Proċedura : 2009/2131(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0089/2010

Testi mressqa :

A7-0089/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0104

RAPPORT     
PDF 176kWORD 152k
26.3.2010
PE 430.458v02-00 A7-0089/2010

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0202/2009 – 2009/2131(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0202/2009 – 2009/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat tal-FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill(KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0089/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0202/2009 – 2009/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat tal-FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill(KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0089/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0202/2009 – 2009/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat tal-FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill(KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0089/2010),

A. billi l-Qorti tal-Awdituri tistqarr li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi s-sena 2008 kienet l-ewwel sena operazzjonali tal-Aġenzija,

1.  Jinnota li fl-2008 l-Aġenzija kienet iffinanzjata minn sussidju Komunitarju ta’ EUR 62,2 miljun skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, u f’parti żgħira kienet iffinanzjata mill-miżati mħallsa mill-industrija għar-reġistrazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament REACH (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)(13), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi);

Prestazzjoni

2.  Jemmen li l-Aġenzija qiegħda twettaq rwol li l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tieħu, li l-Aġenzija hija konformi għalkollox mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u li l-attivitajiet tagħha jikkumplementaw lil dawk ta’ aġenziji oħra;

3.  Jinnota r-rimarki magħmula fl-evalwazzjoni esterna tal-agenziji deċentralizzati tal-UE li kienet ikkummissjonata mill-Kummissjoni fl-2009, li fiha hemm iddikjarat li l-objettivi u l-attivitajiet tal-programm ta’ ħidma pluriennali huma konsistenti mal-mandat tal-Aġenzija u li r-rendiment huwa f’waqtu, utli u ta’ kwalità għolja;

4.  Jenfasizza, madankollu, li l-Aġenzija għandha tibbenefika jekk tiżviluppa proċeduri ta’ reazzjoni informattiva u jekk tiżviluppa konċentrazzjoni aktar qawwija fuq il-klijent;

5.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bl-ewwel sena ta’ suċċess tal-operat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), wara li l-Kummissjoni (DĠ Intrapriża u Industrija) kienet responsabbli għall-immaniġġjar baġitarju tal-Aġenzija fl-2007; Jenfasizza, b’mod partikolari, li l-fatt li l-istabbiliment tal-Aġenzija kien mingħajr intoppi u kemmxejn rapidu huwa dovut prinċipalment għall-appoġġ effikaċi pprovdut mid-direttorat ġenerali li ħarġet minnu, skambji ta’ esperjenza ma’ aġenziji simili oħra, u l-provvediment ta’ appoġġ b’saħħtu mill-pajjiż ospitanti;

6.  Jieħu nota li r-Regolament (KE) nru 1907/2006, li jistabbilixxi l-Aġenzija, jistipula li għandu jiġi rivedut kull 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

7.  Jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri osservat dewmien fl-attivitajiet operazzjonali dovut għad-diffikultajiet li ġew iffaċċjati meta bdiet titħaddem is-sistema informatika u minħabba nuqqas ta’ persunal kwalifikat; b’mod partikulari, josserva li 41% tal-approprjazzjonijiet għall-impenji allokati għall-attivitajiet operazzjonali ġew trasferiti u li 37.5% ġew annullati; jenfasizza li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ annwalità u turi li jeżistu nuqqasijiet fl-ippjanar tal-attivitajiet tal-Aġenzija; jitlob, għalhekk, lill-Aġenzija li tieħu miżuri bil-għan li ttejjeb l-ippjanar u s-segwitu tar-riżorsi tagħha;

8.  Jitlob, barra minn hekk, lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri tagħha f’dak li jirrigwarda s-segwitu tal-użu tal-approprijazzjonijet tagħha; jieħu nota, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Awdituri nnutat li għal għadd sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet, li jammontaw għal total ta’ aktar minn EUR 400 000, in-nefqa ma kinitx koperta minn impenn baġitarju u kienet, għalhekk,irregolari; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li tassigura li kellha fil-post, fl-2009, persunal adegwat u li kienet irrevediet u kkonsolidat il-proċeduri finanzjarji u ta' kontroll intern;

9.  Jinnota li fis-sena 2008 l-Aġenzija rreġistrat dħul mill-interessi ta' EUR 643,007.40; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-interessi l-Aġenzija għandha livell tar-riżervi ta’ flus kontanti permanentement għoli ħafna; jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta' flus kontanti tal-Aġenzija kien ta' EUR 18,747,210.75; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm li jgħinu biex jiġi żgurat li r-riżervi ta’ flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti tal-Aġenzija jinżammu permanentement baxxi kemm jista' jkun;

Riżorsi umani

10. Jinnota li l-għadd totali ta’ postijiet fl-organigramma żdiedu aktar mid-doppju matul l-ewwel sena tal-operat indipendenti tal-Aġenzija; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fl-aħħar tas-sena l-Aġenzija kienet laħqet il-95% tal-eżekuzzjoni tal-organigramma; jiftakar f’dan il-kuntest fil-ħtieġa li ssir implimentazzjoni bir-reqqa tal-proċedura tar-reklutaġġ;

11. Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri kienet innutat nuqqasijiet fid-dokumenti ta’ sintesi rigward il-ħidmiet tal-kumitati tal-għażla; jinnota wkoll l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tenfasizza, li f’erbatax-il proċedura ta’ reklutaġġ, l-indipendenza tal-membri tal-kumitati tal-għażla (jiġifieri tal-aġenti temporanji subordinati għad-direttur) ma kinitx garantita mill-fatt li d-direttur tal-Aġenzija kien ippresieda dawn l-istess kumitati; Jifraħ, madankollu, lill-Aġenzija li ddeċidiet li fil-ġejjieni d-direttur mhux se jipparteċipa aktar fil-ħidmiet tal-kumitati tal-għażla;

12. Jinsab konxju li r-rotazzjoni fuq skala kbira tal-pożizzjonijiet ewlenin fl-Aġenzija tinvolvi riskju għall-kontinwità tal-ħidma tagħha; għalhekk jistieden lill-Aġenzija biex toħloq għal-lest proċeduri ta’ trasferiment li jkunu definiti b’mod ċar bil-għan li tiżgura tranżizzjoni tal-funzjonijiet mingħajr intoppi u trasferiment konsistenti tal-attivitajiet, il-fajls u l-proċeduri relevanti;

Verifika interna

13. Jirrikonoxxi li l-2008 kienet l-ewwel sena ta’ intervent mis-Servizz ta’ Verifika Interna (SVI) fl-Agenzija u li tmexxa eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji f’Lulju 2008 bil-għan li jiġu ddeterminati l-prijoritajiet ta’ verifika u l-pjan ta’ verifika tas-SVI għat-tliet snin li ġejjin;

14. Jinnota li s-SVI għamel tnax-il rakkomandazzjoni, li erba’ minnhom meqjusa bħala “importanti ħafna” u jikkonċernaw il-kontinwità tal-ħidma tal-Aġenzija u l-proċeduri tagħha ta’ reklutaġġ; jirrikonoxxi li l-parti l-kbira ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet diġà ġew implimentati fl-2008 u li l-azzjonijiet li kien fadal ġew konklużi sal-31 ta’ Diċembru 2009;

oo   o

15.    Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.2.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0202/2009 – 2009/2131(DEC))

Rapporteur: Jutta Haug

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bl-ewwel sena ta’ suċċess tal-operat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), wara li l-Kummissjoni (DĠ Intrapriża u Industrija) kienet responsabbli għall-immaniġġjar baġitarju tal-Aġenzija fl-2007;

2.   Jinnota li fl-2008 l-ECHA kienet iffinanzjata minn sussidju Komunitarju ta’ EUR 62,2 miljun skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, u f’parti żgħira kienet iffinanzjata mill-miżati mħallsa mill-industrija għar-reġistrazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament REACH (Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar Ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi);

3.   Jinnota li l-għadd totali ta’ postijiet fl-organigramma żdiedu aktar mid-doppju matul l-ewwel sena tal-operat indipendenti tal-Aġenzija; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fl-aħħar tas-sena l-Aġenzija kienet laħqet il-95% tal-eżekuzzjoni tal-organigramma; jiftakar f’dan il-kuntest fil-ħtieġa li ssir implimentazzjoni bir-reqqa tal-proċedura tar-reklutaġġ;

4.   Josserva ċerti diffikultajiet li jirriżultaw mid-dħul ta’ operazzjonijiet bħal m’huma kwistjonijiet ta’ konformità mal-prinċipju tal-annwalità u dgħufijiet fl-ippjanar tal-attivitajiet tal-Aġenzija; jenfasizza l-ħtieġa li jsir titjib f’dawn l-oqsma;

5.   Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bid-deċiżjoni li tiffinanzja s-sehem tagħha fix-xogħol ta’ bini marbut maċ-ċentru tal-konferenzi tal-ECHA fl-2008, li kien approvat biex jintuża lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2008 u li jikkontribwixxi biex l-objettivi tal-ECHA jiġu implimentati b’suċċess;

6.   Huwa tal-fehma, fuq il-bażi tad-data disponibbli, li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jista’ jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-ECHA għas-sena finanzjarja 2008.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Mario Pirillo, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Anna Záborská

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 33.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(3)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 33.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(7)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 33.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

           ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza