Proċedura : 2009/2123(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0086/2010

Testi mressqa :

A7-0086/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 05/05/2010 - 13.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0106

RAPPORT     
PDF 178kWORD 113k
26.3.2010
PE 430.466v02-00 A7-0086/2010

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0194/2009 – 2009/2123(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0194/2009 – 2009/2123(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002(3) li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7‑0086/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2008;‑{}‑

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel , lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008;

(C7‑0194/2009 – 2009/2123(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002(7) li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7‑0086/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0194/2009 – 2009/2123(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002(11) li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7‑0086/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti") tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

B.  billi, fit-23 ta’April 2009, il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2007(13) u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament innota b'mod partikolari li:

- l-approprjazzjonijiet trasferiti fl-2007 kienu jikkorrispondu għal EUR 8 600 000 (jew 17% tal-baġit tal-2007) u l-approprjazzjonijiet ikkanċellati kienu jammontaw għal EUR 4 800 000;

- il-fatt li, fl-2007, il-ħlasijiet intużaw inqas milli kien mistenni jista' jiġi spjegat prinċipalment minħabba l-ittardjar fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-2007 fir-rigward tas-sussidji u t-trasferiment ta' EUR 7 900 000 ta’ approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja ta’ qabel (2006), inklużi EUR 4 500 000 fl-attivitajiet operattivi;

Prestazzjoni, ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jenfasizza r-rwol tal-Awtorità fil-ħidma tagħha fejn tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel, inklużi s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-ħarsien tal-pjanti, u l-ħtieġa li l-pariri xjentifiċi jiġu kkomunikati kif għandu jkun;

2.  Isostni li matul is-sitt sena operattiva tagħha, l-Awtorità tejbet il-prestazzjoni tagħha b’mod kostanti; jinnota li dan it-titjib huwa kjarament rifless fl-indikaturi tal-prestazzjoni, b’żieda ta’ 57% fin-numru ta’ opinjonijiet u dikjarazzjonijiet xjentifiċi matul l-2007, flimkien ma’ metodoloġiji aħjar tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-koordinazzjoni tan-network xjentifika (eż. dokumenti gwida u rapporti għall-ġbir tad-data), komunikazzjoni aħjar tal-pariri xjentifiċi u djalogu aħjar mal-istakeholders (eż. kopertura usa' fl-artikli fil-mezzi tax-xandir u fix-xandiriet, aktar stqarrijiet stampu żieda ta' 21% fil-għadda tal-abbonati għall-bulletin 'EFSA Highlights’ matul l-2007); isostni li din iż-żieda fil-kisbiet hija bbilanċjata minn żieda (27%) fir-riżorsi umani meta mqabbla mal-2007;

3.  Jinnota li fl-2008 l-Awtorità laħqet livell għoli ta’ eżekuzzjoni tal-baġit kemm fir-rigward tal-krediti għall-impenji u kemm fir-rigward tal-krediti għall-ħlasijiet: 97 % u 95 % rispettivament; jenfasizza li meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-baġit żdied b’EUR 9 miljun;

4.  Jinnota, b’danakollu, li għat-tielet sena konsekuttiva l-Qorti tal-Awdituri mmarkat it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet għas-sena ta’ wara (23% tal-baġit tal-2008 kien trasferit għall-2009); 16% tal-approprjazzjonijiet baġitarji tal-2007 ġew trasferiti għas-sena finanzjarja 2008; 20% tal-approprjazzjonijiet baġitarji tal-2006 ġew trasferiti għas-sena finanzjarja 2007); jinnota li fl-2008, din is-sitwazzjoni seħħet minħabba fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tardivi ta 'miżuri dwar żvilupp ta' software, il-kooperazzjoni xjentifika ma’ esperti esterni, u għotjiet għal studji u proġetti-ġbir tad-data; iħeġġeġ lill-Awtorità biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha tal-baġit sabiex tnaqqas ammonti għolja ta’ trasferiment bħal dawn;

5.  Jinnota wkoll li, għat-tieni sena konsekuttivi, il-Qorti tal-Awdituri tosserva li l-impenji għall-attivitajiet operattivi trasferiti mis-sena preċedenti kellhom jiġu kkanċellata (37% ta 'impenji għall-attivitajiet operattivi trasferiti mill-2007 u 26% ta' impenji għall-attivitajiet operattivi mwettqa mis 2006); jinnota li għas-sena finanzjarja 2008, is-sitwazzjoni seħħet prinċipalment minħabba dewmien konsiderevoli fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidju tal-2007 matul is-sena finanzjarja 2008;

6.  Huwa mħasseb, għaldaqstant, li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta' annwalità u tikxef nuqqasijiet fl-ippjanar, il-monitoraġġ tal-iskadenzi kuntrattwali stabbiliti u l-baġit tal-Awtorità;

7.  Jifraħ lill-Awtorità talli elenkat, fil-programm ta' ħidma tagħha għall-2008, objettivi ta' prijorità u indikaturi tal-prestazzjoni għal kull waħda mill-attivitajiet ewlenin ippjanati; iħeġġeġ lill-Awtorità biex ittejjeb id-definizzjoni tal-objettivi SMART u tal-indikaturi RACER sabiex titħeġġeġ il-kisba tar-riżultati u jkun jista’ jsir monitoraġġ effettiv tal-prestazzjonijiet; jikkunsidra bħala pożittiv l-istabbiliment mill-Awtorità tal-proċess ta' evalwazzjoni tar-riskji li, għas-sena 2009, diġà għandu jsaħħaħ u jippermetti l-monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet xjentifiċi u amministrattivi tal-Awtorità;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Awtorità, fil-futur, fil-proċeduri tagħha marbuta mal-ftehimiet ta' sussidji, tisħaq aktar fuq l-evalwazzjoni tal-kumplessità tas-servizz, sabiex tiġi ddefinita aħjar l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti; jinnota wkoll li l-Awtorità għandha timmonitorja aħjar l-osservanza tal-iskadenzi kuntrattwali stabbiliti fil-ftehimiet ta' sussidji;

9.  Iqis bħala element pożittiv il-fatt li l-Awtorità introduċiet, fil-baġit tal-2009, l-approprjazzjonijiet differenzjati assenjati għas-sussidji, sabiex jiġu evitati l-kanċellazzjonijiet fis-snin futuri;

10. Jinnota li l-kontijiet tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2008 juru dħul minn interessi ta’ 485 651,33 EUR; jikkonkludi mill-għeluq tal-kontijiet annwali u l-ammont ta' pagamenti ta' interessi li l-Awtorità żżomm riżervi ta’ flus kontanti għoljin ħafna għal perjodi twal; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2008 l-ammont ta’ flus kontanti tal-awtorità kien ta’ 19 990 492,26 EUR; jistieden lill-Kummissjoni teżamina x’possibilitajiet jeżistu biex il-ġestjoni ta' flus kontanti bbażata fuq il-prinċipju tal-ħtiġijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tkun implimentata bis-sħiħ, u liema tibdiliet fl-approċċ huma meħtieġa biex jiżguraw li r-riservi ta’ flus kontanti tal-Awtorità jinżammu baxxi kemm jista' jkun għal perjodu ta’ żmien twil;

Verifika interna

11. Iqis li l-kumitat tal-verifika (AC), maħluq mill-Awtorità fl-2006, għandu rwol importanti biex jgħin lill-Bord tat-Tmexxija billi jiżgura li x-xogħol tas-Servizzi tal-Verifika Interna (IAS) tal-Kummissjoni u tal-kapaċitajiet ta' verifika interna (IAC) tal-Awtorità jkun twettaq sewwa u jkun tqies kif xieraq mill-Bord tat-Tmexxija u mid-Direttur Eżekuttiv; jemmen, għalhekk, illi dan l-AC fi ħdan l-Awtorità jista' jservi bħala eżempju għal aġenziji oħra;

12. Jinnota li 20 mill-25 rakkomandazzjoni magħmula mill-IAS u l-IAC ġew implimentati (80%); madankollu, jistieden lill-Awtorità biex tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni ulterjuri dwar il-livell ta' importanza tagħhom u l-azzjonijiet meħuda biex dawn jiġu implimentati;

Riżorsi Umani

13. Jinnota li l-Awtorità rnexxielha timla 318 (li jirrappreżentaw ir-reklutaġġ ta’ 45 persunal temporanju meta mqabbel ma' 2007); tal-postijiet 335 previsti fil-pjan ta 'stabbiliment tagħha wara li kellha diffikultajiet biex tirrekluta staff xjentifiku bi kwalifiki għoljin f'Parma; jinnota li ġew irreklutati 40 membru ta' staff ta' appoġġ (awżiljarji, kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati) sabiex jappoġġaw lill-Awtorità fil-kompiti tagħha;

14. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li n-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ ma baqgħux jiġu rrappurtati fir-rapport attwali tal-Qorti tal-Awdituri;

15. Iħeġġeġ lill-Awtorità tiżgura li l-ex uffiċjali kollha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jinfurmaw lill-Awtorità meta jieħdu pożizzjonijiet ġodda barra l-istituzzjonijiet. Jekk attivitajiet bħal dawn jistgħu jwasslu għal kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet, l-Awtorità għandha tieħu l-miżuri xierqa ".

16. Jieħu nota tat-tieni stħarriġ dwar l-istaff li ġie mniedi f’Ottubru 2008 bil-ħsieb li jiġi vvalutat l-ambjent tax-xogħol tal-Awtorità; jinsab sodisfatt li l-livell ta’ parteċipazzjoni żdied minn 44% fl-2007 għal 55% fl-2008; iħeġġeġ lill-kumitat tal-istaff biex imexxi stħarriġ bħal dan fuq bażi regolari u biex iżid il-livell ta’ parteċipazzjoni, u jistenna li l-amministrazzjoni tal-Awtorità tinkorpora r-riżultati misluta mill-istħarriġ fil-ġestjoni tagħha tal-istaff u fil-ħidma tagħha ta’ kuljum;

Ir-rwol ta’ koordinatur tan-netwerk tal-aġenziji

17. Jifraħ lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità li ħadem b'mod effiċjenti ħafna, mill-1 ta’ Marzu 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, bħala koordinatur tan-Netwerk tal-Aġenziji;

oo   o

18. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xxxx(14)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0194/2009 – 2009/2123(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota li fl-2008 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) laħqet livell għoli ta’ eżekuzzjoni tal-baġit kemm fir-rigward tal-krediti għall-impenji u kemm fir-rigward tal-krediti għall-ħlasijiet: 97 % u 95 % rispettivament; jenfasizza li meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-baġit żdied b’EUR 9 miljun;

2.   Jiddispjaċih, madankollu, li ġie trasferit mill-EFSA ammont ta’ EUR 15,5 miljuni f’approprjazzjonijiet għall-impenji, li jirrappreżenta 23% tal-baġit tal-2008; ifakkar lill-EFSA li diġà fl-2007 ġie trasferit għall-2008 madwar 16% tal-baġit tal-2007; itenni f’dan il-kuntest il-prinċipju tal-annwalità kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-korpi kollha tal-Komunità Ewropea; iħeġġeġ lill-EFSA biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha tal-baġit bil-għan li tnaqqas ammonti għolja ta’ trasferiment bħal dawn;

3.   Jenfasizza r-rwol tal-EFSA fil-ħidma tagħha fejn tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq is-sikurezza tal-ikel, inklużi s-saħħa u l-benesseri tal-annimali u l-ħarsien tal-pjanti, u l-ħtieġa li l-pariri xjentifiċi jiġu kkomunikati kif għandu jkun;

4.   Josserva li l-organigramma awtorizzata taħseb għal 335 post fl-2008, li minnhom 318 kienu ġew okkupati sa tmiem l-2008, li jirrappreżentaw ir-reklutaġġ ta’ 45 membru ta’ staff temporanju meta mqabbla mal-2007; jinnota li ġew irreklutati 40 membru ta' staff ta' appoġġ (awżiljarji, kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati) sabiex jappoġġaw lill-EFSA fil-kompiti tagħha;

5.   Jieħu nota tat-tieni stħarriġ dwar l-istaff li ġie mniedi f’Ottubru 2008 bil-ħsieb li jiġi vvalutat l-ambjent tax-xogħol tal-EFSA; jinsab sodisfatt li l-livell ta’ parteċipazzjoni żdied minn 44% fl-2007 għal 55% fl-2008; iħeġġeġ lill-kumitat tal-istaff biex imexxi stħarriġ bħal dan fuq bażi regolari u biex iżid il-livell ta’ parteċipazzjoni, u jistenna li l-amministrazzjoni tal-EFSA tinkorpora r-riżultati misluta mill-istħarriġ fil-ġestjoni tagħha tal-istaff u fil-ħidma tagħha ta’ kuljum;

6.   Fuq il-bażi tad-data disponibbli, huwa tal-fehma li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jista’ jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-EFSA għas-sena finanzjarja 2008.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Anna Záborská

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 95.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

JO C 304, 15.12.2009, p. 95.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 95.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 185.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza