RAPPORT dwar kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008

26.3.2010 - (C7‑0191/2009 – 2009/2120(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Véronique Mathieu

Proċedura : 2009/2120(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0083/2010
Testi mressqa :
A7-0083/2010
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0191/2009 – 2009/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulazzjoni)[3], u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0083/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0191/2009 – 2009/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulazzjoni)[7], u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0083/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0191/2009 – 2009/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni[9],

–– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulazzjoni)[11], u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0083/2010),

A. billi l-Qorti tal-Awdituri tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta’April 2009 il-Parlament ta kwittanza lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2007[13], u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, inter alia:

- innota s-sejba tal-Qorti tal-Awdituri li l-ammont ta' dħul assenjat fil-baġit ta' emenda kien żbaljat (kellu jkun ta’ EUR 1 200 000 u mhux ta’ EUR 3 400 000),

- osserva li, fid-dikjarazzjoni tagħha ta' assigurazzjoni (mehmuża mar-rapport ta' attività annwali), id-Direttriċi esprimiet l-istess riservi bħas-sena ta’ qabel rigward l-inċertezza politika fil-pajjiżi sħab, il-ġestjoni finanzjarja tal-konvenzjoni Tempus u l-possibilità ta’ implikazzjonijiet soċjali, ta’ reputazzjoni, legali u finanzjarji tal-għajnuna teknika Tempus fi ħdan il-Fondazzjoni;

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 hu legali u regolari;

Prestazzjoni

2.  Jinnota li, fil-valutazzjoni ad interim tal-Fondazzjoni (EAC/06/05 rapport finali, 25 ta' Mejju 2006), l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-benefiċjarji diretti tagħha kien ikkunsidrat, b’mod ġenerali, wieħed pożittiv; jinnota madankollu li l-impatt fuq l-istituzzjonijiet governattivi ma jistax ikun ippruvat faċilment minħabba d-diffikultà li tiġi stabbilita rabta diretta bejn ir-riżultati tal-proġetti tal-Fondazzjoni u l-attivitajiet ta' dawn l-istituzzjonijiet;

3.  Jifraħ lill-Fondazzjoni li, tal-appoġġ tagħha lill-Kummissjoni fl-2008, kisbet rata ta' sodisfazzjon ta’ 97% mingħand il-Kummissjoni; jirrimarka, b'mod partikulari, li l-applikazzjonijiet l-aktar frekwenti li saru lill-Fondazzjoni kienu dawk fil-qasam tal-politiki u l-kontribuzzjonijiet fit-tħejjija tal-Istrumenti Ewropej ta’ Viċinat (32%), segwiti mill-formulazzjoni (21%), l-ipprogrammar (11%), l-identifikazzjoni ta’ proġetti (10%) u s-segwitu;

4.  Jistieden lill-Fondazzjoni biex, fit-tabella tagħha li għandha tiġi annessa mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta paragun tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u dawk imwettqa fis-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tevalwa b’mod aktar effettiv il-prestazzjoni tal-Fondazzjoni minnsena għal oħra;

Il-kamp ta’ azzjoni tal-Fondazzjoni

5.  Jinnota li, wara r-riformulazzjoni, fl-2008, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ[14], il-Fondazzjoni issa għandha l-għażla li tiżviluppa l-kompetenza tagħha f'setturi differenti minn dawk meqjusa fis-snin preċedenti; jinnota li r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 jispeċifika mekkaniżmi proċedurali ġodda għall-approvazzjoni ta’ twessigħ tal-ambitu tematiku u ġeografiku tal-Fondazzjoni;

Kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħrig Vokazzjonali (Cedefop)

6.  Jitlob, minħabba l-fatt li xi oqsma ta' interess huma kondiviżi, biex ikun hemm kooperazzjoni mill-qrib u sinerġiji bejn il-Fondazzjoni u s-Cedefop u jitlob li tingħata informazzjoni b'mod regolari fir-rapporti ta' attività mid-Diretturi taż-żewġ aġenziji;

Verifika interna

7.  Jirrikonoxxi li mill-2006 ’l hawn, ġew implimentati 12 mis-27 rakkomandazzjoni magħmula mis-Servizz tal-Verifika Interna (SVI); jinnota li, fost il-ħmistax-il rakkomandazzjoni li għadha ma ġietx implimentata, sitta huma meqjusa ‘importanti ħafna’; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni, għalhekk, biex mingħajr dewmien tistabbilixxi ċerti standards ta’ kontroll (rigward id-dokumentazzjoni ta' proċeduri, is-superviżjoni ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-kontinwità tal-operazzjonijiet) u ċerti rakkomandazzjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi umani (rigward l-immaniġġjar tar-riżorsi umani fl-ippjanar annwali u fir-rappurtar annwali tal-attività; l-iffissar ta’ objettivi; u r-reġistrar tal-ħinijiet tal-persunal);

Riżorsi Umani

8.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tan-nuqqas ta’ trasparenza fil-proċeduri tar-reklutaġġ u l-intervent tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li fetaħ inkjesta (OF/2009/0370); jiġbed l-attenzjoni għall-Linji Gwida tal-Unjoni dwar l-Impjiegi u b’mod partikolari għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[15] fir-rigward tal-kriterji tal-għażla u l-kundizzjonijiet tar-reklutaġġ; jistenna li l-Aġenziji kollha tal-Unjoni bħala minimu jikkonformaw ma’ dawk il-Linji Gwida u jistieden lill-Fondazzjoni biex tagħti eżempju billi fil-ġejjieni timplimenta proċeduri ta’ reklutaġġ ġusti, trasparenti u komprensivi;

9.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni biex tirrapporta dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi umani tagħha; jirrimarka, b’mod partikolari, li kunsiderazzjoni inadegwata tar-riżorsi umani fil-kuntest tal-ippjanar annwali u tar-rappurtar annwali tal-attività jinvolvi riskju ta’ ineffiċjenza u ta’ nuqqas ta’ trasparenza fl-allokazzjoni u l-użu tal-persunal tal-Fondazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li l-objettivi għal membri individwali tal-persunal għandhom ikunu allinjati aħjar mal-objettivi annwali u strateġiċi tal-Fondazzjoni u li anke s-sistema tar-reġistrar tal-ħinijiet tal-persunal għandha tkun inkorporata fil-qafas tal-ippjanar u l-ibbaġittjar annwali;

10. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li hemm diversi nuqqasijiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li l-Bordijiet ta’ Evalwazzjoni tar-Reklutaġġ jipprovdu informazzjoni biżżejjed dwar il-proċeduri segwiti, inklużi ġustifikazzjonijiet għad-deċiżjonijiet u d-dati li fihom ittieħdu, sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza ta' dawn il-proċeduri;

11. Jinnota, madankollu, li l-Fondazzjoni issa qed tgħid bdiet tagħmel reviżjoni fil-fond tal-proċeduri tar-reklutaġġ tagħha bi tweġiba għas-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri u fid-dawl ta’ verifika interna li saret mis-Servizz ta' Verifika Interna fl-2008; jistieden lill-Fondazzjoni, għalhekk, biex tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjoni meħudha u r-riżultati sussegwenti;

12. Jinnota r-risposta tal-Fondazzjoni fejn tammetti l-validità tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-allowance tal-espatrijazzjoni li ġiet irrifjutata lill-ċerti membri tal-persunal minħabba interpretazzjoni ħażina tar-regoli; jifraħ lill-Fondazzjoni tal-wiegħda tagħha li teżamina l-każijiet ikkonċernati u li mbagħad tagħmel it-tibdiliet meħtieġa;

o

o o

13. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, li huma ta' natura orizzontali u li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010[16] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

(C7-0191/2009 - 2009/2120(DEC))

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jiġbed l-attenzjoni għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali għal baġit ta' EUR 22,4 miljun jippreżentaw fedelment is-sitwazzjoni finanzjarja attwali tal-Fondazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2008 u li l-operazzjonijiet u l-flussi tal-flejjes kontanti tagħha għal dik is-sena finanzjarja huma konformi mar-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 huma legali u regolari;

3.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri rigward in-nuqqas ta' trasparenza fil-proċeduri tar-reklutaġġ[17] u l-intervent tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li fetaħ inkjesta (OF/2009/0370); jiġbed l-attenzjoni għall-Linji Gwida tal-Unjoni dwar l-Impjiegi u b’mod partikolari għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[18] fir-rigward tal-kriterji tal-għażla u l-kundizzjonijiet tar-reklutaġġ; jistenna li l-Aġenziji kollha tal-Unjoni bħala minimu jikkonformaw ma’ dawn il-Linji Gwida u jistieden lill-Fondazzjoni biex tagħti eżempju billi fil-ġejjieni timplimenta proċeduri ta’ reklutaġġ ġusti, trasparenti u komprensivi;

4.  Jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni min-naħa tal-Fondazzjoni li ħadet miżuri bil-għan li tiggarantixxi t-trasparenza u l-valutazzjoni meħtieġa fir-rigward tar-regolarità tal-proċeduri tar-reklutaġġ;

5.  Minħabba l-fatt li xi oqsma ta’ interess huma kondiviżi, jilqa’ b’sodisfazzjon il-kooperazzjoni mill-qrib u l-ħolqien ta’ sinerġiji bejn il-Fondazzjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP); jistieden liż-żewġ Aġenziji biex jipprovdu rapport ta’ segwitu dettaljat dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni fir-rapporti ta’ attività tagħhom għall-2009.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

13

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Proinsias De Rossa, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vilija Blinkevičiūtė, Marielle Gallo, Joe Higgins, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Birgit Sippel

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

  • [1]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 136.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 136.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 136.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 149.
  • [14]  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
  • [15]  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
  • [16]  Testi adottati, P7­_TA-PROV (2010)...
  • [17]  Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni (ĠU C 304, 15.12.2009).
  • [18]  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.