RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni
25.3.2010 - (COM(2009)0021 – C6‑0078/2009 – 2009/0009(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: David Casa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni
(COM(2009)0021 – C6‑0078/2009 – 2009/0009(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0078/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0065/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel il-proposta approvata mill-Parlament b'test ġdid;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Biex ikunu megħjuna l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex iħallsu l-VAT lill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu rċevew il-ħlas mill-klijenti tagħhom, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla biex jippermettu li l-VAT tinħadem permezz ta’ sistema bbażata fuq ħlasijiet, li tippermetti lill-fornitur biex iħallas il-VAT lill-awtorità kompetenti wara li dan jirċievi l-ħlas għall-provvista u li tistabbilixxi d-dritt tiegħu tat-tnaqqis meta jitħallas għall-provvista. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri biex jintroduċu sistema bbażata fuq ħlasijiet mhux obbligatorja li ma jkollhiex effett negattiv fuq il-bilanċ ta’ dħul ta’ flus relatat mal-irċevuti tal-VAT tagħhom. |
(4) Biex ikunu megħjuna l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex iħallsu l-VAT lill-awtorità kompetenti qabel ma jkunu rċevew il-ħlas mill-klijenti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-VAT tinħadem permezz ta’ sistema bbażata fuq ħlasijiet, li tippermetti lill-fornitur biex iħallas il-VAT lill-awtorità kompetenti wara li dan jirċievi l-ħlas għall-provvista u li tistabbilixxi d-dritt tiegħu tat-tnaqqis meta jitħallas għall-provvista. Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri biex jintroduċu sistema bbażata fuq ħlasijiet mhux obbligatorja li ma jkollhiex effett negattiv fuq il-bilanċ ta’ dħul ta’ flus relatat mal-irċevuti tal-VAT tagħhom. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-SMEs għandha tingħatalhom l-għażla li jissimplifikaw is-sistemi ta’ fatturazzjoni tagħhom. Din hija konformi bis-sħiħ mal-inizjattiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 91 – paragrafu 2 - subparagrafu 1 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rekwiżit li tintuża r-rata ta’ kuljum tal-BĊE f’każ li fattura tinħareġ f’munita li ma tkunx dik ta' Stat Membru li fih trid titħallas it-taxxa jista' jqiegħed piż kbir fuq in-negozji ladarba jużaw rati ta' kambju kummerċjali għall-operazzjonijiet tagħhom xorta waħda. L-użu obbligatorju tar-rata ta’ kuljum tal-BĊE jista’ jirrikjedi li s-sistema tal-kontabilità tagħhom tadotta żewġ muniti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 167a – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-SMEs għandha tingħatalhom l-għażla li jissimplifikaw is-sistemi ta’ fatturazzjoni tagħhom. Din hija konformi bis-sħiħ mal-inizjattiva tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 9 – sottopunt c Direttiva 2006/112/KE Artikolu 178 – punt f | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rekwiżit li tinżamm fattura li tikkonforma mal-formalitajiet tas-27 Stat Membru sabiex jitwettaq id-dritt ta’ tnaqqis jirrappreżenta piż addizzjonali fuq il-fornituri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 14 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 219a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Rapporteur jipproponi li r-regola tiġi ssimplifikata u jkun iċċarat li meta l-fornitur ma jkollux stabbiliment fl-Unjoni, il-ħruġ ta' fattura ma għandux ikun soġġett għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 16 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 220a – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Biex ikun hemm segwitu għall-intenzjoni ta' din id-Direttiva tal-Kunsill biex jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji u biex ikun hemm segwitu għall-Programm ta' Azzjoni ambizzjuż tal-Kummissjoni li għandu l-għan li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji fl-UE b'25% sal-2012, il-limitu għall-użu ta' fatturi simplifikati huwa żgħir wisq. Iż-żieda tal-limitu massimu għal 300 EUR għall-użu ta' fatturi simplifikati tkompli tnaqqas il-piżijiet tan-negozji u xorta ma tippreżentax riskju għall-baġits tal-Istati Membri. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 221 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Rapporteur jipproponi li l-Istati Membri jkollhom il-possibilità li jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu li joħorġu fatturi simplifikati fir-rigward ta’ provvisti li huma eżenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 17 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 222 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għal ħafna setturi l-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Kummissjoni għall-ħruġ ta' fatturi meta jipprovdu merkanzija jew servizzi huma qosra wisq u l-estensjoni tal-perjodu għal xahrejn f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħruġ ta' fatturi wara li jkun seħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas huwa raġonevoli. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 19 – sottopunt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 226 – punt 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-Rapporteur jipproponi li jinżamm it-test oriġinali tad-Direttiva tal-VAT ladarba r-rekwiżit li jintuża n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-klijent għal fornimenti domestiċi jista’ jwassal għal piż addizzjonali fuq in-negozju. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 20 Direttiva 2006/112/KE Article 226b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex jinżamm bilanċ bejn il-proċeduri ta’ simplifikazzjoni u l-kontrolli effettivi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu regoli stretti ta’ fatturazzjoni u b’hekk jipprevjenu impatt negattiv fuq id-dħul. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 22 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 230 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda timmira lejn konsistenza kostanti mar-regola tar-rata tal-kambju stabbilita fl-Artikolu 91 (Qabbel emenda 1). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 25 Direttiva 2006/112/KE Artikoli 233, 234, 235 u 237 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 25 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 237 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-artikolu oriġinali tad-Direttiva jiddikjara li l-fatturi trażmessi jew li jkunu disponibbli elettronikament għandhom jiġu kkontrollati għall-integrità u l-awtentiċità. Il-firma elettronika avvanzata u/jew l-interkambju tad-data elettronika (EDI) huma l-mezzi prinċipali biex isir dan il-kontroll u b’hekk jitrażżnu l-possibilitajiet ta’ abbuż bil-fatturazzjoni elettronika. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 29 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 244 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġi mistqarr b'mod ċar u espliċitu li l-fatturi stampati u elettroniċi huma ugwalment validi. Iż-żamma tal-fatturi stampati tirrikjedi l-ispazju, li jiswa l-flus. Il-permess li l-fatturi jinżammu f'forma elettronika jista' jwassal biex in-negozji Ewropej ikunu aktar effiċjenti u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 32 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 247 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa importanti li jiġi mistqarr b'mod ċar u espliċitu li l-fatturi stampati u elettroniċi huma ugwalment validi. Iż-żamma tal-fatturi stampati tirrikjedi l-ispazju, li jiswa l-flus. Il-permess li l-fatturi jinżammu f'forma elettronika jista' jwassal biex in-negozji Ewropej ikunu aktar effiċjenti u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. It-tqassir tal-perjodu li fih l-orġinali jinżammu fil-fajl inaqqas ukoll il-bżonn għall-ispazju fejn jinżammu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 34 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 248a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Li l-Istati Membri jiġu mitluba jittraduċu xi fatturi fil-lingwa uffiċjali tagħhom jista' jirrappreżenta piż konsiderevoli speċjalment għan-negozji ż-żgħar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 36 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Titolu XIV – Kapitolu 4a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
E-amministrazzjoni effikaċi u affidabbli għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar prattiki tal-Istati Membri, appoġġata mill-programm Fiscalis u minn fondi eżistenti tal-UE. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Id-Direttiva dwar il-Fatturazzjoni li issa ġiet inkluża fid-Direttiva dwar il-VAT ma laħqitx b’mod sħiħ l-għan li r-regoli dwar il-fatturi tal-VAT jiġu simplifikati, immodernizzati u armonizzati. Id-diversi għażliet li huma disponibbli għall-Istati Membri wasslu għal sett ta’ regoli dwar il-fatturazzjoni li ma kinux armonizzati. Dan huwa tassew ċar b’mod speċjali fil-kuntest tar-regoli li hemm fis-seħħ għall-fatturazzjoni elettronika.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha l-għan li:
• Tissimplifika l-liġi u l-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u dawk nazzjonali kif ukoll għall-partijiet privati.
• Telimina l-ostakli legali fis-suq intern għall-fatturi tal-VAT.
• Tissimplifika l-obbligi ta’ informazzjoni għan-negozji, ħaġa li għandha tnaqqas il-piż amministrativ.
• Tħeġġeġ lin-negozji biex jużaw il-fatturazzjoni elettronika li hi effiċjenti u li tħalli profitt.
Sabiex tikseb l-għanijiet imsemmija qabel, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tnaqqas il-piżijiet fuq in-negozji billi tintroduċi sett ta’ regoli armonizzati dwar il-fatturazzjoni billi jitnaqqsu l-għażliet għall-Istati Membri u billi tiżgura li l-awtoritajiet fiskali jaċċettaw fatturi elettroniċi bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-fatturi stampati.
Il-Proposta se tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-SMEs billi se tippermetti l-użu ta’ fatturi simplifikati, inklużi dawk għal ammonti iżgħar li huma importanti ħafna għall-SMEs, u se tagħti wkoll l-opportunità lill-Istati Membri kollha biex jippremettu lill-SMEs biex iniżżlu l-VAT fil-kontijiet fuq bażi ta’ sistema ta’ kontabilità bbażata fuq il-ħlasijiet.
B’din il-Proposta, il-Kummissjoni trid iżżid l-użu tal-fatturazzjoni elettronika billi jitneħħew l-ostakli legali għat-trażmissjoni u l-ħażna tal-fatturi elettroniċi.
Barra minn hekk, il-Proposta għandha l-għan li tittratta l-frodi billi tintroduċi regoli aktar stretti dwar l-irwol tal-fattura fit-tnaqqis tal-VAT u billi tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni aktar mgħaġġel dwar il-provvisti intra-Komunitarji.
Aspetti speċifiċi tal-proposta
Il-ħlas ta’ taxxi għall-provvisti intra-Komunitarji
Il-Kummissjoni tipproponi li r-regoli dwar il-ħlas ta’ taxxa għall-provvisti intra-Komunitarji jiġu simplifikati. L-għan huwa li tiġi stabbilita data waħda li fiha tkun dovuta t-taxxa. Din għandha tkun dik tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas kif stabbilit biż-żmien tal-provvista. Għalkemm il-fattura huwa meħtieġ li tinħareġ sal-15-il jum tax-xahar wara li jseħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas, il-fattura xorta waħda tibqa’ d-dokument ewlieni li jikkonferma l-provvista intra-Komunitarja. Barra minn hekk, id-data tal-ħlas tat-taxxa għall-akkwisti intra-Komunitarji qed tkun emendata biex tikkorrispondi mal-provvista intra-Komunitarja.
Id-dritt għat-tnaqqis
Il-proposta tgħaqqad id-dritt għat-tnaqqis mar-rekwiżit biex tinżamm il-fattura għal tnaqqis. B’hekk, il-Kummissjoni tixtieq tiżgura t-trattament ugwali bejn ir-rekwiżiti tal-fornitur biex joħroġ fattura u l-klijent biex iżomm fattura biex jeżerċita d-dritt tiegħu għat-tnaqqis.
Il-ħruġ ta’ fattura
Bħalissa hemm ċertu ambigwità rigward f’liema Stat Membru japplikaw ir-regoli dwar il-fatturazzjoni. Din toħloq ċerti diffikultajiet għan-negozji. Persuna taxxabbli li tagħmel fornimenti li għalihom hija dovuta t-taxxa fi Stat Membru ieħor, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet dwar il-fatturazzjoni fl-Istati Membri l-oħra, u dawn ir-regoli jistgħu jkunu differenti għall-Istat Membru fejn din tkun stabbilita. Il-proposta hija intiża biex issolvi din il-problema billi tistabbilixxi sett ta’ regoli armonizzati għall-fatturi bejn Negozju u Negozju (Business to Business - B2B), bil-konsegwenza li persuna taxxabbli li toħroġ fattura li permezz tagħha din tiġi identifikata għall-finijiet ta’ VAT ikollha ċ-ċertezza legali li l-fattura tkun valida fl-UE kollha.
Il-kontenut ta’ fattura
Il-proposta hija intiża biex tistabbilixxi sistema ta’ fatturazzjoni fuq żewġ livelli. L-ewwel nett, hemm il-fattura li turi l-VAT sħiħa li hija fattura obbligatorja b’sett estensiv ta’ dettalji għall-provvisti B2B meta jkun hemm il-probabilità li l-klijent ikun se jeżerċita d-dritt għat-tnaqqis. It-tieni nett, hemm l-għażla, jew f’ċerti każijiet ir-rekwiżit, għal fattura simplifikata.
Rigward fattura li turi l-VAT sħiħa, hemm tliet bidliet importanti għar-rekwiżiti preżenti fl-Artikolu 226 tad-Direttiva dwar il-VAT:
– ir-rekwiżit biex il-fornitur jiddikjara fuq il-fattura n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-klijent
– it-tieni bidla hija li d-data tal-provvista tal-merkanzija jew servizzi qed tinbidel bid-data li fiha tkun dovuta t-taxxa. B’dan il-mod min jirċievi l-provvista jkun jaf f’liema perjodu huwa jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu għat-tnaqqis.
– it-tielet bidla tikkonċerna l-provvisti bl-inverżjoni tal-ħlas: il-fornitur jista’ jeskludi r-rata tal-VAT kif ukoll l-ammont ta’ VAT dovut mill-fattura sħiħa meta l-provvista sseħħ fi Stat Membru ieħor.
Bidla oħra li ta’ min wieħed isemmiha tikkonċerna r-rata tal-kambju li għandha tintuża biex l-ammont tal-VAT li jrid jitħallas jew jiġi kkreditat ikun imfisser fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru li fih issir il-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi. Il-Kummissjoni tipproponi li tintuża r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
Fir-rigward tal-fatturazzjoni elettronika, bħalma ntqal diġà, il-Kummissjoni tipproponi li l-fatturi stampati u l-fatturi elettroniċi jiġu trattati bl-istess mod.
Fl-aħħar nett, il-proposta tistabbilixxi perjodu ta’ żmien komuni ta’ 6 snin għall-UE kollha li matulu jridu jinżammu l-fatturi kollha. Dan jippermetti l-uniformità għall-iskambju ta’ fatturi bejn l-Istati Membri.
Punti għad-diskussjoni
Ir-rapporteur għamel evalwazzjoni pożittiva u ġenerali tal-proposta. Madankollu, hemm numru ta’ kwistjonijiet li huwa jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Membri tal-Kumitat ECON għalihom.
Matul l-eżami tiegħu tal-proposta oriġinali mill-Kummissjoni, ir-rapporteur innota li xi miżuri proposti setgħu joħolqu problemi għal ċerti awtoritajiet fiskali billi dawn jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-modi kif jitwettqu ċerti kontrolli, b’mod partikolari fi Stati Membri żgħar. Dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq id-dħul. Ir-rapporteur iħoss li huwa importanti li jinstab bilanċ bejn il-proċeduri ta’ simplifikazzjoni u l-kontrolli effettivi li għandhom isiru mill-awtoritajiet fiskali filwaqt li tiġi kkunsidrata wkoll il-kwistjoni tal-ekonomiji ta’ skala. Għaldaqstant, ir-rapporteur jipproponi li l-Istati Membri ma jiġux ipprojbiti milli jimponu regoli stretti dwar il-fatturazzjoni bħal, pereżempju, ir-rekwiżit għall-bejjiegħa bl-imnut li joħorġu rċevuta minn cash register fiskali li tkun approvata mill-awtoritajiet fiskali. Bl-istess mod, ir-rapporteur jipproponi wkoll li l-awtoritajiet fiskali jingħataw l-għażla li jitolbu rekwiżiti formali addizzjonali (pereżempju numri sekwenzjali) għal fatturi simplifikati.
Fir-rigward tar-rekwiżit biex tinżamm fattura valida biex wieħed ikun jista’ juża d-dritt tat-tnaqqis, ġie espress tħassib dwar jekk din ir-regola tistax toħloq diffikultajiet għal negozji onesti li jirċievu merkanzija jew servizzi minn barra l-UE, billi l-fornituri li mhumiex ġejjin mill-UE mhumiex neċessarjament familjari mal-fatturazzjoni tal-VAT fl-UE. Jitfaċċaw kwistjonijiet simili fir-rigward tar-rekwiżit biex jinħarġu fatturi tal-VAT għall-provvisti li huma eżentati fil-każijiet kollha, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-Istati Membri fejn il-fatturi attwalment ma jinħtiġux għall-provvisti li huma eżentati, ikun jeħtiġilhom li jintroduċu bidliet li jqumu l-flus fis-sistemi li jużaw biex jipproduċu fatturi.
Titfaċċa wkoll il-kwistjoni dwar jekk ir-rekwiżit li tintuża r-rata ta’ kuljum tal-BĊE f’każ li tinħareġ fattura f’munita differenti minn dik tal-Istat Membru fejn titħallas it-taxxa jistax ikun ta’ piż kbir fuq in-negozji.
Rigward ir-regoli l-ġodda dwar il-ħruġ ta’ fatturi, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-piż amministrattiv għall-fornituri jkun limitat kemm jista’ jkun, billi jiġi ċċarat li f’ċertu numru ta’ każijiet, il-ħruġ ta’ fattura għandha tkun soġġetta għar-regoli li japplikaw fl-Istat Membru tal-fornitur. Ikun xieraq ukoll li jiġi ċċarat li f’każ li l-fornitur ma jkunx stabbilit fil-Komunità minn fejn issir il-provvista, il-ħruġ ta’ fattura m’għandux jiġi soġġett għar-regoli stipulati f’din id-Direttiva. Dan żgur għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni korretta tar-regoli dwar it-tnaqqis mit-taxxa fuq ix-xiri.
Fir-rigward tar-rekwiżit biex jintuża n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għall-provvisti lokali, din il-miżura tista’ timplika wkoll piż addizzjonali. Bħalissa, numru kbir ta’ Stati Membri ma jitolbux in-numru tal-VAT tal-klijent għall-provvisti lokali.
Fl-aħħarnett, huwa ta’ importanza kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema li l-Istati Membri fejn l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda tal-informatika fil-qasam tat-tassazzjoni għadha ma ġietx implimentata għalkollox jingħataw l-appoġġ meħtieġ, permezz tal-programm FISCALIS eżistenti jew permezz ta’ possibilitajiet oħra ta’ ffinanzjar.
Konklużjoni
Ir-rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass pożittiv lejn l-introduzzjoni ta’ ċarezza u ċertezza legali kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-awtoritajiet, filwaqt li jiġu pprovduti mezzi addizzjonali għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (9.3.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
on the proposal for a Council directive amending Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax as regards the rules on invoicing
(COM(2009)0021 – C6‑0078/2009 – 2009/0009(CNS))
Rapporteur: Alexandra Thein
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond
Fid-Direttiva dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ir-regoli dwar il-fatturazzjoni, li għandhom jiġu mmodifikati bil-proposta tal-Kummissjoni, jieħdu relattivament ftit spazju. Madankollu, il-fatturi huma element ċentrali tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud, peress li fin-negozju huma prova essenzjali tal-ħlas tat-taxxa għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet attwalment validi għall-fatturazzjoni jġibu magħhom xogħol amministrattiv żejjed u fil-biċċa l-kbira ma tawx prova tal-valur tagħhom fil-prattika. Numru kbir ta’ lmenti minn dawk involuti fl-ekonomija ġiegħlu lill-Kummissjoni tittrevedi d-dispożizzjonijiet dwar il-fatturazzjoni. Minn naħa waħda, huma previsti dispożizzjonijiet simplifikati u armonizzazzjoni parzjali, biex il-kummerċ transkonfinali jitħaffef għall-kumpaniji. Min-naħa l-oħra, il-progress teknoloġiku għandu jiġi kkunsidrat billi jiġi propost li minn banda tiġi abbandunata d-distinzjoni bejn fatturi maħruġa elettronikament u mill-banda l-oħra l-fatturi fuq il-karta. Bħala prova essenzjali tal-ħlas, il-fatturi wkoll għandhom funzjoni importanti għall-awtoritajiet tat-taxxa. Il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi f’dan il-kuntest, għaldaqstant, miżuri simplifikati għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa.
Pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur tappoġġja r-raġunijiet tal-motivazzjoni u l-objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni. Ix-xogħol amministrattiv żejjed huwa piż finanzjarju fuq il-kumpaniji u jostakola t-tkabbir u l-innovazzjoni. Il-miżuri proposti se jagħtu kontribut fuq kollox biex jiġi ssimplifikat il-kummerċ għall-SMEs.
B’mod partikolari, qed tiġi proposta t-tneħħija tar-rekwiżit li l-fatturi elettroniċi jeħtieġu firma elettronika avvanzata jew li tiġi trażmessa permezz tal-EDI. It-trattament ugwali fil-futur ta’ fatturi elettroniċi u fatturi bil-karta se jwassal għal użu aktar qawwi tal-fatturazzjoni elettronika u dan iġib miegħu potenzjal kbir ħafna għall-kumpaniji biex inaqqsu l-ispejjeż. Ir-rapporteur mhijiex tal-fehma li l-firma elettronika biss jew il-proċedura EDI joffru garanzija suffiċjenti kontra l-frodi fiskali. L-ewwelnett, il-fattura mhijiex l-uniku dokument li jippermetti li jsiru suppożizzjonijiet dwar l-eżistenza fattwali ta’ servizz. It-tieni, ħafna kumpaniji diġà integraw miżuri ta’ sigurtà fil-proċeduri kummerċjali, li jiggarantixxu trażmissjoni sikura ta’ data b’mezzi elettroniċi. It-tielet, l-azzjonijiet frawdolenti lanqas ma jistgħu jiġu evitati permezz tar-rekwiżiti aktar iebsa li jeżistu attwalment. Fl-aħħarnett, l-eżistenza ta’ operazzjonijiet fiskali regolari tista’ tiġi vverifikata biss permezz ta’ ispezzjoni tal-kumpanija.
Ir-raporteur tikkritika l-fatt li l-Kummissjoni, filwaqt li ħabbret il-prospettiva li se jiġu ffrankati EUR 18-il biljun, naqset milli tippreżenta minn qabel evalwazzjoni komprensiva tal-impatt li toffri spjegazzjoni għall-bażi għall-kalkolu tal-ammont iffrankat. B’hekk, fil-fehma tar-rapporteur, il-Kummissjoni qed taġixxi b’mod kuntradittorju fir-rigward tal-linji gwida tagħha stess ta’ Jannar 2009 dwar l-implimentazzjoni ta’ evalwazzjonijiet tal-impatt.
Ir-rapporteur hija tal-opinjoni wkoll li l-formulazzjoni ġdida tal-Artikolu 249 ma tistax tiġi aċċettata. Fil-verżjoni attwali, l-Artikolu jippermetti biss l-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn persuna taxxabbli tkun stabbilita li jkollhom aċċess b’mod elettroniku għall-apparat ta’ ħżin ta’ data ta’ dik il-persuna taxxabbli. L-istess japplika fejn persuni taxxabbli jżommu d-dokumenti fiskali tagħhom fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn huma stabbiliti. Għall-każijiet eċċezzjonali, fejn persuna tkun taxxabbli barra mill-Istat Membri li fih tkun stabbilita, l-Istat Membru kkonċernat ikollu jiddependi fuq il-proċedura ta’ assistenza reċiproka biex jinvestiga każijiet suspettużi. Dan għandu jibqa’ hekk.
Madankollu, bil-proposta tal-Kummissjoni, l-aċċess għad-data elettronika għandu jkun aċċessibbli anki fil-każijiet eċċezzjonali. Pereżempju, taħt din il-proposta, l-awtoritajiet fiskali Ġermaniżi fil-futur jista’ jkollhom aċċess elettroniku għad-data ta' kumpannija stabbilita fil-Belġju jekk din issir taxxabbli fil-Ġermanja. B’hekk, għall-ewwel darba, ikun hemm il-possibilità li Stat Membru jkun jista’ jara elettronikament il-proċeduri fiskali ta’ kumpanija li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor. Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina kif l-aċċess elettroniku għal data speċifika jkun possibbli mingħajr ma fl-istess ħin tintwera data li ma tkunx rilevanti għall-operazzjoni tat-taxxa inkwistjoni.
Anki jekk ir-rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi, dan ma jiġġustifikax id-dritt estensiv ta’ ndħil transkonfinali fuq id-drittijiet tal-libertà finanzjarja tal-kumpaniji. Għandu jkun hemm bilanċ xieraq bejn l-għan li tiġi kkumbattuta l-frodi minn naħa waħda u l-għan ta’ protezzjoni tad-data min-naħa l-oħra. Il-Kummissjoni ma spjegatx ukoll għaliex intervent daqshekk estensiv qed jitqies bħala neċessarju.
EmendI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 8 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 167a – paragrafu 2 – parti introduttorja | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Is-sistema ta’ kontabilità bbażata fuq l-irċevuti u l-ħlasijiet, li saret obbligatorja għall-SMEs, se tkun effettivament kejl ekonomiku li jħeġġeġ it-tranżazzjonijiet ta’ bejniethom, u dan huwa ġustifikabbli b’mod eminenti fil-kuntest tal-kriżi ekonomika attwali. Barra minn hekk, din il-miżura se tkun iktar konformi mal-objettiv tal-SBA. | |||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 29 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 244 – paragrafu 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Għal raġunijiet ta’ kjarifika, minħabba li “ż-żamma ta’ fattura” tista’ tfisser mhux biss il-metodu u l-appoġġ magħżula iżda wkoll it-tul taż-żamma. | |||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 32 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 247 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fid-dawl tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 244, fejn il-perjodu applikabbli b’mod ġenerali huwa ta’ sutt snin, filwaqt li kull Stat Membru jista’ jispeċifika perjodi itwal fid-dawl tal-prattiki tiegħu stess (pereżempju fir-Rumanija, fejn il-perjodu ta’ għajnuna għall-bini huwa ta’ 20 sena, il-perjodu taż-żamma ma jistax ikun inqas minn 20 sena). |
PROĊEDURA
Titolu |
Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni |
|||||||
Referenzi |
(COM(2009)0021 – C6-0078/2009 – 2009/0009(CNS)) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 19.10.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur Data tal-ħatra |
Alexandra Thein 2.9.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
3.12.2009 |
28.1.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
8.3.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Marielle Gallo, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sergio Gaetano Cofferati, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders, József Szájer |
|||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni |
|||||||
Referenzi |
(COM(2009)0021 – C6-0078/2009 – 2009/0009(CNS)) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
27.2.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 19.10.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 19.10.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
David Casa 21.7.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
2.12.2009 |
21.1.2010 |
22.2.2010 |
|
||||
Data tal-adozzjoni |
17.3.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 2 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
David Casa, Sari Essayah, Robert Goebbels, Syed Kamall, Philippe Lamberts, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Catherine Stihler, Zoran Thaler |
|||||||