RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/ KEE, 71/349/ KEE, 74/148/ KEE, 75/33/ KEE, 76/765/ KEE, 76/766/ KEE u 86/217/ KEE dwar il-metroloġija
19.3.2010 - (COM(2008)0801 – C7‑0467/2008 – 2008/0227(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Anja Weisgerber
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/ KEE, 71/349/ KEE, 74/148/ KEE, 75/33/ KEE, 76/765/ KEE, 76/766/ KEE u 86/217/ KEE dwar il-metroloġija
(COM(2008)0801 – C7-0467/2008 – 2008/0227(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0801),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0467/2008),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
- wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2009[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7‑0050/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-progress tekniku u l-innovazzjoni fir-rigward tal-istrumenti ta’ kejl koperti mid-Direttivi li se jiġu rrevokati huwa assigurat fil-prattika jew b’applikazzjoni volontarja tal-istandards internazzjonali u Ewropej li ġew żviluppati jew bl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw speċifikazzjonijiet ġodda bħal dawn. Barra minn hekk, il-moviment ħieles fi ħdan is-suq intern tal-prodotti kollha kkonċernati minnhom huwa assigurat bl-applikazzjoni sodisfaċenti tal-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE u tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. |
(5) Il-progress tekniku u l-innovazzjoni fir-rigward tal-istrumenti ta’ kejl koperti mid-Direttivi li se jiġu rrevokati se jkunu assigurati fil-prattika jew b’applikazzjoni volontarja tal-istandards internazzjonali u Ewropej li ġew żviluppati jew bl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw speċifikazzjonijiet ġodda bħal dawn jew b’konformità mal-prinċipji ta’ leġiżlazzjoni aħjar, billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet addizzjonali fid-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istrumenti ta’ kejl1. Barra minn hekk, il-moviment ħieles fi ħdan is-suq intern tal-prodotti kollha kkonċernati minnhom huwa assigurat bl-applikazzjoni sodisfaċenti tal-Artikoli 34 sa 36 tat-Trattat KE u tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. |
|
____________________ 1 ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiġi evitata kull inċertezza legali, qed tiġi introdotta hawn il-possibilità ta’ inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirreferu għall-istrumenti tal-kejl koperti mid-Direttivi li qed jiġu rrevokati fid-Direttiva ġenerali dwar l-istrumenti ta’ kejl (2004/22/KE). | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Ir-revoka tad-Direttivi ma għandhiex twassal għal ostakli ġodda lill-moviment ħieles jew għal piżijiet amministrattivi addizzjonali. Ir-revoka tad-Direttivi ma għandhiex twassal għal ostakli ġodda lill-moviment ħieles jew għal piżijiet amministrattivi addizzjonali. Barra minn dan, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà, mhemm ebda evidenza ta’ ħtieġa komuni għal livell ogħla ta’ protezzjoni lill-konsumatur. |
(6) Ir-revoka tad-Direttivi ma għandhiex twassal għal ostakli ġodda lill-moviment ħieles jew għal piżijiet amministrattivi addizzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux rilevanti. La r-revoka u lanqas it-tibdil tal-isem tad-Direttivi ma huma ser isaħħu l-livell komuni ta' ħarsien tal-konsumaturi. Dan jista' jseħħ biss jekk jiġu aġġustati. | |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Id-Direttiva 71/349/KEE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-revoka tat-tmien Direttivi x'aktarx twassal għal żieda ta' piżjiet amministrattivi addizzjonali minħabba li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jdaħħlu dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-istrumenti ta' kejl koperti mid-Direttivi rrevokati. Hu biss rigward id-Direttiva dwar il-Kalibrar tat-tankijiet ta' bastimenti li maġġoranza ċara tal-Istati Membri wriet li dan it-tip ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ma kinux previsti. Għalhekk hi biss id-Direttiva 71/349/KEE li tista' tiġi rrevokata minnufih. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Id-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE għandhom għaldaqstant jiġu rrevokati. |
(7) Id-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE għandhom jiġu rrevokati biss wara li jiġi vvalutat jekk l-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE għandux jiġi estiż sabiex tinkludi l-istrumenti ta' kejl koperti mid-Direttivi li għandhom jiġu rrevokati. Il-Kummissjoni għandha twettaq din il-valutazzjoni b'mod parallel mar-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE skont l-Artikolu 25 tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/22/KE, id-Direttiva ġenerali dwar l-Istrumenti ta' Kejl (MID) tikkonċerna "Klawsola ta' reviżjoni" fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrapporta, qabel it-30 ta' April 2011, dwar l-implimentazzjoni tal-MID u, fejn hu meħtieġ, tressaq proposta għall-emendi. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jistgħu jindikaw liema dispożizzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa għall-istrumenti ta' kejl koperti mid-Direttivi li qegħdin jiġu rrevokati. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu –1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu -1 |
|
Id-Direttiva 71/349/KEE hija rrevokata b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2011. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni tal-premessa 6a (ġdida). | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Id-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE jiġu rrevokati mill-1 ta’ Jannar 2010. |
Id-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE jiġu rrevokati mill-1 ta’ Mejju 2014. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom jingħataw aktar żmien biex jinvestigaw jekk ir-revoka tad-Direttivi hijiex ser twassal għal inċertezza legali li twassal għall-ħtieġa ta' armonizzazzjoni Ewropea tar-regoli. Għalhekk, se tiġi rrevokata Direttiva waħda issa, bis-seba' Direttivi l-oħra revokati ukoll, iżda biss wara li ssir analiżi tal-konsegwenzi possibbli fil-kuntest ta' valutazzjoni aktar wiesgħa tal-istrument legali bażiku fil-qasam tad-"Direttiva tal-Istrumenti ta' Kejl” (2004/22/KE). Għalhekk hu tajjeb li d-data tar-revoka għas-seba’ Direttivi tiġi ffissata minn qabel sabiex tippermetti lill-koleġiżlaturi jieħdu pożizzjoni differenti fil-kuntest ta’ kull reviżjoni tad-Direttiva 2004/22. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1a |
|
Sat-30 ta’ April 2011, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, tevalwa jekk l-istrumenti ta’ kejl koperti bid-direttivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhomx jiġu inklużi fl-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tinkludi magħhom, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva għal dak il-għan. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda tal-Premessa 7. L-iskadenza taqbel mal-Artikolu 25 tal-MID. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-(31 ta’ Diċembru 2009) il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-11 ta’ Jannar 2010. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta’ April 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2014. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istati Membri għandhom jingħataw aktar żmien biex jinvestigaw jekk ir-revoka tad-Direttivi hijiex ser twassal għall-inċertezza legali li toħloq il- ħtieġa ta' armonizzazzjoni Ewropea tar-regoli. Għalhekk ser tiġi rrevokata Direttiva waħda issa, bis-seba' Direttivi l-oħra jiġu revokati ukoll, iżda biss wara li ssir analiżi tal-konsegwenzi possibbli fil-kuntest ta' valutazzjoni aktar wiesgħa tal-istrument legali bażiku fil-qasam tad-"Direttiva tal-Istrumenti ta' Kejl” (2004/22/KE). Għalhekk hu xieraq li d-data tar-revoka għas-seba’ Direttivi tiġi ffissata minn qabel sabiex tippermetti lill-koleġiżlaturi jieħdu opinjoni differenti fil-kuntest ta’ kull reviżjoni tad-Direttiva 2004/22. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-approvazzjonijiet tal-mudell tal-KEE u ċ-ċertifikati tal-KEE maħruġa sal-(31 ta’ Diċembru 2009) skont id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibqgħu validi. |
1. L-approvazzjonijiet tal-mudell tal-KEE u ċ-ċertifikati tal-KEE maħruġa sal-31 ta’ Diċembru 2009 skont id-Direttiva 71/349/KEE msemmija fl-Artikolu -1 għandhom jibqgħu validi. |
|
2. L-approvazzjonijiet tal-mudell tal-KEE u ċ-ċertifikati tal-KEE maħruġa sat-30 ta’ April 2014 skont id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibqgħu validi. |
- [1] ĠU C 277, 17.11.2009, p. 49.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-proposta tikkonċerna r-revoka ta' tmien Direttivi tal-Kunsill dwar il-metroloġija f'sitt setturi, bil-għan li jiġi ssimplifikat l-acquis tal-Liġi Ewropea:
- Id-Direttiva 75/33/KEE dwar il-Meters tal-Ilma Kiesaħ għall-Ilma Mhux Nadif;
- id-Direttivi 76/765/KEE u 76/766/KEE dwar il-Meters tal-Alkoħol u t-Tabelli tal-Alkoħol;
- id-Direttivi 71/317/KEE u 74/148/KEE dwar l-Użin ta’ Preċiżjoni Medju u Ogħla mill-Medju rispettivament;
- id-Direttiva 86/217/KEE dwar il-Gauges tal-Pressjoni tat-Tajer għall-Vetturi bil-Mutur;
- id-Direttiva 71/347/KEE dwar il-Massa Standard taċ-Ċereali;
- id-Direttiva 71/349/KEE dwar il-Kalibrar tat-Tankijiet ta’ Bastimenti.
Rapporteur dwar din il-Pożizzjoni
Ir-rapporteur jiffavorixxi l-għan ġenerali ta' regolamentazzjoni aħjar. Madankollu mhuwiex ċar liema tista' tkun l-aħjar għażla dwar din il-proposta. Fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li meta tikkunsidra l-possibilitajiet differenti rigward dawn it-tmien Direttivi dwar il-metroloġija (revoka sħiħa, revoka b'kundizzjonijiet, ma tagħmel xejn), "ma tispikka l-ebda għażla". Madankollu, minħabba raġunijiet ta' regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni tippreferi r-revoka sħiħa tad-Direttivi kollha (u sserraħ fuq l-għarfien reċiproku tar-regolamentazzjoni nazzjonali) aktar milli l-armonizzazzjoni (jiġifieri regolamentazzjoni mill-ġdid tal-MID).
Ir-rapporteur hu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar żmien biex jinvestigaw jekk ir-revoka tad-Direttivi hijiex ser twassal għall-inċertezza legali li toħloq il- ħtieġa ta' armonizzazzjoni Ewropea tar-regoli. Għalhekk ir-rapporteur jagħżel soluzzjoni fejn id-Direttivi kollha jiġu revokati, iżda li tipprovdi wkoll ħin biżżejjed biex issir analiżi tal-konsegwenzi possibbli fil-kuntest ta' valutazzjoni aktar wiesgħa tal-istrument legali bażiku fil-qasam tad-"Direttiva tal-Istrumenti ta' Kejl" (2004/22/KE).
Pożizzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni tipproponi li tirrevoka dawn it-tmien Direttivi dwar il-Metroloġija, għaliex għadda żmienhom u jistgħu jiġu rrevokati għal raġunijiet ta' regolamentazzjoni aħjar. Il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-possibilità li testendi l-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE sabiex tinkludi xi wħud mill-istrumenti mit-tmien direttivi. Madankollu kkonkludiet li m'hemmx ħtieġa ta' armonizzazzjoni peress li s-sitwazzjoni attwali ta' rikonoxximent reċiproku ta' regoli nazzjonali bbażata fuq standards internazzjonali qed taħdem tajjeb. Ma jidher li hemm l-ebda problemi għall-moviment ħieles u ma teżisti l-ebda ġustifikazzjoni għal ħtieġa komuni għal livell ogħla ta' ħarsien tal-konsumaturi. B'żieda ma' dan, hu mistenni li numru sostanzjali ta' Stati Membri ser jużaw l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/22/KE u ser jagħżlu li ma jipparteċipawx fl-armonizzazzjoni. B'hekk, l-estensjoni tal-ambitu tal-MID mhijiex meħtieġa.
Il-Pożizzjoni tal-Kunsill
Filwaqt li hemm appoġġ wiesa' fil-Kunsill għall-objettiv ta' simplifikazzjoni tal-acquis tal-liġi tal-UE, jidher li hemm tħassib ġenerali li r-revoka ta' dawn it-tmien Direttivi tista' twassal għal vojt legali fl-Istati Membri sakemm issir r-reviżjoni skedata tal-MID.
IL-PROĊEDURA
Titolu |
Revoka tad-direttivi dwar il-metroloġija |
|||||||
Referenzi |
COM(2008)0801 – C6-0467/2008 – 2008/0227(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
3.12.2008 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 19.10.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 19.10.2009 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 28.9.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Anja Weisgerber 14.9.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
2.9.2009 |
29.9.2009 |
6.10.2009 |
8.2.2010 |
||||
Data tal-adozzjoni |
17.3.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 3 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Kurt Lechner, Toine Manders, Gianni Pittella, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Laurence J.A.J. Stassen, Catherine Stihler, Róża Gräfin Von Thun Und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Cornelis de Jong, Ashley Fox, Jacek Olgierd Kurski, Antonyia Parvanova, Sylvana Rapti, Wim van de Camp, Anja Weisgerber |
|||||||