Proċedura : 2009/2121(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0081/2010

Testi mressqa :

A7-0081/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0109

RAPPORT     
PDF 175kWORD 97k
26.3.2010
PE 430.484v01-00 A7-0081/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0192/2009 – 2009/2121(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0192/2009 – 2009/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(3), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b’mod partikolari fl-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0081/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0192/2009 – 2009/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(7), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b’mod partikolari fl-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0081/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0192/2009 – 2009/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1406/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(11), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b’mod partikolari fl-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0081/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta' April 2009 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sigurtà Marittima Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(13) u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja interalia d-deċiżjoni ta’ kwittanza:

-    osserva li l-Qorti tal-Awdituri elenkat 32 trasferiment tal-baġit fl-2007 u nnota l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tan-numru għoli ta' trasferimenti,

-    innota li, l-istess bħal fl-2006, il-Qorti tal-Awdituri reġgħet sabet li ttieħdu impenji legali qabel ma ttieħdu l-impenji baġitarji korrispondenti,

-    jistieden lill-Aġenzija biex tiżgura li l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha jkunu trasparenti u ma jkunux diskriminatorji, b'mod partikulari billi tiżgura l-parteċipazzjoni tal-kumitat tal-persunal

Prestazzjoni

1.  Jinsab diżappuntat li l-Aġenzija naqset li tħejji programm ta’ ħidma pluriennali u li l-programm ta’ ħidma annwali tagħha ma kienx relatat mal-baġit għall-impenji tagħha; jinsisti dwar l-importanza għall-Aġenzija li jiġu stabbiliti għanijiet SMART u indikaturi RACER fit-tfassil tal-programm tagħha bl-iskop ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħha; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-aġenzija li tassigura li tejbet il-programm ta' ħidma tagħha għall-2009 bit-twaqqif ta' objettivi u indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin u sistema aħjar ta’ ppjanar tar-riżorsi; għalhekk jitlob, li din l-istrateġija titressaq lill-Parlament malajr kemm jista’ jkun; jistieden, barra minn hekk, lill-Aġenzija biex tqis l-introduzzjoni tad-dijagramma ta' Gantt fil-programmazzjoni ta' kull attività operattiva tagħha, sabiex tindika b’mod konċiż l-ammont ta’ żmien li jkun ħa kull membru tal-persunal fuq proġett u tħeġġeġ approċċ orjentat lejn il-kisba tar-riżultati;

2.  Jitlob lill-Aġenzija biex tippreżenta, fit-tabella komparattiva tagħha, li tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti, li turi l-operazzjonijiet magħmula matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dawk effettwati waqt is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tevalwa aħjar il-prestazzjoni tal-Aġenzija bejn sena u oħra;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-2008 kienu affidabbli u li t-tranżazzjonjiet sottostanti, meħuda bħala entità sħiħa, kienu legali u regolari;

4.  Jinnota li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima rċeviet EUR 44 300 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 46 890 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Baġit tal-Unjoni għall-2008;

5.  Jiġġudika bħala preokkupanti l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri reġgħet sabet numru kbir ta' trasferimenti tal-baġit fl-2008 (52 fl-2008 u 32 fl-2007); jinnota t-tweġiba tal-Aġenzija li tiddikjara li t-trasferimenti prospettivi għall-ispejjeż amministrattivi kienu limitati għall-perjodu 2008-2009 minħabba r-rilokazzjoni tal-Aġenzija fl-uffiċċji definittivi tagħha; jinsab imħasseb, b'mod partikolari, minħabba l-fatt li bejn Ġunju u Novembru 2008, aktar minn EUR 2 000 000 li jikkorrispondu għall-approprjazzjonijiet destinati għall-ispejjeż tal-persunal ġew trasferiti għal-linji tal-baġit iddedikati għall-ispejjeż amministrattivi, u dan wassal biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet trasferiti għas-sena finanzjarja 2009 u biex jitnaqqas l-ammont li għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li timpenja ruħha li tkompli bl-isforzi tagħha bil-ħsieb li ttejjeb l-ippjanar u s-sorveljanza tagħha u b'hekk tnaqqas in-numru ta' modifiki baġitarji;

6.  Jinnota li, l-istess bħal fl-2006 u fl-2007, il-Qorti tal-Awdituri reġgħet sabet li ttieħdu impenji legali qabel ma ttieħdu l-impenji baġitarji korrispondenti, jistieden, għaldaqstant, lill-Aġenzija biex tirdoppja l-isforzi tagħha fl-attivitajiet ta’ formazzjoni u ta’ komunikazzjoni biex fil-ġejjieni jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn; jitlob, barra minn hekk, li l-azzjonijiet meħuda f’dan il-qasam jiġu rreġistrati fir-rapport ta’ attività annwali tal-Aġenzija għall-2009;

7.  Jinnota li l-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 juru dħul mill-interessi ta' EUR 519 598.10, li minnhom EUR 472 251.18 diġà tħallsu lura lid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport, u l-bqija ta' EUR 47 346.92 daħlu fil-kontijiet bħala spejjeż dovuti; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji annwali u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax l-Aġenzija għandha livell tar-riżervi ta’ flus kontanti permanentement għoli ħafna; jinnota b'sodisfazzjoni li sal-31 ta' Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta' flus kontanti tal-Aġenzija kien tnaqqas għal EUR 3 610 677.41; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-mezzi biex jiġi żgurat li r-riżervi ta’ flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti tal-Impriża Konġunta jinżammu permanentament baxxi kemm jista' jkun;

Verifika interna u riżorsi umani

8.  Jirrikonoxxi li sal-aħħar tal-2008 l-Aġenzija implimentat 25 rakkomandazzjoni tas-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) minn 32 mill-2006; jinnota li r-rakkomandazzjonijiet ikkunsidrati bħala "importanti ħafna" jirrigwardaw: l-adozzjoni tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal li jikkonċernaw ir-reklutaġġ ta’ staff temporanju bi qbil mar-Regolamenti tal-Persunal; il-kontrolli fil-proċedura tal-għażla biex jiġu żgurati aktar trasparenza u trattament ugwali għall-kandidati; l-iżvilupp ta’ strateġija għall-ippjanar tal-karrieri (inklużi attivitajiet ta’ taħriġ, ikkowċjar u ta’ superviżjoni); u l-ippjanar aħjar tar-riżorsi umani

oo   o

9.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.2.2010

23.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2008

(SEC(2009)1089 – C7-0192/2009 – 2009/2121(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Anne E. Jensen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-2008 kienu affidabbli u li t-tranżazzjonjiet sottostanti, meħuda bħala entità sħiħa, kienu legali u regolari;

2.   Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 44.3 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 46.89 miljun f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-baġit tal-UE tal-2008;

3.   Jiddispjaċih li l-proċeduri biex jiġi stabbilit il-baġit ma kinux rigorużi biżżejjed, u dan wassal għal għadd kbir ta’ trasferimenti baġitarji u livell għoli ta’ kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, ħaġa li turi nuqqasijiet fl-ippjanar u fil-monitoraġġ;

4.   Jagħraf li xi wħud minn dawn il-problemi kienu ġrajjiet ta’ darba marbuta mal-fatt li l-Aġenzija ċċaqalqet għall-binja tal-uffiċini tagħha fejn għandha tibqa’ fit-tul;

5.   Jinnota bi tħassib li ttieħdu impenji legali qabel ma saru l-impenji baġitarji korrispondenti, minkejja l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kienet diġà kkritikat din l-imġiba fl-2006 u fl-2007; jistieden lill-Aġenzija biex tippreżenta pjan dettaljat lill-Parlament biex jiġi żgurat li dawn in-nuqqasijiet ma jerġgħux iseħħu;

6.   Jinsab diżappuntat li l-Aġenzija naqset milli tħejji programm ta’ ħidma plurijennali u li l-programm ta’ ħidma annwali tagħha ma kienx relatat mal-baġit għall-impenji tagħha; jilqa l-assigurazzjoni tal-Aġenzija li hija qed tiffinalizza strateġija ta' ħames snin u tiżviluppa Indikaturi Prinċipali ta' Prestazzjoni u jitlob li din l-istrateġija tiġi ppreżentata lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

7.   Jipporoponi, madankollu, li l-Parlament jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Alvarez, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Philip Bradbourn, Derk Jan Eppink, Tanja Fajon, Michael Gahler, Anne E. Jensen, Petra Kammerevert, Dominique Riquet, Anna Rosbach, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 55.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 55.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 55.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 172.

(14)

Texts adopted, P7_TA-PROV(2010)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza