RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)
12.3.2010 - (COM(2009)0391 – C7‑0111/2009 – 2009/0110(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Brian Simpson
(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni)
(COM(2009)0391 – C7‑0111/2009 – 2009/0110(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0391),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0111/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Novembru 2009[1],
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],
– wara li kkunsidra l-ittra tal-11 ta' Diċembru 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0030/2010),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Jadotta l-pożizzjoni spjegata aktar 'l isfel, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Għandu jitwaqqaf Kumitat fil-Kummissjoni li jagħmel xogħol li jinkludi għajnuna lill-Kummissjoni meta teżamina l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-gwidi stabbiliti mid-deċiżjoni preżenti. |
(19) Għandha tingħata s-setgħa lil Kumitat biex b'mod partikolari jgħin lill-Kummissjoni meta teżamina l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-gwidi stabbiliti mid-deċiżjoni preżenti. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Għal raġunijiet ta' ċarezza jeħtieġ li, fl-Anness I tad-Deċiżjoni, jiżdiedu l-mapep tal-10 Stati Membri li jidhru fl-Att tal-Adeżjoni tal-2003 ma' dawk ġa eżistenti tal-15-il pajjiż li kienu membri tal-Unjoni Ewropea qabel it-tkabbir tal-1 ta' Mejja 2004, u li l-orizzont temporali tal-2010 għall-pjan tan-network trans-Ewropew tat-trasport jinbidel għall-orizzont temporali tal-2020. Din l-emenda hija prevista mill-Artikolu 1(15) tad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE u jeħtieġ li sseħħ. |
(20) Għal raġunijiet ta' ċarezza, jeħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE jiġi ssostitwit b'Anness ġdid li jkun fih il-mapep li jikkonċernaw l-Istati Membri kollha; dan jiżgura li l-mapep li diġà jinsabu f'dik id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 jiġu ssupplimentati b'dawk li jinsabu fl-Att ta' Adeżjoni tal-2003. Barra minn hekk, id-data mira għall-pjan hija l-2020 għall-Istati Membri kollha. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta hija, f'sens tekniku, proposta għall-kodifikazzjoni tat-test leġiżlattiv[1]. Madankollu l-Kummissjoni kellha tagħmilha permezz tal-proċedura ta' tfassil mill-ġdid peress li t-test fih modifiki żgħar fl-Anness.
L-emendi meħtieġa jikkonsistu fiż-żieda, fl-Anness I tad-Deċiżjoni, tal-mapep tal-10 Stati Membri li jidhru fl-Att tal-Adeżjoni tal-2003, ma' dawk diġà eżistenti tal-15-il pajjiż li kienu membri tal-Unjoni Ewropea qabel it-tkabbir tal-1 ta' Mejju 2004. Għal raġunijiet ta' ċarezza, qed jiġi propost li l-Anness I tat-test ikkodifikat jiġi sostitwit minn Anness I ġdid li fih jidhru l-mapep tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, f'konformità mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE, id-data qed tinbidel għall-2020 għall-Istati Membri kollha.
Meta titqies in-natura teknika ta' din il-proposta, il-koordinaturi ddeċidew li jagħtu r-rapport lill-president peress li r-reviżjoni reali tal-linji gwida għadha qed titħejja u se tkun lesta biss lejn l-aħħar tas-sena li jmiss.
Il-Kunsill qabel dwar test u ttieħed approċċ ġenerali fil-laqgħa tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru. Il-Kunsill segwa lill-Kummissjoni u ma introduċa ebda tibdil sustanzjali għat-test, iżda biss xi tibdil żgħir fil-premessi (ara ż-żewġ emendi) u xi korrezzjonijiet tekniċi fil-mapep[2].
Wara dawn ir-riassigurazzjonijiet legali u politiċi, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jkun hemm qbil dwar it-test, inklużi t-tibdil u l-korrezzjonijiet żgħar proposti mill-Kunsill, u li jkun konkluż id-dossier bi qbil fl-ewwel qari.
- [1] Id-deċiżjoni tgħaqqad u tħassar id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, id-Deċiżjoni Nru 1346/2001/KE, id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Att tal-Adeżjoni tal-2003, Anness II, punt 8.F, ir-Regolament (KE) Nru 1791/2006, Punt 6(D) tal-Anness biss.
- [2] Fil-Volum II:
1) Taqsima 2.1 ("Id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija" tħassru biex ikun hemm allinjament mal-mappa korrispondenti);
2) Taqsima 6.1 ("Id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija" tħassru biex ikun hemm allinjament mal-mappa korrispondenti);
3) Mappa 2.27 ("Londonderry" li tinsab bejn Newcastle u Leeds tħassret).
Fil-Volum IV:
1) Mappa 5.1 (Il-Baħar Baltiku): "Kristianstad" ġiet sostitwita b'"Landskrona";
2) Mappa 5.7 (Ċipru): għal raġunijiet ta' konsistenza, "Il-port ta' Larnaka" ġie ssostitwit b'"Larnaka".
Fil-Volum V:
1) Mappa 6.0 (L-Ewropa): L-ajruport ta' Talinn ġie mmarkat bħala punt ta' konnessjoni Komunitarju, biex ikun hemm allinjament mal-mappa 6.4.
2) Mappa 6.4 (L-Estonja): L-ajruport ta' Talinn ġie mmarkat bħala punt ta' konnessjoni Komunitarju.
ANNESS : ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
Suġġett: Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew
COM(2009)0391 tas-27.7.2009 – 2009/0110(COD)
Sur President,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li jien onorat li nippresiedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 87 dwar it-tfassil mill-ġdid, kif imdaħħal fir-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament.
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu jgħid dan li ġej:
"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.
Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."
Wara l-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal tfassil mill-ġdid, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta kkonċernata ma tinkludi l-ebda bidliet sostantivi għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom.
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 87, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra li l-adattamenti tekniċi ssuġġeriti fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma msemmi hawn fuq kienu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proposta tikkonforma mar-regoli tat-tfassil mill-ġdid.
Fl-aħħarnett, wara li ddiskuta l-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Novembru 2009, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'19-il vot favur u bla astensjonijiet[1], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jeżamina l-proposta ta' hawn fuq b'konformità mas-suġġerimenti tiegħu u mal-Artikolu 87.
Dejjem tiegħek,
Klaus-Heiner LEHNE
Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.
- [1] Klaus-Heiner Lehne (President), Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Antonio López-Istúriz White, Tadeusz Zwiefka, Luigi Berlinguer, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Jiří Maštálka, Francesco Enrico Speroni, Kurt Lechner, Sergio Gaetano Cofferati, Edit Herczog, Edvard Kožušník, Sajjad Karim.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew
COM(2009)0391 finali tas-27.7.2009 - 2009/0110 (COD)
Fid-dawl tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fit-8 ta' Settembru 2009 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, preżentata mill-tal-Kummissjoni.
Meta eżamina[1] l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għat-tfassil mill-ġdid tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew, il-Grupp ta' Ħidma nnota bi qbil komuni li:
(1) It-test tal-premessa 19 għandu jiġi emendat biex jgħid dan li ġej: 'Għandu jitwaqqaf Kumitat li jagħmel xogħol li jinkludi għajnuna lill-Kummissjoni meta teżamina l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-gwidi stabbiliti mid-deċiżjoni preżenti'.
(2) Fl-Artikolu 10(3), it-tieni sentenza, ir-referenza għad-Direttiva Nru 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva Nru 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma, il-Grupp ta’ Ħidma seta’ jistabbilixxi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fit-test innifsu jew f’din l-opinjoni. Il-Grupp ta’ Ħidma nnota wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma’ dan it-tbdil, il-proposta verament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
- [1] Il-grupp ta’ ħidma seta’ jirreferi għall-verżjoni Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni oriġinali Franċiża tad-dokument ta’ ħidma.
PROĊEDURA
Titolu |
Linjigwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0391 – C7-0111/2009 – 2009/0110(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
27.7.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 14.9.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 14.9.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Brian Simpson 3.9.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
25.1.2010 |
22.2.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
23.2.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Alvarez, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Charalampos Angourakis, Jean-Paul Besset, Philip Bradbourn, Derk Jan Eppink, Tanja Fajon, Michael Gahler, Anne E. Jensen, Petra Kammerevert, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Dominique Riquet, Anna Rosbach, Corien Wortmann-Kool, Janusz Władysław Zemke |
|||||||
Data tat-tressiq |
12.3.2010 |
|||||||