax tkun raġuni biex jonqos il-finanzjament għas-soċjetà tal-informazzjoni, għad-diġitizzazzjoni, u għal affarijiet bħal dawn.

Tinħtieġ kampanja xierqa għall-finanzjament fil-ġejjieni, li tkun tinkludi konferenzi għall-ġbir tal-fondi, sabiex tkompli titqajjem kuxjenza dwar l-Europeana kif ukoll, b'mod aktar wiesa', tal-volum kbir ta' xogħol u ta' sforzi meħtieġa biex isir progress sinifikanti fil-ħidma sfiqa għad-diġitizzazzjoni fuq skala kbira tal-wirt kulturali Ewropew.

5.2.2010

OPINION of the Committee on Industry, Research and Energy

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar "Europeana - il-passi li jmiss"

(2009/2158(INI))

Rapporteur: Ioan Enciu

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

billi l-aċċess għat-tagħrif kulturali u edukattiv għandu jkun prijorità sabiex jitjiebu l-livelli ta’ edukazzjoni u tal-għajxien,

billi għadd kbir ta’ xogħlijiet diġitalizzati li bħalissa jinsabu f’diversi bibjoteki għadhom ma tpoġġewx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minħabba nuqqas ta’ kompatibilità bejn il-formats diġitali; billi, bis-saħħa tal-istaff tagħhom, il-bibjoteki huma l-istituzzjonijiet li l-aktar huma kwalifikati biex jissorveljaw u jimmaniġġjaw il-proċess tad-diġitalizzazzjoni tax-xogħlijiet,

1.   Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex il-bibjoteka virtwali ‘Europeana’ tkun organizzata bħala database online, biex b’hekk l-aċċess tal-utent għall-materjal diġitali jiġi ffaċilitat permezz ta’ disinn standard, u jiżdied il-livell ta’ sikurezza tax-xogħlijiet diġitalizzati, ladarba bil-monitoraġġ ta’ database waħda l-ispejjeż ta’ tħaddim u ta’ manutenzjoni jitnaqqsu;

2.   Jenfasizza li, bil-ħsieb tal-benefiċċji għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jidħlu fuq il-‘Europeana’, għandu jkun hemm il-ħsieb li mill-aktar fis tkun disponibbli bil-lingwi kollha uffiċjali;

3.   Jenfasizza li l-persuni b’diżabilità għandhom igawdu mill-vantaġġi tat-teknoloġija diġitali u għandhom igawdu aċċess aġevolat għall-edukazzjoni u għall-informazzjoni, u jinkuraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jkun hemm aċċess sħiħ u bla ħlas għall-għarfien kollettiv tal-Ewropa permezz ta’ formati aċċessibbli u teknoloġiji adattati, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-persuni b’diżabilità;

4.   Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu t-tmexxija tal-proġett u jiżguraw li awtorità kompetenti tinħatar fuq livell nazzjonali bil-għan li tmexxi u tissorvelja l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni, tqajjem kuxjenza dwar il-proġett ‘Europeana’ fost il-bibjoteki u l-fornituri ta’ materjal kulturali, u sabiex tiġbor direttament mill-fornituri l-materjal diġitali li diġà jeżisti bil-għan li taqilbu f’format diġitali standard wieħed, bil-għan li kontenut ġdid jiddaħħal minnufih fid-database ‘Europeana’; huwa tal-fehma li, maż-żmien, jeħtieġ li titqies il-possibilità li jiġi prijoritizzat il-ġbir ta’ materjal diġitali li diġà jeżisti prodott bħala parti minn proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li jiddaħħal fil-bibjoteka diġitali ‘Europeana’;

5.   Jissuġġerixxi li tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti bil-ħsieb li tiġi kkoordinata l-amministrazzjoni tal-‘Europeana’ b’mod effettiv kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġu ddefiniti objettivi ċari u realistiċi u, jekk ikun il-każ, issir rivalutazzjoni tal-ħidma;

6.   Jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex titlob lill-fornituri ta’ kontenut diġitali biex jiċċertifikaw il-websajts li għalihom issir riferenza fil-‘Europeana’;

7.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi regolament li jistipula proċedura standard bil-għan li fil-mument li l-edituri jgħaddu x-xogħol għall-istampa, jgħaddu wkoll verżjoni diġitali tiegħu lill-arkivji legali nazzjonali, li mbagħad idaħħlu dan il-kontenut fid-database ‘Europeana’ fir-rispett sħiħ u strett tad-dritt tal-awtur;

8.   Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm aċċess bla ħlas għat-tagħrif kollu kulturali u edukattiv fid-database diġitali tal-bibjoteka ‘Europeana’ għall-istudenti u għalliema fl-iskejjel sekondarji, universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi oħra, kif ukoll għal persuni oħra li juru li qed iwettqu studju jew riċerka, u li, fl-istess ħin, tippromwovi proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jagħmlu użu mir-riżorsi diġitali tal-‘Europeana’, permezz tal-iżvilupp u t-tqassim bla ħlas ta’ pjanijiet ta’ tagħlim integrati, kurrikuli u software edukattiv, kemm għat-tagħlim formali kif ukoll dak informali (ta’ tul il-ħajja); huwa tal-fehma li s-sussidjarjetà mhix ta’ ostakolu għall-programmi Ewropej li jpoġġu l-akbar ammont ta’ informazzjoni xjentifika u teknika għad-dispożizzjoni tas-sistema edukattiva fis-sħuħija tagħha u tal-għalliema, studenti u riċerkaturi;

9.   Jenfasizza li l-eżistenza fuq żmien fit-tul tal-‘Europeana’ se tiddependi fuq l-għażla ta’ mudelli adegwati ta’ finanzjament u ta’ governanza, u jenfasizza li l-kontribuzzjonijiet pubbliċi għandhom jikkostitwixxu parti sostanzjali tal-finanzjament tagħha, iżda li jridu jitqiesu u jiġu żviluppati wkoll mezzi ġodda ta’ finanzjament – bħas-sħubijiet pubbliċi-privati;

10.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, fil-ġejjieni, tqis il-possibilità li tiffissa bħala rekwiżit li r-riżorsi kollha diġitali żviluppati fil-qafas ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp fil-ġejjieni kkofinanzjati mill-Unjoni Ewropea jiddaħħlu fil-bibjoteka diġitali ‘Europeana’, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe restrizzjonijiet li jistgħu jinqalgħu minħabba drittijiet ta’ proprjetà intelettwali;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli fuq livell tal-UE sabiex il-bibjoteki jkunu jistgħu japplikaw għall-finanzjament Ewropew għal xogħol ta’ diġitalizzazzjoni;

12.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiffissa punti gwida biex jiġi żgurat l-aċċess għall-kontenut ‘Europeana’ bi ħlas li jintlaħaq minn kull min jixtieq jużah, irrispettivament mill-mod ta’ finanzjament li eventwalment jintgħażel;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-amministrazzjoni attwali Olandiża sabiex iwettqu titjib tekniku u estetiku estensiv fil-‘Europeana’, inkluż analiżi tad-diffikultajiet li għandhom x’jaqsmu mas-sejbien u l-kisba ta’ fondi li jippermettu lill-bibjoteki li jwettqu l-ħidma ta’ diġitalizzazzjoni meħtieġa;

14. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi kampanja fuq il-midja u online bil-għan li tippopolarizza l-paġna ‘Europeana’, u li tikkollega direttament it-traffiku fuq is-servers Ewropej lejn is-sorsi Europeana bħala l-websajt ewlieni biex jinkiseb tagħrif diġitali, u tinkuraġġixxi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kulturali biex jipprovdu kontenut fuq il-websajt; jappella, fl-istess waqt, għal kampanja speċjali fil-midja maħsuba għall-istudenti u għall-għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, li tiffoka fuq l-użu tar-riżorsi diġitali tal-‘Europeana’ għal għanijiet edukattivi;

15.  Huwa tal-fehma li kampanja bħal din tkun simili ħafna għat-tip ta’ azzjoni li diġà ġiet identifikata bħal meħtieġa sabiex jingħalaq id-distakk diġitali li għadu jeżisti fl-Ewropa, u b’hekk tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għall-‘Europeana’ u għal kontenut u informazzjoni oħra online u għall-benefiċċji potenzjali tagħhom, ikunu fejn ikunu; jirrakkomanda li din il-kampanja u, b’mod partikulari, l-użu potenzjali tal-‘Europeana’ fl-iskejjel, jkunu bbażati fuq il-fehim li l-aċċess għal aktar kontenut u informazzjoni online mhuwiex għan fih innifsu, u għaldaqstant għandu jkun akkumpanjat b’inizjattivi li jistimolaw analiżi kritika tal-kontenut u tal-informazzjoni online;

16.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li tistabbilixxi entità Ewropea biex tikkoordina l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali fis-sorveljanza tal-proċess ta’ diġitalizzazzjoni, tal-ħlas tad-dritt tal-awtur u ta’ kwistjonijiet oħra relevanti għall-proġett ‘Europeana’;

17.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiżgura d-disponibilità ta’ verżjonijiet diġitali speċjali għall-persuni b’diżabilità, bħall-qari bl-awdjo, għal kemm jista’ jkun kontenut diġitali possibbli;

18. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet sħab tagħha fis-settur privat biex isibu soluzzjonijiet tal-informatika – bħall-formati ‘read-only’ u ‘copy protect’ – għall-materjal diġitalizzat li jinsab fuq il-websajt ‘Europeana’ li huwa suġġett għad-dritt tal-awtur, u li l-paġna ta’ preżentazzjoni tad-dokument tkun tinkludi link għal paġna fuq il-websajt tal-fornitur tal-kontenut fejn id-dokument ikun jista’ jitniżżel skont il-kundizzjonijiet stipulate mill-fornitur;

19. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq l-użu ta’ format diġital standard għax-xogħlijiet diġitalizzati, sabiex tkun żgur li d-dokumenti diġitalizzati jkunu kompatibbli mal-interface online u mad-database;

20. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex il-backups tal-materjal diġitalizzat provdut minn istituzzjonijiet nazzjonali u minn sħab privati jinżammu fuq hardware li jkun proprjetà ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew sħab.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

4.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

1

Members present for the final vote

Jean-Pierre Audy, Zoltán Balczó, Bendt Bendtsen, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Ioan Enciu, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Arturs Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Substitute(s) present for the final vote

António Fernando Correia De Campos, Francesco De Angelis, Ilda Figueiredo, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Ivailo Kalfin, Paweł Robert Kowal, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Alajos Mészáros, Vladko Todorov Panayotov, Peter Skinner, Hannu Takkula, Silvia-Adriana Ţicău

29.1.2010

OPINION tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar 'Europeana – il-passi li jmiss'

(2009/2158(INI)

Rapporteur: Marielle Gallo

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jenfasizza l-importanza tax-xogħlijiet orfni – xogħlijiet li huma protetti bid-dritt tal-awtur, iżda li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jistgħux jinstabu minkejja li tkun saret riċerka diliġenti – u l-bżonn li jiġu determinati b'reqqa, il-volum u t-tip tax-xogħlijiet orfni, settur b'settur, sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-diġitalizzazzjoni, il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet orfni li ttemm l-inċertezza legali attwali, b'konformità mal-ħtieġa ta' riċerka diliġenti u ta' ħlas lid-detenturi tad-drittijiet;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa bażi tad-data Ewropea tax-xogħlijiet orfni li tagħti lok għal skambju ta' informazzjoni dwar min ikollu d-drittijiet tal-awtur u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż li jsiru minħabba r-riċerka diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet;

4.   Jenfasizza l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni għad-dokumenti li jappartjenu għall-qasam privat (korrispondenza, noti, ritratti, films) li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali iżda li qatt ma ġew ippubblikati jew li qatt ma kienu disponibbli għall-pubbliku, u li jqajmu kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-drittijiet morali;

5.   Jisħaq dwar il-bżonn li jkun hemm ħsieb dwar il-mezzi kif wieħed iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kulturali biex jikkonkludu ftehimiet mal-persuni li għandhom id-drittijiet tal-awtur biex ix-xogħlijiet ikunu aċċessibbli fuq bażi multiterritorjali u biex jitrawwem l-iżvilupp ta' ambjent kompettitiv bil-parteċipazzjoni ta' bejjiegħa tal-kotba onlajn sabiex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni tal-wirt kulturali fit-territorju Ewropew kollu;

6.   Jenfasizza l-importanza ta' aċċess ugwali għall-wirt kulturali komuni Ewropew u għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri biex ineħħu l-barrieri intra-UE sabiex ikun hemm aċċess għal xi partijiet tal-kontenut ta’ Europeana;

7.   Jenfasizza l-importanza ta' approċċ konkret fil-livell Ewropew dwar il-kondizzjonijiet ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat kif ukoll il-bżonn li jitwettaq eżami dettaljat tal-ftehimiet tas-sħubija mal-atturi privati rigward il-pjanijiet ta' diġitalizzazzjoni, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-iskadenzi tal-klawsoli ta' esklussività, l-indiċjar u r-referenzi permezz ta' "magna ta' riċerka" tal-fajls diġitalizzati sfruttati in proprio mil-libreriji, it-tkomplija tal-għotja tas-servizz, in-natura mhux kunfidenzjali tal-ftehim u l-kwalità tad-diġitalizzazzjoni;

8.   Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi kampanja xierqa ta' informazzjoni lill-pubbliku dwar l-eżistenza ta' Europeana u dwar is-servizzi li toffri.

9.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kampanji ta' informazzjoni u attivitajiet simili għaż-żieda fl-għarfien fir-rigward ta' Europeana jgħaddu mill-organizzazzjonijiet ta' sħubija rilevanti fl-Istati Membri;

10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin sabiex jinstabu mezzi u modi li bihom tinġibed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li l-utenti ta' Europeana qed ifittxu xogħlijiet ewlenin disponibbli fil-kollezzjonijiet nazzjonali tagħhom iżda mhux permezz ta' Europeana;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Malika Benarab-Attou, Piotr Borys, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Pál Schmitt, Marco Scurria, Timo Soini, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Sabine Verheyen, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Nessa Childers, Nadja Hirsch, Catherine Soullie, Rui Tavares

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Roger Helmer

Avviż legali - Politika tal-privatezza