Proċedura : 2009/2126(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0084/2010

Testi mressqa :

A7-0084/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0111

RAPPORT     
PDF 173kWORD 146k
26.3.2010
PE 430.463v03-00 A7-0084/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0197/2009 – 2009/2126(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0197/2009 – 2009/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(3), u b’mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7–0084/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali tagħha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri, u sabiex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0197/2009 – 2009/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(7), u b’mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7–0084/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0197/2009 – 2009/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(11), u b’mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7–0084/2010),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta’ April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008(13), u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament fost affarijiet oħra:

- osserva li mir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena 2006 ħareġ ir-riżultat li l-baġit finali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007 kien laħaq EUR 16 600 000 inkluża riżerva ta' EUR 1 900 000; josserva wkoll li fi tmiem l-2007, 3 400 000 EUR ġew ikkanċellati inkluża r-riżerva u li, barra minn hekk, 2 700 000 EUR ġew trasferiti għall-2008;

- tħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li skont din iżjed minn 35% tal-approprjazzjonijiet finali ma kinux intużaw, li skont il-Qorti tal-Awdituri, turi biċ-ċar li l-proċeduri tal-programmazzjoni u tat-twaqqif tal-baġit applikati mill-Aġenzija juru nuqqasijiet serji;

- stieden l-Aġenzija, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, biex timmaniġġja l-flus b'mod rigoruż sabiex jiġi garantit li l-bilanċi tal-flus jiġu limitati għal bżonnijiet ġustifikati b'mod xieraq u biex tingħata attenzjoni partikolari għat-titjib tal-immaniġġjar tagħha tal-flus;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija għall-2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonjiet sottostanti, meqjusa b'mod ġenerali, huma legali u regolari;

2.  Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 18 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet mill-baġit tal-Unjoni tal-2008;

Rendiment

3.  Jitlob lill-Aġenzija biex tippreżenta, fit-tabella tagħha li trid tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, analiżi komparattiva tal-operazzjonijiet li saru matul is-sena tal-kwittanza eżaminata u dawk li saru matul is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità tal-kwittanza tkun tista' tevalwa b'mod iżjed effettiv ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

4.  Jisħaq fuq l-importanza li l-Aġenzija tfassal objettivi SMART u indikaturi RACER fil-programmazzjoni tagħha sabiex tevalwa l-operazzjonijiet tagħha; madankollu jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija ddikjarat li qieset dawn ir-rimarki fil-programm tagħha għall-2009; jistieden ukoll lill-Aġenzija biex tqis l-introduzzjoni ta' dijagramma ta' Gantt fil-programmazzjoni ta' kull attività operattiva tagħha, bil-għan li tindika b'mod konċiż iż-żmien li jkun ħa kull membru tal-istaff fuq proġett u tħeġġeġ approċċ favur il-kisba tar-riżultati;

5.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-fatt li l-Aġenzija taqsam l-attivitajiet tagħha fuq żewġ postijiet (Valenciennes u Lille) li jwasslu għal spejjeż addizzjonali;

It-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet

6.  Jinnota li l-Qorti tal-Adituri sabet li iżjed minn 4 100 000 EUR ġew trasferiti għall-2009, li minnhom madwar 3 900 000 EUR jikkonċernaw l-infiq amministrattiv u operattiv (jiġifieri 57% tal-approprjazzjonijiet annwali relevanti tat-Titoli II u III); jenfasizza li din is-sitwazzjoni tiżvela d-diffikultajiet li ffaċċjat l-Aġenzija fir-rigward tal-programmazzjoni u l-immaniġġjar baġitarju tal-attivitajiet tagħha;

Proċeduri tal-akkwisti

7.  Jesprimi tħassib dwar id-dgħufijiet fil-proċeduri tal-akkwist żvelati mill-verifika tal-Qorti tal-Awdituri;

8.  Jifraħ lill-Aġenzija talli waqqfet pjan ta' azzjoni biex tirranġa n-nuqqasijiet fil-qasam tal-proċeduri tal-akkwisti identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u li kienu qed ifixklu t-trasparenza tal-proċeduri;

Verifika interna

9.  Jirrikonoxxi li 32 rakkomandazzjoni minn 36 magħmula mis-Servizz tal-Verifika Interna (SVI) ġew implimentati fl-2006; fost l-4 rakkomandazzjonijiet li għadhom fil-proċess, 1 hija meqjusa 'kritika' u 3 huma meqjusa 'vera importanti'; għalhekk iħeġġeġ lill-Aġenzija biex timplimenta ċertu standards ta' kontroll intern relatati mal-firem tal-banek, it-tqassim tad-dmirijiet, l-impjiegi sensittivi u ż-żamma tas-setgħat tad-delegazzjoni;

oo   o

10. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar ir-rendiment, l-immaniġġjar finanzjarju u l-kontroll tal-aġenziji.

23.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0197/2009 – 2009/2126(DEC))

Rapporteur: Anne E. Jensen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri (il-Qorti) sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għall-2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonjiet sottostanti, meqjusa b'mod ġenerali, huma legali u regolari;

2.   Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 18-il miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet mill-baġit tal-UE tal-2008;

3.   Itenni t-tħassib tiegħu dwar kemm mill-approprjazzjonijiet ġew trasferiti (aktar minn EUR 4,100,000 miljun), li jindika diffikultajiet li baqgħu jeżistu fl-ipprogrammar u l-ibbaġitjar, minħabba żieda fl-istaff u fil-missjonijiet; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Aġenzija għall-ippjanar u l-kontroll aħjar tal-eżekuzzjoni tal-baġit;

4.   Jiddispjaċih mid-dgħufijiet fit-tfassil tal-objettivi u min-nuqqas ta’ miżuri ta' prestazzjoni identifikati mill-Qorti; jistenna li l-arranġamenti l-ġodda għad-definizzjoni tal-objettivi u tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fit-tweġiba tal-Aġenzija jwasslu għal valutazzjonijiet aktar pożittivi fil-futur;

5.   Jesprimi tħassib dwar id-dgħufijiet fil-proċeduri tal-akkwist żvelati mill-verifika tal-Qorti tal-Awdituri;

6.   Jipproponi, minkejja dan, li l-Parlament jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Alvarez, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Philip Bradbourn, Tanja Fajon, Michael Gahler, Anne E. Jensen, Petra Kammerevert, Dominique Riquet, Anna Rosbach, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 89.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 89.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 89.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 167.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza