Proċedura : 2009/2125(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0087/2010

Testi mressqa :

A7-0087/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0110

RAPPORT     
PDF 174kWORD 85k
26.3.2010
PE 430.455v01-00 A7-0087/2010

dwar il-Kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(3), u b’mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A7-0087/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(7), u b’mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A7-0087/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra t-Trattat FUE, u b'mod partikolari l-Artikolu 319 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(11), u b’mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A7-0000/2010),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta' April 2009 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(13), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li jakkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza, fost l-oħrajn:

- innota li l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri li l-implimentazzjoni tal-attivitajiet operattivi kienu kkonċentrati fl-aħħar kwart tal-2007, b'madwar 40% tal-impenji u iżjed minn 50% tal-ħlasijiet fir-rigward tal-attivitajiet operattivi li ġew esegwiti f'Novembru u Diċembru 2007,

- ma kienx sodisfatt bit-tweġiba tal-Aġenzija li f'ċertu każijiet l-approprjazzjonijiet trasferiti ġew ikkalkulati b'ċertu livell ta' approssimazzjoni,

- esprima t-tħassib tiegħu minħabba l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kienet innutat xi nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ iffirmar ta’ kuntratti, b’mod partikolari li l-preselezzjonijiet ta’ offerti ma kinux iġġustifikati, li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma kienx iffirma d-dokumenti ta’ evalwazzjoni u li d-dossjers kienu nieqsa minn struttura u ma kinux kompleti,

Rendiment

1.      Jifraħ lill-Aġenzija dwar dak li wettqet fl-2008, it-titjib li sar fil-kapaċità tagħha ta’ rkupru tan-networks Ewropej ta’ komunikazzjoni elettronika, l-iżvilupp u l-koperazzjoni li żammet għaddejja flimkien mal-Istati Membri;

2.      Jitlob lill-Aġenzija tressaq, fit-tabella li għandha tibgħat bħala Anness mar-rapport li jmiss lill-Qorti tal-Awdituri, tqabbil bejn dak li wettqet matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dak li wettqet waqt is-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.      Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri osservat xi nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ ffirmar ta’ kuntratti, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda s-sottovalutazzjoni tal-baġits ta’ kuntratt ta’ qafas; jenfasizza, b’mod partikolari, li s-sottovalutazzjoni tal-baġits iddedikati lill-akkwisti tikkostitwixxi ostakli għall-ħolqien ta’ kompetizzjoni ġusta, minħabba li l-intrapriżi jkollhom tendenza anqas li jitfgħu offerti għal ammonti mnaqqsa; jieħu nota, madankollu, tar-reazzjoni tal-Aġenzija li, matul l-aħħar tliet xhur tas-sena 2009, nidiet sejħa ġdida għall-offerti bil-għan li tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet preċedenti tagħha;

4.      Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qed tkompli tieħu l-miżuri kollha possibbli biex takkwista mingħand l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ospitanti rimbors ta' EUR 45 000 li jikkorrispondu għat-total tal-VAT imħallsa minn qabel mill-Aġenzija;

5.  Jinnota li fis-sena 2008 l-Aġenzija rrappurtat dħul mill-interessi ta' EUR 143 818; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax l-Aġenzija għandha livell tar-riżervi ta’ flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta' flus kontanti tal-Aġenzija kien ta' EUR 2 436 694; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm li jgħinu biex jiġi żgurat li r-riżervi ta’ flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti tal-Impriża Konġunta jinżammu permanentament baxxi kemm jista' jkun;

Kontroll intern u riżorsi umani

6.      Jifraħ lill-Aġenzija dwar il-fatt li t-tmien rakkomandazzjonijiet tas-Servizz ta' Verifika Interna li huma ġġudikati bħala "importanti ħafna”, kollha ġew implimentati; jinnota li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-verifika tal-istandard tal-kontroll intern u l-immaniġġjar tar-riżorsi umani (politika dwar l-istaff, tiġdid ta’ kuntratti li jagħlqu fl-2008, indipendenza tal-kumitati tal-għażla, servizzi ta’ taħriġ u trasparenza fil-proċedura tal-promozzjoni).;

oo   o

7.      Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 16.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 16.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 16.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 153.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza