RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
22.3.2010 - (COM(2009)0197 – C7‑0101/2009 – 2009/0059(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Helmut Scholz
Rapporteur għal opinjoni (*):
Barbara Lochbihler, Kumitat għall-Affarijiet Barranin
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
(COM(2009)0197 – C7‑0101/2009 – 2009/0059(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (KUMM(2009)0197),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0101/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 207(2) u 209(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0052/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Iqis il-proposta kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013; ifakkar, madankollu, li l-approprjazzjonijiet annwali għall-perjodu 2010-2013 se jiġu deċiżi mill-awtorità baġitarja bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW FL-EWWEL QARI
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207(2) u 209(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[1],
Billi:
(1) Sa mill-2007 il-Komunità ssimplifikat il-kooperazzjoni ġeografika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Amerika Latina u mal-Iraq, l-Iran, il-Jemen u l-Afrika t’Isfel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp[2] (DCI).
(2) L-għan primarju u dominanti tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 hu l-qerda tal-faqar permezz tat-twettieq tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju. L-iskop tal-kooperazzjoni għal programmi ġeografiċi mal-pajjiżi, territorji u reġjuni li qed jiżviluppaw li huma stabbiliti taħt dak ir-Regolament hu limitat aktar b’mod materjali għal miżuri ta' finanzjament maħsubin biex jissodisfaw il-kriterji għal Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (GPI) stipulati mill-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (KGI/OKEI).
(3) Huwa fl-interess tal-Unjoni li tintensifika r-relazzjonijiet tagħha aktar mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ikkonċernati, li huma sieħba bilaterali importanti u atturi importanti f’fora multilaterali u fil-governanza globali li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta' rabtiet diversifikati, b’mod partikolari f’oqsma bħal skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, ta’ negozju u xjentifiċi. Hi għalhekk għandha bżonn strument finanzjarju li jippermetti l-finanzjament ta’ miżuri bħal dawn, li min-natura tagħhom, ma jikkwalifikawx bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvillupp (ODA) skont il-kriterji definiti mill-OECD (il-kriterji tal-ODA), iżda li għandhom importanza deċiżiva f'termini tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet u fl-għoti ta' kontribut importanti għall-promozzjoni tal-progress u l-iżvilupp tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati.
(4) Għal dak il-għan, erba’ Azzjonijiet Preparatorji ġew imħejjija fil-proċeduri tal-baġit tal-2007 u l-2008 sabiex tinbeda tali kooperazzjoni msaħħa skont punt (b) tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3] (ir-Regolament Finanzjarju); skambji ta’ negozju u xjentifiċi mal-Indja; skambji ta’ negozju u xjentifiċi maċ-Ċina; kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ pajjiżi bi dħul medju fl-Asja; u kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina. Taħt l-istess Artikolu tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura leġiżlattiva, flimkien mal-Azzjonijiet Preparatorji, għandha tiġi konkluża qabel it-tmien tat-tielet sena finanzjarja.
(5) L-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006[4] huma adattati biex naslu għall-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-iskop ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u sabiex jiġi pprovdut pakkett finanzjarju sabiex ikopri l-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
(5a) Bit-twessigħ tal-medda ġeografika tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati huma koperti b'żewġ strumenti differenti tal-finanzjament tal-azzjoni esterna. Għandu jkun żgurat li ż-żewġ strumenti ta' finanzjament jibqgħu għal kollox separati minn xulxin. Miżuri li jissodisfaw il-kriterji ODA se jiġu ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, waqt li r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 se jkopri biss miżuri li ma jissodisfawx dawn il-kriterji. Barra minn hekk, hu meħtieġ li jkun żgurat li dawk il-pajjiżi li qabel kienu koperti bir-Regolament (KE) Nru 1934/2006, jiġifieri l-pajjiżi u r-reġjuni industrijalizzati kif ukoll pajjiżi u reġjuni oħrajn bi dħul għoli, ma jispiċċawx żvantaġġati, speċjalment mil-lat finanzjarju, bit-twessigħ tal-medda ġeografika ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.
(5b) Minħabba li l-kriżi ekonomika ħolqot tensjoni baġitarja estrema fl-Unjoni Ewropea kollha, u li t-twessigħ propost jikkonċerna pajjiżi li f'ċerti każijiet laħqu livell ta' kompetittività komparabbli ma' dak tal-Unjoni u livell ta' għajxien medju qrib dak ta' ċerti Stati Membri, l-għajnuna tal-UE għandha tkun proporzjonali għall-isforzi li jsiru min-naħa tal-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna biex jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u biex jipparteċipaw fit-temma tal-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra.
(6) Ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna identifikat inkonsistenzi fid-dispożizzjonijiet li jeskludu spejjeż relatati ma’ taxxi, dazji jew ħlasijiet oħra bħala ineliġibbli. Sabiex ikun hemm konsistenza, qed jiġi propost li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati mal-istrumenti l-oħra.
(6a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' programmi ta' kooperazzjoni pluriennali, għaliex dawn il-programmi jissupplementaw ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u huma ta' applikazzjoni ġenerali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) It-titolu tar-Regolament jinbidel b'dan li ġej:
"Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, u mal-pajjiżi industrijalizzati li huma fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006, għall-attivitajiet għajr għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.”.
(2) L-Artikolu 1 jinbidel b' dan li ġej:
“Artikolu 1
L-għan
1. Il-finanzjament Komunitarju skont dan ir-Regolament għandu jsostni kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja ▌, teknika, kulturali u akkademika fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4, li jaqgħu fi ħdan l-isferi ta' kompetenza tagħha, ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli elenkati fl-Anness I, u ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jaqgħu taħt Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp* elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament (minn hawn 'il quddiem "pajjiżi msieħba"). Dan ir-Regolament għandu jservi biex jiffinanzja miżuri li ma jissodisfawx il-kriterji għal Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbiliti mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OKEI/KGI).
2. L-għan primarju ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi msieħba ▌għandu jkun li jipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet u li jkun hemm impenn aktar magħhom fuq bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali sabiex jinħoloq ambjent aktar favorevoli u trasparenti għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba u jiġi nkoraġġut id-djalogu kostruttiv u jingħata kontribut għall-progress u l-proċessi ta' żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi msieħba ▌waqt li jiġu promossi l-interessi reċiproċi, jiġifieri l-promozzjoni tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, tal-istat tad-dritt, tax-xogħol deċenti, tal-governanza tajba, u tal-konservazzjoni tal-ambjent.
_________
* ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.”.
(3) L-Artikolu 2 jinbidel b' dan li ġej:
“Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi msieħba għandha tkun immirata biex isir impenn ma' msieħba b'ekonomiji jew industrijalizzati jew hekk imsejħa emerġenti, jew li qegħdin jiżviluppaw, sabiex jitjieb id-djalogu u t-tqarrib lejn xulxin u biex jaqsmu u jippromwovu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili u biex iżidu l-kooperazzjoni u l-iskambji ma' msieħba u atturi bilaterali stabbiliti jew dejjem aktar importanti f'fora multilaterali u fil-governanza globali. Il-kooperazzjoni tkopri wkoll imsieħba fejn il-Komunità tixtieq tippromwovi l-valuri tagħha ta' demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali skont il-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilita fit-Trattat.
2. F'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex tkun żgurata l-koerenza u l-effikaċja tal-għajnuna Komunitarja u sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi meta tkun qed tadotta l-programmi annwali ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 6 li pajjiżi mhux elenkati fl-Annessi huma eliġibbli għall-miżuri skont dan ir-Regolament, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta' natura reġjonali jew transkonfinali. Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal dan fil-programmi ta' kooperazzjoni multiannwali msemmija fl-Artikolu 5.
2a. Il-Kummissjoni għandha temenda l-listi fl-Annessi I u II skont reviżjonijiet regolari tal-OKEI/KGI tal-lista tagħha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan”.
2b. Għall-finanzjament tal-UE skont dan ir-Regolament, għandha tingħata attenzjoni partikolari fejn xieraq għall-konformità tal-pajjiżi msieħba mal-istandards ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u għall-isforzi tagħhom biex isegwu t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra.
2c. Fir-rigward tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II, il-koerenza politika mal-miżuri ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw *għandha titħares b’mod strett.
__________
* ĠU L 354, 31.12.2008, p. 62.".
(3a) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
"1. L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt u tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn għal dawk il-prinċipji fil-pajjiżi msieħba permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni.".
(3b) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
"3. Miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti ma' u jkopru oqsma ta' kooperazzjoni mniżżla partikolarment fl-istrumenti, fil-ftehim, fid-dikjarazzjonijiet u fil-pjanijiet ta' azzjoni, bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba kif ukoll oqsma li jappartjenu għall-interessi u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Komunità.".
(3c) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:
"4. Għall-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-Komunità għandha timmira li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Komunità, b’mod partikulari l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Dan għandu jiġi żgurat bil-formulazzjoni tal-politika, tal-ippjanar strateġiku u l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri.".
(3d) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:
"5. Miżuri ffinanzjati skont dan ir-Regolament għandhom jikkumplimentaw, u jġibu valur miżjud lill-isforzi meħuda mill-Istati Membri u korpi pubbliċi Komunitarji […] fil-qasam tar-relazzjonijiet kummerċjali u skambji kulturali, akkademiċi u xjentifiċi.".
(3e) Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:
"5a. Il-Kummissjoni għandha tinforma u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari mal-Parlament Ewropew.".
(3f) Fl-Artikolu 4, il-parti introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:
"Il-finanzjament Komunitarju għandu jappoġġja azzjonijiet ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 1 u għandu jkun konsistenti mal-iskop ġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament. Il-finanzjament Komunitarju għandu jkopri azzjonijiet li ma jissodisfawx il-kriterji għall-ODA, li jistgħu jinkludu dimensjoni reġjonali, fl-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:".
(3g) Fl-Artikolu 4, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:
"(1) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni, sħubiji u intrapriżi konġunti bejn atturi ekonomiċi, soċjali, kulturali, akkademiċi u xjentifiċi fil-Komunità u l-pajjiżi msieħba;".
(3h) Fl-Artikolu 4, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:
"(2) l-istimolu ta' kummerċ bilaterali, flussi ta' investiment u sħubijiet ekonomiċi, b'attenzjoni speċjali għall-SMEs;".
(3i) Fl-Artikolu 4, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
"(3) il-promozzjoni ta' djalogi bejn l-atturi politiċi, ekonomiċi [...], soċjali u kulturali u organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi f'setturi rilevanti fil-Komunità u fil-pajjiżi msieħba;".
(3j) Fl-Artikolu 4, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:
"(4) il-promozzjoni ta' rabtiet bejn persuna u oħra, partikolarment fil-livell ta' familja, programmi ta' edukazzjoni u taħriġ u skambji intelletwali u t-tisħiħ ta' fehim reċiproku bejn il-kulturi, inklużi miżuri biex jiżguraw u jżidu l-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus u l-parteċipazzjoni fil-fieri tal-edukazzjoni Ewropej;".
(3k) Fl-Artikolu 4, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:
"(5) il-promozzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni f'oqsma bħar-riċerka, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-isport u l-kultura, l-enerġija li tiġġedded, kwistjonjiet ta' trasport [...], l-ambjent – inkluż it-tibdil fil-klima, id-dwana [...], kwistjonijiet finanzjarji, legali u dwar id-drittijiet tal-bniedem, u kwalunkwe kwistjoni oħra ta' interess reċiproku bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba;".
(3l) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
"2. Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali m'għandhomx ikopru aktar mill-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament. Għandhom jistabbilixxu l-interessi u l-prijoritajiet speċifiċi, il-miri ġenerali u r-riżultati mistennija tal-Komunità. B'mod partikulari fir-rigward tat-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus, il-programmi għandhom jimmiraw għall-kopertura ġeografika l-iktar bilanċjata possibbli. Għandhom jistabbilixxu wkoll l-oqsma magħżula għall-finanzjament mill-Komunità u jiddiskrivu fil-qosor l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva ta' fondi, globalment, għal kull qasam ta' prijorità u għal kull pajjiż imsieħeb jew grupp ta' pajjiżi msieħba għall-perjodu kkonċernat. Fejn xieraq dan jista' jingħata fil-forma ta' marġni. Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali għandhom jiġu riveduti f'nofs it-terminu, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.".
(3m) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
"3. Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali u kwalunkwe reviżjoni tagħhom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14a.".
(3n) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
"1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' azzjoni annwali bbażati fuq il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5 u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin b'dan.".
(3o) Fl-Artikolu 7, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:
"1a. Miżuri koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja*, ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà**, jew ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, u eliġibbli għall-finanzjament skont dawn ir-regolamenti m'għandhomx ikunu ffinanzjati skont dan ir-Regolament.
1b. L-assistenza Komunitarja taħt dan ir-Regolament m'għandhiex tintuża sabiex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon, u operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.
_________
* ĠU L 163, 2.7.1996. p. 1.
** ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.".
(4) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“3. Finanzjament Komunitarju m'għandux, bħala prinċipju, jintuża biex jitħallsu taxxi, dazji jew spejjeż fil-pajjiżi msieħba.”
(4a) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
"3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' appoġġ mhux koperti mill-programmi pluriennali ta' kooperazzjoni u għandha tinforma fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.".
(4b) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
"1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa [...] l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati skont dan ir-Regolament regolarment, fejn hu xieraq jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti, biex taċċerta jekk l-objettivi ġewx milħuqa jew jekk ma jkunux intlaħqu, il-punt sa fejn dawn ikunu ġew irrealizzati, kif ukoll jekk kinux sodisfaċenti l-effikaċja tan-nefqa għall-miżuri ffinanzjati mill-Komunità u l-impatt ta' dawk il-miżuri. Fuq il-bażi ta' dawn l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb tat-titjib ta' operazzjonijet futuri. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.".
(4c) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:
"2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 (1) għall-informazzjoni.".
(4d) L-Artikolu 14 jinbidel b' dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jniżżel ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi kollha ffinanzjati u, safejn ikun possibbli, jindika r-riżultati u l-impatti ewlenin tal-azzjonijiet u l-programmi ta' kooperazzjoni.".
(4e) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 14a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħat li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħat li tadotta atti ddelegati huma kkonferiti fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14b u 14c.".
(4f) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 14b
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tirrevokax id-delega ta’ setgħa għandha tfittex li tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.".
(4g) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 14c
Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat f'perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, it-tnejn, ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att iddelegat.".
(5) L-Artikolu 16 jinbidel b' dan li ġej:
“Artikolu 16
Dispożizzjonijiet finanzjarji
L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2007 sal-2013 għandu jkun ta’ EUR 172 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I u EUR 176 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II. L-approprjazzjonijiet annwali għall-perjodu 2010-2013 se jkunu deċiżi mill-awtorità baġitarja bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità baġitarja informazzjoni dettaljata fuq il-linji kollha tal-baġit u l-approprjazzjonijiet annwali li għandhom jintużaw għall-finanzjament tal-miżuri skont dan ir-Regolament. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Għandu jkun żgurat ukoll li l-pajjiżi u r-reġjuni industrijalizzati kif ukoll il-pajjiżi u r-reġjuni bi dħul għoli elenkati fl-Anness I ma jiġux żvantaġġati bl-applikazzjoni ta' dan ir-regolament għall-pajjiżi msieħba msemmija fl-Anness II.
L-approprjazzjonijiet ipprogrammati biex jintużaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ma għandhomx jintużaw għal dan l-iskop."
(6) Fl-Anness, it-titlu jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS I – Lista ta’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli koperti minn dan ir-Regolament”.
(7) Jiżdied l-Anness II il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
Anness
“ANNESS II
Lista ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw koperti minn dan ir-Regolament
Amerika Latina
1. L-Arġentina
2. Il-Bolivja
3. Il-Brażil
4. Iċ-Ċilì
5. Il-Kolombja
6. Il-Kosta Rika
7. Kuba
8. L-Ekwador
9. El Salvador
10. Il-Gwatemala
11. Il-Ħonduras
12. Il-Messiku
13. In-Nikaragwa
14. Il-Panama
15. Il-Paragwaj
16. Il-Perù
17. L-Urugwaj
18. Il-Venezwela
Asja
19. L-Afganistan
20. Il-Bangladexx
21. Il-Butan
22. Il-Kambodja
23. Iċ-Ċina
24. L-Indja
25. L-Indoneżja
26. Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
27. Il-Laos
28. Il-Malasja
29. Il-Maldive
30. Il-Mongolja
31. Il-Mjanmar/Burma
32. In-Nepal
33. Il-Pakistan
34. Il-Filippini
35. Is-Sri Lanka
36. It-Tajlandja
37. Il-Vjetnam
Asja Ċentrali
38. Il-Kazakistan
39. Ir-Repubblika Kirgiża
40. It-Taġikistan
41. It-Turkmenistan
42. L-Uzbekistan
Lvant Nofsani
43. L-Iran
44. L-Iraq
45. Il-Jemen
Afrika t’Isfel
46. L-Afrika t’Isfel"
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
L-għan tal-finanzjament Komunitarju skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament ICI") huwa li jappoġġja l-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, kif ukoll ir-riċerka u l-iskambji akkademiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità.
Bħala l-Kumitat responsabbli għar-"relazzjonijiet ekonomiċi esterni [tal-Unjoni]", inklużi "relazzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u kummerċjali ma' pajjiżi terzi" (jiġifieri ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw u mhux), il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) kien il-Kumitat responsabbli wkoll meta kien adottat ir-Regolament ICI oriġinali, fatt li jippermetti lill-INTA mhux biss li janalizza din il-proposta tal-Kummissjoni fid-dettal, iżda wkoll li jqis kuntest storiku u istituzzjonali iktar wiesa'.
Il-proposta tal-Kummissjoni għal emenda tar-Regolament ICI (COM(2009)0197/2) qed issir sabiex testendi b'mod sinifikanti l-ambitu ġeografiku tar-Regolament ICI biex jinkludi wkoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw (elenkati fl-Anness tal-proposta) u konsegwentement il-qafas finanzjarju ġenerali jiżdied b'mod sinifikanti.
Għalkemm il-bidliet proposti mill-Kummissjoni jistgħu jidhru ftit f'termini formali, dawn huma sostanzjali minħabba li r-referenzi attwali kollha għall-pajjiżi msieħba (li s'issa jkopru biss il-pajjiżi u t-territorji industrijalizzati u bi dħul għoli), inkluża l-evalwazzjoni kwalitattiva tagħhom, ikunu jinkludu wkoll il-pajjżi li qed jiżviluppaw elenkati.
Kopertura ġeografika iktar wiesgħa
Din l-estensjoni tal-kopertura ġeografika tirrappreżenta opportunità, għaliex programmi li bħalissa huma ffinanzjati skont ir-Regolament ICI jistgħu jiġu estiżi għal pajjiżi oħra. Madankollu - meta wieħed iqis il-lista tal-pajjiżi li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu mwessa' tar-Regolament ICI - din tirrappreżenta wkoll sfida kbira u għalhekk huwa importanti li jkun ċar ħafna lil min jista' jingħata dan il-finanzjament, għal xiex u skont liema kundizzjonijiet.
Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha (mehmuż mal-proposta ta' emenda) il-Kummissjoni ssostni li "Huwa fl-interess tal-Komunità li tintensifika aktar ir-relazzjoni tagħha ma’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li huma anke atturi importanti fl-ekonomija dinjija, bħal eżempju l-Indja, iċ-Ċina, il-Brażil u l-Messiku. L-interessi tal-Komunità jmorru wkoll lil hinn mill-eradikazzjoni tal-faqar f’reġjuni bħal Asja Ċentrali u Lvant Nofsani" u "il-parti l-kbira tal-Asja u l-Amerika Latina, kif ukoll l-Afrika t’Isfel, jikkonsistu wkoll minn pajjiżi bi dħul medju interessati li jipparteċipaw fi skambji... mal-Unjoni Ewropea".
L-ewwel nett, din il-ġustifikazzjoni speċifika hija inkluża biss fil-memorandum ta' spjegazzjoni u mhux fit-test leġiżlattiv innifsu, fejn anke l-premessi huma pjuttost ġenerali. Skont it-test attwali tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ICI "Il-kooperazzjoni għandha tkun immirata biex isir impenn ma' msieħba li jaqsmu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili għall-Komunità u li huma msieħba u atturi bilaterali importanti f'fora multilaterali u fil-governanza globali", it-test jgħid ukoll li l-kooperazzjoni tkopri wkoll pajjiżi msieħba "li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta’ rabtiet". Ir-Regolament ta' emenda jipproponi biss bidliet formali (iżda mhux sostanzjali) għal dik id-dispożizzjoni.
It-tieni nett, il-lista tal-pajjiżi li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu mwessa' tar-Regolament ICI hija ħafna itwal, ma tirrappreżentax grupp omoġenju u rridu nistaqsu lilna nfusna jekk dawk il-pajjiżi kollha (pereżempju r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Mjanmar/Burma u l-Iran, biex insemmu biss xi ftit) hux verament "jaqsmu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili għall-Komunità". U jekk ma jaqsmux dawn l-istrutturi u l-valuri, alluri xi jkun l-"interess strateġiku" tal-Komunità li jiġġustifika li nimpenjaw ruħna għall-kooperazzjoni mill-qrib magħhom u b'hekk ninkluduhom fl-ambitu tar-Regolament ICI. Fl-istess ħin, l-inklużjoni tal-pajjiżi fl-Anness ma tfissirx awtomatikament li jingħatalhom finanzjament, filwaqt li l-esklużjoni ta' pajjiż mil-lista jeskludi anke l-possibbiltà ta' kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni skont dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom għalissa ma pproponiex l-esklużjoni ta' pajjiżi partikolari mil-lista. Minflok, ir-rapporteur tagħkom jipproponi li jiċċara l-intenzjoni tal-finanzjament tal-kooperazzjoni ma' dawn il-pajjiżi, jiġifieri l-promozzjoni tar-rispett għad-dinjità umana, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li huma parti minn minoranzi.
Preżunt li l-finanzjament teoretikament jista' jingħata lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw kollha elenkati fl-Anness II, huwa importanti ħafna li jkun żgurat li aħna ma nagħmlux kompromessi fir-rigward tal-prinċipji fundamentali tal-UE. Fil-fatt, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 181a(1) tat-Trattat KE (li fuqu huwa bbażat ir-Regolament ICI oriġinali) jistipula li "Il-politika tal-Komunità f’dan il-qasam [ta' miżuri ekonomiċi, finanzjarji u ta’ kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi] għandha tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u konsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u għall-fini li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali". Għalhekk l-importanza ta' dawk il-prinċipji ġiet iktar enfasizzata kemm billi ġew miżjuda t- taħt l-objettiv ta' dan ir-Regolament u billi t-test tar-Regolament tqarreb dejjem iktar għal dak tat-TFUE.
Madankollu, il-Kummissjoni teħtieġ li tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill b'informazzjoni aktar dettaljata u strutturata dwar l-ipprogrammar u r-riżultati li għandhom jissarrfu fi proġetti u programmi aktar trasparenti, effikaċi u effiċjenti.
Finanzjament addizzjonali
Sabiex takkomoda l-kopertura ġeografika akbar, hemm żieda sostanzjali prevista fir-riżorsi baġitarji impenjati għall-ICI. Il-finanzjament totali għal dawk il-pajjiżi addizzjonali huwa previst għal total ta' EUR 176 miljun. Fil-punt 4.1.1. tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tal-Kummissjoni (mehmuża mal-proposta ta' emenda) kien iddikjarat li "L-EUR 108.5 miljun l-ieħor se jiġi ffinanzjat permezz tal-allokazzjoni mill-ġdid mill-pakketti ġeografiċi DCI korrispondenti". Għalkemm dan ma jifformax parti mit-test leġiżlattiv, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-inklużjoni ta' dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw m'għandha taħt l-ebda ċirkostanza ssir a skapitu tal-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li l-Parlament għandu jkollu d-dettalji kollha tal-approprjazzjonijiet annwali għall-finanzjament tal-ICI fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, sabiex ikun jista' jeżerċita fis-sħiħ il-kompetenzi tiegħu bħala awtorità baġitarja. L-ICI ud-DCI għandhom jibqgħu strettament separati, sew fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati kif ukoll tas-sorsi ta' finanzjament. Dan l-approċċ għandu jinftiehem mill-Kummissjoni u l-Kunsill bħala l-pożizzjoni ġenerali tal-Parlament għal kwalunkwe tfassil mill-ġdid possibbli fil-ġejjieni tal-istrumenti ta' kooperazzjoni esterna tagħha skont it-Trattat ta' Lisbona u l-prospettiva finanzjarja li jmiss.
Emendi oħra
Emendi oħra mressqa mir-rapporteur tagħkom jistgħu jkunu mqassra f'żewg kategoriji prinċipali: l-ewwel nett, biex jittejjeb l-involviment tal-Parlament fl-ipprogrammar u l-iskrutinju tiegħu ta' dan l-istrument; u t-tieni nett, sabiex tkun iċċarata u msaħħa l-proposta u biex il-fondi limitati disponibbli jintużaw biex jippremjaw pajjiżi li qed jistinkaw għall-progress globali soċjali u ambjentali.
Ir-rapporteur tagħkom jemmen li r-rwol tal-Parlament għandu jissaħħaħ fir-rigward tal-involviment tiegħu fl-ipprogrammar, l-evalwazzjoni u r-rappurtar. Huwa importanti li l-Parlament ikun involut aktar fit-tfassil u r-reviżjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali, inkluż bil-poter li joġġezzjona għal dawn il-proposti jekk ikun meħtieġ, u hu għal din ir-raġuni li l-"atti ddelegati" (Artikolu 290 tat-TFUE) ġew introdotti għall-adozzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali. Huwa importanti li l-Parlament ikun aġġornat u jirċievi programmi ta' azzjoni, rapporti annwali dettaljati u evalwazzjonijiet.
Diversi emendi ġew introdotti sabiex jiċċaraw għal xiex jista' jintuża dan l-istrument ta' finanzjament. F'dan ir-rigward it-test sar iktar konċiż u kienu stipulati ċerti limiti għall-qafas ta' azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati skont dan ir-regolament. B'analoġija mar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 xi finanzjament għandu jkun eskluż. U fl-aħħar iżda mhux l-inqas, hemm xi emendi mmirati għall-ħolqien ta' rabta eqreb bejn il-kwistjonijiet koperti fil-fażi tal-ipprogrammar (u l-eżekuzzjoni) sabiex tkun żgurata reviżjoni kif suppost.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (2.3.2010)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
(COM(2009)0197 – C7–0101/2009 – 2009/0059(COD))
Rapporteur għal opinjoni(*): Barbara Lochbihler(*) Proċedura mal-Kumitati assoċjati – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Introduzzjoni
Lejn tmiem is-sitt leġiżlatura, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kien stieden lill-Kummissjoni Ewropea biex toħloq strument addizzjonali li jkopri l-attivitajiet ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw li ma jidħlux fl-ambitu tal-Istrument ta' Kooperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI). Billi d-DCI hu limitat għal attivitajiet ikkaratterizzati bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), kien hemm vojt legali għall-attivitajiet ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma bbażati fuq interess reċiproku bħal skambji kulturali u akkademiċi, skambji dwar it-teknoloġija, djalogu politiku u appoġġ għall-midja, fost oħrajn.
Sabiex ma jkunx hemm bosta strumenti marbuta ma' relazzjonijiet esterni, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kien ippropona li l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (ICI) eżistenti (ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006) jinbidel fi "Strument għall-Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar attivitajiet li ma jidħlux fl-ODA".
Bażi legali
Il-Kummissjoni ħarġet bi proposta għal regolament li jemenda (l-"ICI+") (COM(2009)197 finali), li kien ġie riferit lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat ta' tmexxija għal raġunijiet storiċi, billi kien il-kumitat ta' tmexxija dwar id-dossier oriġinali tal-ICI. Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin talab l-istatus ta' kumitat assoċjat, skont l-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, fuq il-bażi li l-istrument il-ġdid ma kienx se jkun biss mod kif tissewwa ommissjoni fl-istrument oriġinali iżda wkoll, u b'mod sinifikanti, issa kien se jsir strument ta' politika barranija għar-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi fl-Asja, fl-Amerika Latina u fil-Lvant Nofsani.
Fil-proposta l-ġdida tagħha, il-Kummissjoni qiegħda testendi l-ambitu ġeografiku tas-17-il pajjiż oriġinali bi dħul għoli għal 46 pajjiż ieħor koperti mir-Regolament DCI u tipproponi li bejn wieħed u ieħor tirdoppja l-ammont ta' referenza għal kooperazzjoni bħal din minn EUR 172 miljun għal EUR 348 miljun għall-perjodu 2010-2013.
Fl-1 ta' Diċembru 2009, it-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ u l-bażi legali applikabbli għall-istrument il-ġdid kellha tiġi emendata. Bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat il-ġdid, dak li kien l-Artikolu 181a (issa l-Artikolu 212) qiegħed jinbidel biex ikopri biss l-attivitajiet marbuta mal-pajjiżi industrijalizzati. Billi bis-sura l-ġdida tal-ICI aktar minn żewġ terzi tal-pajjiżi sħab se jkunu pajjiżi li qed jiżviluppaw, żdiedu żewġ bażijiet legali oħrajn: kooperazzjoni fl-iżvilupp (Artikoli 208/9) u l-politika dwar il-kummerċ (Artikoli 206/7). Infatti, l-ebda waħda mit-tliet bażjiet legali ma tikkorrispondi eżatt għat-tip ta' attivitajiet li suppost għandhom ikunu koperti b'dan l-istrument il-ġdid, minħabba li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, mhux biss inbidlet l-importanza tal-Artikolu 212, iżda l-Artikoli 208/9 tfasslu mill-ġdid ukoll. Il-mitigazzjoni tal-faqar issa saret l-"għan ewlieni" tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp. Filwaqt li l-"mitigazzjoni tal-faqar" fil-qafas tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) hija evidentement l-għan ewlieni tad-DCI "il-kbir", l-ICI iż-"żgħir" b'sura oħra suppost li għandu jkopri l-attivitajiet li ma jidħlux fl-ODA u li huma ta' interess komuni bejn l-Ewropa u l-pajjiżi sħab. L-ispirtu tal-Artikoli 208/9 għalhekk ikun qiegħed jiġi ssodisfat jekk l-Istrument DCI u l-ICI (b'sura ġdida) jitqiesu bħala żewġ partijiet ta' ħaġa waħda.
Fin-nuqqas ta' soluzzjoni aħjar, is-servizzi legali tat-tliet istituzzjonijiet qablu li jaċċettaw il-bażi legali tripla u r-rapporteur qiegħed jissuġġerixxi li għandha tkun segwita l-proposta tal-Kummissjoni.
Komitoloġija
Fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittjiet tal-Bniedem (EIDHR), l-Istrument ta' Kooperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI) u l-Istrument ta' Stabilità (IfS), il-Kumitati AFET u DEVE diġà wrew il-fehma li dokumenti ta' strateġija u/jew programmi indikattivi pluriennali għandhom jitqiesu bħala "atti ddelegati" skont l-Artikolu 290. Il-Kumitat INTA mistenni jadotta l-istess linja dwar l-ICI b'sura ġdida. Is-servizz legali tal-Parlament jaqbel ma' din il-pożizzjoni, filwaqt li s-servizzi legali taż-żewġ istituzzjonijiet l-oħrajn, kif kien mistenni, ma qablux. B'hekk il-Parlament ikollu s-setgħa li joġġezzjona għall-abbozzi ta' programmi ta' kooperazzjoni pluriennali li jiġu proposti (jew għar-reviżjoni tagħhom), jekk ikun meħtieġ. Fir-rigward tal-ICI b'sura ġdida, għandna ningħaqdu ma' strumenti oħrajn u nitolbu status ta' "att iddelegat" għall-programmi pluriennali (l-aktar meta jitqies li r-Regolament dwar l-ICI innifsu huwa ġenerali ħafna). Għandhom isiru trijalogi konġunti bil-għan li jinstab ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill rigward din il-kwistjoni orizzontali speċifika, u dan għandu jsaħħilna l-pożizzjoni u l-kapaċità fin-negozjati.
Pakkett finanzjarju
Minbarra l-EUR 172 miljun previsti għall-istrument ICI oriġinali, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li jiżdiedu EUR 176 miljun għall-pajjiżi l-ġodda (Anness II). B'xorti ħażina, dawn il-pakketti mhux kollha jaqblu mal-proporzjonijiet tal-pajjiżi koperti fir-regolament il-ġdid, bil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jinsabu fl-Anness II jirrappreżentaw żewġ terzi tal-pajjiżi kollha u l-pajjiżi bi dħul għoli, min-naħa l-oħra, jonqsu għal terz tat-totalità. Nittamaw li dan jiġi indirizzat meta r-regolament jasal biex jiġi rivedut.
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tittrasferixxi EUR 108,5 miljun mill-EUR 176 miljun maħsuba għall-pajjiżi tal-Anness II mid-DCI. Ir-rapporteur jaqbel mal-pożizzjoni tar-rapporteur tal-Kumitat INTA u mal-Kumitat DEVE li ma għandux ikun hemm trasferiment ta' fondi mid-DCI.
Emendi
a) Titolu
Minħabba l-ambitu mibdul tal-politika tal-istrument ICI rivedut, it-titolu għandu jinbidel. Fl-emenda 4, ir-rapporteur qiegħed jipproponi li l-istrument il-ġdid ikun magħruf bħala "strument ta' finanzjament għal kooperazzjoni ma' pajjiżi fil-Lvant Nofsani, fl-Asja, fl-Amerika ta' Fuq u t'Isfel kif ukoll fl-Afrika t'Isfel". Il-verżjoni mqassra tista' tkun: MAAS.
b) Estensjoni tal-ambitu
Il-karatteristika tal-istrument qiegħda tinbidel minn għodda li essenzjalment tgħin biex jitjiebu r-rabtiet ekonomiċi u kummerċjali ma' ċerti pajjiżi bi dħul għoli għal strument ta' politika barranija li fih il-biċċa l-kbira tas-sħab fil-kooperazzjoni huma pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-proporzjon huwa ta' terz pajjiżi bi dħul għoli u industrijalizzati (Anness I fir-Regolament propost[1]) għal żewġ terzi pajjiżi li qed jiżviluppaw (Anness II fir-Regolament propost[2]). L-attivitajiet għandhom għalhekk jinkludu l-kooperazzjoni kulturali u akkademika, minbarra l-kooperazzjoni ekonomika. Minn issa 'l quddiem, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw (Anness II) se jkunu jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-"pajjiżi sħab", filwaqt li l-lista antika ta' pajjiżi industrijalizzati u bi dħul għoli se tonqos għal anqas minn terz tat-total. Dawn il-prijoritajiet ġodda għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar fit-test u l-emendi 5, 6, 7, 9, 10, 11, 12 jissuġġerixxu l-estensjoni tal-ambitu tar-regolament.
c) L-ebda duplikazzjoni mal-Istrument ta' Kooperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI)
Hu importanti li ssir distinzjoni ċara bejn id-DCI, li jiffinanzja l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), u l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati rivedut MAAS (il-Lvant Nofsani, l-Asja, l-Amerika ta' Fuq u t'Isfel, l-Afrika t'Isfel) li bħalissa qiegħed ikun eżaminat, li għandu jkopri l-kooperazzjoni b'interess reċiproku u b'mod ċar li ma tmissx mal-ODA. L-emenda 5 għandha l-għan li tiżgura li waħda ma tirkibx fuq l-oħra.
d) "Atti ddelegati"
L-emendi 3, 13, 15, 16, 17 u 18 huma marbuta mal-kwistjoni tal-"atti ddelegati" u qegħdin jiddaħħlu bl-istess sura fl-istrumenti finazjarji l-oħrajn kollha li qegħdin jiġu riveduti. L-emendi 13, 15 u 16 jintroduċu talba li l-programmi ta' azzjoni annwali għandhom jintbagħtu fl-istess ħin lill-Kunsill u lill-Parlament, bħala informazzjoni.
e) L-ebda operazzjoni b'implikazzjonijiet militari jew ta' difiża
L-emenda 14 tadatta l-Istrument MAAS għan-normi tad-DCI biex il-qasam tad-difiża jiġi eskluż b'mod espliċitu mis-sensiela sħiħa ta' miżuri ta' kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Ċitazzjoni 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Bidla tal-bażi legali u aġġornament wara t-Trattat ta' Lisbona. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
(5) L-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli1 huma xierqa sabiex titkompla din il-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-iskop ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru.1934/2006 u sabiex jiġi pprovdut pakkett finanzjarju sabiex ikopri l-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
(5) L-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli1, kif emendati hawn taħt, huma xierqa sabiex titkompla din il-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-iskop ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru.1934/2006 u sabiex jiġi pprovdut pakkett finanzjarju sabiex ikopri l-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-għanijiet u l-ambitu tar-Regolament tal-2006 nbidlu b'mod konsiderevoli. M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq l-istess strument. Mingħajr referenza ċara għall-fatt li d-dispożizzjonijiet qegħdin jiġu emendati, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq ma tkunx korretta. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||
|
|
(6a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' programmi ta' kooperazzjoni pluriennali, għaliex dawn il-programmi jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u huma ta' applikazzjoni ġenerali. | |||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Test standard dwar l-atti ddelegati. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Titolu | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Ħtieġa ta' titolu ġdid biex ikopri l-ambitu aktar wiesa' tar-Regolament il-ġdid. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-istrument mibdul għandu jinkludi wkoll il-kooperazzjoni kulturali u akkademika. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jkunu l-maġġoranza tal-"pajjiżi sħab"; il-lista antika tal-pajjiżi industrijalizzati u bi dħul għoli issa tgħodd anqas minn terz tat-total tal-pajjiżi. Dawn il-prijoritajiet ġodda għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar. Jeħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn id-DCI, li jiffinanzja l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), u l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati MAAS (il-Lvant Nofsani, l-Asja, l-Amerika ta' Fuq u t'Isfel u l-Afrika t'Isfel) li għadu kemm ġie rivedut u li għandu jkopri l-kooperazzjoni b'interess reċiproku u li ma tidħolx b'mod ċar fl-ODA. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 1 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-użu ta' "pajjiżi sħab" huwa marbut mal-Emenda 5. L-ambitu tal-istrument jinbidel minn "li jiġu promossi l-interessi Komunitarji" għal strument li jipprovdi għal attivitajiet fl-interess kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-pajjiżi sħab. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Twessigħ tal-ambitu – il-lista tinftiehem weħidha. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 2 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Ara l-Emenda 5. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4 – punt 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
L-attivitajiet kulturali u dawk li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent għandhom jiżdiedu fl-ambitu ta' dan l-istrument. (It-tibdil fl-oqsma stabbiliti fl-istrument oriġinali huwa bil-korsiv). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4 – punt 2 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Minħabba li nbidel l-għadd ta' pajjiżi sħab, l-attivitajiet iffinanzjati għandu jkollhom valur miżjud ċar għaż-żewġ naħat. (It-tibdil fl-oqsma stabbiliti fl-istrument oriġinali huwa bil-korsiv). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 4 – punt 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Għandha tiżdied il-kooperazzjoni "kulturali" (it-tibdil fl-oqsma stabbiliti fl-istrument oriġinali huwa bil-korsiv). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 d (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 | ||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4 – punt 5 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Żdiedu oqsma ewlenin oħrajn ta' kooperazzjoni potenzjali. (It-tibdil fl-oqsma stabbiliti fl-istrument oriġinali huwa bil-korsiv). | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 e (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 6 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 f (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Għall-konsistenza mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 9 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 b (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 14 a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Test standard dwar l-atti ddelegati. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 c (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Article 14 b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Test standard dwar l-atti ddelegati. | ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 d (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 14 c (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Test standard dwar l-atti ddelegati. | ||||||||||||||||||||||||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
Stabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006) |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0197 – C7–0101/2009 – 2009/0059(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 14.9.2009 |
|
|
|
||||
|
Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
11.2.2010 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Barbara Lochbihler 16.9.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
29.9.2009 |
10.11.2009 |
3.12.2009 |
27.1.2010 |
||||
|
|
23.2.2010 |
|
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
23.2.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
57 1 2 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Arnaud Danjean, Mário David, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Andrzej Grzyb, Heidi Hautala, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Zoran Thaler, Johannes Cornelis van Baalen, Kristian Vigenin, Graham Watson |
|||||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Charalampos Angourakis, Elena Băsescu, Malika Benarab-Attou, Marielle De Sarnez, Lorenzo Fontana, Roberto Gualtieri, Georgios Koumoutsakos, Barbara Lochbihler, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Luis Yáñez-Barnuevo García |
|||||||
|
Sostituti (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bas Eickhout |
|||||||
- [1] L-Awstralja, il-Baħrejn, il-Brunej, il-Kanada, it-Tajpej Ċiniża (għalkemm m'hemmx relazzjonijiet diplomatiċi jew politiċi mat-Tajpej Ċiniża, isiru kuntatti intensivi u dawn għandhom ikomplu fl-oqsma tal-ekonomija, il-kummerċ, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-istandards u n-normi u dwar għadd ta' suġġetti oħrajn), Ħong Kong, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Kuwajt, il-Makaw, in-New Zealand, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, Singapor, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti
- [2] L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, Kuba, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela, l-Afganistan, il-Bangladexx, il-Butan, il-Kambodja, iċ-Ċina, l-Indja, l-Indoneżja, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar/il-Burma, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, is-Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Kazakistan, ir-Repubblika Kirgiża, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Uzbekistan, l-Iran, l-Iraq, il-Jemen, l-Afrika t'Isfel
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (4.3.2010)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli
(COM(2009)0197 – C7‑0101/2009 – 2009/0059(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Nirj Deva
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Parlament, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ skrutinju demokratiku tiegħu fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jaqgħu taħt l-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), enfasizza b’mod konsistenti li l-objettiv primarju tar-Regolament (KE) 1905/2006 huwa l-qerda tal-faqar u li l-miżuri kollha inklużi fil-programmi ġeografiċi tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp għandhom jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbiliti mill-Kumitat tal-Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC). Il-Parlament adotta ħames riżoluzzjonijiet fejn oġġezzjona għal abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni marbuta mal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp minħabba li kien fihom azzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp[1], u minħabba hekk fondi li kienu allokati għall-qerda tal-faqar u l-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju kienu qed jiġu devjati lejn objettivi oħrajn.
Huwa mifhum li l-proposta tal-Kummissjoni hija reazzjoni diretta għall-ħidma mwettqa mill-Parlament fl-iskrutinju tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, u għaldaqstant din il-proposta qed tintlaqa’ b’sodisfazzjon kbir. L-għan tal-proposta huwa li tinħoloq bażi legali ġdida sabiex il-Komunità Ewropea tkun tista’ tiffinanzja azzjonijiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ta’ importanza strateġika u politika iżda li ma jissodisfawx il-kriterji tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp.
Minkejja dan, hemm problema fir-rigward tas-sors ta’ finanzjament. Il-proposta tipprova talloka mill-ġdid EUR 108.5 miljun mill-pakketti ġeografiċi korrispondenti tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, kif spjegat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva. Meta l-Parlament u l-Kunsill qablu dwar il-baġit ipprogrammat fl-ambitu tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, dan sar bil-fehim li dawn il-fondi kienu se jintużaw f’konformità mal-objettivi u l-kriterji stipulati fl-istrument finanzjarju rispettiv. Il-ħolqien ta’ bażi legali ġdida ma jiġġustifikax li dawn il-fondi, li kienu allokati b’mod ċar għall-iżvilupp, ikunu devjati għal objettivi politiċi oħrajn.
B’mod ġenerali, il-fondi tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE diġà jinsabu taħt pressjoni minħabba l-effetti tal-kriżi ekonomika. Hemm riskju serju li l-mira tal-għajnuna kollettiva tal-UE ta’ 0.56% tad-dħul gross nazzjonali sal-2010 ma tintlaħaqx, u dan iwassal għal lakuna serja fil-finanzjament għall-pajjiżi l-aktar fqar u li għandhom bżonn l-iżjed din l-għajnuna. F’dan il-kuntest, jidher ċar ukoll li jkun inaċċettabbli li jitnaqqas il-baġit tal-koperazzjoni għall-iżvilupp fil-livell Ewropew.
L-għanijiet tal-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati skont l-istrument ta’ finanzjament emendat (Strument għal Pajjiżi Industrijalizzati – ICI) fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mhumiex maħsuba b’mod dirett biex jeradikaw il-faqar, u lanqas ma jissodisfaw il-kriterji għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.
Għalhekk għandu jintuża finanzjament alternattiv bħal, pereżempju, mill-marġini fl-Intestatura 4 tal-Qafas Finanzjarju. Dan il-prinċipju qed jiġi espress f’Emenda 7.
Għandu jiġi żgurat li l-miżuri maħsuba għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw
- jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali (Emendi 1, 3, 5, 6)
- ikunu koerenti mal-programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE fil-pajjiżi kkonċernati (Emendi 2, 4).
Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandu impatt ewlieni fuq l-emenda tar-Regolament ICI (Strument għal Pajjiżi Industrijalizzati).
L-ewwel nett, issa tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li għandha konsegwenzi għad-drittijiet li għandu jgawdi minnhom il-Parlament fil-kontroll demokratiku tal-programmazzjoni. Ir-Rapporteur huwa tal-ħsieb li l-miżuri skont l-Istrument għal Pajjiżi Industrijalizzati ICI+ imsemmija fl-Artikolu 5 (programmi ta' kooperazzjoni pluriennali) għandhom jitqiesu li huma atti ddelegati (l-Artikolu 290 TFUE), li jagħtu d-dritt ta’ veto lill-Parlament u għalhekk jagħtuh poteri aktar b’saħħithom milli kellu skont il-proċedura ta’ komitoloġija li kienet tiġi applikata qabel. Ir-rapporteur għadu ma pproponiex emendi speċifiċi dwar din il-kwistjoni minħabba li din tidħol fil-kompetenza tal-kumitat ta’ tmexxija. Madankollu jikkunsidra li l-Kumitat responsabbli għall-Istrument għal Pajjiżi Industrijalizzati għandu jqis l-inklużjoni tal-Artikolu 290 bħala kundizzjoni biex il-Parlament japprova r-Regolament emendat.
It-tieni nett, il-bażi legali għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi terzi (l-Artikolu 212 TFUE) ma tistax tibqa’ tintuża għal azzjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk issa jeħtieġ li tintuża l-bażi legali tal-Koopereazzjoni għall-Iżvilupp (l-Artikolu 209 TFUE). Madankollu, minħabba li l-azzjonijiet maħsuba fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma jikkwalifikawx bħala Għajnuna Uffiċċjali għall-Iżvilupp skont ir-regoli tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD, dan huwa użu eċċezzjonali ħafna tal-Artikolu ta’ dan it-Trattat.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jitlob lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 1 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 2 a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 3 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 3 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 3 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 3 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 - punt 3 d (ġdid) Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 4 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 - punt 3 e (ġdid) Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 4 – subparagrafu 5 a (ġdid) | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 16 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
PROĊEDURA
|
Title |
Stabbiliment ta’ strument finanzjarju ta’ koperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006) |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0197 – C7-0101/2009 – 2009/0059(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 14.9.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Nirj Deva 3.9.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
6.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
1.3.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Michael Cashman, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Greze, Enrique Guerrero Salom, Eva Joly, Franziska Keller, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Iva Zanicchi |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Miguel Angel Martínez Martínez, Judith Sargentini |
|||||||
- [1] Riżoluzzjoni tal-15 ta’ Frar 2007 dwar l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż u Programmi Indikattivi għall-Malasja, il-Brażil u l-Pakistan (ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 507). Riżoluzzjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali u Programmi Indikattivi Reġjonali għall-Mercosur u għall-Amerika Latina (ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 213). Riżoluzzjoni tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Dokument ta' Strateġija Reġjonali 2007-2013 u Programm Indikattiv Pluriennali għall-Asja (ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 337). Riżoluzzjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Miżura Speċjali 2007 għall-Iraq (T6-0481/2007). Riżoluzzjoni tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u għall-Arġentina għall-2008 (T6-0338/2008).
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (17.11.2009)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli.
(COM(2009)0197 – C7‑0101/2009 – 2009/0059(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Alain Lamassoure
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
F'diversi okkażjonijiet, il-Parlament Ewropew esprima n-nuqqas ta’ qbil tiegħu mal-prattika ta' finanzjament permezz tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (financing instrument for development cooperation - DCI), għall-miżuri oħra minbarra l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (official development assistance - ODA) fil-pajjiżi li jaqgħu taħt l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.
Minħabba li l-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp huwa restrittiv fid-definizzjoni tiegħu tal-kriterju ta’ eliġibilità għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, għadd ta' miżuri finanzjati skont ir-Regolament ma kienux ġustifikati. Madankollu, hu evidenti li dawn il-miżuri għandhom interess strateġiku għall-Unjoni minħabba li jippermettu l-istabbiliment ta' rabtiet qawwijin ma’ ċerti atturi reġjonali u globali bħaċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Brażil.
Sabiex tiġi garantita t-tkomplija ta' dawn il-miżuri u biex ma jinbidilx is-sens tar-Regolament tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, b'konformità mat-talbiet tal-Parlament, il-Kummissjoni tipproponi:
- li jiġu ffinanzjati dawn il-miżuri minbarra l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp mill-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (Industrialised Countries Instrument - ICI) u li dan jiġi emendat, li hu l-għan ta' din il-proposta;
- li jitkabbar l-ambitu ġeografiku tal-mill-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (ICI +) biex jinkludi dawn il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u b'hekk tkun possibbli li jiġi stabbilit segwitu leġiżlattiv għall-erba’ miżuri ta’ tħejjija li l-awtorità baġitarja ddeċidiet li tiffinanzja mill-2007 sal-2009;
- li tiġi modifikata l-allokazzjoni baġitarja multiannwali tal-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati bil-programmazzjoni ta' ammont ta' referenza ta' EUR 176 miljun għall-perjodu 2010-2013 għall-finanzjament ta' dawn il-miżuri mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
- li tiġi ffinanzjata din l-allokazzjoni ta' EUR 176 miljun permezz ta':
- riallokazzjoni ta' EUR 108.5 miljun skont l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp
- użu tal-marġini fl-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali biex jingħataw EUR 67.5 miljun
Ir-rapporteur l-ewwel nett jixtieq ifakkar li fl-2008 l-Kumitat għall-Baġits kien stieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, fil-qafas tar-rapport ta’ inizjattiva tiegħu dwar dan is-suġġett, biex iqis il-ħolqien ta' strument finanzjarju ad hoc ġdid bħala l-alternattiva l-iktar realistika, u li kien esprima t-tħassib tiegħu li jista' jkun hemm nuqqas ta' fehim politiku jekk issir emenda tal-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati sabiex ikunu inklużi pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
Jilqa' l-proposta għal emenda sakemm din tirrappreżenta segwitu leġiżlattiv għall-miżuri ta' tħejjija kif stipulat fl-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament Finanzjarju.
Jixtieq ifakkar li s-sitwazzjoni tal-marġini tal-Intestatura 4 tant hija stretta li l-Parlament jista' biss jitlob mill-ġdid lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jaġixxu b'mod xieraq u realistiku waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali billi jżidu l-limitu għall-Intestatura 4 għall-2011-2013. Ifakkar ukoll li l-Parlament dejjem kien tal-opinjoni li politika ġdida jew strument ġdid għandhom dejjem jinkludu allokazzjonijiet ġodda minflok distribuzzjoni mill-ġdid ta' allokazzjonijiet li jkunu diġà ġew assenjati għal politiki jew strumenti oħra. Mingħajr miżura bħal din, il-Parlament, bħala id waħda tal-awtorità baġitarja, ma jistax jiggarantixxi fl-istess ħin li jintlaħqu l-impenji mogħtija lill-pajjiżi terzi, id-definizzjoni ta' prijoritajiet ġodda u r-reazzjoni meħtieġa għall-kriżijiet mhux previsti.
Barra minn hekk, fis-sitwazzjoni ta' tensjoni baġitarja estrema li rriżultat mill-kriżi ekonomika, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Unjoni stess, jeħtieġ li jkun hemm ċertu dixxiplina għall-użu tal-approprijazzjonijiet għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fejn il-livell tal-għajxien xi drabi jista' jitqabbel ma' dak ta' xi Stati Membri, li huma l-kompetituri kummerċjali ewlenin tagħna u li, s'issa, ma kkooperawx biżżejjed fl-ilħuq ta' qbil globali dwar il-ftehimiet Doha u ta' wara Kyoto. Għalhekk qed jiġu proposti dawn l-emendi.
Soġġett għal din ir-riżerva, ir-rapporteur iqis li l-proposta għal Regolament tal-Kunsill hija xierqa u konformi mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013, f'termini ta' allokazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament (allokazzjoni mill-ġdid fi ħdan l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u użu parzjali tal-marġini tal-Intestatura 4).
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||
|
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda | ||||||||||||
|
|
1a. Iqis li l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli hi konformi mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013; ifakkar, madankollu, li l-approprijazzjonijiet annwali għall-perjodi 2010-2013 se jiġu deċiżi mill-awtorità baġitarja bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali; | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 a (ġdid) | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
|
(5 a) Minħabba li l-kriżi ekonomika ħolqot tensjoni baġitarja kbira madwar l-Unjoni, u minħabba li l-estensjoni proposta tikkonċerna pajjiżi li f'xi każi kisbu kompetittività li tista' titqabbel ma' dik tal-Unjoni u medja ta' livell ta' għajxien qrib dik ta' xi Stati Membri, l-għajnuna Komunitarja għandha tkun proporzjonali mal-isforzi li saru mill-pajjiżi benefiċjarji biex jiftħu s-swieq tagħhom, josservaw il-ftehimiet internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u biex jipparteċipaw fl-objettivi dinjija favur it-tnaqqis tal-emmissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 - punt 3 Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 Artikolu 2 - paragrafu 2 a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
Stabbiliment ta’ strument finanzjarju ta’ koperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006) |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0197 – C7-0101/2009 – 2009/0059(CNS) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
INTA |
|||||||
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 14.9.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Alain Lamassoure 5.10.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
4.11.2009 |
16.11.2009 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
16.11.2009 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Barbara Matera, Claudio Morganti, Miguel Portas, Dominique Riquet, László Surján |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Roberto Gualtieri, Giovanni La Via, Derek Vaughan, Axel Voss |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Cecilia Wikström |
|||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
Stabbiliment ta’ strument finanzjarju għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati (emenda għar-Regolament (KE) Nru 1934/2006) |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0197 – C7-0101/2009 – 2009/0059(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.4.2009 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 14.9.2009 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 14.9.2009 |
DEVE 14.9.2009 |
BUDG 14.9.2009 |
|
||||
|
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 11.2.2010 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Helmut Scholz 1.9.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
29.9.2009 |
10.11.2009 |
14.1.2010 |
27.1.2010 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
17.3.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 0 3 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, William (The Earl of) Dartmouth, Joe Higgins, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Salvatore Iacolino, Libor Rouček, Michael Theurer, Jarosław Leszek Wałęsa |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sylvie Guillaume |
|||||||