RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni
23.3.2010 - (COM(2009)0510 – C7‑0255/2009 – 2009/0138(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Luís Paulo Alves
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni
(COM(2009)0510 – C7‑0255/2009 – 2009/0138(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2009)0510),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0255/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 42, 43(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0054/2010),
1. Jadotta fl-ewwel qari l-pożizzjoni stipulata hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa -1 (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(-1) L-importanza u l-ispeċifiċità tal-ibgħad reġjuni huma enfasizzati mill-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li, billi jqis is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom, li hija ggravata mill-bogħod u mill-insularità, mid-daqs żgħir, mit-topografija u l-klima diffiċli tagħhom, u mid-dipendenza ekonomika minn ftit prodotti, liema fatturi, bil-permanenza u l-għaqda tagħhom, ixxekklu bil-kbir l-iżvilupp tagħhom, jipprevedi miżuri speċifiċi maħsuba, b'mod partikulari, biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawk ir-reġjuni, fosthom il-politiki komuni. Il-miżuri ikkonċernati jinkludu l-politiki dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kundizzjonijiet tal-provvista ta' materji primi, l-għajnuniet mill-Istat u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għal fondi strutturali u għal programmi orizzontali tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-Trattat ta' Lisbona inkluda għall-ewwel darba lir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE fl-Artikolu 107 tat-TFUE, sabiex l-għajnuna fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tagħhom tkun tista' titqies kompatibbli mas-suq intern. | |||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa -1 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(-1 a) Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-Ażores huma intitolati jibagħtu sal-2009, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(2)(a), kwantitajiet massimi annwali ta' zokkor (kodiċi NM 1701) lill-bqija tal-Unjoni. Meta wieħed iqis li l-produzzjoni tal-pitravi tikkostitwixxi potenzjal addizzjonali sinifikanti ħafna għall-produzzjoni tal-ħalib fl-Ażores, u b'mod partikulari fuq il-gżira ta’ San Miguel, u meta wieħed iqis ukoll l-inċertezzi li jirrigwardaw is-suq tal-ħalib wara d-deċiżjoni li jitneħħew il-kwoti tal-ħalib u li jiżdiedu gradwalment fl-istess waqt, jeħtieġ li l-dawk li jipproduċu u jipproċessaw il-ħalib tingħatalhom l-offerta, jekk id-deċiżjoni li titneħħa s-sistema tal-kwoti tal-ħalib tinżamm, ta' sistema alternattiva li tkun tista' tiggarantixxi s-sostenibilità u l-iżvilupp tas-settur tal-ħalib fl-Ażores, kif ukoll prospettivi agrikoli kumplimentati għal żmien twil, li jippermettu li l-operaturi ekonomiċi jilħqu livell ta’ attività industrijali u kummerċjali li jistabbilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fl-Ażores. Id-deroga eżistenti għandha għalhekk tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2019. | |||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | ||||||||||||||||
Text proposed by the Commission |
Amendment | |||||||||||||||
(2) L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprovdi għal perjodu ta' tranżizzjoni li matulu l-Gżejjer Kanarji jistgħu jkomplu jirċievu provvisti ta' kwantitajiet determinati ta' preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1901 90 99 u 2106 90 92 intenzjonati għall-proċessar industrijali. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni jiskadi fit-31 ta' Diċembru 2009. Il-prodott li jaqa' fil-kodiċi NM 1901 90 99 - trab tal-ħalib xkumat b'xaħam veġetali - huwa prodott tradizzjonali għall-konsumaturi lokali, fosthom dawk l-aktar fil-bżonn, u ilu jinbiegħ fil-Gżejjer Kanarji għal dawn l-aħħar 40 sena. Il-provvista ta' dan il-prodott iġġenerat industrija speċifika lokali li tiżgura l-impjiegi u l-valur miżjud. Fis-sitwazzjoni attwali ta' kriżi ekonomika huwa xieraq li l-provvista ta' dan il-prodott speċifiku ma tiqafx u li jiġi estiż il-perjodu ta' tranżizzjoni stipulat fl-Atikolu 6 tar-Regolament tal-31 ta' Diċembru 2013. |
(2) L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprovdi għal perjodu ta' tranżizzjoni li matulu l-Gżejjer Kanarji jistgħu jkomplu jirċievu provvisti ta' kwantitajiet determinati ta' preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1901 90 99 u 2106 90 92 intenzjonati għall-proċessar industrijali. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni jiskadi fit-31 ta' Diċembru 2009. Madankollu, il-prodott li jaqa' fil-kodiċi NM 1901 90 99 – trab tal-ħalib xkumat b'xaħam veġetali – sar prodott tradizzjonali għall-konsumaturi lokali, fosthom dawk l-aktar fil-bżonn. Il-provvista tiegħu ġġenerat industrija speċifika lokali li tiżgura l-impjiegi u l-valur miżjud. Għalhekk, huwa xieraq li l-provvista ta' dan il-prodott speċifiku, li jintuża għall-konsum lokali biss, ma tiqafx. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Minħabba li d-defiċit strutturali tal-ħalib tal-Gżejjer Kanarji, it-trab tal-ħalib xkumat li jkun fih xaħam veġetali sar prodott tradizzjonali li jintuża mill-konsumaturi lokali, b'mod speċjali minn dawk l-aktar fil-bżonn, bħala sostitut għall-ħalib Għalhekk, id-deroga preżenti m'għandhiex tiġi estiża biss iżda għandha ssir permanenti wkoll. | ||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprevedi l-eliminazzjoni gradwali, sal-31 ta' Diċembru 2013, tal-għelieqi mħawla b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti fl-Azores u f'Madeira. It-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament jobbliga lill-Portugall li jinnotifika kull sena bil-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni mħawla b’dawn il-varjetajiet ta’ dwieli. Dawn id-dispożizzjonijiet huma aktar stretti mir-regoli stipulati fl-Artikolu 120a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġifieri li l-varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti għandhom jinqalgħu ħlief meta l-inbid li jsir minnhom ikun intenzjonat biss għall-familja tal-produttur tal-inbid. Għalhekk l-Artikoli 18(2) u 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandhom jitneħħew sabiex tispiċċa l-inugwaljanza fit-trattament bejn ir-reġjuni tal-Azores u Madeira fuq naħa u l-bqija tal-Komunità fuq in-naħa l-oħra. |
(5) It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprevedi l-eliminazzjoni gradwali, sal-31 ta' Diċembru 2013, tal-għelieqi mħawla b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti fl-Azores u f'Madeira. It-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament jobbliga lill-Portugall li jinnotifika kull sena bil-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni mħawla b’dawn il-varjetajiet ta’ dwieli. Dawn id-dispożizzjonijiet huma aktar stretti mir-regoli stipulati fl-Artikolu 120a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġifieri li l-varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti għandhom jinqalgħu ħlief meta l-inbid li jsir minnhom ikun intenzjonat biss għall-familja tal-produttur tal-inbid. Għalhekk id-data tal-31 ta’ Diċembru 2013 fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandha titneħħa sabiex tispiċċa l-inugwaljanza fit-trattament bejn ir-reġjuni tal-Azores u Madeira fuq naħa u l-bqija tal-Unjoni fuq in-naħa l-oħra, u sabiex titkompla l-attività ta’ rikonverżjoni tal-għelieqi fejn hi pprojbita l-kultivazzjoni. | |||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(6a) Minħabba n-natura limitata tas-swieq lokali tagħhom u minħabba l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tagħhom, li jinvolvu spejjeż addizzjonali sostanzjali, il-Gwadalup, il-Gujana Franċiża u Martinique ma kinux kapaċi jiżviluppaw is-setturi tal-ħalib biex jilħqu il-ħtiġiet lokali. L-iżvilupp tas-settur tal-ħalib f’Madeira grazzi għall-ħalib rikostitwit mill-ħalib tat-trab jista’ jservi ta’ mudell ta’ żvilupp għal dak is-settur fir-reġjuni l-iktar 'il bogħod li għandhom karatteristiċi komuni. Id-deroga mogħtija lill-Madeira skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għalhekk għandha tiġi estiża biex tapplika, mingħajr dewmien, għal Martinique, għall-Gwadalup u għall-Gujana Franċiża fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 li mistennija ssir f'nofs l-2010. | |||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(7) Il-kundizzjonijiet għal estensjoni ulterjuri tal-produzzjoni tal-ħalib lokali tar-reġjuni extra-Ewropej, li jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, huma limitati ħafna minħabba t-topografija tal-gżejjer konċernati. Minkejja li jibqa' l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir u t-tqassim għall-produzzjoni tal-ħalib lokali, huwa xieraq li jitneħħa mill-obbligu tal-Kummissjoni, prevsita mit-tieni sottoparagrafu ta' dan l-Artikolu, li tiġi determinata rata ta' inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment. |
(7) Il-kundizzjonijiet għal estensjoni ulterjuri tal-produzzjoni tal-ħalib lokali tar-reġjuni extra-Ewropej, li jibbenefikaw mill-eżenzjoni pprovduta fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, huma limitati ħafna jew għadhom inċerti minħabba t-topografija tal-gżejjer konċernati u minħabba l-fatt li dawn is-setturi lokali tal-ħalib żviluppaw dan l-aħħar. Minkejja li jibqa' l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir tal-produzzjoni tal-ħalib lokali u t-tqassim tiegħu, huwa xieraq li jitneħħa mill-obbligu tal-Kummissjoni, kif jistipula t-tieni sottoparagrafu ta' dan l-Artikolu, li tiġi determinata rata ta' inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment. | |||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(7a) L-applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mill-1 ta' Jannar 2010 għandha tiżgura kontinwità fil-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fl-ibgħad reġjuni tal-Unjoni u għandha tissodisfa wkoll l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi kkonċernati. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Jeħtieġ li l-bidliet ipproposti għar-Regolament 247/2006 jidħlu fis-seħħ fl-1 ta 'Jannar 2010 sabiex ikun hemm kontinwità fid-derogi eżistenti. Għalhekk jeħtieġ li tiġi inkluża premessa addizzjonali sabiex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni retroattiva tar-Regolament il-ġdid. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 247/2006 Premessa 4 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Justification | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara aktar ir-regolament attwali dwar il-kundizzjonijiet li bihom, prodotti mhux proċessati u proċessati, fil-qafas tal-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, jistgħu jkunu esportati jew mibgħuta. Barra minn hekk, taġġusta r-regolment għar-realtajiet tas-suq billi ssemmi l-ħtieġa ta’ aġġornament regolari tal-kwantitajiet massimi għall-esportazzjoni tradizzjonali u d-dispaċċi skont l-Emenda 5 għall-Artikolu 4(2). | ||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 2 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Minħabba l-emenda 5 għall-Artikolu 4(2), hemm bżonn li jiġu aġġornati b’mod regolari l-kwantitajiet massimi ta’ prodotti proċessati li jistgħu jiġu esportati jew mibgħuta kull sena mir-reġjuni l-aktar 'il bogħod fil-kuntest tal-kummerċ lokali u ta’ kunsinji tradizzjonali. | ||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1b (ġdid) Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 4 – paragrafu 2 - punt a | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda tinkorpora l-medja tal-esportazzjonijiet u d-dispaċċi tat-tliet snin preċedenti fil-formola tal-kwantitajiet massimi annwali ta’ prodotti proċessati li jistgħu jkunu esportati jew mibgħuta mir-reġjuni l-aktar 'il bogħod għall-kummerċ reġjonali u l-konsenji tradizzjonali. Il-limiti ta’ dawk il-kwantitajiet attwalment fis-seħħ qed joħonqu l-industriji lokali u l-impjiegi minħabba li qed iżommu l-intrapriżi milli jibbenefikaw mill-ekonomiji tal-iskala filwaqt li dawn qed jiffaċċjaw spejjeż enormi ta' trasport. | ||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 c (ġdid) Ir-Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 4 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Minħabba t-tmiem prevedibbli tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib, huwa urġenti li jinstabu kulturi alternattivi għall-bdiewa fl-Ażores. Il-produzzjoni preżenti tal-pitravi taz-zokkor tista' tikkostitwixxi soluzzjoni ta' diversifikazzjoni, bil-kundizzjoni li jingħataw prospettivi fit-tul għall-istabilità u l-fattibilità ta' dan is-settur lill-produtturi u l-operaturi ekonomiċi ħalli dawn ikunu jistgħu jilħqu livell ta' produzzjoni u kummerċ li jkun kapaċi jagħmel il-biedja f'dan l-ibgħad reġjun sostenibbli mill-perspettivi soċjali, ambjentali u ekonomiċi. | ||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 6 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Minħabba li d-defiċit strutturali tal-ħalib tal-Gżejjer Kanarji, it-trab tal-ħalib xkumat li jkun fih xaħam veġetali sar prodott tradizzjonali li jintuża mill-konsumaturi lokali, b'mod speċjali minn dawk l-aktar fil-bżonn, bħala sostitut għall-ħalib Għalhekk, id-deroga preżenti m'għandhiex tiġi estiża biss iżda għandha ssir permanenti wkoll. | ||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Bit-tneħħija ta' din il-parti tal-Artikolu 18(2), il-proposta tal-Kummissjoni tmur lil hinn mill-għanijiet ta' allinjament tal-Regolament POSEI mad-dispożizzjonijiet korrispondenti fir-regolament dwar is-CMO uniku. | ||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni COM 2009(510) tipprevedi xi għadd ta' emendi għar-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni. Il-bidliet ewlenin huma marbuta mal-introduzzjoni, l-estensjoni jew l-adattament ta' xi derogi fis-setturi taz-zokkor, tal-ħalib u tal-inbid.
Ir-rapporteur tiegħek huwa tal-fehma li l-bidliet proposti ser ikun ta' benefiċċju għall-ibgħad reġjuni konċernati. Madankollu, huwa jemmen li issa jeħtieġ isiru xi emendi ulterjuri minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli ta' dawn ir-reġjuni, b'mod speċjali fi żminijiet ta' kriżi.
Is-sitwazzjoni hija kritika b'mod speċjali fl-Ażores fejn is-settur tal-ħalib, li jirrappreżenta l-attività agrikola ewlenija f'dan ir-reġjun, intlaqat bil-qawwi mill-kriżi reċenti fis-swieq tal-ħalib. Filwaqt li l-produzzjoni tal-ħalib fl-Ażores bħalissa tlaħħaq it-30% tal-produzzjoni totali tal-Portugall, rapport riċenti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri[1] li kien ibbażat fuq ċifri tal-Kummissjoni rrimarka l-istennija tal-"għajbien b'pass sod" ta' farms tal-ħalib f'zoni relattivament żvannatġjati minħabba d-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-Kontroll tas-Saħħa tal-PAK u l-isfidi soċjoekonomiċi implikati minn din is-sitwazzjoni.
Il-produzzjoni tal-pitravi taz-zokkor hija l-aħjar alternattiva fattibbli għall-produzzjoni tal-ħalib fl-Ażores, kemm mill-perspettiva ekonomika u kemm mill-perspettiva ambjentali. Madankollu, sabiex ninkuraġġixxu diversifikazzjoni bħal din, għandna nagħtu prospettiva fit-tul lill-produtturi u l-proċessuri, u nippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu livell xieraq ta' attivitajiet industrijali u kummerċjali. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li d-deroga li hemm fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, li tippermetti li l-Ażores jibgħat kwantitajiet massimi ta' zokkor lill-bqija tal-Komunità, għandha tiġi estiża sal-31 Diċembru 2019 u li għandu jiġi stabbilit li l-kwantità tkun ta' 3 000 tunnellata kull sena matul il-perjodu kollu. Meta jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq lokali, li huma stmati minn madwar 4,500 sa 5 000 tunnellata fis-sena, il-kwantitajiet massimi mibgħuta ta' 3 000 tunnellata jiżguraw li s-settur taz-zokkor ikollu l-limitu kritiku minimu li teħtieġ industrija fattibbli u sostenibbli. Dik id-deroga mhux ser ikollha impatt kbir fuq il-kompetizzjoni peress li l-produzzjoni taz-zokkor tal-Ażores tirrappreżenta madwar 1% tal-produzzjoni tal-Portugall u inqas minn 0.05% tal-produzzjoni fl-UE. Barra dan, b'reazzjoni għall-konsegwenzi tal-miżuri tal-Kontroll tas-Saħħa u għall-ħtieġa li jiġi ppreservat dan l-istrument ta' diversifikazzjoni tal-politika agrikola reġjonali, il-gvern reġjonali tal-Ażores għadu kemm kiseb sehem maġoritarju fl-uniku impjant ta' trasformazzjoni taz-zokkor, li kienet qed jiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi kbar.
Barra dan, fil-mument, il-produzzjoni lokali tal-pitravi taz-zokkor mhix biżżejjed biex tippermetti li l-industrija tal-Azores tissodisfa l-kwota allokata tagħha u m'hemmx kwantitajiet sinifikanti disponibbli fis-suq. Għalhekk huwa meħtieġ li nippermettu li l-Ażores jibbenefika minn eżenzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, kif propost mill-Kummissjoni.
Barra dan, minħabba d-defiċit strutturali tal-ħalib tal-Gżejjer Kanarji, tul bosta deċennji t-trab tal-ħalib xkumat li jkun fih xaħam veġetali tradizzjonalment intuża bħala sostitut għall-ħalib mill-konsumaturi lokali, b'mod speċjali minn dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Kummissjoni tipproponi li titħalla ssir l-estensjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, tad-deroga li tipprevedi l-provvista ta' dawn il-preparazzjonijiet għal dan ir-reġjun. Peress li dan il-prodott sar element bażiku tal-ikel lokali u ġaladarba dan ser jintuża għall-konsum lokali biss, ir-rapporteur tagħkom jemmen li d-deroga eżistenti għandha ssir permanenti.
Il-produzzjoni tal-ħalib lokali mhix biżżejjed lanqas fid-dipartiment barrani Franciż tar-Rèunion u lanqas f’Madeira. Għalhekk ir-rapporteur jappoġġja l-estensjoni għar-Reunion tad-deroga mogħtija lil Madeira biex tirrikostitwixxi t-trab tal-ħalib sabiex isir il-ħalib UHT għall-konsum uman kif ukoll it-tneħħija tal-obbligu li l-ħalib frisk prodott lokalment jiġi inkorporat fil-ħalib magħmul mit-trab.
Inkwantu l-inbid, fil-bidliet proposti mill-Kummisjoni fir-rigward tal-adattament tar-Regolament 247/2006 għad-dispożizzjonijiet il-ġodda inkorporati fir-Regolament tas-CMO Uniku, m'hemm l-ebda dispożizzjoni li tipprevedi l-appoġġ għat-tneħħija tad-dwieli. Għalhekk jeħtieġ li din id-dispożizzjoni tiddaħħal mill-ġdid.
Il-bqija tal-emendi huma marbuta mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona matul il-proċess leġiżlattiv dwar din il-proposta. Dawn huma relatati mal-bidliet meħtieġa fil-bażi legali u l-proċedura, mal-proċeduri ta' "komitoloġija" preċedenti u mal-ħtieġa li tiġi żgurata l-applikazzjoni retroattiva tar-regolament emendat sabiex il-bidliet fid-derogi jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, kif mistenni mill-operaturi kkonċernati.
- [1] "L-għodda tal-ġestjoni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib laħqu l-objettivi prinċipali tagħhom?", Rapport Speċjali 14/2009, http://eca.europa.eu/portal/pls/portal/docs/1/3400301.PDF
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (24.2.2010 )
għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod tal-Unjoni
(COM(2009)0510 – C7‑0255/2009 – 2009/0138(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Nuno Teixeira
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-UE hu determinat mill-periferija, l-insularità, it-territorju żgħir tagħhom kif ukoll mill-klima diffiċli u mid-dipendenza ġeografika u ekonomika tagħhom fuq firxa żgħira ta' prodotti u servizzi.
Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li dawn l-ostakli permanenti għandhom iwasslu għal appoġġ permanenti bil-għan li titjieb il-koeżjoni soċjali u jkun hemm ekonomija u ambjent aktar sostenibbli.
L-Artikolu 349 tat-Trattat ta’ Lisbona jinkorpora l-possibilità ta’ miżuri speċifiċi maħsuba għar-reġjuni l-aktar 'il bogħod u dan jista’ jseħħ aktar permezz ta’ inizjattivi mfassla li jirrispondu għall-bżonnijiet speċifiċi l-aktar għas-settur agrikolu.
Il-qafas finanzjarju ta’ wara l-2013 għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ta' solidarjetà bil-għan li dan iwassal għall-koeżjoni soċjali u territorjali. Il-miżuri ta’ appoġġ għar-reġjuni l-aktar 'il bogħod, li fihom ikunu inklużi arranġamenti ta' provvisti, ma għandhomx ikunu mifhuma bħala vantaġġi inġusti għaliex prinċipalment jirrigwardaw il-prodotti u s-servizzi maħduma u kkunsmati lokalment li diffiċilment jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.
L-iżvilupp tal-industrija agroalimentari fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod u t-tagħrif miksub bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 247/2006 urew il-ħtieġa li, regolamenti oħra direttament marbuta ma’ dan ir-regolament, jiġu aġġustati. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 793/2006, li jiddefinixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 247/2006, għandu jkun revedut, pereżempju, dwar il-kwantitajiet massimi għall-esportazzjoni u d-dispaċċ ta’ prodotti li kienu pproċessati fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod minn prodotti li bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta’ provvista fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali u l-konsenji tradizzjonali. Barra dan, ġaladarba l-Angola bħalissa hija parti minn flus ta' kummerċ mar-Reġjun Awtonomu tal-Madeira, dan il-pajjiż għandu jiżdied fl-Anness VI tar-Regolament (KE) 793/2006 bħala pajjiż terz li li jiġu esportati fih prodotti proċessati mill-Madeira fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali.
Barra minn hekk, fir-Regolament tal-Kummissjoni 793/2006 hemm dettalji tekniċi oħra, bħal skadenza għall-ħlas tal-għajnuna, li jistgħu jinbidlu wara l-proposta għal tfassil mill-ġdid tad-direttiva dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (Tranżazzjonijiet kummerċjali: il-ġlieda kontra ħlasijiet tard (revoka. Direttiva 2000/35/KE). Tfassil mill-ġdid, COD/2009/0054).
Ir-rapporteur għal opinjoni b’mod ġenerali jaqbel mal-proposta attwali l-aktar dwar l-aspetti li ġejjin:
Tibdil għall-Artikolu 5 tar-Regolament 247/2006 li jirrifletti d-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regolament (KE) 1234/2007 u jippermetti lill-Azores li jinkorporaw kannamieli taz-zokkor mhux maħdum fl-istima tal-bilanċ tal-provvista.
Estensjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tad-deroga mill-Artikolu 2 li tippermetti lill-Gżejjer Kanari li jkomplu jirċievu provvisti ta’ ċerti preparazzjonijiet mill-ħalib li huma fundamentali għan-nutrizzjoni lokali u għall-industrija.
It-tħassir tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet għall-kontrolli u l-pieni fil-punt (f) tal-Artikolu 12 wara l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ Komunitarji. Ir-rapporteur għal opinjoni jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) 247/2006, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri.
Estensjoni tad-deroga, diġà mogħtija lil Madeira, lid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta' Réunion biex jipproduċi ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Komunità fil-limiti tal-bżonnijiet tal-konsum lokali.
Madankollu, ir-rapporteur għal opinjoni jixtieq jipproponi l-emendi spjegati hawn taħt, li jindirizzaw kwistjonijiet pendenti li jistgħu jtejbu l-iżvilupp tar-reġjuni l-aktar 'il bogħod:
Il-Premessa 5 tal-proposta attwali tal-Kummissjoni għandha ssemmi t-tħassir tad-data tal-31 ta' Diċembru 2013 mill-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 247/2006 sabiex telimina trattament asimmetriku bejn ir-reġjuni tal-Azores u Madeira fuq naħa u l-bqija tal-Komunità fuq in-naħa l-oħra.
Għandha tiżdied premessa addizzjonali, (7a), fil-proposta attwali li tirreferi għall-applikazzjoni tar-regolament b'mod retroattiv.
Jeħtieġ isir sforz kontinwu biex titjieb il-flessibilità fil-ġestjoni tal-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista bil-għan li jsiru aġġustamenti aktar malajr u effettivi għall-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni u għall-iżvilupp tas-suq lokali. Għalhekk, il-premessa 4 u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 247/2006 għandhom jirreferu għall-ħtieġa ta' aġġornament regolari tal-kwantitajiet massimi ta' prodotti proċessati li jistgħu jiġu esportati jew mibgħuta kull sena mir-reġjuni l-aktar 'il bogħod fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali u l-konsenji tradizzjonali.
Għalhekk, l-Artikolu 4(2) tal-istess Regolament għandu jkun emendat bil-għan li jinkorpora l-medja ta’ konsenji esportati jew mibgħuta matul it-tliet snin preċedenti fil-formola tal-kwantitajiet massimi annwali. Din il-bidla għandha wkoll l-għan li taġġusta aħjar għar-realtajiet tas-suq. Il-limiti tal-kwantitajiet attwalment fis-seħħ qed joħonqu l-industriji lokali u l-impjiegi minħabba li qed iżommu l-intrapriżi milli jibbenefikaw mill-ekonomiji tal-iskala filwaqt li dawn qed jiffaċċjaw spejjeż enormi ta' trasport. Dawk il-kwantitajiet għandhom ikunu amministrati u ppreżentati bħala somma waħda li tinkorpora kemm il-kwantitajiet esportati lejn pajjiżi terzi u kemm il-kwantitajiet mibgħuta lill-bqija tal-komunità.
L-Artikolu 18(2) tal-proposta attwali tal-Kummissjoni għandha ssemmi li l-projbizzjoni gradwali ta' varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti fil-Portugall se tkun tista’ tgawdi mill-appoġġ tal-Komunità skont ir-Regolament (KE) 1234/2007.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(5) It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprevedi l-eliminazzjoni gradwali, sal-31 ta' Diċembru 2013, tal-għelieqi mħawla b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti fl-Azores u f'Madeira. It-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament jobbliga lill-Portugall li jinnotifika kull sena bil-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni mħawla b’dawn il-varjetajiet ta’ dwieli. Dawn id-dispożizzjonijiet huma aktar stretti mir-regoli stipulati fl-Artikolu 120a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġifieri li l-varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti għandhom jinqalgħu ħlief meta l-inbid li jsir minnhom ikun intenzjonat biss għall-familja tal-produttur tal-inbid. Għalhekk l-Artikoli 18(2) u 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandhom jitneħħew sabiex tispiċċa l-inugwaljanza fit-trattament bejn ir-reġjuni tal-Azores u Madeira fuq naħa u l-bqija tal-Komunità fuq in-naħa l-oħra. |
(5) It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jipprevedi l-eliminazzjoni gradwali, sal-31 ta' Diċembru 2013, tal-għelieqi mħawla b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti fl-Azores u f'Madeira. It-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament jobbliga lill-Portugall li jinnotifika kull sena bil-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni mħawla b’dawn il-varjetajiet ta’ dwieli. Dawn id-dispożizzjonijiet huma aktar stretti mir-regoli stipulati fl-Artikolu 120a(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jiġifieri li l-varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti għandhom jinqalgħu ħlief meta l-inbid li jsir minnhom ikun intenzjonat biss għall-familja tal-produttur tal-inbid. Għalhekk id-data tal-31 ta' Diċembru 2013 fl-Artikoli 18(2) u 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għandhom jitneħħew sabiex tispiċċa l-inugwaljanza fit-trattament bejn ir-reġjuni tal-Azores u Madeira fuq naħa u l-bqija tal-Komunità fuq in-naħa l-oħra. | |||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(6a) Minħabba n-natura limitata tas-swieq lokali tagħhom u minħabba l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tagħhom, li jinvolvu spejjeż addizzjonali sostanzjali, il-Gwadalup, il-Gujana Franċiża u Martinique ma kinux kapaċi jiżviluppaw is-setturi tal-ħalib biex jilħqu il-ħtiġiet lokali. L-iżvilupp tas-settur tal-ħalib f’Madeira grazzi għall-ħalib rikostitwit mill-ħalib tat-trab jista’ jservi ta’ mudell ta’ żvilupp għal dak is-settur fir-reġjuni l-iktar 'il bogħod li għandhom karatteristiċi komuni. Id-deroga mogħtija lill-Madeira skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 għalhekk għandha tiġi estiża biex tapplika, mingħajr dewmien, għal Martinique, għall-Gwadalup u għall-Gujana Franċiża. | |||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(7) Il-kundizzjonijiet għal estensjoni ulterjuri tal-produzzjoni tal-ħalib lokali tar-reġjuni extra-Ewropej, li jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, huma limitati ħafna minħabba t-topografija tal-gżejjer konċernati. Minkejja li jibqa' l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir u t-tqassim għall-produzzjoni tal-ħalib lokali, huwa xieraq li jitneħħa mill-obbligu tal-Kummissjoni, prevsita mit-tieni sottoparagrafu ta' dan l-Artikolu, li tiġi determinata rata ta' inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment. |
(7) Il-kundizzjonijiet għal estensjoni ulterjuri tal-produzzjoni tal-ħalib lokali tar-reġjuni extra-Ewropej, li jibbenefikaw mill-eżenzjoni pprovduta fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, huma limitati ħafna jew għadhom inċerti minħabba t-topografija tal-gżejjer konċernati u minħabba l-fatt li dawn is-setturi lokali tal-ħalib żviluppaw dan l-aħħar. Minkejja li jibqa' l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir tal-produzzjoni tal-ħalib lokali u t-tqassim tiegħu, huwa xieraq li jitneħħa mill-obbligu tal-Kummissjoni, kif jistipula t-tieni sottoparagrafu ta' dan l-Artikolu, li tiġi determinata rata ta' inkorporazzjoni għall-ħalib frisk prodott lokalment. | |||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 7 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(7a) L-applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandha tiżgura kontinwità fil-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni u għandha tissodisfa wkoll l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi kkonċernati. | |||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 247/2006 Premessa 4 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara aktar ir-regolament attwali dwar il-kundizzjonijiet li bihom, prodotti mhux proċessati u proċessati, fil-qafas tal-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, jistgħu jkunu esportati jew mibgħuta. Barra minn hekk, taġġusta r-regolment għar-realtajiet tas-suq billi ssemmi l-ħtieġa ta’ aġġornament regolari tal-kwantitajiet massimi għall-esportazzjoni tradizzjonali u d-dispaċċi skont l-Emenda 5 għall-Artikolu 4(2). | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 2 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Minħabba l-emenda 5 għall-Artikolu 4(2), hemm bżonn li jiġu aġġornati b’mod regolari l-kwantitajiet massimi ta’ prodotti proċessati li jistgħu jiġu esportati jew mibgħuta kull sena mir-reġjuni l-aktar 'il bogħod fil-kuntest tal-kummerċ lokali u ta’ kunsinji tradizzjonali. | ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1b (ġdid) Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 4 – paragrafu 2 - punt a | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda tinkorpora l-medja tal-esportazzjonijiet u d-dispaċċi tat-tliet snin preċedenti fil-formola tal-kwantitajiet massimi annwali ta’ prodotti proċessati li jistgħu jkunu esportati jew mibgħuta mir-reġjuni l-aktar 'il bogħod għall-kummerċ reġjonali u l-konsenji tradizzjonali. Il-limiti ta’ dawk il-kwantitajiet attwalment fis-seħħ qed joħonqu l-industriji lokali u l-impjiegi minħabba li qed iżommu l-intrapriżi milli jibbenefikaw mill-ekonomiji tal-iskala filwaqt li dawn qed jiffaċċjaw spejjeż enormi ta' trasport. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 18 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 247/2006 Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||
|
PROĊEDURA
Titolu |
Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0510 – C7-0255/2009 – 2009/0138(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AGRI |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 12.11.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Nuno Teixeira 4.11.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
25.1.2010 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
22.2.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Catherine Bearder, Jean-Paul Besset, Sophie Briard Auconie, Zuzana Brzobohatá, Alain Cadec, Ricardo Cortés Lastra, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Iosif Matula, Miroslav Mikolášik, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Michael Theurer, Michail Tremopoulos, Viktor Uspaskich, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vasilica Viorica Dăncilă, Karin Kadenbach, Heide Rühle, Peter Simon, László Surján, Evžen Tošenovský, Sabine Verheyen |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0510 – C7-0255/2009 – 2009/0138(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.10.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 12.11.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 12.11.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Luís Paulo Alves 30.9.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
10.11.2009 |
22.2.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.3.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Richard Ashworth, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Lorenzo Fontana, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Giovanni La Via, Stéphane Le Foll, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Janusz Wojciechowski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Luís Paulo Alves, Spyros Danellis, Lena Ek, Maria do Céu Patrão Neves, Daciana Octavia Sârbu |
|||||||