RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

5.3.2010 - (COM(2008)0637 – C6‑0340/2008 – 2008/0193(COD)) - ***I

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteur: Edite Estrela
Rapporteur għal opinjoni (*): Rovana Plumb,
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2008/0193(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0032/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

(COM(2008)0637 – C7‑0340/2008 – 2008/0193(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0637),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 137(2) u 141(3) tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0340/2008),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem ''Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa'' (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 153(2) u 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Mejju 2009[1],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 55 u 175 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0267/2009),

–   wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0032/2010),

1.   Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari ta' hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Titolu tad-Direttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu u dwar l-introduzzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għall-ħaddiema sabiex jilħqu bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik familjari

Ġustifikazzjoni

Il-bażi legali kkombinata, li tinkludi l-Artikolu 141(3) tat-Trattat KE, tagħmilha possibbli li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva. Dan l-approċċ globali jsaħħaħ il-messaġġ lill-intrapriżi li r-riproduzzjoni umana tikkonċerna kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa.

Emenda  2

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u jitolbu li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha.

(4) L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u jitolbu li tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-kisba ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Emenda  3

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li ngħatat fis-26 ta’ Frar 2008 fil-Każ C-506/06 Mayr v Flöckner1, il-Qorti ddeċidiet li diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta’ sess isseħħ jekk ħaddiema mara tiġi żvantaġġata minħabba assenza b’rabta mat-trattament tal-IVF.

 

1 [2008] Ġabra I-01017.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Id-dritt ta' mara li tkun bil-lif tal-maternità li, wara li jintemm dan il-lif, tmur lura fl-impjieg tagħha jew f'pożizzjoni ekwivalenti huwa stipulat fl-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54/KE tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol(tfassil mill-ġdid)1.

 

1 ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-proposti fl-att li jemenda d-Direttiva 92/85/KEE ma fiha l-ebda referenza għall-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54/KE, li jirregola d-drittijiet li għandhom jingħataw lin-nisa ladarba jmorru lura għall-impjieg tagħhom wara l-lif tal-maternità.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-Ftehim Qafas rivedut dwar il-Lif tal-Ġenituri ffirmat fit-18 ta' Ġunju 2009 mill-imsieħba soċjali Ewropej ma jkoprix b'mod adegwat kwistjonijiet ta' rimunerazzjoni u tipi speċifiċi ta' lif relatat mal-familja, u għalhekk ma jwettaqx ir-rwol tiegħu bħala miżura importanti biex jittejjeb il-bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja professjonali tal-ġenituri.

Ġustifikazzjoni

Il-Ftehim Qafas dwar il-Lif tal-Ġenituri jikkostitwixxi aspett importanti tal-politika għall-opportunitajiet indaqs billi jappoġġja l-bilanċ bejn il-ħajja professjonali, privata u familjari, madankollu huwa jistabbilixxi biss rekwiżiti minimi, u għalhekk jista' biss jitqies bħala l-ewwel pass.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-objettivi stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza fil-Kunsill Ewropew f'Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 iddikjaraw li l-Istati Membri għandhom jeliminaw id-diżinċentivi għall-involviment tan-nisa fis-suq tax-xogħol u għandhom jimmiraw biex, sal-2010, jipprovdu faċilitajiet ta' kura tat-tfal għal tal-anqas 90% tat-tfal f'età bejn it-tliet snin u l-età skolastika obbligatorja u tal-anqas 33% tat-tfal ta' taħt it-tliet snin, u dawn it-tfal għandu jkollhom l-istess aċċess għal faċilitajiet bħal dawn kemm fil-bliet kif ukoll fiż-żoni rurali.

 

 

 

 

 

Emenda  7

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 intitolata "Lejn Strateġija tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal" tiddikjara li d-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu prijorità għall-UE u li l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-Tfal u l-protokolli addizzjonali, kif ukoll l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

Il-Komunikazzjoni tqis id-drittijiet tat-tfal bħala prijorità għall-UE u titlob lill-Istati Membri biex jirrispettaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-jeddijiet tat-tfal u l-protokolli addizzjonali, kif ukoll l-objettivi tal-millennju għall-iżvilupp. Meta titqies din id-Direttiva, dan ifisser li għandha tiġi żgurata għat-tfal kollha l-possibilità li jitrejqu bil-ħalib t'ommhom u li tingħatalhom kura adegwata bi qbil mal-bżonnijiet tagħhom ta' żvilupp kif ukoll li jkollhom aċċess għal kura adegwata u ta' kwalità.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d) L-Istrateġija globali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tas-16 ta' April 2002 dwar it-trejjiq tat-trabi u tat-tfal ta' età żgħira ħafna, appoġġjata bir-Riżoluzzjoni 55.25 tal-55 Assemblea Dinjija dwar is-Saħħa, tgħid li treddigħ esklussiv matul l-ewwel sitt xhur fil-ħajja ta' tarbija jiggarantixxi tkabbir u żvilupp ottimali. Fuq il-bażi ta' din ir-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta' lif maħsub għal dan l-għan.

 

 

 

 

 

Emenda  9

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

(8a) Il-ġenituri kollha għandhom id-dritt li jieħdu ħsieb uliedhom.

Emenda  10

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva fir-rigward tal-lif tal-maternità m'għandhomx imorru kontra regoli oħra tal-Istati Membri dwar il-lif tal-ġenituri, u din id-Direttiva m'għandhiex iddgħajjef dawk ir-regoli. Il-lif tal-maternità, il-lif tal-paternità u l-lif tal-ġenituri huma kumplimentari għal xulxin u meta jintużaw flimkien, jistgħu jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja.

Ġustifikazzjoni

Fil-Memorandum ta’ spjegazzjoni l-Kummissjoni toħloq distinzjoni artifiċjali bejn il-lif tal-maternità u l-lif tal-ġenituri. Iż-żewġ mudelli huma kumplimentarji u, jekk jintużaw flimkien, jista' jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' sejba ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja.

Emenda  11

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Ħaddiema li tadotta tarbija għandu jkollha l-istess drittijiet daqs ġenitur naturali u għandha tkun tista' tieħu l-lif tal-maternità bl-istess kundizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm l-ambitu ta' din id-Direttiva jirreferi għall-maternità naturali, il-maternità permezz ta' adozzjoni ġġib magħha l-istess dmirijiet, responsabilitajiet u diffikultajiet fis-sejba ta' bilanċ bejn il-ħajja familjari u dik tax-xogħol.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-vulnerabbiltà tal-ħaddiema tqal u tal-ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu tagħmilha neċessarja għalihom li jingħataw id-dritt ta' lif tal-maternità ta' mill-inqas 18-il ġimgħa kontinwi, allokati qabel u/jew wara l-ħlas, u tirrendi neċessarja n-natura obbligatorja tal-lif tal-maternità għal mill-inqas sitt ġimgħat, allokati wara l-ħlas.

(9) Il-vulnerabbiltà tal-ħaddiema tqal u tal-ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu tagħmilha neċessarja għalihom li jingħataw id-dritt ta' lif tal-maternità ta' mill-inqas 20 ġimgħa kontinwi, allokati qabel u/jew wara l-ħlas, u tirrendi neċessarja n-natura obbligatorja tal-lif tal-maternità għal mill-inqas sitt ġimgħat, allokati wara l-ħlas.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-kura ta' tfal b'diżabilità toħloq sfidi partikolari għall-ommijiet li jaħdmu, u dan għandu jkun rikonoxxut mis-soċjetà. Il-vulnerabilità żejda ta' ommijiet li jaħdmu li jkollhom tfal b'diżabilità tfisser li dawn għandhom jingħataw lif tal-maternità addizzjonali. din id-Direttiva għandha tistipula l-perjodu minimu għal tali lif.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tirrakkomanda l-adozzjoni tal-lif tal-maternità ta’ perjodu minimu ta’ 18-il ġimgħa, li matulu il-ħaddiema nisa jkomplu jirċievu l-ammont sħiħ tas-salarju preċedenti tagħhom. Il-Konvenzjoni tal-ILO tal-2000 dwar il-Ħarsien tul il-Maternità tistipula perjodu ta’ sitt ġimgħat lif obbligatorju wara l-ħlas.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Sabiex jitqies bħala lif tal-maternità skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, il-lif marbut mal-familja li jkun disponibbli fil-livell nazzjonali għandu jiġi estiż lilhinn mill-perjodi previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE; għandu jkun rimunerat kif previst f'din id-Direttiva; u għandhom japplikaw il-garanziji ta' din id-Direttiva rigward it-tkeċċija, ir-ritorn fl-istess impjieg jew impjieg ekwivalenti u d-diskriminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-Istati Membri li diġà għandhom dispożizzjonijiet għal perjodi aktar twal ta' lif tal-ġenituri għaż-żewġ ġenituri jżommu l-kundizzjonijiet ġenerużi tagħhom, bla ma dan jolqot Stati Membri oħrajn jew bla ma jnaqqas mill-effett ta' din il-proposta għal direttiva li ttawwal il-lif tal-maternità fl-UE kollha.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Impjieg ''ekwivalenti'' skont l-Artikolu 11(2)(c) għandu jfisser pożizzjoni li tkun l-istess bħal dik ta' qabel ma jkun ittieħed il-lif tal-maternità, fir-rigward kemm tas-salarju kif ukoll tal-kompiti li għandhom jitwettqu, jew, meta dan ma jkunx possibbli, pożizzjoni simili li tikkorrispondi għall-kwalifiki u s-salarju eżistenti tal-ħaddiema.

Ġustifikazzjoni

Min iħaddem għandu jagħmel kull sforz biex jagħti lill-ħaddiema l-kundizzjonijiet tax-xogħol li kellha qabel ħarġet bil-lif tal-maternità, iżda f'każ li dan ma jkunx oġġettivament possibbli, għandha tiġi applikata l-flessibilità, u b'hekk jinżammu d-drittijiet tax-xogħol.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 12 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Fid-dawl tat-tendenzi demografiċi fl-Unjoni Ewropea, huwa neċessarju li jkun hemm promozzjoni ta' żieda fir-rata tat-twelid permezz ta’ leġiżlazzjoni u ta' miżuri speċifiċi biex jinstab bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja b’mod aktar effettiv.

Emenda  18

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) In-nisa għandhom għalhekk ikunu mħarsa mid-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' tqala jew ta' lif tal-maternità, u għandu jkollhom il-mezzi xierqa ta' ħarsien legali.

(13) In-nisa għandhom għalhekk ikunu mħarsa mid-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' tqala jew ta' lif tal-maternità, u għandu jkollhom il-mezzi xierqa ta' ħarsien legali, sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tagħhom ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u bilanċ aħjar bejn il-ħajja tal-familja u x-xogħol.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tal-Ministri għax-Xogħol u għall-Politika Soċjali, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-irġiel fil-ħajja tal-familja u tax-xogħol1, l-Istati Membri tħeġġew jeżaminaw il-possibilità, għas-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jirrikonoxxu dritt individwali u mhux trasferibbli għal-lif tal-paternità għall-irġiel li jaħdmu, mingħajr ma jintilef ebda jedd tal-impjieg.

 

1 ĠU C 218, 31.7.2000, p. 5.

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tal-ministri għax-xogħol u għall-politika soċjali, tad-29 ta’ Ġunju 2000, l-Istati Membri ġew imħeġġa jeżaminaw il-possibilità li s-sistemi legali rispettivi tagħhom jirrikonoxxu dritt individwali u mhux trasferibbli għal lif tal-paternità għall-irġiel li jaħdmu, filwaqt li jinżammu d-drittijiet relatati mal-impjieg tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kellhom reazzjoni favorevoli.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Sabiex il-ħaddiema jiġu megħjuna jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali u familjari tagħhom, huwa essenzjali li jingħata iktar lif tal-maternità u tal-paternità, inkluż f'każ ta' adozzjoni ta' trabi ta' inqas minn 12-il xahar. Ħaddiem li jadotta tarbija ta' inqas minn 12-il xahar għandu jkollu l-istess drittijiet daqs ġenitur naturali u għandu jkun jista' jieħu l-lif tal-maternità jew tal-paternità bl-istess kundizzjonijiet.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) Sabiex il-ħaddiema jiġu megħjuna jirrikonċiljaw id-drittijiet u l-obbligi professjonali u familjari tagħhom, u biex tintlaħaq ugwaljanza reali bejn is-sessi, huwa essenzjali li l-irġiel ikollhom id-dritt għal-lif tal-paternità imħallas, li għandu jingħata fuq bażi ekwivalenti – minbarra fir-rigward tad-dewmien tiegħu – bħal-lif tal-maternità, bl-għan li jiġu stabbiliti gradwalment il-kundizzjonijiet meħtieġa. Dan id-dritt għandu wkoll jingħata lill-koppji mhux miżżewġa. L-Istati Membri huma mħeġġa jqisu jekk, skont is-sistemi legali rispettivi tagħhom, l-irġiel li jaħdmu jistgħux jingħataw dritt individwali mhux trasferibbli għal lif tal-paternità, mingħajr l-ebda telf tad-drittijiet relatati max-xogħol.

Emenda  22

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d) Fil-kuntest tal-popolazzjoni li qed tixjiħ tal-Unjoni Ewropea u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2006 bit-titolu "Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità", se jkun hemm bżonn li jsir kull sforz biex jiġi żgurat ħarsien effettiv tal-maternità u tal-paternità.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqiesu t-tibdil demografiku u l-importanza li wieħed ikollu iktar tfal, għandu jiġi żgurat li jkun hemm il-kundizzjonijiet sabiex jittieħed lif effettiv tal-maternità u tal-paternità.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13e) Il-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet" tirreferi għall-fatt li l-Istati Membri għandhom rata baxxa ta' fertilità, li mhijiex biżżejjed għat-tiġdid tal-popolazzjoni. Jeħtieġ għalhekk li jittieħdu miżuri għat-titjib tal-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema qabel, matul u wara t-tqala. Huwa rakkomandat li jiġu segwiti l-aħjar prattiki ta' dawk l-Istati Membri b'rati tal-fertilità għoljin u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni kontinwa tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13f) Fil-konklużjonijiet ta' Diċembru 2007 tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) dwar "Rwoli bilanċjati tan-nisa u tal-irġiel għall-impjiegi, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali", il-Kunsill irrikonoxxa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata u tal-familja bħala qasam tal-akbar siwi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol.

JustificationĠustifikazzjoni

In the December 2007 conclusions of the Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs (EPSCO) Council on “Balanced roles for women and men for jobs, growth and social cohesion”, the Council recognised reconciliation of work and family and private life to be a key area as regards the promotion of gender equality in the labour market.Fil-konklużjonijiet ta' Diċembru 2007 tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) dwar "Rwoli bilanċjati tan-nisa u tal-irġiel għall-impjiegi, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali", il-Kunsill irrikonoxxa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja privata u familjari bħala qasam ewlieni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol.

Emenda  25

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Dispożizzjoni dwar lif tal-maternità ma sservi l-ebda skop jekk ma tkunx akkumpanjata minn ħarsien tad-drittijiet kollha marbuta mal-kuntratt tal-impjieg, inkluża ż-żamma tal-paga sħiħa u drittijiet għal allowance ekwivalenti.

Ġustifikazzjoni

In-nisa għandhom ikunu jistgħu jirċievu allowance fil-livell tas-salarju sħiħ, sabiex ma jkunux penalizzati finanzjarjament għall-fatt li jkunu ommijiet.

Emenda  26

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri biex jiżguraw kumpens jew riparazzjoni reali u effettiva, kif jitqies xieraq, għal kull ħsara kkawżata lil ħaddiema minħabba kwalunkwe ksur tal-obbligi skont din id-Direttiva, b'mod li jkun dissważiv, effettiv u proporzjonat għall-ħsara kkawżata lilha.

Emenda  27

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-vittmi ta' diskriminazzjoni għandu jkollhom mezzi xierqa ta' protezzjoni legali. Biex tiġi ggarantita protezzjoni aktar effikaċi, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet legali l-oħra għandu jkollhom il-possibilità li, skont kif jiddeterminaw l-Istati Membri, jieħdu sehem fi proċeduri f’isem il-vittmi jew biex jappoġġawhom, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ proċedura nazzjonali rigward ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati.

Emenda  28

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 19 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Se jkun neċessarju għall-Istati Membri li jinkoraġġixxu u jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tal-imsieħba soċjali sabiex jiġi żgurat tagħrif aħjar għal dawk ikkonċernati u arranġamenti aktar effettivi. Permezz tal-inkoraġġiment tad-djalogu mal-korpi msemmijin hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiksbu rispons aħjar u għarfien aktar ċar dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fil-prattika u dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu, bil-għan li tinqered id-diskriminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali hija estremament importanti fl-isforzi biex titneħħa d-diskriminazzjoni. In-netwerks tagħhom tad-data għandhom jagħtu mezzi ta’ informazzjoni addizzjonali lill-ħaddiema dwar drittijiethom u jkunu sors ta’ rispons għall-Istati Membri ladarba huma għandhom aktar esperjenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-problemi varji li x’aktarx jinqalgħu. Għalhekk inqisu li hu importanti li tkun żgurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom u li jinfetaħ djalogu miftuħ.

Emenda  29

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Din id-Direttiva tistipula r-rekwiżiti minimi u għalhekk toffri lill-Istati Membri l-għażla li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhiex isservi biex tiġġustifika kwalunkwe rigress fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f’kull Stat Membru.

(20) Din id-Direttiva tistipula r-rekwiżiti minimi u għalhekk toffri lill-Istati Membri l-għażla li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ ma sservix biex tiġġustifika kwalunkwe rigress fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f’kull Stat Membru, b’mod partikolari l-liġijiet nazzjonali li, peress li jgħaqqdu l-lif tal-maternità u l-lif tal-paternità, jistipulaw intitolament għall-omm ta' mill-inqas 20 ġimgħa ta’ lif allokati qabel u/jew wara l-ħlas, u mħallas mill-inqas fil-livell stipulat f'din id-Direttiva.

 

 

Ġustifikazzjoni

Skont ir-rakkomandazzjoni tas-16 ta' April 2002 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar l-istrateġija globali għat-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar, it-treddigħ mingħajr tmigħ ieħor matul l-ewwel sitt xhur ta' ħajjet tarbija jiggarantixxi l-aħjar tikbir u żvilupp. Fid-dawl ta' dan il-fatt, perjodu ta' 20 ġimgħa huwa stabbilit bħala rekwiżit minimu.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) L-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu bejn l-imsieħba soċjali u l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, sabiex isiru jafu bil-forom differenti ta' diskriminazzjoni u jiġġildulhom.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Fl-Artikolu 1 qed jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

“1a. Din id-Direttiva timmira wkoll li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tqal u tal-ħaddiema li jkunu għadhom kemm welldu, li jibqgħu jew jirritornaw fis-suq tax-xogħol, u biex jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja professjonali, dik privata u l-ħajja tal-familja."

Ġustifikazzjoni

Meta titqies l-integrazzjoni tal-Artikolu 141 tat-Trattat KE fil-bażi legali ta' din il-proposta, il-paragrafu miżjud għandu l-għan li jkabbar il-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva u jagħmilha possibbli li jiddaħħlu kwistjonijiet bħal kundizzjonjiet ta’ xogħol flessibbli u l-lif tal-paternità.

Emenda  32

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

 

“Artikolu 2

 

Tifsiriet

 

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

 

(a) ħaddiema tqila għandha tfisser ħaddiema tqila b’kull tip ta’ kuntratt, inkluż f’xogħol domestiku, li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha, skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali;

 

(b) ħaddiema li welldet reċentement għandha tfisser ħaddiema b’kull tip ta’ kuntratt, inkluż f’xogħol domestiku, li welldet reċentement fis-sens tal-leġislazzjoni u/jew prattika nazzjonali u li tinforma lil min iħaddimha dwar il-kundizzjoni tagħha skont dik il-liġi u/jew prattika; għall-iskop ta' din id-Direttiva għandha tfisser ukoll ħaddiema li tkun adottat tarbija reċentement;

 

(c) ħaddiema li qiegħda tredda’ tfisser ħaddiema b’kull tip ta kuntratt, inkluż f’xogħol domestiku, li qiegħda tredda' fis-sens tal-leġislazzjoni u/jew prattika nazzjonali u li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha skont dik il-liġi u/jew prattika;

Emenda  33

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1d (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

 

“Artikolu 3

 

Linji ta’ Gwida

 

1. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, il-Kummissjoni trid tfassal linji ta' gwida dwar l-istima tal-aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi u l-proċessi industrijali kkunsidrati bħala perikolużi għas-saħħa riproduttiva tal-irġiel u tan-nisa li jaħdmu, u għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-ħaddiema fis-sens ta' l-Artikolu 2. Dawn il-linji ta’ gwida għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u, mill-2012, għandhom jiġu aġġornati tal-inqas kull ħames snin.

 

Il-linji ta' gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll ikopru movimenti u qagħdiet, għeja fiżika u mentali u tipi oħra ta' stress fiżiku u mentali konness max-xogħol imwettaq minn ħaddiema fis-sens ta' l-Artikolu 2.

 

2. L-għan tal-linji ta' gwida msemmija fil-paragrafu 1 huwa li jservu bħala bażi għall-istima mesmmija fl-Artikolu 4(1).

 

Għal dan l-iskop l-Istati Membri għandhom iġibu dawn il-linji ta' gwida għall-attenzjoni ta' kull min iħaddem u l-ħaddiema nisa u rġiel, u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-imsieħba soċjali, fl-Istati Membri rispettivi.”

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-linji gwida jiġu aġġornati skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni u tal-għarfien. Barra minn hekk, jeżistu riskji għas-saħħa u għas-sigurtà kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa, u għalhekk dan għandu jitqies b'mod iktar ġenerali peress li dawn huma importanti anke qabel il-konċepiment.

Emenda  34

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1e (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

 

“Artikolu 4

 

Stima, Informazzjoni u Konsultazzjoni

 

1. Għall-istima tar-riskji mwettqa f’konformità mad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jinkludi stima tar-riskji riproduttivi għall-ħaddiema rġiel u nisa.

 

2. Għall-attivitajiet kollha li jistgħu jinvolvu riskju speċifiku ta' espożizzjoni għal aġenti, proċessi jew kondizzjonijiet tax-xogħol li tagħhom lista mhux eżawrijenti hija mogħtija fl-Anness I, min iħaddem għandu jagħmel stima tan-natura, il-grad u t-tul tal-espożizzjoni fl-impriża u/jew stabbiliment ikkonċernat, tal-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 u tal-ħaddiema nisa suxxettibbli li jsibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, jew direttament jew permezz tas-servizzi protettivi jew preventivi msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/391/KEE, sabiex:

 

- issir stima ta' kull riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà u kull effett possibbli fuq it-tqala jew it-treddigħ tal-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 u tal-ħaddiema nisa suxxettibli li jsibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2,

 

- jiddeċiedu liema miżuri għandhom jittieħdu.

 

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 u ħaddiema li x'aktarx ikunu f'xi sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 fl-impriża u/jew stabbiliment konċernat u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-imsieħba soċjali kkonċernati, għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-istima msemmija fil-paragrafu 1 u bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

 

4. Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex ikun żgurat li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-intrapriża jew fl-istabbiliment ikkonċernat ikunu jistgħu jissorveljaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew jintervjenu fl-applikazzjoni tagħha, f’dak li jikkonċerna b’mod partikolari l-miżuri deċiżi minn min iħaddem li jissemmew fil-paragrafu 2, mingħajr preġudizzju għar-responsabilità li taqa’ fuq min iħaddem għall-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri.

 

5. Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jitwettqu b'konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE."

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li ssir promozzjoni favur approċċ preventiv li jipprovdi għal stima xierqa tar-riskju f’kull post tax-xogħol fejn hemm ħaddiema nisa u rġiel f'età fertili. Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jistgħu jkunu esposti, qabel il-fertilizzazzjoni, għall-fatturi li jikkawżaw tibdil u anormalitajiet ġenetiċi li jwasslu għall-infertilità u malformazzjonijiet jew aberrazzjonijiet kromosomali; l-agħar effetti, madankollu, iseħħu fl-embriju. Il-paragrafi 4 u 5 żdiedu minħabba l-fatt li d-direttivi l-oħra kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà fihom artikoli speċifiċi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom.

Emenda  35

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1f (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. L-Artikolu 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

 

(a) Il-paragrafu 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

 

“2. Jekk l-aġġustament tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew tas-sigħat tax-xogħol tagħha ma jkunx teknikament u/jew oġġettivament possibbli, [...] min iħaddem jrid jieħu l-passi neċessarji sabiex jagħti xogħol ieħor lill-ħaddiema konċernata.”

 

(b) Il-paragrafu 3 qed jinbidel b'dan li ġej:

 

“3. Jekk it-tibdil tal-post għal xogħol ieħor mhuwiex teknikament jew oġġettivament possibbli[...], il-ħaddiema kkonċernata għandha tingħata leave skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali għaż-żmien kollu li huwa neċessarju biex tiġi mħarsa s-sigurtà jew is-saħħa tagħha.”

Ġustifikazzjoni

Il-kliem attwali tal-paragrafi 2 u 3 iħalli wisq lok għal min iħaddem biex ikunu jistgħu jargumentaw li ma jistgħux jadattaw l-impjieg jew joffru impjieg ieħor. It-tneħħija tal-kliem “jew ma jistax jiġi mitlub b'mod raġonevoli għal motivi ġustifikati” tagħmilha possibbli li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-impjieg tan-nisa, peress li se jsir iktar diffiċli għal min iħaddem li jargumenta li mhux possibbli teknikament jew oġġettivament li joffri impjieg ieħor.

Emenda  36

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 g (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 6:

 

"2a. nisa tqal, barra minn hekk, m'għandhomx jintalbu jagħmlu xogħol bħalma huwa l-ġarr u l-irfigħ ta' piżijiet tqal jew xogħol li jkun ta' periklu jew li jgħajji jew li jkun ta' riskju għas-saħħa."

Ġustifikazzjoni

Ħaddiema tqal għandhom ikunu eżentati mhux biss mill-attivitajiet li jesponuhom għal riskji kbar imma wkoll minn kompiti li jinvolvu sforz fiżiku jew huma ta’ riskju għal saħħithom.

Emenda  37

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 h (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1h. L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

 

“Artikolu 7

 

Ix-Xogħol ta' bil-Lejl u s-Sigħat Żejda

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 2 ma jkunux imġiegħla li jagħmlu xogħol ta' bil-lejl u ma jkunux obbligati jaħdmu sigħat żejda:

 

(a) matul l-għaxar ġimgħat qabel il-ħlas;

 

(b) matul il-bqija tat-tqala jekk dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-omm jew tat-tarbija li għandha f'ġufha;

 

(c) matul il-perjodu kollu tat-treddigħ.

 

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-possibilità, skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali, li:

 

(a) taqleb għal xogħol paragunabbli bi nhar; jew

 

(b) ikun hemm leave mix-xogħol jew estensjoni tal-leave tal-maternità meta dan it-trasferiment mhux teknikament u/jew oġġettivament possibbli [...].

 

3. Il-ħaddiema li jkunu jixtiequ jiġu eżentati mix-xogħol bil-lejl għandhom, bi qbil mar-regoli stabbiliti mill-Istati Membri, jinformaw lil min iħaddimhom u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1b, jipprovdu ċertifikat mediku lil min iħaddimhom.

 

4. Għall-ġenituri bla sieħeb u għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità serja, il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi b'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri''.

Emenda  38

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati għal żmien kontinwu ta' lif tal-maternità ta' mill-inqas 18-il ġimgħa, allokati qabel u/jew wara l-ħlas.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati għal żmien kontinwu ta' lif tal-maternità ta' mill-inqas 20 ġimgħa, allokati qabel u/jew wara l-ħlas.

Ġustifikazzjoni

Lif tal-maternità ta' 20 ġimgħa huwa twil biżżejjed biex in-nisa jreddgħu b'mod komdu - peress li t-treddigħ għandu jkun l-uniku metodu ta' tmigħ hekk kif rakkomandat mid-WHO - u jagħtihom biżżejjed żmien biex jirpiljaw mill-ħlas u jippermetti li omm issawwar rabta f'saħħitha ma' wildha.

Hu importanti li l-Istati Membri li diġà għandhom provvedimenti għal perjodi aktar twal ta' lif tal-ġenituri għaż-żewġ ġenituri jżommu l-kundizzjonijiet ġenerużi tagħhom, bla ma dan jolqot Stati Membri oħrajn jew bla ma jnaqqas mill-effett ta' din il-proposta għal direttiva li ttawwal il-lif tal-maternità fl-UE kollha.

Emenda  39

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Rigward l-aħħar erba' ġimgħat tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, skema eżistenti ta' lif marbut mal-familja li tkun disponibbli fil-livell nazzjonali tista' titqies bħala lif tal-maternità għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, sakemm din tipprovdi ħarsien totali lill-ħaddiema skont it-tifsira tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva li jkun adegwat fir-riward tal-livell stabbilit f'din id-Direttiva. F'dan il-każ, il-perjodu totali ta' lif mogħti għandu jkun itwal mil-lif tal-ġenituri mogħti bid-Direttiva 96/34/KE.

Ġustifikazzjoni

Lif tal-maternità ta' 20 ġimgħa huwa twil biżżejjed biex in-nisa jreddgħu b'mod komdu - peress li t-treddigħ għandu jkun l-uniku metodu ta' tmigħ hekk kif rakkomandat mid-WHO - u jagħtihom biżżejjed żmien biex jirpiljaw mill-ħlas u jippermetti li omm issawwar rabta f'saħħitha ma' wildha.

Hu importanti li l-Istati Membri li diġà għandhom provvedimenti għal perjodi aktar twal ta' lif tal-ġenituri għaż-żewġ ġenituri jżommu l-kundizzjonijiet ġenerużi tagħhom, bla ma dan jolqot Stati Membri oħrajn jew bla ma jnaqqas mill-effett ta' din il-proposta għal direttiva li ttawwal il-lif tal-maternità fl-UE kollha.

Emenda  40

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-lif tal-maternità stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi lif obbligatorju ta' mill-inqas sitt ġimgħat wara l-ħlas. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati li jagħżlu liberament iż-żmien li fih jixtiequ jieħdu l-porzjon ta' lif tal-maternità mhux obbligatorju, qabel jew wara l-ħlas.

2. Il-lif tal-maternità stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi lif tal-maternità obbligatorju bi ħlas sħiħ ta' mill-inqas sitt ġimgħat wara l-ħlas, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali eżistenti li jipprovdu għal perjodu ta' lif tal-maternità obbligatorju qabel il-ħlas. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati li jagħżlu liberament iż-żmien li fih jixtiequ jieħdu l-porzjon ta' lif tal-maternità mhux obbligatorju, qabel jew wara l-ħlas. Il-perjodu ta' sitt ġimgħat għal-lif tal-maternità obbligatorju għandu japplika għan-nisa li jaħdmu irrispettivament mill-għadd ta' ġranet li jkunu ħadmu qabel il-ħlas.

Emenda  41

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dan il-perjodu jista’ jinqasam mal-missier, jekk il-koppja taqbel u titlob dan, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  42

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fl-interess ta’ ħarsien saħħet l-omm u t-tarbija, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-impjegati nisa jkunu jistgħu jiddeċiedu liberament u bla pressjoni jekk jieħdux jew le l-lif tal-maternità mhux obbligatorju ta’ qabel il-ħlas.

Emenda  43

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-ħaddiema għandha tindika l-perjodu li tkun għażlet għall-parti mhux obbligatorja tal-lif tal-maternità mill-inqas xahar qabel id-data ta' bidu ta' dan il-lif.

Emenda  44

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2 d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Għal twelid multiplu, il-perjodu tal-lif tal-maternità obbligatorju msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiżdied għal kull wild addizzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda  45

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jingħata lif addizzjonali fil-kaz ta' ħlas qabel il-waqt, tfal li jeħtieġu kura fl-isptar mat-twelid, tfal b'diżabbiltà u twelid multiplu. It-tul ta' żmien tal-lif addizzjonali għandu jkun proporzjonali u jakkomoda l-ħtiġijiet speċjali tal-omm u tat-tarbija/trabi.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jingħata lif tal-maternità addizzjonali bi ħlas sħiħ f'sitwazzjonijiet speċifiċi b'ġustifikazzjoni medika, bħalma huwa l-każ ta’ ħlas qabel il-waqt, tfal b’diżabilità, ommijiet b'diżabilità, ommijiet ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, twelid multiplu jew twelid fi żmien 18-il xahar wara t-twelid preċedenti. It-tul ta' żmien tal-lif tal-maternità addizzjonali wara l-ħlas għandu jkun proporzjonali u jakkomoda l-ħtiġijiet speċjali tal-omm u tat-tarbija/trabi. Meta l-leġiżlazzjoni u/jew il-prassi nazzjonali jipprevedu lif tal-maternità jew lif tal-ġenituri ta' iktar minn 20 ġimgħa, dan jista' jingħadd ma’ kull perjodu addizzjonali ta' lif tal-maternità stabbilit fil-paragrafi 3 u 4.

Emenda  46

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe perjodu ta' lif għall-mard minħabba mard jew kumplikazzjonijiet li jinqalgħu minħabba t-tqala erba' ġimgħat jew iżjed qabel il-ħlas m'għandux iħalli impatt fuq it-tul ta' żmien tal-lif tal-maternità."

imħassar

Emenda  47

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. l-Istati Membri għandhom jipproteġu d-drittijiet tal-ommijiet u l-missirijiet billi jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet speċjali marbuta max-xogħol biex jgħinu lill-ġenituri ta' tfal b’diżabilità.

Emenda  48

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Din id-Direttiva hija wkoll applikabbli għall-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom, peress li l-Istati Membri jridu jwettqu l-aġġustamenti neċessarji fil-leġiżlazzjonijiet rispettivi tagħhom, b'tali mod li tiġi salvagwardjata l-ugwaljanza tad-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-lif tal-maternità.

Ġustifikazzjoni

Il-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom m'għandhomx jiġu trattati b'mod differenti billi ma jiġix permess lilhom li jibbenefikaw mill-istess drittijiet tal-ħaddiema nisa impjegati.

Emenda  49

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 5 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa għar-rikonoxximent tad-depressjoni ta' wara t-twelid bħala marda serja, u għandhom jagħtu l-appoġġ tagħhom għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati biex tinxtered informazzjoni preċiża dwar din il-marda u biex jiġu korretti l-preġudizzji u l-possibilità ta' stigmatizzazzjoni li l-marda għadha tista' ġġib magħha.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fl-Istati Membri dwar il-bżonn ta' rikonoxximent speċjali tad-depressjoni ta' wara t-twelid bħala marda, peress li taffettwa bejn 10% u 15% tan-nisa u għandha riperkussjonijiet sinifikanti fuq il-ħajja tax-xogħol u tal-familja.

Emenda  50

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Artikolu 8a li ġej qed jiddaħħal:

 

"Artikolu 8a

 

Lif tal-paternità

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema li s-sieħba tagħhom tkun welldet reċentement ikollhom id-dritt għal perjodu ta' lif tal-paternità mhux trasferibbli, u li jkun imħallas bis-sħiħ, ta’ mhux inqas minn ġimagħtejn, li għandu jittieħed wara li l-mara jew is-sieħba tagħhom tkun welldet matul il-perjodu ta' lif tal-maternità;

 

L-Istati Membri li għadhom ma introduċewx lif tal-paternità mħallas bis-sħiħ u li mhux trasferibbli li għandu jittieħed b'mod obbligatorju matul il-perjodu ta' lif tal-maternità għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas ġimagħtejn wara l-ħlas tal-mara jew l-imsieħba tal-ħaddiem huma mħeġġa bis-saħħa li jimplimentaw dan il-lif sabiex jippromwovu parteċipazzjoni indaqs taż-żewġ ġenituri fis-sejba ta' bilanċ bejn id-drittijiet u r-responsabilitajiet familjari.

 

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema li s-sieħba tagħhom tkun welldet reċentement jingħataw perjodu ta' lif speċjali inkluż il-porzjon mhux użat tal-lif tal-maternità fil-każ tal-mewt jew l-inkapaċità fiżika tal-omm."

Emenda  51

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Artikolu 8b li ġej qed jiddaħħal:

 

"Artikolu 8b

 

Lif għall-adozzjoni

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward il-lif tal-maternità u tal-paternità japplikaw ukoll f'każ ta' adozzjoni ta' tarbija ta' inqas minn 12-il xahar.''

Emenda  52

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi pprojbita t-tkeċċija u t-tħejjijiet kollha ta' tkeċċija ta' ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, matul il-perjodu mill-bidu tat-tqala tagħhom sa tmiem il-lif tal-maternità msemmi fl-Artikolu 8(1), għajr f'każijiet eċċezzjonali li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kundizzjoni tagħhom li huma permessi taħt il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali u, fejn applikabbli, sakemm l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi pprojbita t-tkeċċija u t-tħejjijiet kollha ta' tkeċċija ta' ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, matul il-perjodu mill-bidu tat-tqala tagħhom sa mill-inqas sitt xhur wara tmiem il-lif tal-maternità msemmi fl-Artikolu 8(1). It-tkeċċija matul dan il-perjodu għandha tkun ġustifikata b'mod formali u għandha tiġi speċifikata bil-miktub, għajr f'każijiet eċċezzjonali li m'għandhomx x'jaqsmu mal-kundizzjoni tagħhom li huma permessi taħt il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali u, fejn applikabbli, sakemm l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha.

Emenda  53

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – punt 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu d-diskriminazzjoni kontra n-nisa tqal fis-suq tax-xogħol billi jinħolqu opportunitajiet indaqs fir-reklutaġġ, jekk dawn jilħqu r-rekwiżiti għall-pożizzjoni applikabbli.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol għan-nisa tqal, sabiex it-tqala ma tkunx ta’ xkiel għall-karriera u l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali tan-nisa sempliċement għaliex jekk min iħaddem jimpjega mara tqila joħloq piż żejjed fuqu nnifsu.

Emenda  54

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – punt 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li waqt il-lif tal-paternità/komaternità, il-ħaddiema jgawdu mill-istess protezzjoni mit-tkeċċija msemmija fl-Artikolu 1 għall-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2.

Emenda  55

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 4 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jadottaw miżuri li jiżguraw li l-ħaddiema jkunu jistgħu jagħżlu li jaħdmu part-time għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena, bi protezzjoni sħiħa mill-possibilità ta’ tkeċċija u tad-drittijiet kollha li jieħdu lura l-pożizzjoni u l-ħlas ta' full-time tagħhom fi tmiem dan il-perjodu.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura tista’ tikkontribwixxi għal rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja privata, tal-familja u dik professjonali, billi tippermetti li l-ħaddiema jadattaw aħjar u bla xkiel għas-sitwazzjoni ġdida tagħhom.

Emenda  56

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Il-punt 1 qed jinbidel b'dan li ġej:

 

“1. fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7, id-drittijiet ta' impjieg relatati mal-kuntratt tal-impjieg, inkluż il-ħarsien ta' ħlas ta', u/jew l-intitolament għal benefiċċju ekwivalenti għal, ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2, għandhom jiġu żgurati skont il-liġi u/jew prattika nazzjonali;''

Ġustifikazzjoni

In-nisa jrid ikunu jistgħu jirċievu allowance fil-livell tas-salarju sħiħ, sabiex ma jkunux penalizzati finanzjarjament minħabba l-fatt li huma ommijiet.

Emenda  57

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, li huma esklużi mix-xogħol minn min iħaddimhom li jqishom bħala li mhumiex tajbin għax-xogħol mingħajr indikazzjoni medika miġjuba mill-ħaddiema, għandhom sal-bidu tal-lif tal-maternità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8(2) jirċievu pagament ekwivalenti għas-salarju sħiħ tagħhom.

1a. ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, li hija eskluża mix-xogħol minn min iħaddimha li jqisha bħala li mhijiex tajba għax-xogħol mingħajr indikazzjoni medika miġjuba mill-ħaddiema, tista' tikkonsulta tabib fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk it-tabib jiċċertifika lil din il-mara bħala tajba għax-xogħol, jew min iħaddem irid jerġa’ jimpjegaha bħala ħaddiema normali, jew, sal-bidu tal-lif tal-maternità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8(2), hija għandha tirċievi pagament ekwivalenti għas-salarju sħiħ tagħha.

Ġustifikazzjoni

Jekk mara tikkonsulta tabib tal-għażla tagħha, dan jassigura ċarezza dwar jekk hijiex realment marida jew le. Huwa biss wara li tkun iċċarata s-sitwazzjoni li jistgħu jittieħdu miżuri ulterjuri.

Emenda  58

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt a a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tqal, partikolarment fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ergonomiċi, ħinijiet tax-xogħol (inkluż ix-xogħol bil-lejl u t-tibdil fil-post tax-xogħol) u l-intensità tax-xogħol, kif ukoll billi jżidu l-protezzjoni kontra l-aġenti infettużi speċifiċi u r-radjazzjoni jonizzanti.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema tqal għandha tkun preokkupazzjoni ewlenija ta' din id-Direttiva.

Emenda  59

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt a b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) Fil-punt 2, il-punt b jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

“(b) il-manteniment ta' ħlas ta', u/jew intitolament, għal allowance ekwivalenti għal, ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2;"

Ġustifikazzjoni

In-nisa għandhom ikunu jistgħu jirċievu allowance fil-livell tas-salarju sħiħ, sabiex ma jkunux penalizzati finanzjarjament minħabba li huma ommijiet.

Emenda  60

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt a c (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 2 – punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) Fil-punt 2, qed jiżdied il-punt (ba) li ġej:

 

"(ba) id-dritt tal-ħaddiema li qegħdin bil-lif tal-maternità biex awtomatikament jirċievu kull żieda fis-salarju, jekk tapplika, mingħajr ma jkollhom itemmu l-lif tagħhom tal-maternità temporanjament biex b’hekk jibbenefikaw miż-żieda fis-salarju."

Ġustifikazzjoni

F’każ li jkun hemm żieda fil-paga għall-pożizzjoni tal-ħaddiema li jinsabu bil-lif tal-maternità, din għandha tiddaħħal mal-ewwel fis-seħħ, biex ma jħarbtux il-lif tal-maternità biex jieħdu salarju ogħla u wara dan jerġgħu joħorġu bil-lif. Ix-xogħol amministrattiv ta’ min iħaddem f’dan ir-rigward jitnaqqas u jiġi simplifikat.

Emenda  61

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"c) id-dritt tal-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 li jerġgħu lura fuq xogħolhom jew f'impjieg ekwivalenti b'termini u kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma kienu jkunu intitolati għalih matul l-assenza tagħhom, "

"c) id-dritt tal-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 li jerġgħu lura fuq xogħolhom jew f'impjieg ekwivalenti b'termini u kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom, bl-istess paga, fl-istess kategorija professjonali u bl-istess dmirijiet li kellhom qabel il-lif tal-maternità, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma kienu jkunu intitolati għalih matul l-assenza tagħhom; f'każijiet eċċezzjonali marbuta mar- ristrutturazzjoni jew organizzazzjoni mill-ġdid sostanzjali tal-proċess ta' produzzjoni, li l-ħaddiema jkollha l-possibilità li tiddiskuti mal-persuna li tħaddimha dwar l-effett ta' dan it-tibdil fuq is-sitwazzjoni professjonali, u indirettament, personali, tagħha;''

Ġustifikazzjoni

Impjieg meqjus bħala “ekwivalenti” għandu joffri l-istess paga, kategorija professjonali u dmirijiet bħal qabel.

Dan il-punt huwa importanti għaliex, meta jkun hemm ċirkostanzi partikolari (pereżempju sitwazzjonijiet ta' kriżi finanzjarja) li jistgħu jikkawżaw dannu lis-sitwazzjoni tal-mara li tinsab fuq lif tal-maternità u jikkawżaw telf ta' drittijiet, jekk din ma teżaminax, flimkien mal-persuna li tħaddimha, il-konsegwenzi tar-ristrutturazzjoni, ikun hemm ir-riskju li s-sitwazzjoni professjonali tagħha fi ħdan l-impriża tkun ipperikolata.

Emenda  62

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt b a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 2 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Fil-punt 2, qed jiżdied il-punt (ca) li ġej:

 

"(ca) iż-żamma għall-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 tal-opportunitajiet għall-iżvilupp tal-karriera permezz tal-edukazzjoni, flimkien ma' taħriġ professjonali u addizzjonali kontinwu, bl-għan li jikkonsolidaw il-prospetti għall-karriera tagħhom;"

Ġustifikazzjoni

Dan biex jiġi żgurat li l-prospetti għall-karriera ta' nisa li jkunu ommijiet ma jintlaqtux ħażin. Min iħaddem għandu, b'konsultazzjoni mal-ħaddiema kkonċernati, jieħu l-miżuri neċessarji ta' edukazzjoni u ta' taħriġ biex jiġi żgurat li l-prospetti tal-ħaddiema għall-karriera jinżammu.

Emenda  63

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt b b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 — punt 2 — punt c b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) Fil-punt 2, qed jiżdied il-punt (cb) li ġej:

 

''(cb) perjodu ta’ lif tal-maternità m'għandux ikun ta' xkiel għad-drittijiet tal-ħaddiema għall-pensjoni u għandu jingħadd bħala perjodu ta’ impjieg għal skopijiet ta’ pensjoni, u l-ħaddiema m'għandhomx isofru minn tnaqqis ta’ drittijiet tal-pensjoni minħabba l-fatt li jieħdu l-lif tal-maternità.''

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-allokazzjonijiet mogħtija lill-ħaddiema matul il-perjodu tal-lif tal-maternità ma jipperikolawx id-drittijiet tagħhom għall-pensjoni. L-Istati Membri għandhom jimpedixxu din il-possibilità u jirrimborżaw it-telf eventwali tad-drittijiet tal-pensjoni.

Emenda  64

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt c

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. il-benefiċċju msemmi fil-punt 2(b) għandu jitqies bħala xieraq jekk jiggarantixxi dħul ekwivalenti għall-aħħar salarju tax-xahar, jew salarju medju ta' xahar, soġġett għal kwalunkwe limitu massimu stipulat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Limitu massimu bħal dan ma jistax ikun inqas mill-benefiċċju li jirċievu l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 fil-każ ta' waqfa mill-attività minħabba raġunijiet marbuta mal-qagħda tas-saħħa tal-ħaddiema. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-perjodu li matulu s-salarju medju tax-xahar huwa kkalkolat.

3. il-benefiċċju msemmi fil-punt 2(b) għandu jitqies bħala ekwivalenti jekk jiggarantixxi dħul ekwivalenti għall-aħħar salarju tax-xahar, jew salarju medju ta' xahar. Il-ħaddiema fuq lif tal-maternità għandhom jitħallsu salarju sħiħ u l-allowance għandha tkun ekwivalenti għal 100% tal-aħħar salarju ta' xahar jew salarju medju ta' xahar. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-perjodu li matulu s-salarju medju tax-xahar huwa kkalkolat.

Emenda  65

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt c a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Il-punt 3a li ġej qed jiddaħħal:

 

"3a. l-allowance li jirċievu l-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 ma tistax tkun inqas mill-allowance li jirċievu l-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 fil-każ ta' waqfa mill-attività minħabba raġunijiet marbutin mal-qagħda tas-saħħa tagħhom.''

Ġustifikazzjoni

Jekk jingħad li l-benefiċċju ma jistax ikun iktar baxx mill-benefiċċju tas-saħħa, ikun żgurat li d-direttiva tqis dawk in-nisa li għandhom salarji baxxi, kif inhu partikolarment il-każ fl-Istati Membri l-ġodda.

Emenda  66

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 — punt 3 — punt c b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 3 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) Il-punt 3b li ġej qed jiddaħħal:

 

"(3b) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema bil-lif tal-maternità jkunu intitolati biex awtomatikament jirċievu kull żieda fis-salarju, jekk tapplika, mingħajr ma jkollhom jispiċċaw il-lif tagħhom tal-maternità b'mod temporanju biex b’hekk jibbenefikaw miż-żieda fis-salarju."

Ġustifikazzjoni

F’każ li jkun hemm żieda fil-paga għall-pożizzjoni tal-ħaddiema li jinsabu bil-lif tal-maternità, din għandha tiddaħħal mal-ewwel fis-seħħ, biex ma jħarbtux il-lif tal-maternità biex jieħdu salarju ogħla u wara dan jerġgħu joħorġu bil-lif. Ix-xogħol amministrattiv ta’ min iħaddem f’dan ir-rigward se jitnaqqas u jiġi ssimplifikat.

Emenda  67

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt c c (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) Il-punt 4 huwa revokat.

Ġustifikazzjoni

Sabiex in-nisa jkollhom dritt indaqs għal-lif tal-maternità mħallas, b’mod konformi mal-mobilità tal-ħaddiema u l-prinċipji tal-"flessigurtà" li huma komuni madwar l-UE, huwa essenzjali li jitneħħa l-kriterju ta’ eliġibilità tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 92/85/KEE.

Huwa bla sens li l-proposta tal-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dritt għal-lif tal-maternità, iżda tippermetti li xi nisa jitilqu mix-xogħol u jitilfu d-dħul tagħhom jekk ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal-lif tal-maternità mħallas stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

 

 

 

 

 

Emenda  68

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt d a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Il-punt 5a li ġej qed jiddaħħal:

 

"5a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iħeġġu lil min iħaddem u biex jippromwovu d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali sabiex tiġi prevista l-integrazzjoni mill-ġdid u t-taħriġ għall-ħaddiema li jmorru lura x-xogħol wara l-lif tal-maternità, meta dan ikun meħtieġ u/jew rikjest mill-ħaddiema nnifisha u jkun konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali."

Emenda  69

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt d b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db). Il-punt 5b li ġej qed jiddaħħal:

 

"5b. Min iħaddem għandu jiżgura li l-ħin tax-xogħol ta’ mara tqila jkun jinkludi l-ħtieġa għal visti mediċi regolari u ta’ importanza kbira."

Ġustifikazzjoni

Il-visti mediċi huma obbligatorji għan-nisa tqal u ta’ importanza kbira għall-iżvilupp normali tal-fetu, għaldaqstant, min iħaddem għandu jqis dan u jiżgura flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tqal.

Emenda  70

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt d c (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 5 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc) Il-punt 5c li ġej qed jiddaħħal:

 

"5c. L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu lil min iħaddem biex iwaqqaf faċilitajiet għall-kura tat-tfal għal ulied l-impjegati li jkollhom inqas minn 3 snin."

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal hija realtà innegabbli fl-UE. Din id-dispożizzjoni hija importanti ħafna biex jitħarsu n-nisa sabiex ma jieqfux jaħdmu għax iridu jieħdu ħsieb tfal żgħar.

Emenda  71

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Artikolu 11a li ġej qed jiddaħħal:

 

"L-Artikolu 11a

 

Ħin liberu għat-treddigħ

 

1. Omm li qed tredda' t-tarbija tagħha għandha tkun intitolata għall-perjodu ta' lif għal dak il-għan, li għandu jittieħed f'żewġ perjodi separati, li kull wieħed minnhom għandu jkun ta' siegħa, sakemm ma kienx miftiehem xi arranġament ieħor ma' min iħaddem, mingħajr ma titlef il-privileġġi marbuta mal-impjieg tagħha.

 

2. F'każ ta' twelid multiplu, il-lif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jizdied bi 30 minuta għal kull wild addizzjonali.

 

3. Jekk l-omm taħdem part-time, il-lif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitnaqqas proporzjonalment mas-sigħat normali ta' ħidma, iżda ma jistax ikun ta' inqas minn 30 minuta.

 

4. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3, il-lif għandu jittieħed għal perjodu li ma jkunx itwal minn siegħa, u, fejn applikabbli, għal perijodu ieħor li jkopri d-dewmien li jkun fadal, sakemm ma jiġix miftiehem arranġament ieħor ma' min iħaddem."

Emenda  72

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 b (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. L-Artikolu 11b li ġej qed jiddaħħal:

 

"Artikolu 11b

 

Prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u integrazzjoni tas-sessi

 

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxi lil min iħaddem, permezz ta’ konvenzjonijiet kollettivi jew ta’ prattiki, biex jieħdu miżuri effikaċi biex jevitaw diskriminazzjoni kontra n-nisa minħabba t-tqala, il-maternità jew il-lif għall-adozzjoni.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom iqisu b’mod attiv l-għan tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa meta jifformulaw u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politiki u attivitajiet fl-oqsma li jissemmew f’din id-Direttiva."

Emenda  73

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Artikolu 12a li ġej qed jiddaħħal:

Artikolu 12a

Id-dmir tal-prova

(1) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha kif meħtieġ, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, biex jiżguraw li meta persuni li jħossu li d-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva ġew miksura jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom jista’ jkun preżunt li kien hemm ksur bħal dan, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-konvenut li jagħti prova li ma kienx hemm ksur tad-Direttiva.

imħassar

(2) Il-paragrafu 1 ma għandux jostakola l-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta’ evidenza li huma iktar favorevoli għall-atturi.

 

(3) Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal proċedimenti kriminali.

 

(4) Stati Membri m’għandomx japplikaw paragrafu 1 għal proċeduri li fihom il-qorti jew korp kompetenti jinvestigaw il-fatti tal-każ.

 

(5) Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ukoll japplikaw għal kwalunkwe proċedura legali li tnediet skont l-Artikolu 12."

 

Ġustifikazzjoni

Id-diskriminazzjoni minħabba t-tqala diġà tissodisfa l-kriterji għal diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ sess. Il-bidla rigward min għandu l-piż tal-prova mħaddna fid-Direttiva 2006/54/KEE tista' wkoll tkun applikata.

Emenda  74

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Artikolu 12aa li ġej qed jiddaħħal:

 

''Artikolu 12 aa

 

Prevenzjoni tad-diskriminazzjoni

 

l-Istati Membri għandhom, skont it-tradizzjonijiet nazzjonali u l-prattika tagħhom, jieħdu miżuri adegwati biex jippromwovu d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livelli xierqa biex jieħdu miżuri effikaċi biex jiġu evitati d-diskriminazzjonijiet kontra n-nisa minħabba t-tqala, il-maternità jew il-lif tal-adozzjoni.

Emenda  75

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri bħal dawn skont kif meħtieġ biex iħarsu lill-individwi minn kwalunkwe trattament żvantaġġuż jew konsegwenza żvantaġġuża li jirrizultaw minn ilment li ressqu jew minn proċedimenti li nedew bl-għan li jinforzaw il-konformità mad-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva."

L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri bħal dawn skont kif meħtieġ biex iħarsu lill-individwi inklużi x-xhieda minn kwalunkwe trattament żvantaġġuż jew konsegwenza żvantaġġuża li jirrizultaw minn ilment li ressqu jew minn proċedimenti li nedew bl-għan li jinforzaw il-konformità mad-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva."

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni għandha tkun estiża wkoll għax-xhieda sabiex tagħmilha possibbli li dawn ikunu ħielsa li jagħtu xhieda affidabbli fi proċeduri ta’ lmenti mingħajr biża’ ta’ xi diskriminazzjoni kontrihom.

Emenda  76

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-pieni jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens, li ma jistax ikun ristrett bl-iffissar ta’ limitu ogħla minn qabel, u għandu jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv.".

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-pieni jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens, u dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Ġustifikazzjoni

Projbizzjoni tal-UE dwar il-limitazzjoni tat-talbiet għall-kumpens tirrestrinġi b’mod sproporzjonat il-libertà tal-Istati Membri li jadottaw ir-regoli tagħhom u tisfurzahom jadottaw dispożizzjonijiet dettaljati li mhumiex konformi mal-liġi ġudizzjarja tagħhom.

Emenda  77

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/73/KE kif imfassal mill-ġdid bid-Direttiva 2006/54/KE għall-promozzjoni, l-analiżi, is-sorveljanza u l-appoġġ tat-trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' sess ikunu kompetenti addizzjonalment fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta' din id-Direttiva, fejn dawn il-kwistjonijiet jikkonċernaw l-ewwel u qabel kollox it-trattament ugwali u mhux is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema."

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/73/KE kif imfassal mill-ġdid bid-Direttiva 2006/54/KE għall-promozzjoni, l-analiżi, is-sorveljanza u l-appoġġ tat-trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' sess ikunu kompetenti addizzjonalment fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta' din id-Direttiva, fejn dawn il-kwistjonijiet jikkonċernaw l-ewwel u qabel kollox it-trattament ugwali u mhux biss is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Emenda  78

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ prevenzoni għall-protezzjoni u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal u l-ommijiet ta’ trabi tat-twelid.

Ġustifikazzjoni

L-istress fuq il-post tax-xogħol jista’ jkollu effetti psikoloġiċi negattivi fuq in-nisa tqal u ommijiet ta’ trabi tat-twelid u jista’ jkollu riperkussjonijiet fuq il-fetu jew it-tarbija.

Emenda  79

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jiddaħħlu fit-test tal-kuntratti tax-xogħol kollettivi u individwali fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-ħaddiema nisa sikwit ma jagħmlux użu mid-drittijiet tagħhom għaliex ma jkunux jafu li huma mħarsa mil-liġi. Jekk fil-kuntratti ssir referenza għal dawn id-drittijiet, in-natura tal-leġiżlazzjoni applikabbli tkun iktar ċara.

Emenda  80

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-korpi nazzjonali ta’ ugwaljanza għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn [ħames snin wara l-adozzjoni] u kull ħames snin wara dan, it-tagħrif kollu meħtieġ biex il-Kummissjoni tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 92/85/KEE kif emendata minn din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri u l-korpi nazzjonali ta’ ugwaljanza għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara l-adozzjoni] u kull tliet snin wara dan, it-tagħrif kollu meħtieġ biex il-Kummissjoni tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 92/85/KEE kif emendata minn din id-Direttiva.

Emenda  81

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, l-opinjonijiet tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti. Skont il-prinċipju li titqies b'mod sistematiku l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, dan ir-rapport, għandu fost l-oħrajn jipprovdi stima tal-impatt ta' dawn il-miżuri fuq in-nisa u l-irġiel. Fid-dawl tat-tagħrif li wasal, dan ir-rapport għandu jinkludi, fejn meħtieġ, proposti għar-reviżjoni u l-aġġornament tad-Direttiva 92/85/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, l-opinjonijiet tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti. Skont il-prinċipju li titqies b'mod sistematiku l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, dan ir-rapport, għandu fost l-oħrajn jipprovdi stima tal-impatt ta' dawn il-miżuri fuq in-nisa u l-irġiel. Dan għandu jintegra wkoll studju tal-impatt li janalizza l-effetti soċjali u ekonomiċi, fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, ta’ żieda supplimentari fid-dewmien tal-perjodu tal-lif tal-maternità u tal-implimentazzjoni tal-lif tal-paternità. Fid-dawl tat-tagħrif li wasal, dan ir-rapport għandu jinkludi, fejn meħtieġ, proposti għar-reviżjoni u l-aġġornament tad-Direttiva 92/85/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hu neċessarju li jiġu evalwati b’mod preċiż l-ispejjeż u l-benefiċċji, kemm għan-nisa kif ukoll għas-soċjetà ta’ żieda sustanzjali fid-dewmien tal-lif tal-maternità. Billi jiġi ffaċilitat it-treddigħ, jista’ jkun possibbli li jitwettqu ekonomiji fil-livell tal-ispejjeż tas-saħħa u li jkun hemm impatt pożittiv fuq l-ambjent u l-potenzjal tax-xiri tal-unitajiet domestiċi.

  • [1]  ĠU C 277, 17.11.2009, p. 102.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li temenda d-Direttiva 92/85/KEE hija maħsuba biex tiggarantixxi saħħa u sigurtà aħjar fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal, ħaddiema li jkunu welldu reċentement jew li jkunu qed ireddgħu. Din l-inizjattiva leġiżlattiva, li hija parti mill-pakkett ta’ bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali tal-Kummissjoni Ewropea, hija waħda mill-miżuri mmirati li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol.

Ir-reviżjoni tad-Direttiva 92/85/KEE tista’ tiġi approvata, għalkemm it-tfassil mill-ġdid tat-test propost mill-Kummissjoni ma laħaqx il-livell li kien mixtieq kemm biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol kif ukoll f’dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni attiva ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; id-difett ewlieni jinsab fin-nuqqas li tiġi nkoraġġuta trobbija tat-tfal ibbażata fuq il-qsim tar-responsabiltajiet.

Iż-żieda tal-Artikolu 141 tat-Trattat KE fil-bażi legali tal-proposta ta' din id-Direttiva – il-proposta b'hekk għandha bażi legali magħmula mill-Artikolu 137(2) dwar il-protezjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-Artikolu 141(3) tat-TEK dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet bejn l-irġiel u n-nisa – tagħti lid-Direttiva armonija kunċettwali akbar. Min-naħa l-oħra, it-twessigħ tal-bażi legali jagħmilha possibbli li jiġu integrati dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-maternità u tal-paternità, bħala valuri soċjali importanti.

L-emendi li saru permezz ta’ din il-proposta huma marbuta partikolarment mal-estensjoni tat-tul minimu tal-lif tal-maternità, li żdied minn 14-il ġimgħa għal 20; il-prinċipju ta’ ħlas ta' allowance ekwivalenti għal salarju sħiħ għal ħaddiema li tkun tinsab fuq lif tal-maternità; ir-rekwiżiti għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; u l-projbizzjoni tat-tkeċċija.

2. Il-qsim tar-responsabilitajiet tal-ġenituri

Fost il-prijoritajiet tagħha, l-aġenda soċjali tal-UE tistabbilixxi l-ħtieġa li jiġu promossi politiki li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata, immirati kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Barra minn hekk, it-tisħiħ tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa wieħed mis-sitt oqsma ta’ prijorità definiti fil-pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għall-perjodu 2006-2010.

Illum l-UE qiegħda tiffaċċja sfida demografika, karatterizzata minn rati baxxi ta’ twelid u proporzjon dejjem jikber ta’ anzjani. It-titjib tad-dispożizzjonijiet li jiffavorixxu l-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata huwa wkoll element ta’ reazzjoni għal dan it-tnaqqis demografiku.

Madankollu, wieħed jinnota li l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru għadhom jippersistu fis-soċjetà, ħaġa li tikkostitwixxi ostaklu għall-aċċess tan-nisa għax-xogħol, u fuq kollox, għal xogħol ta’ kwalità. In-nisa, u mhux l-irġiel, għadhom jitqiesu primarjament responsabbli għat-trobbija tat-tfal u ta' dipendenti oħra; ħafna drabi huma jiġu sfurzati li jagħżlu bejn il-maternità u s-suċċess fil-karriera. In-nisa spiss jitqiesu bħala ħaddiema “b’riskju kbir”, “tat-tieni klassi” jew “problematiċi”, minħabba li hemm possibilità ikbar li jinqabdu tqal u li jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal-lif tal-maternità. Għalhekk, hu fundamentali li l-forom ġodda ta’ lif ma jirriflettux jew ma jsaħħux l-isterjotipi li jeżistu fis-soċjetà.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-lif tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri teżisti diġà f'bosta Stati Membri, iżda fil-livell tal-UE hemm biss Direttiva dwar il-lif tal-maternità (Direttiva 92/85/KEE) u waħda dwar il-lif tal-ġenituri (Direttiva 96/34/KE) iżda mhemmx leġiżlazzjoni dwar il-lif tal-paternità.

Il-maternità u l-paternità huma drittijiet fundamentali u huma essenzjali għall-istabilità soċjali. Għalhekk, id-Direttiva 92/85/KEE għandha tkun riveduta għall-benefiċċju ta’ ħaddiema nisa billi tipproteġi l-maternità u l-paternità, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri li jinkoraġġixxu lill-irġiel biex jerfgħu r-responsabilità tal-familja.

L-involviment taż-żewġ ġenituri fil-ħajja tat-tfal, sa mill-ewwel xhur tal-ħajja, huwa essenzjali għall-iżvilupp fiżiku, emozzjonali u psikoloġiku tajjeb tat-tfal. Għalhekk, huwa neċessarju li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi wkoll b'mod speċifiku għal-lif tal-paternità, mhux trasferibbli u mħallas, li jista’ jittieħed meta l-omm tieħu l-lif tal-maternità. F'każ ta' adozzjoni, id-dritt għal perjodu ta’ lif, li għandu jinqasam bejn iż-żewġ membri tal-koppja, għandu wkoll jiġi rikonoxxut.

3. It-tul tal-lif tal-maternità

Minħabba li diġà qed jingħataw 18-il ġimgħa ta’ lif tal-maternità f’ħafna mill-Istati Membri, iż-żieda ta’ erba’ ġimgħat (mill-14-il ġimgħa li hemm attwalment għat-18 proposti) tikkostitwixxi evoluzzjoni modesta li x’aktarx mhux se jkollha impatt sinifikanti ħafna fuq il-leġiżlazzjoni attwali ta’ ħafna Stati Membri. Il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Indaqs għall-Irġiel u n-Nisa jirrakkomanda li l-lif tal-maternità jiżdied għal 24 ġimgħa.

Ir-rapporteur temmen li lif ta' 20 ġimgħa huwa xieraq għax jagħti żmien lin-nisa biex jirpiljaw mill-ħlas, jinkoraġġixxi t-treddigħ u jippermetti lill-omm li ssawwar rabta f'saħħitha ma' wildha. Żmien itwal jista’ jkollu effett negattiv fuq ir-ritorn tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

Il-lif minimu ta' wara l-ħlas għandu wkoll jittawwal għal sitt ġimgħat sabiex in-nisa jkunu nkoraġġuti jreddgħu għall-itwal perjodu possibbli.

Fil-fatt, il-proposta tal-Kummissjoni ma ddaħħal ebda dispożizzjoni dwar it-treddigħ. B’kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Saħħa A55/15 dwar l-importanza tat-treddigħ fl-ewwel xhur tal-ħajja u tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Nru 183 tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, riveduta fl-2000, li tiggarantixxi lin-nisa d-dritt għal pawża waħda jew iktar jew għal tnaqqis ta’ kuljum tat-tul tax-xogħol biex ikunu jistgħu jreddgħu lit-trabi tagħhom, ir-rapporteur tiddefendi l-prinċipju skont liema għandu jkun previst id-dritt għal tnaqqis fil-ħin tax-xogħol sabiex ikun hemm ħin għat-treddigħ, mingħajr ma dan jikkawża telf ta’ privileġġi.

4. Is-salarju

Il-proposta tal-Kummissjoni tipproponi l-ħlas ta’ salarju ta’ kull xahar matul il-lif tal-maternità, ekwivalenti għal mija fil-mija tal-aħħar salarju ta’ xahar jew tas-salarju medju ta’ xahar. Din id-dispożizzjoni, madankollu, mhijiex obbligatorja.

Il-ħlas tas-salarju sħiħ matul it-tul tal-lif jiggarantixxi li n-nisa ma jmorrux minn taħt finanzjarjament minħabba l-fatt li ddeċidew li jkollhom it-tfal. Is-salarju inkwistjoni m'għandux ikun ta' inqas minn 85% tal-aħħar salarju tax-xahar tagħhom jew tas-salarju medju tax-xahar. Dan jikkostitwixxi limitu xieraq għall-ħarsien tal-familji – b'mod partikolari l-familji b'ġenitur wieħed – mir-riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali.

5. Il-projbizzjoni tat-tkeċċija

B’mod ġenerali, il-modifiki proposti dwar il-projbizzjoni tat-tkeċċija u d-drittijiet tal-ħaddiema nisa jidhru pożittivi. Dawn id-drittijiet għandhom jiġu estiżi għall-missirijiet matul it-tul tal-lif tal-paternità.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, ħaddiema ma tistax titkeċċa f’dak il-perjodu bejn il-bidu tat-tqala tagħha sa sitt xhur wara t-tmiem tal-lif tal-maternità tagħha; il-perjodu tal-aħħar għandu jiżdied għal sena, minħabba li n-nisa, f’ħafna każijiet, ikollhom jadattaw ruħhom għal sitwazzjoni tax-xogħol ġdida u biex jagħmlu dan jeħtieġu ż-żmien.

Ir-rapporteur tqis li l-bidliet li saru f’dan il-qasam, inkluż id-dritt ta’ ħaddiema nisa li jmorru lura għall-istess xogħol jew għal post ekwivalenti u li jibbenefikaw minn xi titjib li jkun sar fl-assenza tagħhom, huma pożittivi. Mill-banda l-oħra, ir-rapporteur tiddefendi l-idea skont liema l-post tax-xogħol imsejjaħ ‘ekwivalenti’ għandu effettivement ikun l-istess bħal dak ta’ qabel, kemm f’dak li jirrigwarda s-salarju mogħti kif ukoll ix-xogħol li jkun irid isir.

6. Il-flessibilità fl-organizzazzjoni tax-xogħol

Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-importanza li tiddaħħal il-possibilità, għall-ħaddiema nisa, li meta jidħlu lura mil-lif tal-maternità, jitolbu lil min iħaddimhom biex ibiddlilhom il-ħinijiet tax-xogħol jew l-iskema ta’ xogħol tagħhom. Min iħaddem mhux biss għandu jikkunsidra talbiet bħal dawn, iżda għandu wkoll japprovahom meta jkunu ġustifikati.

L-istess dritt għandu jingħata lill-missirijiet fil-qafas tal-promozzjoni tal-qsim tar-responsabilitajiet parentali bejn in-nisa u l-irġiel. Il-fatt li aktar nisa milli rġiel jagħmlu użu minn dawn id-dispożizzjonijiet joħloq żbilanċ bejniethom, u dan iwassal għal impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tan-nisa fil-post tax-xogħol kif ukoll għad-dipendenza ekonomika tagħhom.

Ir-rapporteur tqis li huwa fundamentali li tinħoloq dispożizzjoni ġdida li tagħti lill-ħaddiema tqal, li jkunu għadhom kemm welldu jew li jkunu qed ireddgħu, kif ukoll lill-missirijiet li jkunu bbenefikaw minn lif tal-paternità, il-possibilità li jirrifjutaw li jaħdmu sigħat supplimentari.

7. Is-saħħa u s-sigurtà

L-istima tar-riskju hija ċentrali għal din il-proposta. Madankollu, m’hemm ebda miżura preventiva mmirata biex tneħħi riskji li tista' ġġib magħha r-riproduzzjoni. Id-dispożizzjonijiet bl-ebda mod ma jobbligaw lil min iħaddem biex jadotta miżuri qabel ma jiġi infurmat bit-tqala tal-ħaddiema, ħaġa li hi ma tistax tagħmel qabel is-seba’ jew it-tmien ġimgħa tat-tqala. Madankollu, l-akbar riskji ta’ sfigurazzjoni tal-fetu jseħħu matul l-ewwel ġimgħat tat-tqala.

Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jistgħu jkunu esposti, qabel il-fertilizzazzjoni, għall-fatturi li jikkawżaw tibdil u anormalitajiet ġenetiċi li jwasslu għall-infertilità u malformazzjonijiet jew aberrazzjonijiet kromosomali; l-agħar effetti, madankollu, iseħħu fl-embriju.

Ir-rapporteur turi t-tħassib tagħha dwar dan il-punt u tqis li l-ħaddiema tqal, dawk li jkunu għadhom kemm welldu jew li jkunu qed ireddgħu m’għandhomx jiġu trattati bħala każijiet iżolati. Hu essenzjali li titħeġġeġ mossa preventiva li tagħmilha possibbli li jiġu stmati b’mod korrett ir-riskji fil-postijiet tax-xogħol kollha fejn il-ħaddiema jkunu nisa jew irġiel fl-età tar-riproduzzjoni.

8. Il-valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapporteur tqis li hu neċessarju li jiġu valutati b’mod preċiż l-ispejjeż u l-benefiċċji, kemm għan-nisa kif ukoll għas-soċjetà, ta’ żieda sostanzjali fid-dewmien tal-lif tal-maternità. Billi jiġi ffaċilitat it-treddigħ, jista’ jkun possibbli li jitwettqu ekonomiji fil-livell tal-ispejjeż tas-saħħa u li jkun hemm impatt pożittiv fuq l-ambjent u l-potenzjal tax-xiri tal-unitajiet domestiċi.

Ir-rapporteur tqis li l-lif tal-paternità jikkostitwixxi benefiċċju li għandu jingħata lill-missirijiet, iżda li tibbenfika minnu l-familja kollha, b'mod partikolari t-tarbija, li hija l-iżjed li tibbenefika mill-preżenza taż-żewġ ġenituri. Id-dispożizzjoni li tipprovdi għal lif tal-paternità u għalhekk għall-qsim tar-responsabilitajiet tat-trobbija tat-trabi fl-istadji bikrin ta' ħajjet it-trabi jista' jkollha effett pożittiv fuq l-infiq relatat mas-saħħa peress li ttejjeb il-kwalità tal-għajxien u l-benessri tal-omm u ta' wildha.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

DWAR IL-BAŻI LEGALI

Sa Eva-Britt Svensson

Il-President

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jiġi inkoraġġit it-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tqal u ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu COM(2008) 0637 – 2008/0193 (COD))

Għażiża Sa Svensson,

Permezz ta' ittra datata 12 ta' Jannar 2010 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex, skont l-Artikolu 37(2), iqis jekk il-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni li tidher hawn fuq kinitx xierqa.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tad-28 ta' Jannar 2010.

Il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni għad-Direttiva proposta hija l-Artikolu 137(2) KE kkombinat mal-Artikolu 141(3). Sussegwentement għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-bażi legali ssir l-Artikolu 153(2) u l-Artikolu 157(3) tat-TFUE.

Ċerti membri tal-kumitat ewlieni kienu intavolaw xi emendi li jħassru r-riferiment għall-preambolu fid-direttiva proposta għall-Artikolu 157(3). Għaldaqstant, il-pern tal-kwestjoni huwa jekk id-direttiva proposta tistax tkun ibbażata biss fuq l-Artikolu 153.

Mill-punto di vista proċedurali, il-kombinazzjoni taż-żewġ artikoli ma tqanqal l-ebda problema, ġaladarba l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tgħodd f’kull Kawża. Il-fatt li l-Artikolu 153(2) jirrikjedi li jkunu kkonsultati kemm il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kif ukoll il-Kumitat tar-Reġjuni filwaqt li l-Artikolu 157 jirrikjedi biss il-konsultazzjoni mal-kumitat ta' qabel, ma jikkostitwixxix problema.

I.         L-artikoli relevanti tat-TFUE

Artikolu 157

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat.

2. Għall-għan ta' dan l-Artikolu, “paga” tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, mingħand min iħaddmu.

Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:

(a) dik il-paga għall-istess xogħol bl-imqieta għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta' l-istess unità ta' kejl;

(b) dik il-paga għal xogħol li jitħallas bil-ħin tkun l-istess għall-istess xogħol.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadotta miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f’materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

4. …

Artikolu 153

1. Bl-iskop li jintlaħqu l-miri ta' l-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni

u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma li ġejjin:

(a) it-titjib in partikolari ta' l-ambjent tax-xogħol sabiex jitħarsu s-saħħa u s-siġurtà tal-ħaddiema;

(b) il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(c) is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema;

(d) (d) il-ħarsien tal-ħaddiema meta l-kuntratt tal-impjieg tagħhom jiġi fi tmiemu;

(e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

(f) rappreżentanza u difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u ta' dawk li jħaddmu, li jinkludu kodeterminazzjoni, suġġetti għall-paragrafu 5;

(g) il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju ta' l-Unjoni;

(h) l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bla preġudizzju għall-Artikolu 166;

(i) l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

(j) il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

(k) l-immodernizzar tas-sistemi tal-ħarsien soċjali mingħajr preġudizzju għall-punt (c).

2. Għal dan l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a) ….

(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta' direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kondizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u medji.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandhom jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni.

…..

3. …

II.       L-għażla tal-bażi legali mill-Kummissjoni

Jiġi nnutat li l-Kummissjoni tagħti s-segwenti bħala l-motivazzjoni tagħha għall-bażi legali doppja: Din il-proposta kienet ibbażata fuq l-Artikoli 153(2) u 157(3) tat-TFUE. Għalkemm id-Direttiva 92/85/KEE hija msejsa fuq ... [dak li issa huwa l-Artikolu 153 tat-TFUE] u hija Direttiva individwali skont il-qafas tad-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (Direttiva 89/391/KEE), l-Artikolu 157 KE qed jiżdied mal-bażi legali ta' din il-proposta. Il-lif tal-maternità huwa essenzjali għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tan-nisa tqal jew tal-ħaddiema li għadhom kif welldu reċentement. Il-ħarsien mit-tkeċċija jew mid-diskriminazzjoni minħabba t-tqala jew it-trobbija tat-tfal huwa strumentali għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-mara, bħalma huwa l-ħlas tal-lif tal-maternità. Iżda r-regoli marbuta mal-lif tal-maternità, mat-tul tiegħu, mal-ħlas u d-drittijiet u mal-obbligi tan-nisa li jieħdu l-lif tal-maternità jew ma' meta jerġgħu lura minnu huma intrinsikament marbuta mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' opportunitajiet ugwali u trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel kif stabbilit fl-Artikolu 157(3). Għalhekk il-bażijiet legali għal din il-proposta huma kkombinati[1].

III.      Nota ta’ analiżi

Il-proposta għal direttiva li qiegħda tiġi kkunsidrata għandha l-iskop li temenda direttiva preċedenti (98/85/KEE), li kienet ibbażata fuq l-Artikolu 118a, il-prekursur tal-Artikolu 153 tat-TFUE. Dak iż-żmien, il-kwestjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa ma kinitx preżenti fl-Artikolu 118a imma kien l-Artikolu 119 li jittrattaha, għad illi sempliċement f'termini ta' trattament ugwali mill-punto di vista ta' paga.

Mit-Trattat ta’ Amsterdam lil hawn, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa sabet postha fit-Trattati. Min-naħa l-waħda, issa jinsab spjegat bħala prinċipju ġenerali fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(3) TUE, li jiddisponi li l-Unjoni “għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal”. Dan jissaħħaħ bl-Artikolu 8 TFUE: “Fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.” Il-prinċipji ġie mfisser ukoll fil-qasam tal-politika soċjali fl-Artikolu 153(1)(i) (“l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' opportunitajiet fis-suq tal-impieg u it-trattament fuq ix-xogħol”) u fl-Artikolu 157, b’mod partikolari fil-paragrafu 3 (adozzjoni ta’ miżuri intiżi biex "jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali”).

Fil-proposta għal direttiva, il-Kummissjoni żiedet mal-bażi legali oriġinarja ta’ dak li issa huwa l-Artikolu 153 TFUE, li, fost l-oħrajn, jittratta s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament fuq il-post tax-xogħol, l-Artikolu 157(3) li għandu x’jaqsam speċifikatament mat-trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel f’dak li għandu x’jaqsam mal-impjieg u l-mestjier.

Konsegwentement, il-Kummissjoni tipprova turi li d-direttiva proposta għandha x’taqsam mhux biss mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal ħaddiema tqal u ħaddiema li m'ilhomx li welldu jew qed ireddgħu, kif jintqal fit-titolu, imma wkoll mar-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-lif tal-maternità, it-tul tiegħu, ir-remunerazzjoni u l-jeddijiet u l-obbligi tan-nisa li jieħdu l-lif tal-maternità jew ikunu ġejjin lura minnu, li, fil-fehma tagħha, huma wkoll intrinsikament marbutin mal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa kif stabbilit fl-Artikolu 157(3). Dan hu rifless fil-Premessa 2 tad-direttiva proposta, li tiġġustifika l-bażi legali addizzjonali fit-termini li ġejjin: “Billi din id-Direttiva tindirizza mhux biss is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tqal, jew li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, iżda wkoll, minnha nnifisha, kwistjonijiet ta' trattament ugwali, bħad-dritt li wieħed jerġa' lura fl-istess post tax-xogħol jew f'wieħed ekwivalenti, ir-regoli dwar it-tkeċċija u d-drittijiet tal-impjegati, jew dwar appoġġ finanzjarju aħjar matul il-lif, l-Artikoli 153 u 157 qed jingħaqdu biex jiffurmaw il-bażi legali għal din id-Direttiva”.

L-emendi relevanti li ġew ippreżentati fil-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jiġu ġġustifikati kif ġej:

“Meta titqies il-kundizzjoni bijoloġika tan-nisa matul u wara t-tqala u fid-dawl ta' Kawżaistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, id-Direttiva 92/85/KEE għandha l-għan li ttejjeb id-dispożizzjonijiet legali li jipproteġu s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema tqal u ta' ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu. Ħadd iżjed, minbarra omm li taħdem, ma jista' jieħu l-lif biex iwelled. Din id-Direttiva għalhekk ma tikkonċernax il-kwistjonijiet ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali fl-impjieg jew fl-okkupazzjoni, u lanqas ma taffettwa l-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u l-familja. L-Artikolu [157] ma għandux jiġi ċċitat" (Emendi 74 u 77, Anna Záborská).

“Il-għażla tal-bażi ġuridika msejsa fuq l-Artikolu [157] tat-Trattat ... tqajjem problema. Id-direttiva tal-1992 kienet imsejsa fuq l-Artikolu [153] tal-Trattat KE relattiv għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. L-Artikolu [157] għandu x’jaqsam mal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa. B’danakollu, iż-żieda ta' din il-bażi ġuridika tiġġustifika li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva tiġi estiża lil hinn mil-lif tal-maternità (b'mod partikolari tiġi estiża għal-lif tal-ġenituri, tal-paternità, tal-adozzjoni, eċċ.) u tirriduċi l-kwestjonijiet relattivi għal-lif tal-maternità għar-rispett strett tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” (Emendi 75 u 78, Philippe Juvin).

Żewġ kwestjonijiet jitqanqlu in konnessjoni ma' dawn l-argumenti. L-ewwel nett, huwa neċessarju li jkun determinat jekk hemmx jew le ness dirett bejn in-nozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-objettiv ta' din id-direttiva.

Jekk dil-mistoqsija titwieġeb fl-affermattiv, allura jkun neċessarju li jiġu determinat jekk hux xieraq li jiżdied l-Artikolu 157(3) mal-Artikolu 153(2) ladarba l-kwestjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol u l-impjieg tinsab fiż-żewġ artikoli.

Hemm ness bejn l-objettiv tad-direttiva u l-kwestjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa?

Id-direttiva in kwestjoni hija intiża biex tħares lill-ħaddiema waqt it-tqala, jew li jkunu għadhom kemm welldu jew li jkunu qed ireddgħu. Billi, min-natura tal-affarijiet, dawk is-sitwazzjonijiet huma biss għall-bijoloġija tan-nisa, id-direttiva tikkonċerna biss lin-nisa jew fiha dispożizzjonijiet intiżi unikament għan-nisa. Mal-ewwel daqqa t’għajn, l-argument li d-direttiva ma tittrattax kwestjonijiet ta' ugwaljanza rġiel/nisa jidher li jreġi, imma fil-fatt dan ma huwiex il-Kawża.

Skont il-Kawżaistika, il-għażla tal-bażi legali għal miżuri “ma tistax tiddependi biss mill-konvinzjoni ta' istituzzjoni"[2] iżda "għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jista' jkollhom stħarriġ ġudizzjarju ... Dawk il-fatturi jinkludu b'mod partikolari l-għan u l-kontenut tal-miżura”[3]. Jekk wieħed iqis il-firxa wiesgħa ta' evidenza li tinsab kemm fid-direttiva nnifisha kif ukoll fil-kuntest ġenerali tagħha, huwa manifestament ċar li d-direttiva hija profondament marbuta mal-kwestjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Il-kuntrarju ma jagħmel l-ebda sens; anzi jkun jammonta għal malintiż tas-sens u l-iskop tad-direttiva proposta.

1. Definizzjonijiet u qafas ġenerali

Jidher li l-għerq tal-malintiż jinsab fin-nozzjoni tal-ugwaljanza. L-Artikolu 157 (3) jiddisponi l-adozzjoni ta’ miżuri maħsubin “biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjieg u xogħol”. Il-formulazzjoni nnifisha ta' dak l-artikolu tindika li l-ugwaljanza jista’ jkollha bosta forom. F’dan il-Kawża, hija kwestjoni ta’ ugwaljanza tat-trattament u opportunitajiet indaqs. L-irġiel u n-nisa mhux biss għandhom jiġu ttrattati ndaqs, imma għandhom jingħataw l-istess opportunitajiet, jew li ma jkunux żvantaġġjati jew ikollhom aktar jew anqas opportunitajiet minħabba l-fatt li huma ta’ sess u mhux l-ieħor.

Il-kunċett tal-ugwaljanza għalhekk huwa marbut mill-qrib ma' dak tad-diskriminazzjoni jew, proprjament, tan-non-diskriminazzjoni. F’artiklu intitolat La notion de discrimination dans le droit français et le droit européen, Daniel Lochak jagħti definizzjoni interessanti tan-nozzjonijiet jixtiebħu għad li differenti tal-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni. Jgħid li l-ewwel nett iż-żewġ nozzjonijiet ma jistgħux jinfatmu minn xulxin ladarba l-kwestjoni tad-diskriminazzjoni trid tiġi perċepita fil-kuntest tar-rieda li tkun missielta d-diskriminazzjoni[4]. Jargumenta li l-inugwaljanza hija "sitwazzjoni ta’ fatt” li tirriżulta jew minn fatturi inerenti għall-individwi jew minn fatturi esterni. Id-diskriminazzjoni hija marbuta ma’ “att li jagħmel ħaddieħor” u hija “għemil ta’ aġent”. F’dan il-Kawża, meta tkun imħarsa kategorija speċifika, jiġifieri n-nisa tqal, li għadhom kemm welldu jew qed ireddgħu, id-direttiva tipprevjeni li jitfaċċa aġir diskriminatorju billi tippermetti li n-nisa ma jsofru żvantaġġ minħabba l-kondizzjoni bijoloġika tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddefinixxi d-diskriminazzjoni bħala “l-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjoni paragunabbli jew l-applikazzjoni tal-istess regola għal sitwazzjonijiet differenti”[5]. Abbażi ta’ dik id-definizzjoni, il-Qorti ddeċidiet kontra l-projbizzjoni ġenerali fi Franza tax-xogħol ta’ bil-lejl għan-nisa fuq il-bażi li l-irġiel u n-nisa kienu fl-istess qagħda f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsegwenzi potenzjali ta’ detriment tax-xogħol ta’ bil-lejl. B’riżultat ta’ dan, f’dak li għandu x’jaqsam mal-prinċipju tal-ugwaljanza, in-nisa ma setgħux jiġu dispensati mix-xogħol ta’ bil-lejl fuq il-bażi biss tas-sess tagħhom. Mill-banda l-oħra, il-Qorti rriteniet li l-projbizzjoni kienet valida fil-Kawża ta’ ħaddiema tqal jew li qed ireddgħu billi, matul dak iż-żmien, dawk in-nisa kienu f’qagħda differenti minn dik tal-kollegi tagħhom irġiel.

Abbażi ta’ dak ir-raġunament, minħabba l-qagħda bijoloġika tagħhom, in-nisa, meta jkunu tqal, ikunu għadhom kif welldu jew qed ireddgħu jinsabu f'qagħda differenti minn dik tal-irġiel. B'konsegwenza ta' dan, jidher li hu diskriminatorju li tapplika regoli jixtiebħu għal sitwazzjonijiet differenti, filwaqt li f’dawk id-drabi tkun ġustifikata l-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi għan-nisa minħabba li jkunu f’qagħda differenti minn dik tal-irġiel. Mhux talli ma jbiegħedx mill-prinċipju tal-ugwaljanza, talli l-fatt li d-direttiva tolqot biss lin-nisa jagħti prova li qed jiġi applikat il-prinċipju tal-ugwaljanza billi tippermetti li, permezz tar-regoli speċifiċi tagħha, in-nisa ma jkunux żvantaġġati minħabba l-qagħda speċifika tagħhom. Id-direttiva hija rispons għad-diskriminazzjoni u għall-inugwaljanza de facto li ġejja mill-kondizzjoni bijoloġika tal-ħaddiema nisa, meta pparagunati mal-irġiel. Bil-ħarsien speċifiku tan-nisa tqal, li għadhom kif welldu jew li qed ireddgħu, id-direttiva tipprova tippermetti lin-nisa jirċievu trattament ugwali għal dak tal-irġiel u li jkollhom opportunitajiet tabilħaqq indaqs.

Filwaqt li l-inugwaljanza hija marbuta ma’ sitwazzjoni ta’ fatt, l-ugwaljanza tista’ tikkorrispondi għal sitwazzjoni de facto jew de jure, jiġifieri ugwaljanza sostantiva jew formali. L-argument li ma hemm l-ebda ness bejn id-direttiva u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa bbażat fuq kunċett ta’ ugwaljanza formali. Skont dak l-argument, miżura tittieħed biss permezz tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jekk kemm-il darba timponi l-istess aġir lejn iż-żewġ sessi jew tipprojbixxi l-adozzjoni ta’ aġir differenti minħabba s-sess tal-persuna li tkun. Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 157 jidħol f’din il-kategorija billi jistabbilixxi l-prinċipju tal-“paga ndaqs għall-ħaddiema nisa u rġiel”. Il-lum hemm bosta dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-prinċipju tal-ugwaljanza formali bejn l-irġiel u n-nisa u li jipprojbixxu, b’mod partikolari fl-isfera tax-xogħol u l-impjiegi, kull għamla ta' diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess.

B’danakollu, l-istatistika turi biċ-ċar li filwaqt li l-ugwaljanza legali ġiet pależament proskritta, għad fadal inugwaljanzi flagranti bejn in-nisa u l-irġiel f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol, it-trattament u l-pagi. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq ix-xogħol għalhekk għadha ’l bogħod milli tinkiseb. Huwa għalhekk li ġie osservat li kemm il-politiki nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej iċċaqilqu fid-direzzjoni li jsibu mhux biss l-ugwaljanza formali minn ukoll dik reali, sostantiva. Ġie osservat minn xi wħud li bħala riżultat kien hemm ċaqliq mit-trattament ugwali għall-opportunijiet indaqs, mill-prinċipju tal-ugwaljanza stretta għall-promozzjoni tal-azzjonijiet pożittivi. Din il-ħtieġa kienet issemmiet fir-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 25, dwar l-Artikolu 4, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, dwar il-miżuri speċjali temporanji.

“Approċċ purament formali u legali jew programmatiku ma huwiex biżżejjed biex tinkiseb l-ugwaljanza de facto tan-nisa mal-irġiel ... l-ugwaljanza sostantiva. Inoltre, il-Konvenzjoni tirrikjedi li n-nisa jingħataw l-istess opportunitajiet mill-bidu u li jiġi permess lilhom minn ambjent li jgħinhom, ħalli jiksbu l-ugwaljanza fir-riżultati. Ma huwiex biżżejjed li lin-nisa jkunilhom iggarantit trattament identiku għal dak tal-irġiel. Anzi, id-differenzi kemm bijoloġiċi kif ukoll dawk kostruwiti soċjalment u kulturalment bejn in-nisa u l-irġiel għandhom jitqiesu wkoll. F’ċerti ċirkostanzi, it-trattament non-identiku tan-nisa u l-irġiel se jkun rikjest biex appuntu jiġu indirizzati dawn id-differenzi.”[6]

Huwa f’dan il-kuntest ta’ politika soċjali li r-regoli stabbiliti mid-direttiva għandhom jinftehmu bħala li qed jipproteġu lin-nisa tqal, li għadhom kif welldu jew qed ireddgħu. Jiġi ammess li d-direttiva għandha regoli li, min-natura tagħhom, huma applikabbli biss għan-nisa, imma dawk ir-regoli jissodisfaw, min-naħa l-waħda, l-imperattiv tan-non-diskriminazzjoni u min-naħa l-oħra tal-kisba ta' ugwaljanza sostantiva filwaqt li jkunu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema nisa kkonċernati.

2. Evidenza mill-kontenut tad-direttiva

(a) Mill-premessi

Il-premessi kjarament jindikaw li l-adozzjoni tad-direttiva qed tiġi perċepita fil-kuntest tal-protezzjoni tan-nisa li huma tqal, għadhom kif welldu jew qed ireddgħu minn kull diskriminazzjoni marbuta mal-kondizzjoni tagħhom u jippruvaw b'dan il-mod jiksbu l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-isfera tax-xogħol u l-impjiegi.

B’dan il-mod, il-premessa 3 tgħid li d-direttiva tittratta “inerentement, kwestjonijiet ta’ trattament ugwali”. Il-Premessi 4 u 5 jindikaw li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali li għandu jiggwida u jippermea l-azzjonijiet tal-UE. Il-Premessa 7 tinkludi d-direttiva fil-kategorija tal-leġiżlazzjoni dwar l-“ugwaljanza bejn is-sessi.” Għal dak li għandu x’jaqsam mal-Premessi minn 11 sa 17, dawn jirreferu għall-Kawżaistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-protezzjoni tan-nisa tqal mid-diskriminazzjoni skont il-prinċipju tal-ugwaljanza tat-trattament. F’dak li għandu x'jaqsam mal-Premessi meħudin fl-assjem tagħhom, huwa żgur mill-punto di vista tal-kuntest tagħhom li juru li d-direttiva hija direttament konnessa mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol.

(b) Mit-termini li jippromulgaw

Billi l-proposta għal direttiva in eżami hija intiża li temenda direttiva eżistenti, dan l-eżami għandu jqis mhux biss l-artikoli miżjudin jew emendati imma wkoll dawk l-artikoli tad-Direttiva 92/85/KEE li se jibqgħu viġenti.

Uħud mill-artikoli li huma direttament konnessi mas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Dan hu l-Kawża tal-Artikoli 3 sa 8. Dawn jittrattaw il-valutazzjoni tal-aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi ta’ periklu (Art. 3), l-obbligu tal-valutazzjoni tar-riskji u tal-għoti ta' tagħrif dwarhom (Art. 4), azzjoni ulterjuri għall-valutazzjoni (Art. 5 u 6), il-projbizzjoni tax-xogħol bil-lejl (Art. 7), u l-lif tal-maternità (Art. 8).

Mill-banda l-oħra, l-artikoli segwenti huma marbutin direttament mal-protezzjoni tan-nisa kontra d-diskriminazzjoni riżultanti mill-istatus tagħhom ta’ nisa tqal, li għadhom kif welldu jew li qed ireddgħu. Għaldaqstant, l-Artikolu 9 jipproteġi lill-ħaddiema nisa mit-telf fil-paga meta jieħdu t-time off għal eżamijiet antenatali, l-Artikolu 10 jipprojbixxi t-tkeċċija matul it-tqala jew il-lif tal-maternità, l-Artikolu 11 jiggarantixxi lill-ħaddiem jeddijietha u l-vantaġġi ġejjin mill-kuntratt tagħha tal-impjieg, u l-Artikolu 12 jittratta d-difiża ta' jeddijietha kif intqal aktar ’il fuq.

Din l-analiżi speċifika tal-kontenut tat-termini li jippromulgaw tissuġġerixxi li d-direttiva għandha fil-fatt żewġ objettivi. Wieħed li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema nisa u l-ieħor li tiggarantilhom trattament ugwali.

(3) Evidenza mid-dokumenti li ma jiffurmawx parti mid-direttiva

Id-dokumenti kollha li jakkumpanjaw il-proposta għal direttiva jinkluduha b'entużjażmu fost il-miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-post tax-xogħol.

(a) Dikjarazzjoni ta' spjegazzjoni

Biex tkun iġġustifikata l-adozzjoni tad-direttiva l-ġdida, il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tfakkar il-kuntest tagħha, jiġifieri li l-azzjoni tal-Unjoni hija intiża li tikkonċilja x-xogħol mal-ħajja privata u tal-familja, li jkun hemm opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol u li tkun missielta d-diskriminazzjoni li jbatu n-nisa tqal fix-xogħol u l-impjieg. F’dan ir-rigward, telenka strumenti varji li ġa jeżistu f’dan il-qasam, bħalma huwa l-Pjan tar-rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010, u għadd ta’ riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew.Jissemma wkoll il-fatt li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u l-Irġiel.

(b) Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt tagħtina dettalji interessanti tat-tip ta’ ugwaljanza mmirata mill-firxa ta' miżuri misjubin fil-proposta għal direttiva. Tindika li:

“l-objettivi ta’ kull azzjoni jkunu li tinkiseb aktar ugwaljanza bejn is-sessi fir-rati ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u konċiljazzjoni aħjar tal-ħajja professjonali ma' dik privata u tal-familja."

Din l-istqarrija tikkonfliġġi direttament mal-ġustifikazzjoni għall-emendi varji sottomessi li kienet tgħid li "Din id-Direttiva għalhekk ma tikkonċernax il-kwistjonijiet ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali fl-impjieg jew fl-okkupazzjoni, u lanqas ma taffettwa l-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u l-familja.”

Il-miżuri intiżi li jħarsu lin-nisa meta jkunu tqal, għadhom kemm welldu jew qed ireddgħu huma direttament marbutin mal-konċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja privata u tal-familja. Dawk il-miżuri jippermettu lil mara tagħżel li tieħu ħsieb il-ħajja tagħha tal-familja mingħajr ma l-ħajja tagħha tax-xogħol tbati. Loġikament u formalment, jista’ jingħad li din il-kwestjoni tolqot ukoll lill-irġiel; b’danakollu, l-istatistika turi li l-iżvilupp tal-ħajja tal-familja tqiegħed lill-irġiel anqas fi żvantaġġ fil-ħajja professjonali tagħhom, billi n-nisa għandhom parti ferm akbar fir-responsabilità tal-ħajja tal-familja. Il-valutazzjoni tal-impatt tikkwosta f’dan is-sens komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tirrigwardja kif għandha titnaqqas il-qabża fis-salarji bejn in-nisa u l-irġiel:

“Li wieħed isir ġenitur inaqqas ir-rata ta’ impjiegi fost in-nisa imma mhux fost l-irġiel. Bħala riżultat, in-nisa għandhom karrieri li huma mxellfin, jimxu aktar bil-mod u huma aqsar kif ukoll finanzjarjament ifqar."[7]

Għaldaqstant, sabiex tkun stabbilita l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol u l-opportunitajiet indaqs fil-karrieri, il-miżuri ta' promozzjoni tal-konċiljazzjoni tal-ħajja professjonali ma' dik tal-familja – ukoll jekk uħud minnhom huma indirizzati biss lejn in-nisa – jassistu direttament fil-ħolqien ta' ugwaljanza sostantivi, li s'issa għadha ma nkisbitx.

Il-miżuri li fiha l-proposta għal direttiva għalhekk se jgħinu, skont il-valutazzjoni tal-impatt, biex tissawwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’dak li għandu x’jaqsam mar-rata tagħhom ta’ parteċipazzjoni fis-suq tal-impjiegi. Fil-fatt, qiegħed jiġi argumentat li t-titwil tal-lif tal-maternità għandu mnejn jiżgura li n-nisa jkollhom stabilità akbar fl-impjieg li kellhom qabel it-tqala[8]. Għalhekk il-valutazzjoni tal-impatt tipprevedi li żieda ta' erba' ġimgħat fil-lif tal-maternità tista’ twassal li n-nisa jkunu obbligati ferm anqas itawlu l-assenza tagħhom billi jieħdu l-lif tal-ġenituri. L-għoti ta’ dawn il-ġimgħat addizzjonali jkun jippermetti lill-omm u lil wildha joħolqu rabta aktar f’saħħitha filwaqt li l-omm tkun tista' tagħmel arranġament għall-kura tal-wild b'mod eħfef. Il-valutazzjoni tal-impatt tiddikjara f’dan is-sens li "lif tal-maternità itwal jista’ jkun mod li bih ikun hemm għajnuna fiż-żmien ta’ qabel ma tkun disponibbli l-kura tat-tfal”[9].

Fl-aħħar nett, id-dispożizzjoni tal-proposta għal direttiva li tippermetti lil ħaddiema li titlob lil min iħaddimha jibdlilha l-ħinijiet u x-xiftijiet tagħha tax-xogħol[10] wara l-lif tagħha tal-maternità għandhom jippermettu lin-nisa jmorru lura għax-xogħol full-time u jevitaw li jkunu impjegati part-time[11]. Min iħaddem ma huwiex obbligat jilqa’ t-talba tal-ħaddiema, imma instab li dan it-tip ta' dispożizzjoni – li bħalissa huwa viġenti fir-Renju Unit – għandu impatt pożittiv fuq iż-żamma tan-nisa fl-impjieg li kellhom qabel ma twilditilhom it-tarbija.[12]

3.        Konklużjoni tal-Eżami

L-eżami kemm tal-proposta għal direttiva kif ukoll tad-dokumenti li jakkumpanjawha kjarament jidentifikaw ir-rabta bejn il-proposta għal direttiva u l-prinċipju għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Filwaqt li dik ir-rabta teżisti, xorta waħda għadu jidher iebes li d-direttiva dwar il-ħarsien tan-nisa tqal, li għadhom kif welldu jew li qed ireddgħu tkun ikklassifikata. Dan hu peress li fis-sustanza ma fihiex miżuri li japplikaw kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, imma biss għal dawn tal-aħħar. Mill-banda l-oħra, dan ma jinsabx fin-natura ta’ miżura pożittiva tat-tip awtorizzat mill-Artikolu 157(4) tat-Trattat FUE. Il-miżuri pożittivi jippermettu li jittieħdu l-miżuri speċifiċi biex jassistu lis-sess sottorappreżentant fit-tgawdija tal-ugwaljanza effettiva. B’danakollu, tali miżuri huma temporanji fin-natura tagħhom u jieqfu hekk malli tinkiseb l-ugwaljanza. Imma l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’dak li għandu x’jaqsam mat-tqal qatt ma tista’ tinkiseb ladarba l-kondizzjoni bijoloġika tal-mara tpoġġiha f’qagħda differenti minn dik tar-raġel. Xi kummentaturi jikklassifikaw tali miżuri protettivi bħala eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-ugwaljanza, imma jidher li hu aktar korrett li jiġu deskritti bħala miżuri li jippermettu li tinkiseb l-ugwaljanza effettiva bejn l-irġiel u n-nisa billi jipprevjenu d-diskriminazzjoni kontra n-nisa (permezz tal-projbizzjoni tat-tkeċċija, eċċ) u jippermettu lin-nisa permezz tal-obbligi li jimponu (il-jedd għar-ritorn għall-impjieg u għall-benefiċċju tal-vantaġġi kollha marbutin mal-kuntratt tal-impjieg) li jibbenefikaw de facto minn trattament ugwali u li ma jbatux l-iżvantaġġ tal-kondizzjoni tagħhom bħala nisa, filwaqt li jkollhom jeddijiethom relattivi għall-ħtiġiet speċifiċi tagħhom (il-lif tal-maternità). Dan jissaħħaħ aktar billi joħroġ mill-Kawżaistika tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 76/2007[13], li tgħid hekk:

"3. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħarsien tan-nisa, b’mod partikolari fir-rigward tat-tqala u tal-maternità.”

Fid-deċiżjoni tagħha f’Hoffmann[14] u kif irriteniet konsistentement warajha[15], il-Qorti indikat, b’riferiment partikolari għal dik id-dispożizzjoni, li tirrikonoxxi “l-leġittimità, f’termini ta’ prinċipju ta’ trattament ugwali, tal-ħarsien tal-ħtiġiet tan-nisa f’żewġ rispetti. L-ewwel nett, hu leġittimu li tkun żgurata l-protezzjoni tal-kondizzjoni bijoloġika tal-mara matul it-tqala u warajha sa dak iż-żmien li l-funzjonijiet fiżjoloġiċi u mentali jkunu rritornaw għan-normal wara l-ħlas; it-tieni, huwa leġittimu li tkun imħarsa r-relazzjoni speċjali bejn mara u wildha matul perijodu li jiġu wara t-tqala u l-ħlas.”[16]

IV. Billi l-Artikolu 153(2)(b) ġa jiddisponi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza raġel/mara, kienet meħtieġa ż-żieda tal-Artikolu 157(3)?

Minn mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Amsterdam, it-trattament ugwali fil-qasam tal-politika soċjali deher f’żewġ artikoli: dak li l-lum huwa l-Artikolu 153(l)(i) u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat FUE li jsemmu, rispettivament, “l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' opportunitajiet fis-suq tal-impieg u it-trattament fuq ix-xogħol” u “l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjieg u professjoni, inkluż il-prinċipju ta' salarju ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali”. Avolja dawk l-artikoli għandhom kontenut jixtiebaħ, huwa ġeneralment ikkunsidrat li l-Artikolu 157 jittratta l-kwestjoni tal-ugwaljanza b’mod speċifiku u b’mod aktar pjen – mill-kwestjoni tas-salarji ndaqs (paragrafi 1 u 2) għal-legalità tal-azzjonijiet pożittivi favur is-sess sottorappreżentat bil-għan li "tkun żgurata l-ugwaljanza sħiħa” (paragrafu 4). L-Artikolu 153 jistabilixxi katalgu ta’ oqsma li fihom l-Unjoni għandha l-kompetenza taġixxi.

V. Konklużjoni

Fid-dawl ta’ dan li ntqal qabel, huwa kkunsidrat li hemm kull ġustifikazzjoni għaż-żamma taż-żewġ bażijiet legali tal-Artikolu 153 u 157(3).

Fil-laqgħa tagħh tat-28 ta’ Jannar 2010, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda in konsegwenza għalenija, b’21 vot favur u l-ebda astensjoni, li jirrakkomanda dan li ġej: il-Proposta għal Direttiva għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għalbiex ikun inkoraġġit it-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema tqal u ħaddiema li għadhom kemm welldu jew qed ireddgħu għandha tkun imsejsa fuq il-bażi legali doppja tal-Artikolu 153 u 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  Ir-riferimenti għat-Trattat ġew aġġornati biex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.
  • [2]  Kawża 45/86 Kummissjoni vs. Kunsill ("Preferenzi Ġeneralizzati tat-Tariffi”) [1987] Ġabra 1493, paragrafu 11.
  • [3]  Kawża C-300/89 Kummissjoni vs Kunsill (“Diossidu tat-Titanju”) [1991] Ġabra I-2867, paragrafu 10.
  • [4]  D, Lochak, "La notion de discrimination dans le droit français et le droit européen" f’Egalité des sexes : la discrimination positive en question, p. 40.
  • [5]  Kawża C-342/93 Gillespie and Others v. Northern Health and Social Services Boards [1996] Ġabra I-475, paragrafu 16 Kawża C-394/96 Brown v. Rentokil Ltd [1998] Ġabra I-4185, paragrafu 30.
  • [6]  Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 25 – it-30 sessjoni, 2004 Artikolu 4 paragrafu 1 – Miżuri speċjali temporanji.
  • [7]  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar: Niġġieldu kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel” (COM(2007) 424 finali), punti 2-1.
  • [8]  Rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, SEC(2008)2596, p.31. Ara wkoll paġna 34.
  • [9]  Rapport tal-valutazzjoni tal-impatt - SEC(2008)2596, p.35.
  • [10]  Artikolu 11(5) (miżjud mill-proposta għal direttiva).
  • [11]  Il-maġġoranza tal-ħaddiema part-time huma nisa.
  • [12]  Rapport tal-valutazzjoni tal-impatt - SEC(2008)2596, p.33.
  • [13]  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ vokazzjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, ĠU 1976 L 39, p. 40.
  • [14]  Kawża 184/83 Hofmann v. Barmer Ersatzkasse [1984] Ġabra 3047.
  • [15]  Ara, ngħidu aħna, il-Kawża C-32/93 Webb v. EMO Air Cargo [1994] Ġabra I-3567.
  • [16]  Hofmann, paragrafu 25.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (28.1.2010)

għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu
(COM(2008)0637 – C6‑0340/2008 – 2008/0193(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Rovana Plumb(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 137(2) u 141(3) tat-Trattat KE. Għalkemm id-Direttiva 92/85/KEE hija msejsa fuq l-Artikolu 118a tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 137) u hija Direttiva individwali skont il-qafas tad-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (Direttiva 89/391/KEE), l-Artikolu 141 KE qed jiżdied mal-bażi legali ta' din il-proposta.

Din il-proposta toħroġ mill-bżonn li jiġu stabbiliti miżuri ta' rikonċiljazzjoni solidi li l-għan tagħhom huwa li jintlaħaq persentaġġ ogħla ta' nisa fis-suq tax-xogħol, inqas segregazzjoni fis-suq tax-xogħol u t-tmiem tad-differenzi fis-salarji bejn in-nisa u l-irġiel, billi jiżdiedu l-opportunitajiet fir-rigward tal-lif tal-maternità. L-Unjoni Ewropea għandha bżonn iżjed nisa biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, mhux biss biex jinstab tarf tal-problema ta' soċjetà li fiha qed tiżdied ir-rata tal-anzjanità imma wkoll biex tiżdied il-kompetittività fil-livell globali.

Fil-preżent, l-impatt tat-twelid fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija għolja, b'differenza ta' 26%, li tqieset fl-2007, bejn in-nisa li welldu tarbija u l-irġiel. Ir-raġunijiet għal dan huma varji imma jistgħu jiġu eliminati billi jiġu riveduti bir-reqqa r-regoli marbuta mal-lif tal-maternità, mat-tul tiegħu, mar-rimunerazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi tan-nisa li jieħdu l-lif tal-maternità jew ma' meta jerġgħu lura minnu, li lkoll huma intrinsikament marbuta mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali u trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel kif stabbilit fl-Artikolu 141(3).

Qsim tar-responsabilità

Il-qsim tar-responsabilità bejn iż-żewġ ġenituri mill-ħin tat-twelid huwa ta' benefiċċju addizzjonali għall-benesseri psikoloġika u fiżika tal-wild. Direttiva separata hija bżonjuża f'dak ir-rigward, għax id-direttiva preżenti ma tinkludix dispożizzjonijiet relatati mal-lif parentali, imma tiffoka fuq is-saħħa u s-sikurezza tan-nisa li jkunu tqal jew li jkunu qed ireddgħu.

Id-drittijiet tal-ħaddiema nisa tqal fil-qasam tal-impjieg

Il-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali jinsab konvint li l-proposta li temenda d-Direttiva 92/85/KEE se tappoġġa d-drittijiet tan-nisa tqal fil-qasam tal-impjieg.

Madankollu, mingħajr ma jsiru l-emendi proposti hawnhekk mill-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali, u mingħajr il-miżuri supplimentari adottati mis-sħab soċjali fil-livell Ewropew, ninsabu wkoll konvinti li t-test emendat mhux se jikkontribwixxi bis-sħiħ sabiex tiġi rikonċiljata aħjar il-ħajja professjonali ma' dik privata u familjari, u lanqas biex in-nisa jkunu jistgħu jirritornaw fis-suq tax-xogħol.

Estensjoni taż-żmien minimu tal-lif tal-maternità u l-possibilità ta' xogħol 'part time'

Il-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali huwa tal-opinjoni li l-għażla li jiġi estiż iż-żmien tal-lif tal-maternità minn 14-il ġimgħa għal 20 ġimgħa u l-għoti ta' inċentivi huma mezzi ovvji li bihom jiżdied iċ-ċans li n-nisa jirrikonċiljaw it-tqala max-xogħol. L-estensjoni tippermetti lin-nisa perjodu xieraq ta' żmien biex jerġgħu lura għax-xogħol wara t-tqala u biex ikollhom rabta mat-tfal tagħhom.

Barra minn hekk, il-biżgħat ta' xi Stati Membri rigward l-ispejjeż biex tiġi ffinanzjata dik l-estensjoni mhumiex fondati, bl-istudju tal-ECORYS juri li estensjoni ta' 18-il ġimgħa jew iżjed ikollha impatt ekonomiku żgħir, imma tiggarantixxi kundizzjonijiet tas-saħħa aħjar għall-ħaddiema nisa tqal.

In-nies li jħaddmu għandhom iqisu l-applikazzjonijiet tal-ħaddiema biex jaqilbu minn xogħol 'full time' għal dak 'part time' fl-ewwel 12-il xahar wara t-twelid. Provvediment bħal dan għandu jkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport A55/15 tal-WHO.

Salvagwardja tal-prospetti għal karriera

Il-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali jappoġġa l-emendi għad-Direttiva 92/85/KEE li saru fl-Artikolu 1(3)(b) li skonthom il-ħaddiema nisa li jkunu welldu jkollhom dritt li jirritornaw għal xogħolhom jew post ekwivalenti b'termini u kundizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli għalihom, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li kienu intitolati għalihom matul l-assenza tagħhom.

Dan il-provvediment huwa marbut mill-qrib mas-sigurtà tax-xogħol u huwa pass importanti lejn tmiem id-diskriminazzjoni minħabba t-tqala.

Id-drittijiet tal-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom

Għalkemm il-proposta għal direttiva tipproteġi biss lill-ħaddiema, bil-għan li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u jiġu ggarantiti opportunitajiet ugwali, l-Istati Membri għandhom bżonn jiżguraw li n-nisa indipendenti jgawdu wkoll mid-drittijiet stipulati fid-direttiva, u l-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali għandu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni għal dak il-għan.

L-irwol tas-sħab soċjali

Is-sħab soċjali fil-livell Ewropew (Business Europe (UNICE), is-CEEP u l-ETUC) ikkonkludew ftehim dwar il-lif tal-ġenituri fl-14 ta' Diċembru 1995, li ġie implimentat bid-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996. Dik id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli minimi dwar il-lif tal-ġenituri, bħala mezz importanti biex jiġu rikonċiljati l-ħajja professjonali u dik familjari, u biex jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali u t-trattament ugwali bejn l-iġiel u n-nisa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanzi bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas dwar il-lif tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP and l-ETUC1 tistipula r-rekwiżiti minimi biex jgħinu lill-ġenituri li jaħdmu jirrikonċiljaw ix-xogħol mar-responsabbiltajiet tal-ġenituri. B’danakollu, is-sħab soċjali waslu għal qbil fit-18 ta’ Ġunju 2009 u l-abbozz tad-direttiva bħalissa qiegħed jiġi kkunsidrat.

 

1 ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE hija ftehim ta' qafas bejn il-BusinessEurope (UNICE), is-CEEP u l-ETUC dwar il-lif tal-ġenituri, u tikkostitwixxi żieda importanti mal-proposta li temenda d-Direttiva 92/85/KEE, għaliex tistabbilixxi l-esiġenzi minimi biex jiġu rikonċiljati aħjar ir-responsabilitajiet professjonali u dawk ta' ġenituri li jaħdmu. B’danakollu għandu jsir enfasi fuq il-fatt li s-sħab soċjali fil-fatt waslu għal qbil fit-18 ta' Ġunju 2009 u li l-abbozz ta' direttiva qiegħed jiġi kkunsidrat bħalissa u li din id-direttiva taġġorna l-ftehim qafas imsemmi aktar ’il fuq.

Emenda  2

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Il-ftehim konkluż bejn l-Istati Membri fis-Samit ta' Barċellona fl-2002 li jfittex li joħloq ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (rimunerazzjoni ugwali, lif paternali, aċċess għal postijiet tax-xogħol fejn igawdu l-istess drittijiet), huwa l-bażi biex ikun hemm kundizzjonijiet aħjar rigward ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata ma' dik professjonali u għandu jiżgura l-indipendenza ekonomika kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel.

Ġustifikazzjoni

L-għanijiet ta' Barċellona huma parti mill-Istrateġija tal-UE għat-tkattir u l-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol u jfittxu li jgħinu lill-ġenituri li għadhom żgħar - speċjalment in-nisa - li jkunu impenjati fil-qasam tal-impjieg u jkunu jistgħu jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali ma' dik privata. L-aċċess għal servizzi aħjar għall-kura tat-tfal (kundizzjonijiet, prezzijiet u, importanti ħafna, sigħat deċenti għall-ġenituri) jirrappreżenta l-muftieħ għall-aċċess tan-nisa għas-suq tal-impjiegi.

Emenda  3

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 6 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 intitolata "Lejn Strateġija tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal" tiddikjara li d-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu prijorità għall-UE u li l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll mal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

Il-Komunikazzjoni tqis id-drittijiet tat-tfal bħala prijorità għall-UE u titlob lill-Istati Membri biex jirrispettaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal u l-protokolli addizzjonali, kif ukoll l-objettivi tal-millennju għall-iżvilupp. Meta titqies din id-Direttiva, dan ifisser li għandha tiġi żgurata għat-tfal kollha l-possibilità li jitrejqu bil-ħalib t'ommhom u li tingħatalhom kura adegwata bi qbil mal-bżonnijiet tagħhom ta' żvilupp u l-aċċess għal kura adegwata u ta' kwalità.

Emenda  4

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Il-kura ta' tfal b'diżabilità toħloq sfidi partikolari għall-ommijiet li jaħdmu, u dan għandu jkun rikonoxxut mis-soċjetà. Il-vulnerabilità żejda ta' ommijiet li jaħdmu li jkollhom tfal b'diżabilità tfisser li dawn għandhom jingħataw iktar lif tal-maternità. Id-Direttiva għandha tistabbilixxi perjodu minimu għal dan il-lif.

Ġustifikazzjoni

Il-ħarsien ta’ tfal b’diżabilità huwa sfida fiżika, mentali u psikoloġika addizzjonali għall-ommijiet li jaħdmu. Is-soċjetà għandha tirrikonoxxi l-isforzi tagħhom biex jiffaċċjaw din l-isfida. In-nisa tqal li jkun qed jistennew tarbija b’diżabilità jkollhom jagħmlu ħafna tħejjijiet matul it-tqala biex jiżguraw il-benessri tat-tarbija. F’dal-każijiet, jidher li hu essenzjali li jiġi stabbilit perijodu minimu addizzjonali ta’ lif biex il-ħaddiema nisa tqal li qed jistennew tarbija b’diżabilità u l-ommijiet ta' tfal b’diżabilità li jaħdmu jkunu jistgħu jiffaċċjaw b’suċċess din l-isfida u jagħmlu t-tħejjijiet neċessarji.

Emenda  5

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Kariga meqjusa bħala "ekwivalenti" skont l-Artikolu 11(2)(c) għandha tfisser li l-kariga tkun essenzjalment l-istess bħall-impjieg ta' qabel, kemm fir-rigward tas-salarju mħallas kif ukoll tad-dmirijiet imwettqa.

Emenda  6

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) In-nisa għandhom għalhekk ikunu mħarsa mid-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' tqala jew ta' lif tal-maternità, u għandu jkollhom il-mezzi xierqa ta' ħarsien legali.

(13) In-nisa għandhom għalhekk ikunu mħarsa mid-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' tqala jew ta' lif tal-maternità, u għandu jkollhom il-mezzi xierqa ta' ħarsien legali, sabiex jiġu salvagwardati d-drittijiet tagħhom għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u għal bilanċ aħjar bejn il-ħajja tal-familja u x-xogħol.

Emenda  7

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Biex tintlaħaq ugwaljanza tabilħaqq bejn is-sessi, huwa essenzjali li l-irġiel jingħataw intitolament legali għal-lif tal-paternità, fuq il-mudell tal-lif tal-maternità, bl-eċċezzjoni tat-tul ta' żmien, bil-għan li gradwalment jinħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-parteċipazzjoni ekwilibrata bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol u tal-familja.

Ġustifikazzjoni

Hu xieraq li l-lif tal-paternità jingħata karattru obbligatorju b'tali mod li l-irġiel ma jkunux sottomessi għal pressjoni soċjali li ġġegħelhom jirrinunzjaw għalih. Għandu jintbagħat sinjal lis-suq tax-xogħol dwar il-fatt li l-irġiel ukoll għandhom iqattgħu l-ħin ’il bogħod mill-post tax-xogħol u l-impjieg tagħhom meta jkollhom l-ulied. Konsegwentement, l-attività ekonomika għandha tkun organizzata b'mod li tippermetti r-riproduzzjoni umana, li hija jedd u responsabilità ndaqs għall-irġiel u għan-nisa mingħajr distinzjoni, kif ukoll valur soċjali ewlieni.

Emenda  8

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet" tirreferi għall-fatt li l-Istati Membri għandhom rati tal-fertilità baxxi li huma insuffiċjenti għat-tiġdid tal-popolazzjoni. Għalhekk hemm bżonn ta' miżuri għat-titjib tal-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa qabel, waqt u wara t-tqala. Huwa rakkomandat li jiġu segwiti l-aħjar prattiki ta' dawk l-Istati Membri b'rati tal-fertilità għoljin u li jiżguraw il-parteċipazzjoni kontinwa tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

Emenda          9

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri li jiżguraw kumpens jew rimedji reali u effettivi, kif iqisu li hu xieraq, għal kull ħsara kkawżata lil ħaddiem minn kwalunkwe ksur tal-obbligi skont it-termini ta' din id-Direttiva, b'mod dissważiv u proporzjonat għall-ħsara mġarrba.

Emenda  10

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-vittmi tad-diskriminazzjoni għandu jkollhom protezzjoni legali xierqa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistemi legali partikolari tagħhom, id-drittijiet tan-nisa tqal jiġu protetti b'mod effettiv. Biex tiġi provduta protezzjoni aktar effettiva, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħrajn għandu jkollhom il-possibilità li jieħdu sehem fi proċeduri f’isem il-vittmi jew għall-appoġġ tagħhom, bla ħsara għar-regoli ta’ proċedura nazzjonali rigward ir-rappreżentanza u d-difiża quddiem il-qrati.

Emenda  11

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 19 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Se jkun neċessarju għall-Istati Membri li jinkoraġġixxu u jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali sabiex jiġi żgurat tagħrif aħjar għal dawk ikkonċernati u arranġamenti aktar effettivi. Permezz tal-inkoraġġiment tad-djalogu mal-korpi msemmijin hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiksbu rispons aħjar u għarfien aktar ċar dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva fil-prattika u l-problemi li jistgħu jinqalgħu, bil-għan li tinqered id-diskriminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali hija estremament importanti fl-isforzi biex titneħħa d-diskriminazzjoni. In-netwerks tagħhom tad-data għandhom jagħtu mezzi ta’ informazzjoni addizzjonali lill-ħaddiema dwar jeddijiethom u jkunu sors ta’ rispons għall-Istati Membri ladarba huma għandhom aktar esperjenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-problemi varji li x’aktarx jinqalgħu. Għalhekk inqisu li hu importanti li tkun żgurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom u li jinfetaħ djalogu apert.

Emenda  12

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) L-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu bejn is-sħab soċjali u l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, sabiex isiru jafu bil-forom differenti ta' diskriminazzjoni u jiġġildulhom.

Emenda  13

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 1:

 

"3a. Din id-Direttiva għandha, barra minn hekk, tiżgura li l-ħaddiema jkunu jistgħu jaqdu r-rwol essenzjali tagħhom fil-familja u għandha tipprovdi protezzjoni speċifika u xierqa għall-omm u l-wild.”

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu l-ġdid jisħaq fuq il-ħtieġa vitali għan-nisa li jaħdmu li jkunu jistgħu jwettqu r-rwol essenzjali tagħhom bħala ommijiet.

Emenda  14

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Fl-Artikolu 2, il-punt a għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"(a) ħaddiema mara tqila għandha tfisser ħaddiema mara tqila, inkluża ħaddiema mara domestika, li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew il-prattika nazzjonali;"

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva qafas dwar is-saħħa u s-sigurtà teskludi l-ħaddiema domestiċi. Madankollu dawn għandhom jiġu inklużi espressament fl-ambitu tal-ħarsien tal-maternità.

Emenda  15

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 b (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b. Fl-Artikolu 2, il-punt b għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"(b) ħaddiema mara li welldet reċentement għandha tfisser ħaddiema mara, inkluża ħaddiema mara domestika, li tkun welldet reċentement fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew tal-prattika nazzjonali u li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha, skont dik il-leġiżlazzjoni u/jew prattika;"

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva qafas dwar is-saħħa u s-sigurtà teskludi l-ħaddiema domestiċi. Madankollu dawn għandhom jiġu inklużi espressament fl-ambitu tal-ħarsien tal-maternità.

Emenda  16

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1c. Fl-Artikolu 2, il-punt c għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"(c) ħaddiema li qiegħda tredda' għandha tfisser ħaddiema, inkluża ħaddiema domestika, li qiegħda tredda' fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew tal-prattika nazzjonali u li tinforma lil min iħaddimha bil-kundizzjoni tagħha, skont dik il-leġiżlazzjoni u/jew prattika."

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva qafas dwar is-saħħa u s-sigurtà teskludi l-ħaddiema domestiċi. Madankollu dawn għandhom jiġu inklużi espressament fl-ambitu tal-ħarsien tal-maternità.

Emenda  17

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1d (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1d. Fl-Artikolu 3(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"2a. Il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu evalwati regolarment bl-intenzjoni li jiġu riveduti, tal-anqas darba kull ħames snin, sa mill-2012."

Ġustifikazzjoni

Spjegazzjoni: huwa importanti li l-linji gwida jiġu aġġornati bi żviluppi u għarfien reċenti.

Emenda  18

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1e (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 4 – Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1e. Fl-Artikolu 4, it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"Valutazzjoni, informazzjoni u konsultazzjoni"

Ġustifikazzjoni

It is essential to promote a preventive approach providing for proper risk assessment at any workplace at which the employees are women and men of fertile age. Men and women alike may be exposed, before fertilisation, to the trigger factors involved in the genetic mutations and abnormalities that lead to infertility and chromosomal malformations and aberrations; the most severe effects, however, occur in the embryo. Paragraphs 4 and 5 are added, since in all other health and safety directives there are proper articles on information and consultation of workers and their representatives.

Emenda  19

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1f (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 4 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1f. Fl-Artikolu 4 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"-1. Għall-valutazzjoni tar-riskji mwettqa skont id-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jinkludi valutazzjoni tar-riskji riproduttivi għall-ħaddiema rġiel u nisa."

Ġustifikazzjoni

It is essential to promote a preventive approach providing for proper risk assessment at any workplace at which the employees are women and men of fertile age. Men and women alike may be exposed, before fertilisation, to the trigger factors involved in the genetic mutations and abnormalities that lead to infertility and chromosomal malformations and aberrations; the most severe effects, however, occur in the embryo. Paragraphs 4 and 5 are added, since in all other health and safety directives there are proper articles on information and consultation of workers and their representatives.

Emenda  20

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 g (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1g. L-Artikolu 4(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"2. Bla ħsara għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 u ħaddiema li x'aktarx ikunu f'sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 fl-impriża u/jew fl-istabbiliment ikkonċernat u/jew ir-rappreżentanti tagħhom u s-sħab soċjali rilevanti għandhom jiġu infurmati bir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol."

Ġustifikazzjoni

It is essential to promote a preventive approach providing for proper risk assessment at any workplace at which the employees are women and men of fertile age. Men and women alike may be exposed, before fertilisation, to the trigger factors involved in the genetic mutations and abnormalities that lead to infertility and chromosomal malformations and aberrations; the most severe effects, however, occur in the embryo. Paragraphs 4 and 5 are added, since in all other health and safety directives there are proper articles on information and consultation of workers and their representatives.

Emenda  21

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 h (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1h. Fl-Artikolu 4 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a. Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa biex ikun żgurat li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jissorveljaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew jintervjenu fl-applikazzjoni tagħha, b’mod partikulari rigward il-miżuri deċiżi minn min iħaddem li jissemmew fil-paragrafu 2, bla ħsara għar-responsabilità ta' min iħaddem biex jiddeċiedi dwar dawn il-miżuri.

Ġustifikazzjoni

It is essential to promote a preventive approach providing for proper risk assessment at any workplace at which the employees are women and men of fertile age. Men and women alike may be exposed, before fertilisation, to the trigger factors involved in the genetic mutations and abnormalities that lead to infertility and chromosomal malformations and aberrations; the most severe effects, however, occur in the embryo. Paragraphs 4 and 5 are added, since in all other health and safety directives there are proper articles on information and consultation of workers and their representatives.

Emenda  22

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 i (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1i. Fl-Artikolu 4 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2b. Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew tar-rappreżentanti tagħhom fi kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE."

Ġustifikazzjoni

It is essential to promote a preventive approach providing for proper risk assessment at any workplace at which the employees are women and men of fertile age. Men and women alike may be exposed, before fertilisation, to the trigger factors involved in the genetic mutations and abnormalities that lead to infertility and chromosomal malformations and aberrations; the most severe effects, however, occur in the embryo. Paragraphs 4 and 5 are added, since in all other health and safety directives there are proper articles on information andconsultation of workers and their representatives.

Emenda  23

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 j (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1j. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 6:

 

"2a. In-nisa tqal għandhom, barra minn hekk, ma jintalbux jagħmlu xogħol bħalma huwa l-ġarr u l-irfigħ ta' piżijiet tqal jew xogħol li jkun ta' periklu jew li jgħajji jew li jkun ta' riskju għas-saħħa."

Ġustifikazzjoni

Ħaddiema nisa tqal għandhom ikunu eżentati mhux biss mill-attivitajiet li jesponuhom għal riskji kbar imma wkoll minn kompiti li jinvolvu sforz fiżiku jew huma ta’ riskju għal saħħithom.

Emenda  24

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 k (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 2 - punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- 1k. Fl-Artikolu 7(2), il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

"(a) taqleb għal skeda tax-xogħol bi nhar li tkun kompatibbli; jew"

Emenda  25

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 l (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1l. Fl-Artikolu 7 għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"2a. Il-ħaddiema li jixtiequ jkunu eżentati

mix-xogħol ta' bil-lejl għandhom, skont ir-regoli stipulati mill-Istati Membri, jinfurmaw lil min iħaddimhom b'dan u, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2, jippreżentaw ċertifikat mediku lil min iħaddimhom."

Emenda  26

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 m (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 7 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1m. Fl-Artikolu 7 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2b. Għall-ġenituri li jrabbu weħidhom u l-ġenituri b'ulied b'diżabilità gravi, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jista' jkun estiż skont il-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri."

Emenda 27

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -1 n (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1n. Għandu jiżdied l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Sigħat supplimentari ta' xogħol

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati biex il-ħaddiema nisa tqal u l-ħaddiema li jkunu welldu reċentement jew li qed ireddgħu ma jiġux obbligati jaħdmu bis-sahra, jew il-Ħadd jew fil-festi pubbliċi, matul it-tqala u għal perjodu ta' sitt xhur wara t-twelid.''

Emenda  28

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati għal żmien kontinwu ta' lif tal-maternità ta' mill-inqas 18-il ġimgħa, allokati qabel u/jew wara l-ħlas.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati għal żmien kontinwu ta' lif tal-maternità ta' 18-il ġimgħa.

Emenda          29

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-lif tal-maternità stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi lif obbligatorju ta' mill-inqas sitt ġimgħat wara l-ħlas. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati li jagħżlu liberament iż-żmien li fih jixtiequ jieħdu l-porzjon ta' lif tal-maternità mhux obbligatorju, qabel jew wara l-ħlas.

2. Il-lif tal-maternità stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi lif obbligatorju ta' mill-inqas sitt ġimgħat wara l-ħlas. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 jkunu intitolati li jagħżlu liberament iż-żmien li fih jixtiequ jieħdu l-porzjon ta' lif tal-maternità mhux obbligatorju, qabel jew wara l-ħlas. Il-perjodu ta' sitt ġimgħat lif tal-maternità obbligatorju wara l-ħlas għandu japplika għan-nisa li jaħdmu irrispettivament mill-għadd ta' ġranet li jkunu ħadmu qabel il-ħlas.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-porzjon obbligatorju tal-lif tal-maternità sa massimu ta’ erba' ġimgħat wara l-ħlas u ta' mill-inqas tmien ġimgħat wara l-ħlas ta' wild b'diżabilità.

Emenda  30

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-ħaddiema nisa għandhom jindikaw il-perjodu tal-lif tal-maternità mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-bidu tal-lif.

Ġustifikazzjoni

L-Emenda 25 tar-rapporteur tgħid li l-ħaddiema nisa tqal m’għandhomx ikunu mġiegħla jaħdmu sahra waqt il-perjodu ta’ tliet xhur qabel iwelldu. Jekk l-impjegata tindika l-lif tal-maternità magħżul tagħha għall-ħabta ta' dak iż-żmien, ikun aktar faċli għal min iħaddem li jsib lil xi ħadd minflokha.

Emenda  31

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fil-każ ta' twelid multiplu, il-perjodu tal-lif tal-maternità msemmi fl-Artikolu 8(1) għandu jiżdied b’erba’ ġimgħat għal kull wild.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu totali ta’ lif normali wkoll hu espress f’ġimgħat.

Emenda          32

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jingħata lif addizzjonali fil-każ ta' ħlas qabel il-waqt, tfal li jeħtieġu kura fl-isptar mat-twelid, tfal b'diżabbiltà u twelid multiplu. It-tul ta' żmien tal-lif addizzjonali għandu jkun proporzjonali u jakkomoda l-ħtiġijiet speċjali tal-omm u tat-tarbija/trabi.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jingħata lif addizzjonali b'paga sħiħa fil-każ ta' ħlas qabel il-waqt, tfal li jeħtieġu kura fl-isptar mat-twelid, tfal b'diżabbiltà, ommijiet b'diżabbiltà, u twelid multiplu. It-tul ta' żmien tal-lif addizzjonali għandu jkun proporzjonali u jakkomoda l-ħtiġijiet speċjali tal-omm u tat-tarbija/trabi. Il-perjodu sħiħ tal-lif tal-maternità għandu jiġi estiż b'mill-inqas tmien ġimgħat wara t-twelid fil-każ tat-twelid ta' wild b'diżabbiltà u l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll perjodu addizzjonali ta' lif ta' sitt ġimgħat fil-każ tat-twelid ta' tarbija mejta.

Emenda  33

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawk li jaħdmu għal rashom.

Emenda  34

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 8 – paragrafu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa għar-rikonoxximent tad-depressjoni ta' wara t-twelid bħala marda serja, u għandhom jagħtu l-appoġġ tagħhom għal kampanji ta' għarfien bil-għan li titqassam informazzjoni preċiża dwar din il-marda u biex jissewwew il-preġudizzji u l-possibilità ta' stigmatizzazzjoni li għadhom marbuta magħha .

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li titqajjem il-kuxjenza tal-Istati Membri dwar il-bżonn ta' rikonoxximent speċjali tad-depressjoni ta' wara t-twelid bħala marda, peress li taffettwa bejn 10 u 15% tan-nisa u għandha riperkussjonijiet sinifikanti fuq il-ħajja tax-xogħol u tal-familja.

Emenda  35

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw is-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema nisa tqal fir-rigward tal-kundizzjonijiet ergonomiċi, il-ħinijiet tax-xogħol (inkluż ix-xogħol bil-lejl u l-bidla tal-post tax-xogħol), l-intensità tax-xogħol, kif ukoll iż-żieda fil-protezzjoni kontra prodotti infettivi speċifiċi u r-radjazzjoni jonizzanti.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ħaddiema tqal għandha tkun waħda mill-iskopijiet ewlenin ta' din id-Direttiva.

Emenda  36

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, titkeċċa waqt iż-żmien imsemmi fil-punt 1, min iħaddimha jrid jikkwota raġunijiet ġustifikati għat-tkeċċija tagħha bil-miktub. Jekk it-tkeċċija sseħħ fi żmien sitt xhur li jsegwu t-tmiem tal-lif tal-maternità kif stipulat fl-Artikolu 8(1), min iħaddem għandu jikkwota raġunijiet ġustifikati għat-tkeċċija tagħha bil-miktub jekk dan jintalab mill-ħaddiema kkonċernata.

2. Jekk ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, titkeċċa waqt iż-żmien imsemmi fil-punt 1 jew fi żmien sitt xhur li jsegwu t-tmiem tal-lif tal-maternità kif stipulat fl-Artikolu 8(1), min iħaddem għandu jikkwota raġunijiet ġustifikati għat-tkeċċija tagħha bil-miktub. Dan ma għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet sostantivi dwar it-tkeċċija skont il-liġi nazzjonali.

Emenda  37

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 3 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7, id-drittijiet tal-impjieg relatati mal-kuntratt tal-impjieg, inkluż id-dritt li jibqa' jingħata l-ħlas, u/jew l-intitolament għal benefiċċju ekwivalenti, lil ħaddiema li jidħlu fit-tifsira tal-Artikolu 2, iridu jiġu żgurati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-prattika nazzjonali;

Ġustifikazzjoni

In-nisa jrid ikunu jistgħu jirċievu allowance fil-livell tas-salarju sħiħ, sabiex ma jkunux penalizzati finanzjarjament għax huma ommijiet.

Emenda  38

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, li huma esklużi mix-xogħol minn min iħaddimhom li jqishom bħala li mhumiex tajbin għax-xogħol mingħajr indikazzjoni medika miġjuba mill-ħaddiema, għandhom sal-bidu tal-lif tal-maternità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8(2) jirċievu pagament ekwivalenti għas-salarju sħiħ tagħhom."

1a. ħaddiema, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2, li huma esklużi mix-xogħol minn min iħaddimhom li jqishom bħala li mhumiex tajbin għax-xogħol mingħajr indikazzjoni medika miġjuba mill-ħaddiema, għandhom jikkonsultaw tabib fuq inizjattiva tagħhom. Jekk it-tabib jiċċertifika dawn in-nisa bħala tajbin għax-xogħol, jew min iħaddem irid jerġa’ jimpjegahom bħala ħaddiema normali, jew, sal-bidu tal-lif tal-maternità fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8(2), huma għandhom jirċievu pagament ekwivalenti għas-salarju sħiħ tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Jekk mara tikkonsulta tabib tal-għażla tagħha, dan jassigura ċarezza dwar jekk hijiex attwalment marida jew le. Hu biss wara li tkun iċċarata s-sitwazzjoni li jistgħu jittieħdu miżuri ulterjuri.

Emenda  39

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt a a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 1 aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Fl-Artikolu 11, għandu jiżdied il-punt 1 aa li ġej:

 

"1aa. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ prevenzoni u ta’ monitoraġġ għall-protezzjoni u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li jkunu welldu reċentement."

Ġustifikazzjoni

L-istress fuq il-post tax-xogħol jista’ jkollu effetti psikoloġiċi negattivi fuq in-nisa tqal u ommijiet ta’ trabi tat-twelid u jista’ jkollu riperkussjonijiet fuq il-fetu jew it-tarbija. Neħtieġu miżuri ta' monitoraġġ mill-perspettiva tal-flessigurtà.

Emenda  40

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-dritt tal-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 li jerġgħu lura fuq xogħolhom jew f'impjieg ekwivalenti b'termini u kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma kienu jkunu intitolati għalih matul l-assenza tagħhom;

(c) id-dritt tal-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 li jerġgħu lura fuq xogħolhom jew f'impjieg ekwivalenti b'termini u kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma kienu jkunu intitolati għalih matul l-assenza tagħhom; f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' ristrutturar jew riorganizzazzjoni radikali tal-proċess ta' produzzjoni, għandhom dejjem jittieħdu l-passi biex jiġi żgurat li l-ħaddiema tista' tiddiskuti ma' min iħaddimha dwar l-impatt ta' bidliet bħal dawn fuq is-sitwazzjoni tax-xogħol tagħha u l-korp li jkun qed jirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema jrid dejjem jingħata l-opportunità, flimkien ma' min iħaddem, li jagħtu parir lill-ħaddiema kkonċernata dwar l-effetti ta' bidliet bħal dawn;

Emenda  41

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"(ca) iż-żamma għall-ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 2 tal-opportunitajiet għall-iżvilupp tal-karriera permezz tal-edukazzjoni, flimkien ma' taħriġ professjonali u addizzjonali kontinwu, bl-għan li jikkonsolidaw il-prospetti għall-karriera tagħhom;"

Ġustifikazzjoni

Dan biex jiġi żgurat li l-prospetti għall-karriera ta' nisa li jkunu ommijiet ma jintlaqtux ħażin. Min iħaddem għandu, b'konsultazzjoni mal-ħaddiema kkonċernati, jieħu l-miżuri neċessarji ta' edukazzjoni u ta' taħriġ biex jiġi żgurat li l-prospetti tal-ħaddiema għall-karriera jinżammu.

Emenda  42

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) it-teħid tal-lif tal-maternità ma jridx ikun ta' preġudizzju għad-drittijiet għal pensjoni tal-ħaddiema; il-perjodu ta’ lif tal-maternità jingħadd bħala perjodu ta’ impjieg għal skopijiet ta’ pensjoni u l-ħaddiema ma għandhomx ibatu xi tnaqqis fid-drittijiet tal-pensjoni minħabba l-fatt li jieħdu l-lif tal-maternità.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-allokazzjonijiet mogħtija lill-ħaddiema nisa matul il-perjodu tal-lif tal-maternità ma jipperikolawx id-drittijiet tagħhom għall-pensjoni. L-Istati Membri għandhom jimpedixxu din il-possibilità u jirrimborżaw it-telf eventwali għad-drittijiet tal-pensjoni.

Emenda  43

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt c

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. il-benefiċċju msemmi fil-punt 2(b) għandu jitqies bħala xieraq jekk jiggarantixxi dħul ekwivalenti għall-aħħar salarju tax-xahar, jew salarju medju ta' xahar, soġġett għal kwalunkwe limitu massimu stipulat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Limitu massimu bħal dan ma jistax ikun inqas mill-benefiċċju li jirċievu l-ħaddiema fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 fil-każ ta' waqfa mill-attività minħabba raġunijiet marbuta mal-qagħda tas-saħħa tal-ħaddiema. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-perjodu li matulu s-salarju medju tax-xahar huwa kkalkolat.

3. il-benefiċċju msemmi fil-punt 2(b) għandu jkun xieraq jekk jiggarantixxi dħul ekwivalenti għall-aħħar salarju tax-xahar, jew salarju medju ta’ xahar. Il-ħaddiema nisa matul il-lif tal-maternità għandhom jitħallsu salarju sħiħ u l-benefiċċju għandu jkun 100% tal-aħħar salarju ta' xahar jew salarju medju ta' xahar. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw il-perjodu li matulu s-salarju medju tax-xahar huwa kkalkolat.

Ġustifikazzjoni

Il-ħlas tas-salarju sħiħ lin-nisa huwa mezz biex jiġi żgurat li n-nisa ma jmorrux finanzjarjament minn taħt minħabba l-fatt li ddeċidew li jkollhom it-tfal. Ħafna Stati Membri diġà jipprovdu għal ħlas ta' bejn 80% u 100% tal-qligħ medju matul il-lif tal-maternità. Barra minn hekk, ħaddiema tqal m'għandhomx ikunu penalizzati finanzjarjament għaliex iddeċidew li jkollhom tarbija.

Emenda  44

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt c a (ġdid)

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 11 – punt 3 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Għandu jiddaħħal il-punt 3a li ġej:

 

"(3a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema bil-lif tal-maternità jkunu intitolati biex awtomatikament jirċievu xi żieda fis-salarju, jekk tapplika, mingħajr ma jkollhom jispiċċaw il-lif tagħhom tal-maternità b'mod temporanju biex b’hekk jibbenefikaw miż-żieda fis-salarju."

Ġustifikazzjoni

F’każ li jkun hemm żieda fil-paga għall-pożizzjoni tal-ħaddiema dwar il-lif tal-maternità, din għandha tiddaħħal mal-ewwel fis-seħħ, biex ma jħarbtux il-lif tal-maternità biex jieħdu salarju ogħla u wara dan jerġa’ jkollhom il-lif. Ix-xogħol amministrattiv ta’ min iħaddem f’dan ir-rigward se jitnaqqas u jiġi ssimplifikat.

Emenda  45

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Artikolu 12a li ġej qed jiddaħħal:

imħassar

Artikolu 12a

 

Id-dmir tal-prova

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha kif meħtieġ, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, biex jiżguraw li meta persuni li jħossu li d-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva ġew miksura jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom jista’ jkun preżunt li kien hemm ksur bħal dan, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-konvenut li jagħti prova li ma kienx hemm ksur tad-Direttiva.

 

Il-paragrafu 1 ma għandux jostakola l-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta’ evidenza li huma iktar favorevoli għall-atturi.

 

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal proċedimenti kriminali.

 

Stati Membri m’għandomx japplikaw paragrafu 1 għal proċeduri li fihom il-qorti jew korp kompetenti jinvestigaw il-fatti tal-każ.

 

Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ukoll japplikaw għal kwalunkwe proċedura legali li tnediet skont l-Artikolu 12.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost jikser il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza u jfixkel il-pożizzjoni bilanċjata bejn l-impjegati u min iħaddimhom. Min jagħmel allegazzjoni għandu jagħti prova tagħha. Mhux possibbli li l-parti l-oħra tintalab, meta tistqarr li ‘xejn ma ġara’, li tagħti prova li xejn ma ġara.

Emenda  46

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 a – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li, skont il-kriterji stabbiliti bil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu rispettati, jistgħu jieħdu sehem, jew f’isem min jagħmel l-ilment jew b'appoġġ għaliha, bl-approvazzjoni tagħha, fi kwalunkwe proċediment ġudizzjarju u/jew amministrattiv li hemm provvediment għalih biex jiġu infurzati l-obbligi ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Jekk din l-emenda tiġi adottata, il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif meħtieġ ħalli jinqara hekk: Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom ukoll japplikaw għal kwalunkwe proċedura legali li tnediet skont l-Artikolu 12."

Emenda  47

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri bħal dawn skont kif meħtieġ biex iħarsu lill-individwi minn kwalunkwe trattament żvantaġġuż jew konsegwenza żvantaġġuża li jirrizultaw minn ilment li ressqu jew minn proċedimenti li nedew bl-għan li jinforzaw il-konformità mad-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom miżuri bħal dawn skont kif meħtieġ biex iħarsu lill-individwi inklużi x-xhieda minn kwalunkwe trattament żvantaġġuż jew konsegwenza żvantaġġuża li jirrizultaw minn ilment li ressqu jew minn proċedimenti li nedew bl-għan li jinforzaw il-konformità mad-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni għandha tkun estiża wkoll għax-xhieda sabiex tagħmilha possibbli li dawn ikunu ħielsa li jagħtu xhieda affidabbli fi proċeduri ta’ lmenti mingħajr biża’ ta’ xi diskriminazzjoni kontrihom.

Emenda  48

Proposta għal Direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Direttiva 92/85/KEE

Artikolu 12 c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-pieni jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens, li ma jistax ikun ristrett bl-iffissar ta’ limitu ogħla minn qabel, u għandu jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-pieni jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens, u għandhom ikunu effettivi u proporzjonati.

Ġustifikazzjoni

Projbizzjoni tal-UE dwar il-limitazzjoni tat-talbiet għall-kumpens tirrestrinġi b’mod sproporzjonat il-libertà tal-Istati Membri li jadottaw ir-regoli tagħhom u tisfurzahom jadottaw dispożizzjonijiet dettaljati li mhumiex konformi mal-liġi ġudizzjali tagħhom.

PROĊEDURA

Titolu

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

Referenzi

COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD)

Kumitat responsabbli

FEMM

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

19.10.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rovana Plumb

16.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2009

1.12.2009

26.1.2010

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

11

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Vincenzo Iovine, Liisa Jaakonsaari, Martin Kastler, Ádám Kósa, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Vilija Blinkevičiūtė, Silvia Costa, Kinga Göncz, Richard Howitt, Dieter-Lebrecht Koch, Franz Obermayr, Ria Oomen-Ruijten, Emilie Turunen

PROĊEDURA

Titolu

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

Referenzi

COM(2008)0637 – C6-0340/2008 – 2008/0193(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.10.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

19.10.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

19.10.2009

ITRE

19.10.2009

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

2.9.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Edite Estrela

16.7.2009

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

28.1.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

1.9.2009

1.12.2009

25.1.2010

 

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

13

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Silvia Costa, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Jolanta Emilia Hibner, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Caroline Lucas, Astrid Lulling, Barbara Matera, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lena Ek, Sylvie Guillaume, Elisabeth Morin-Chartier, Norica Nicolai

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ria Oomen-Ruijten

Data tat-tressiq

5.3.2010