Proċedura : 2010/0812(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0043/2010

Testi mressqa :

A7-0043/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/03/2010 - 6.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0083

RAPPORT     
PDF 208kWORD 131k
17.3.2010
PE 439.148v03-00 A7-0043/2010

dwar il-ħatra proposta ta' Eoin O’Shea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C7‑0033/2010 – 2010/0812(NLE))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

PR_NLE_art108

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Eoin O’Shea
 ANNESS 2: TWEĠIBIET TA’ Eoin O’Shea GĦALL-MISTOQSIJIET
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ħatra proposta ta' Eoin O’Shea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

(C7‑0033/2010 – 2010/0812(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0033/2010),

–  wara li kkunsidra l-fatt li waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnominata mill-Kunsill biex issir membru tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0043/2010),

A. billi Eoin O’Shea jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1), tat-Trattat FUE;

1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Eoin O’Shea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri ;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Eoin O’Shea

Kwalifiki

· Kontabilista bil-Patenti (Chartered), Istitut tal-Kontabilisti bil-Patenti fl-Irlanda, 2000

· Membru tal-Istitut tat-Tassazzjoni Irlandiż, 2005

· Diploma fil-Liġi Kummerċjali, Soċjetà tal-Liġi tal-Irlanda, 2006

· Diploma fil-Liġi Kummerċjali, Soċjetà Onorevoli ta’ Kings Inns, 2008

· Grad ta’ Avukat tal-Qrati Superjuri (Barrister at Law), Soċjetà Onorevoli ta’ Kings Inns, 2009 (Mertu)

· Diploma fil-Litigazzjoni Kummerċjali, Soċjetà tal-Liġi tal-Irlanda, 2009 (Mertu)

Karriera

President, Ground Marketing Group, mill-2000 sa issa

Fundatur tal-kumpanija tal-komunikazzjonijiet tal-ikkummerċjar strateġiku, Ground Marketing Group, fl-2000. Il-kumpanija tipprovdi servizz ta’ konsulenza dwar l-ikkummerċjar strateġiku lil klijenti kbar, kemm nazzjonali u kemm internazzjonali. F’Diċembru 2009, in-negozju sar parti mill-aġenzija internazzjonali tar-reklamar, Havas Plc, u fil-preżent tikkummerċja taħt l-isem Ground 4D Ireland.

Kap Eżekuttiv, Istitut tad-Diretturi (IoD) fl-Irlanda 2006-2008

Irrappreżenta l-interessi tad-diretturi anzjani tal-kumpaniji fl-Irlanda. Kiteb artikli akkademiċi ta' politika u kitba ta' pożizzjoni dwar il-liġi tal-kumpaniji, il-liġi tal-kompetizzjoni u t-tassazzjoni. Kien jagħti pariri lill-membri dwar kwistjonijiet kummerċjali u ta’ negozju. Kellu interazzjoni mal-ODCE, CRO, id-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Imjiegi tal-Intrapriżi u d-Dipartiment tal-Finanzi dwar kwistjonijiet tad-diretturi. Serva fuq il-kumitat ta’ konsulenza tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji u fuq il-kumitat tal-immaniġġjar taċ-Ċentru tal-IoD għall-Governanza Korporattiva fil-UCD (University College Dublin). Ta lekċers fuq is-suġġett tad-diretturi mhux eżekuttivi fiċ-Ċentru tal-UCD għall-Governanza Korporattiva.

Konsulent tal-Immaniġġjar, Deloitte & Touche 1997-2000

Tagħrif ieħor

Istitut tal-Kontabilisti bil-Patenti fl-Irlanda – Serva bħala Membru tal-Kunsill 2005-2008, President tal-Membri Professjonalment Attivi 2006-2008 u Membru tal-Kumitat tal-Etika 2005-2006.

Kumitat tal-Verifika Garda – Maħtur bħala membru tal-kumitat tal-verifika tal-An Garda Siochána f’Ottubru 2008 mill-Ministru għall-Ġustizzja u maħtur mill-ġdid f’Ottubru 2009 għal perjodu ta' tliet snin. Ir-rwol tal-kumitat tal-verifika huwa li jagħti pariri lill-Kummissarju tal-Garda dwar l-użu tar-riżorsi tal-istat li jinsabu taħt il-kontroll tiegħu.

Comhaltas Ceoltoiri Eireann – Maħtur f’Jannar 2009 mid-Dipartiment tal-Arti, l-iSports u t-Turiżmu u mid-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Komunità, Rurali u Gaeltacht, biex imexxi eżami mill-ġdid tal-infiq statali ta' madwar EUR 20 miljun fuq il-programm ta' żvilupp tal-Comhaltas Ceoltoiri Eireann, korp volontarju nazzjonali li jippromwovi l-mużika tradizzjonali Irlandiża. Rapport ippreżentat f’Lulju 2009, ippubblikat f’Settembru 2009.

Eżami mill-Ġdid tal-Ftehim ta’ St. Andrews – Maħtur, f’Novembru 2007, skont il-Ftehim ta’ St. Andrews, bħala espert/konsulent biex jeżamina mill-ġdid l-effiċjenza u l-effikaċja tal-korpi tat-Tramuntana/Nofsinhar stabbiliti skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira. Maħtur mill-Gvern Irlandiż, f’koperazzjoni mal-Eżekuttiv tat-Tramuntana u l-Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar. Ir-rapport temporanju tagħna ġie aċċettat mill-Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, imlaqqa’ b’mod plenarju, fi Frar 2009.

Assoċjazzjoni ta’ Benevolenza tal-Kontabilisti bil-Patenti– Maħtur Direttur ta’ din l-entità karitattevoli fl-2009. L-Assoċjazzjoni tassisti lill-membri tal-professjoni li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji

Istitut tal-Konsulenti tal-Immaniġġjar fl-Irlanda – Serva bħala President tal-Istitut 2005-2006, Viċi President 2003-2005 u Teżorier 2003-2005.

Dettalji Persona li – Fl-età ta’ 33 sena, is-Sur O’Shea huwa miżżewweġ u jgħix f’Dublin. Oriġinarjament huwa minn Athlone, Co Westmeath.


ANNESS 2: TWEĠIBIET TA’ Eoin O’Shea GĦALL-MISTOQSIJIET

Esperjenza professjonali

1. Jekk jogħġbok semmi l-aspetti ewlenin tal-esperjenza professjonali tiegħek fil-finanzi pubbliċi, fil-ġestjoni jew fil-verifika tal-ġestjoni.

Jiena membru tal-Istitut tal-Kontabilisti bil-Patenti fl-Irlanda ( sa mis-sena 2000. Mill-2005 sal-2008, kont membru tal-Kunsill tal-Istitut, il-korp regolatorju suprem tal-Professjoni tal-Kontabilità bil-Patenti ( fuq il-gżira tal-Irlanda. F’dik il-kapaċità, jien servejt bħala membru tal-Kumitat tal-Etika tal-Istitut ( (2005-2006) u bħala President tal-Kumitat tal-Membri Professjonalment Attivi ((2006-2008). Fl-2009, ġejt maħtur direttur tal-Assoċjazzjoni ta’ Benevolenza tal-Kontabilisti bil-Patenti () li hija korp karitattiv li jgħin lill-membri tal-professjoni tal-kontabilità li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji.

Jiena membru tal-Istitut tat-Tassazzjoni Irlandiż (sa mill-2005 u għandi Diplomi fil-Liġi Kummerċjali (2006) u fil-Litigazzjoni Kummerċjali (2009) mis-Soċjetà tal-Liġi tal-Irlanda.

Waqt li kont qed naħdem bħala Kontabilista u Konsulent tal-Immaniġġjar mill-1996 sal-2000, mexxejt reviżjonijiet finanzjarji u dwar immaniġġjar ġenerali f’Dipartimenti tal-Gvern, Aġenziji Statali u impriżi privati kbar. Dan kien jinvolvi r-reviżjoni tas-sistemi finanzjarji u l-provvediment ta’ impjegati f’dawn l-organizzazzjonijiet u t-tħejjija ta’ rapporti li kellu jkun fihom rakkomandazzjonijiet dwar kif kellha tittejjeb il-funzjoni finanzjarja. Fl-2005, il-membri tal-professjoni tal-konsulenza tal-immaniġġjar fl-Irlanda ħatruni President tal-Istitut tal-Konsulenti tal-Immaniġġjar fl-Irlanda ((IMCI), wara li kont għamilt tliet snin inservi bħala t-Teżorier tal-Istitut. Matul dak iż-żmien, implimentajt żwieġ tal-IMCI u l-Istitut tal-Konsulenti tal-Kummerċ () li ġab flimkien iż-żewġ komponenti tal-professjoni tal-konsulenza tal-kummerċ fl-Irlanda.

Fis-sena 2000, ikkostabbilejt il-Ground Marketing Group, kumpanija li tipprovdi pariri dwar l-ikkummerċjar u għajnuna lil ditti kbar kemm Irlandiżi u kemm internazzjonali. Ir-rwol tal-kumpanija hu li tassisti lill-klijenti biex jikkomunikaw aħjar mal-udjenza klijentela tagħhom biex tinbena lealtà għan-negozju tagħhom għal żmien twil. Kont Direttur Maniġer ta’ din il-kumpanija sal-2006, f’liema żmien sirt President mhux eżekuttiv. Il-kumpanija kisbet suċċess konsiderevoli u rċeviet ħafna premjijiet immexxija mill-pari inkluż il-Grand Prix nazzjonali u Premju tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ikkummerċjar Promozzjonali (). Fl-2009, il-kumpanija saret parti mill-Aġenzija Internazzjonali tar-Reklamar, Havas Plc, u fil-preżent tikkummerċja taħt l-isem Ground 4D Ireland. Tlaqt minn kull pożizzjoni f’din il-kumpanija.

Bejn l-2006 u l-2008, servejt bħala Kap Eżekuttiv tal-Istitut tad-Diretturi fl-Irlanda, korp inkarigat mir-rappreżentanza tal-interessi kollettivi tal-mexxejja kummerċjali tal-Irlanda. F’dak ir-rigward, kelli interazzjoni mad-Dipartimenti tal-Gvern dwar kwistjonijiet bħal m’huma l-liġi tal-kumpaniji, it-tassazzjoni, il-liġi tal-kompetizzjoni u l-governanza korporattiva. Servejt fuq il-kumitat konsultattiv tal-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji u fuq il-Kumitat tal-Immaniġġjar taċ-Ċentru għall-Governanza Korporattiva (), stabbiliment edukattiv f’University College Dublin iddedikat għall-promozzjoni ta’ governanza korporattiva eċċellenti.

Inħtart membru tal-Kumitat tal-Verifika tal-An Garda Siochána (il-Forza tal-Pulizija tal-Irlanda), mill-Ministru għall-Ġustizzjoni f’Ottubru 2008 u maħtur mill-ġdid fl-2009. Kont responsabbli, flimkien ma’ erba’ kollegi, biex nissorvelja l-operazzjonijiet tal-unità tal-verifika interna, nistabbilixxi reġistru tar-riskji, nikkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-verifiki li jsiru u nirrapporta u nagħti pariri lill-Kummissarju tal-An Garda Siochana (il-Forza tal-Pulizija Irlandiża) dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi tal-Istat li kellu taħt il-kontroll tiegħu.

Ġejt maħtur mill-Gvern Irlandiż biex nintriga minn żewġ reviżjonijiet finanzjarji pubbliċi sinifikanti ta’ profil għoli, kif ġej:

Fl-1999, ġew stabbiliti mill-Gvern Irlandiż u dak Brittaniku sitt ‘Korpi ta’ Implimentazzjoni tat-Tramuntana/Nofsinhar’. Dawn il-‘Korpi ta’ Implimentazzjoni tat-Tramuntana/Nofsinhar’ għandhom responsabilitajiet transkonfinali eżekuttivi fl-oqsma tat-turiżmu, il-promozzjoni tal-kummerċ, il-promozzjoni tas-saħħa, l-iżvilupp tal-lingwa, l-implimentazzjoni tal-finanzjament mill-UE, l-ilmijiet navigabbli interni u ċerti oqsma tas-sajd. Dawn il-korpi għandhom status supranazzjonali, u jirrappurtaw lil ‘Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u n-Nofsinhar’ () kompost minn Ministri mill-Eżekuttiv tal-Irlanda ta’ Fuq u mill-Gvern Irlandiż. Fiż-żmien meta kien sar Ftehim ieħor, iffirmat St. Andrews, l-Iskozja, fl-2006 (Il-Ftehim ta’ St. Andrews’), il-partijiet ikkunsidraw li kellha ssir reviżjoni wiesgħa ħafna tal-effiċjenza u tal-valur għall-flus minfuqa ta’ kull wieħed mill-Korpi ta' Implimentazzjoni, flimkien ma’ eżami tal-każ għal Korpi bħal dawn addizzjonali. F’dak Irlanda-rigward, ġejt maħtur mill-Gvern Irlandiż, fl-2007, bħala konsulent espert għall-Grupp ta’ Reviżjoni fejn kelli mmexxi x-xogħol tar-reviżjoni. Ix-xogħol tagħna f’konnessjoni mal-eżami tal-effikaċja u l-valur għall-flus minfuqa tal-korpi eżistenti tlesta fl-2008 u dan ġie nnutat mill-Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar fil-laqgħa tiegħu f’Jannar 2009.

Fl-2008-2009, ġejt imqabbad minn żewġ Dipartimenti tal-Gvern Irlandiż biex nirrevedi l-effikaċja tal-għotjiet finanzjarji tal-Istat lil korp volontarju, il-Comhaltas Ceoltoiri Eireann li jippromwovi l-mużika, iż-żfin u l-lingwa Tradizzjonali Irlandiżi. L-Istat kien il-finanzjatur prinċipali tal-Programm ta’ Żvilupp tal-Comhaltas li kien jinvolvi somom aggregati konsiderevoli ta’ nfieq kapitali u kurrenti. Flimkien mar-rappurtar dwar kontrolli finanzjarji, il-volum tal-infiq u r-riżultati finanzjarji, Irlanda-rapport ikkummenta dwar u ppropona soluzzjoni għal kwistjoni ewlenija fi ħdan dik l-organizzazzjoni. Irlanda-rapport tiegħi ġie ppreżentat u ppubblikat fl-2009; is-soluzzjoni proposta ġiet aċċettata u qed tiġi implimentata.

Ikkwalifikajt bħala Avukat tal-Qrati Superjuri (Barrister - avukat Irlandiż) fl-2009 u minn dak iż-żmien nipprattika fl-oqsma tal-insolvenza korporattiva, il-liġi tal-kumpaniji, Irlanda-riżoluzzjoni ta’ tilwim korposattiv u t-tassazzjoni.

Attwalment (2010) qed nistudja għal Diploma fl-Insolvenza u r-Ristrutturar Korporattiv mas-Soċjetà tal-Liġi tal-Irlanda u biex insir Assoċjat tal-Assoċjazzjoni tal-Eżaminaturi Ċċertifikati tal-Frodi.

2. Liema kienu l-aktar tliet deċiżjoni importanti li fihom ipparteċipajt matul il-karriera professjonali tiegħek?

Matul il-karriera tiegħi, kont ipprivileġġjat li pparteċipajt fid-deċiżjonijiet sinifikanti li ġejjin:

Il-Grupp ta’ Reviżjoni ta’ St. Andrews

Il-Ftehim ta’ St. Andrews (imsemmi fil-Mistoqsija 1 hawn fuq) ġie miftiehem fl-2006 u fforma l-bażi tar-restawrazzjoni ta’ Eżekuttiv ta’ setgħa kondiviża (kompost minn Ministri) u Assemblea (komposta minn membri eletti b’mod dirett, li minnhom jintgħażlu l-Eżekuttiv) fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-Ftehim kien jipprovdi, inter alia, għat-twaqqif ta’ Grupp ta’ Reviżjoni biex jikkunsidra l-effiċjenza u l-valur għall-flus minfuqa tal-‘Korpi ta’ Implimentazzjoni tat-Tramuntana/Nofsinhar’ (imsemmija fil-Mistoqsija 1 hawn fuq) li kienu ġew stabbiliti seba’ snin qabel. Ġejt maħtur, fl-2007, mill-Gvern Irlandiż biex inkun membru ta’ tim ta’ erba’ persuni, li kien kompost minn membri ġejjin minn esperjenza politika differenti, u li kien inkarigat li jġib perspettiva indipendenti u imparzjali fl-evalwazzjoni tal-effiċjenza u l-valur għall-flus minfuqa ta' dawk il-Korpi. Wara xogħol estensiv, li kien jinvolvi laqgħat pubbliċi, laqgħat tal-immaniġġjar u reviżjoni dokumentarja, ir-rapport tagħna fuq l-aspetti tal-effiċjenza u l-valur għall-flus minfuqa ġie innotat mill-Kunsill Ministerjali tat-Tramuntana u n-Nofsinhar (Kunsill iffurmat minn Ministri mill-Gvern Irlandiż u l-Eżekuttiv tal-Irlanda ta' Fuq) f'Jannar 2009.

Żwieġ tal-Korpi ta’ Konsulenza tal-Immaniġġjar fl-Irlanda

Bħala President tal-Istitut tal-Konsulenti tal-Immaniġġjar fl-Irlanda (IMCI) mill-2005 sal-2006, kont inkarigat mill-Iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ żwieġ ma’ korp ieħor, l-Istitut tal-Konsulenti tal-Kummerċ. Ir-raġuni fundamentali wara dan iż-żwieġ kien li tinkiseb massa kritika u li jiġu kkumbinati flimkien ir-riżorsi finanzjarji u organizzazzjonali. Iż-żwieġ ġie implimentat waqt li jien kont fil-Kariga. L-Istitut ikkombinat huwa magħruf bħala l-Institute of Management Consultants and Advisors (IMCA).

Bejgħ tal-Ground Marketing Group

Fl-2009, negozju li fih jien kont azzjonist u President, Ground Marketing Group (Ground), fi transazzjoni finanzjarja koroporattiva sinifikanti, sar parti minn Havas Plc, aġenzija tar-reklamar internazzjonali kbira. Jien, flimkien ma’ kollegi, konna stabbilejna Ground fl-2000. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-kumpanija kienet kibret biex saret waħda mill-aġenziji tal-ikkummerċjar ewlenin tal-Irlanda. L-għażla tal-ftehim, il-konklużjoni tiegħu u kif inħadem kien ġrajja sinifikanti fil-karriera tiegħi.

Indipendenza

3. It-Trattat jistipula li l-Membri tal-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu ‘indipendenti għallkollox’ fil-qadi ta’ dmirijiethom. Kieku int, kif tapplika dan l-obbligu għad-dmirijiet prospettivi tiegħek?

Jien bi ħsiebni nimxi strettament mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat f’dan ir-rigward u mal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri li, inter alia, tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-idipendenza, u l-imparzjalità. Jekk jogħġbok irreferi wkoll għat-tweġibiet tiegħi għall-mistoqsijiet 4 sa 7.

.

4. Ġejt irrilaxxat mid-dmirijiet maniġerjali li kont twettaq preċedentement, f’każ li tapplika proċedura bħal din?

Jiena rriżenjajt mill-pożizzjonjiet tiegħi kollha fid-Direzzjoni tal-Kumpanija u mis-sħubija tiegħi fil-Kumitat tal-Verifika tal-An Garda Siochana (il-Forza tal-Pulizija Irlandiża). Għarraft lill-Gvern Irlandiż li m’iniex se nkun nista’ nkompli bl-involviment tiegħi mal-Grupp ta’ Reviżjoni ta’ St. Andrews.

5. Għandek xi attività finanzjarja jew ta’ negozju jew xi impenji oħra li jistgħu jidħlu f’kunflitt mal-inkarigi prospettivi tiegħek? Inti lest li tiżvela l-interessi finanzjarji tiegħek kollha, kif ukoll kull impenn ieħor tiegħek lill-President tal-Qorti, u li tagħmilhom pubbliċi? F’każ li inti għaddej minn xi proċedimenti legali, tista’ tagħti dettalji dwarhom?

M’għandi l-ebda attività finanzjarja jew ta’ negozju jew xi impenji oħra li jistgħu jidħlu f’ kunflitt mal-inkarigi ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Jiena lest li niżvela l-interessi finanzjarji tiegħi kif ukoll l-impenji l-oħra tiegħi lill-President tal-Qorti u li nagħmilhom pubbliċi kemm-il darba nintalab li nagħmel dan mill-Membri tal-Qorti. Jiena midħla tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri f’dan ir-rigward u se nikkonforma għalkollox miegħu.

Ma jien involut fl-ebda proċediment legali.

6. Inti lest li tirrinunzja kull kariga eletta jew kull funzjoni attiva b’responsabilitajiet f’partit politiku wara l-ħatra tiegħek bħala Membru tal-Qorti?

M'għandi l-ebda kariga eletta jew xi funzjoni attiva f'partit politiku.

7. Kieku kif tindirizza każ gravi ta’ irregolarità jew saħansitra frodi u/jew każ ta’ korruzzjoni li fih ikunu involuti atturi fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħek?

Kieku jien nittratta każijiet li jkunu jinvolvu atturi fl-Irlanda bl-istess mod li bih kont nittratta każijiet li jikkonċernaw kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE. Qabel xejn, nirrapporta s-sejbiet tiegħi lill-President tal-Qorti. Il-Manwal tal-Verifika tal-Qorti jispjega b’mod ċar il-proċeduri tat-trattament tas-sitwazzjoni meta jkunu ssuspettati irregolaritajiet maġġuri u frodi u/jew korruzzjoni waqt li tkun għaddejja verifika u dawn ikunu segwiti. Il-pajjiż ikkonċernat ma jkollu l-ebda impatt fuq kif il-kwistjoni tiġi ttrattata minni. Bħala prinċipju, il-każijiet suspettati ta’ frodi eċċ., ladarba jkunu skoperti, jiġu rrappurtati lill-OLAF, skont linji gwida tal-Qorti ddefiniti b’mod ċar. L-OLAF imbagħad iwettaq investigazzjoni sħiħa, jekk ikun hemm evidenza suffiċjenti biex din issir. Kemm-il darba ma jkollhiex effett negattiv fuq ix-xogħol tal-OLAF, il-verifika tista’ tkompli għaddejja bil-mod normali. Filwaqt li niżgura li l-proċeduri tal-Manwal tal-Verifika ġew rispettati, jekk tinqala’ s-sitwazzjoni indikata minn din il-mistoqsija, jien nitlob lill-President iqis il-possibilità li jaħtar Membru ieħor biex jieħu l-verifika f’idejh hu.

Twettiq ta’ dmirijiet

8. X’għandhom ikunu l-karatteristiċi ewlenin ta’ kultura ta’ mmaniġġjar finanzjarju sod fi kwalunkwe servizz pubbliku?

.

Responsabilità (rendikontabilità) u t-trasparenza vis-à-vis dak li jħallas it-taxxa hija l-ewwel obbligu essenzjali għal organizzazzjoni pubblika. Fi ħdan l-organizzazzjoni, biex ikun żgurat valur għall-flus minfuqa għal min iħallas it-taxxa (i.e. immaniġġjar finanzjarju sod), huma essenzjali l-elementi li ġejjin:

· Missjoni, viżjoni, valuri u strateġija li jkunu definiti b’mod ċar

· Allokazzjoni ċara tar-responsabilitajiet

· Proċeduri li jkunu definiti b’mod ċar

· Sistema ta’ kontroll intern lit kun rikonoxxuta u effettiva

· Staff li jkun motivat, kapaċi u bl-esperjenza u li jkollu ħafna għarfien

· Komunikazzjoni effettiva internament u mal-partijiet interessati

· Ftuħ għal tibdil u żvilupp.

Jien osservajt li dawn l-elementi kollha jeżistu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

9. Skont it-Trattat, il-Qorti għandha tassisti lill-Parlament fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu ta’ kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit. Kif tiddeskrivi l-funzjonijiet tiegħek fir-rigward tar-rappurtar lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġita tiegħu, b’mod partikulari?

Huwa d-dmir tal-Qorti li tassisti lill-Parlament Ewropew u li tirrapporta lilu dwar ir-riżultati ta’ xogħolha. Tkun l-intenzjoni tiegħi, jekk il-Parlament jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nomina tiegħi, li nassisti lill-Qorti sal-massimu biex twettaq dan id-dmir billi:

· nipparteċipa bis-shiħ fix-xogħol tal-Qort tat-tħejjija tar-rapporti Annwali u Speċjali u Opinjonijiet u fix-xogħol ta’ infurmar tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar dan;

· inżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit mgħarraf rigward verifiki li għalihom inkun responsabbli;

· inkun disponibbli għall-membri tal-Kumitat biex inwieġeb mistoqsijiet, nipprovdi tagħrif u nisma’ kwistjonijiet li l-membri jkunu jixtiequ li jqajmu.

10. X’taħseb li huwa l-valur miżjud tal-verifika tal-prestazzjoni u kif għandhom ir-riżultati jiġu inkorporati fl-immaniġġjar?

Il-verifika tal-prestazzjoni tivvaluta kemm il-flus ikunu ġew minfuqa b’mod effiċjenti u effettiv, jekk l-għanijiet ta’ dik in-nefqa jkunux intlaħqu fil-limitu ta’ żmien ippjanat u jekk in-nefqa kinitx imwettqa bl-aktar mod ekonomiku possibbli. Hija distinta mill-verifiki finanzjarji u ta’ konformità li jiffokaw fuq jekk ir-regolamenti relevanti kinux rispettati jew le. Hija tikkonċerna bażikament il-‘valur għall-flus minfuqa’.

Il-verifiki tal-prestazzjoni jidentifikaw oqsma fejn jistgħu jsiru titjibiet biex ikun żgurat li n-nefqa jkollha l-impatt mixtieq għall-aktar prezz raġonevoli. Dan huwa l-valur miżjud tagħhom. Matul is-snin, ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew, mexxew lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sistemi u l-proċeduri tagħha. Ir-Rapport Speċjali tal-2008 dwar l-Assistenza Teknika fil-Kuntest tal-Iżvilupp tal-Kapaċità huwa eżempju tajjeb ta' dan. Fid-dawl tal-verifika tal-Qorti u l-preokkupazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni (Europe Aid) daħħlet strateġija dettaljata biex tirrimedja n-nuqqasijiet enfasizzati fir-rapport. Il-Qorti, meta jkun il-waqt, se jkollha bżonn issegwi r-rapport tagħha b’verifika oħra biex tara kif, fil-prattika, saru titjibiet fil-qasam tal-assistenza teknika lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Is-segwitu tal-verifiki huwa importanti fil-kuntest tal-iżgurar ta’ valur miżjud.

Biex ikun hemm valur miżjud ġenwin, il-verifiki tal-prestazzjoni jridu jkunu relevanti u f’waqthom. F’dan il-kuntest huwa importanti li jkun hemm djalogu miftuħ u onest bejn l-awditur u min ikun qed jiġi vverifikat. L-awditur jeħtieġ li jkun jaf b’mod ċar x’inhu dak li qed jiġi vverifikat u għaliex, jekk għandha sseħħ koperazzjoni effettiva. L-awditur, min-naħa l-oħra, jista’ jibbenefika mill-għarfien espert ta’ dak li jkun qed jiġi vverifikat kif ukoll mill-għarfien ta’ dan dwar dgħufijiet jew nuqqasijiet eżistenti fil-qasam li għandu jiġi vverifikat. Huwa għalhekk li l-Qorti, issa għal ħafna snin, għandha politika ta’ dak li ssejjaħ ‘approċċ mingħajr sorpriżi’ ma’ dawk li hija tivverifika. Milli nista’ nara mill-kwalità tar-Rapporti Speċjali f’dawn l-aħħar snin din l-istrateġija wriet li hi effettiva.

11. Kif tista' tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri, l-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Verifika u l-Parlament Ewropew (Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit) fir-rigward tal-verifika tal-baġit tal-UE?

Hemm koperazzjoni għadha għaddejja bejn il-Qorti u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fejn il-Qorti tgħarraf b’mod regolari lill-Kumitat bil-programm ta’ ħidma ppjanat tagħha u bir-riżultati tal-verifiki tagħha. Il-Qorti, barra minn hekk, tqis il-fehmiet tal-Kumitat, b’mod partikolari r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tiegħu meta tkun qed tqis verifiki ġejjiena. Biex l-effikaċja tal-koperazzjoni tiġi massimizzata huwa essenzjali, madankollu, li jseħħ djalogu miftuħ u onest bejn il-membri tal-Kumitat u l-Membri tal-Qorti. Din hija ħaġa li jien impenjat għaliha kompletament.

Hemm għaddejja koperazzjoni wkoll bejn il-Qorti u l-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Verifika (INV) permezz tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Presidenti tal-Qorti u l-Presidenti tal-INV. Mil-lat prattiku l-INV huma mgħarrfa, inter alia, bil-programm ta' ħidma tal-Qorti u jiġu avżati minn qabel rigward kull verifika u fl-istess ħin jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-verifika jekk ikunu jixtiequ. Il-Kumitat ta’ Kuntatt huwa mgħejun minn kumitat ta’ Uffiċċjali ta’ Kollegament mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati. Il-Qorti u l-INV għandhom irwoli distinti u huma indipendenti imma huwa importanti li tiġi stabbilita bażi għal koperazzjoni aktar mill-qrib bir-rispett dovut għall-indipendenza reċiproka tagħhom. F’dan il-kuntest, sirt naf li qed iseħħ xogħol sinifikanti fil-livell ta’ grupp ta’ ħidma tal-Kumitat ta’ Kuntatt dwar standards komuni tal-verifika u kriterji komparabbli tal-verifika fil-kuntest tal-UE. Dan il-grupp ta’ ħidma, li bħala President tiegħu hemm il-Qorti, għandu l-għan li jiżviluppa standards komuni tal-verifika u kriterji komparabbli tal-verifika bbażati fuq standards tal-verifika rikonoxxuti internazzjonalment imfassla għaż-żona tal-UE. Li kieku standards u kriterji komuni kellhom jiġu applikati lill-verifika tal-fondi tal-UE kemm fil-livell nazzjonali u kemm fil-livell tal-UE, kien ikun possibbli għall-Qorti li taħdem jerġa’ aktar mill-qrib mal-INV meta tkun qed twettaq il-verifiki tagħha. Dan l-aħħar il-Qorti nidiet proġett pilota għal verifika koordinata ma’ tliet INV fil-kuntest tad-DAS u r-riżultati se jkunu partikolarment utli biex jiġi ddeterminat kif il-koperazzjoni bejn l-INV u l-Qorti tista’ ssir iktar effettiva.

Il-Qorti tal-Awdituri hija f’kuntatt ukoll ma' għadd kbir ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-verifika li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, hija tipparteċipa fil-ħidma tal-INTOSAI, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet tal-Verifika Supremi, u tal-EUROSAI, l-entità Ewropea ekwivalenti tagħha, li l-Qorti għenet biex tiġi ffundata u tikkontribwixxi għall-gruppi ta’ ħidma tagħhom.

Id-Dikjarazzjonijiet Nazzjonali huma elementi utli għall-verifika tal-Qorti imma ma jistgħux jeħdulha postha peress li jridu jitqiesu mill-awditur estern aktar fin-natura ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ mmaniġġjar. Huma, madankollu, jikkostitwixxu rikonoxximent importanti tal-fatt li l-Istati Membri huma responsabbli mill-ħarsien u l-użu xieraq tal-fondi tal-UE li jgħaddu minn idejhom. Biex id-Dikjarazzjonijiet Annwali tal-Istati Membri jkunu tassew utli u effettivi l-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li jiġu applikati lilhom standards u kontrolli komuni. Bl-istess mod, jeħtieġ li tkompli ssir aktar armonizzazzjoni fir-rigward tas-Sommarji Annwali (tal-verifiki) li għandhom il-potenzjal li jkunu arma utli ħafna fl-armerija tal-kontroll intern tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni li se ssir dalwaqt tar-Regolament Finanzjarju hija opportunità biex isir provvediment biex ikun żgurat li d-Dikjarazzjonijiet Nazzjonali u s-Sommarji Annwali jkollhom impatt massimu fil-kuntest tas-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni.

Hemm djalogu miftuħ u għaddej kontinwament bejn il-Qorti u l-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Verifika u qed jittieħdu passi, kif ġie spjegat hawn fuq, biex tinkiseb l-armonizzazzjoni tal-prattiki u l-proċeduri tal-verifika fir-rigward tal-verifika tal-fondi tal-UE. Hemm ukoll djalogu miftuħ u għaddej kontinwament bejn il-Qorti u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Kif issemma aktar kmieni, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-verifiki tagħha, il-Qorti tqis il-preokkupazzjonijiet espressi mill-Kumitat. Barra minn hekk hija żżomm lill-Kumitat mgħarraf bir-riżultati tax-xogħol tagħha.

Il-qofsa meħtieġa huma diġà bil-lest għal koperazzjoni li tipproduċi riżultati tajba. Rieda tajba u impenn minn kull naħa jassiguraw suċċess. Il-Kumitat jista’ jassigura ruħu mir-rieda tajba u l-impenn tiegħi f’dan il-kuntest.

Mistoqsijiet oħra

12. Lest li tirtira l-kandidatura tiegħek jekk l-opinjoni tal-Parlament dwar il-ħatra tiegħek bħala Membru tal-Qorti ma tkunx favorevoli?

Jekk il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq dmirijietha b'mod effettiv fl-interessi taċ-ċittadini tal-UE, għandu jkollha l-fiduċja tar-rappreżentanti eletti tagħhom fil-Parlament Ewropew. Jekk xi Membru tal-Qorti ma jkollux dik il-fiduċja, jiddgħajjef il-korp kollu kemm hu. Peress li nemmen bis-sħiħ fir-rwol tal-Qorti fil-kontribut tagħha għad-difiża tal-valuri demokratiċi tal-Unjoni Ewropea, insibha diffiċli kieku li jkolli sehem fi kwalunkwe ħaġa li tista’ ddgħajjef l-impatt tal-Qorti. Għalhekk, jekk jagħti l-każ li l-opinjoni tal-Parlament dwar il-kandidatura tiegħi ma tkunx waħda favorevoli, jien nitlob lit-Taoiseach (Prim Ministru) biex jikkunsidra mill-ġdid in-nomina tiegħi.

.

25 ta’ Frar 2010


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Edit Herczog, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Markus Pieper

Avviż legali - Politika tal-privatezza