Proċedura : 2009/2073(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0080/2010

Testi mressqa :

A7-0080/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0137

ABBOZZ TA’ RAPPORT     
PDF 150kWORD 84k
26.3.2010
PE 430.316v02-00 A7-0080/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(C7‑0177/2009 – 2009/2073(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

EMENDI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(C7‑0177/2009 – 2009/2073(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7‑0177/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0080/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(C7‑0177/2009 – 2009/2073(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7‑0177/2009)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0080/2010),

A. billi "ċ-ċittadini għandhom dritt ikunu jafu kif qed jintefqu t-taxxi tagħhom u kif qed tintuża s-setgħa fdata lill-korpi politiċi"(11),

1.  Jinnota li fl-2008 l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal total ta' EUR 118 miljun (EUR 116 miljun fl-2007), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 95,64%, l-istess bħall-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (95,67%);

2.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat fir-rapport annwali tagħha li l-verifika ma wasslitx għal xi kummenti sinifikanti fir-rigward tal-KESE;

3.  Jinnota ż-żieda żgħira fin-numru ta' postijiet permanenti (700 post fl-2008; 695 post fl-2007) allokati lill-KESE, u l-fatt li dawn il-postijiet kważi kollha mtlew (14-il post vakanti fl-2007; 8 postijiet vakanti fl-2006); jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan għal terminu medju (strateġija 2008-2013) biex jiġu promossi l-opportunitajiet ugwali u d-diversità fis-segretarjat, b'mod partikolari billi jiġu introdotti arranġamenti ġenerali ta' ħinijiet flessibbli fil-futur, kif ukoll pjan ta' taħriġ għal terminu medju (2008-2010) u l-iżvilupp ta' politika ta' mobilità tal-persunal, u jistenna b'ħerqa rapporti dwar il-progress fil-politika tar-riżorsi umani;

4.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-kumment li sar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-Anness 11.2 tar-rapport annwali tagħha rigward l-istrateġija differenti tal-KESE (kif ukoll il-Parlament) meta japplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-fattur ta' multiplikazzjoni; jirrimarka li b'dan il-mod l-KESE jagħti lill-persunal tiegħu vantaġġ finanzjarju mhux mogħti mill-istituzzjonijiet l-oħra, u li dan iwassal għal aktar spejjeż; itenni li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-fattur ta' multiplikazzjoni għandhom jiġu interpretati u implimentati mill-istituzzjonijiet kollha bl-istess mod; jinnota l-intenzjoni tal-KESE li jadatta l-prattika tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni mistennija tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva bejn l-KESE u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) għall-perjodu 2008 sa 2014, u jistieden lill-KESE u lill-KtR biex jikkomunikaw il-progress li jsir fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-istandards interni tagħhom ta' kontroll, kif ukoll il-proċeduri finanzjarji rilevanti relatati mas-Servizzi Konġunti; jieħu nota tas-soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat li l-verifika fis-Servizzi Konġunti titqassam fuq il-bażi tal-"oriġini" tal-uffiċjal li jawtorizza li jkun inkarigat minn Kumitat jew ieħor;

6.  Ifakkar li s-separazzjoni li ġejja mill-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva għandha tkun newtrali f'dak li jirrigwardja l-baġit, u qed jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Ftehim, mistennija fl-2001, u, bħala parti minnha, analiżi konġunta mill-KESE u l-KtR;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-ftehimiet ta' minikooperazzjoni fl-oqsma affettwati mis-separazzjoni, kif imwettqa konġuntament mill-KESE u l-KtR, b'mod partikolari l-konklużjonijiet tagħhom li l-istruttura ta' tmexxija ġdida tejbet il-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitati, li s-servizzi separati żammew il-kwalità u tejbu l-effiċjenza, u li l-ebda mezzi baġitarji supplimentari ma kienu meħtieġa; jinnota wkoll il-konklużjoni li xi aspetti prattiċi tal-kooperazzjoni għandhom jittejbu fil-futur;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-KESE fil-qasam tal-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tas-sistemi tal-IT, b'mod partikolari n-negozjati tal-KESE u l-KtR mal-Kummissjoni dwar l-użu tas-sistema tal-ġestjoni tal-persunal Sysper2;

9.  Jinnota l-assigurazzjoni tal-KESE rigward il-kontrolli, b'mod partikolari li r-regoli interni tal-KESE jipprevedu verifika ex-ante sistematika, u li din hija msaħħa permezz ta' kontrolli ex-post każwali, speċjalment f'oqsma b'volum għoli;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tħaddim b'suċċess tal-kumitat ta' verifika tal-KESE, il-verifiki mwettqa u s-segwitu għall-pjanijiet ta' azzjoni miftiehma, kif ukoll it-tkomplija tal-iżvilupp ta' indikaturi tal-attività u tal-prestazzjoni ewlenin (KAPI) fl-2008, imwettqa mill-Unità għall-Verifika Interna, u r-rieda tal-KESE li jappoġġja l-istituzzjonijiet l-oħrajn b'informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba fl-iżvilupp tal-KAPI;

11.  Ifakkar li l-membri tal-KESE ma jiddikjarawx l-interessi finanzjarji tagħhom jew jiżvelaw informazzjoni dwar attivitajiet professjonali li għandhom jiġu ddikjarati u postijiet jew attivitajiet imħallsa; jitlob li l-KESE jdaħħal dan l-obbligu għall-membri tiegħu mingħajr dewmien;

12.  Iħeġġeġ barra minn hekk sabiex l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri tal-KESE għandhom ikunu bbażati biss fuq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar reali; jissuġġerixxi wkoll li l-allowances ta' kuljum għandhom ikunu ugwali għal dawk li jirċievu l-Membri tal-Parlament Ewropew; jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-KESE biex jagħmel rapport lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew qabel Settembru 2010 dwar regoli interni ġodda xierqa li għandhom jiġu adottati;

13.  Jinnota l-fatt li l-grupp ad-hoc tal-Bureau tal-KESE responsabbli għall-abbozzar ta' proposti dwar ir-reviżjoni tal-istatut finanzjarju tal-membri kkonkluda ħidmietu u l-proposta issa qed tiġi diskussa fil-korpi adattati; iħeġġeġ lill-KESE biex jikkomunika r-riżultat ta' dak il-proċess;

14. Ifakkar fil-kumment tiegħu li r-regoli dwar l-akkwisti tar-Regolament Finanzjarju huma onerużi wisq għall-istituzzjonijiet iż-żgħar; ifakkar lill-Kummissjoni fit-talba tiegħu li tikkonsulta b'mod estensiv mal-KESE meta twettaq il-ħidma preliminari tagħha qabel ma tfassal kwalunkwe proposti futuri għall-emendar tar-Regolament Finanzjarju, sabiex jiġi żgurat li l-preokkupazzjonijiet tal-KESE jitqiesu b'mod sħiħ;

15. Ifaħħar lill-KESE għall-kwalità tar-rapport annwali tiegħu dwar l-attività, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu ċar għad-deċiżjonijiet preċedenti ta' kwittanza tal-Parlament.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Hohlmeier, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

 14. 

(1)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(2)

ĠU C 273, 13.11.2009

(3)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(4)

ĠU C 273,

(5)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(7)

ĠU C 273, 13.11.2009

(8)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(9)

ĠU C 273, 13.11.2009

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

L-inizjattiva Ewropea favur it-trasparenza: http://ec.europa.eu/commission_barroso/kallas/work/eu_transparency/index_en.htm

Avviż legali - Politika tal-privatezza