Proċedura : 2009/2113(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0090/2010

Testi mressqa :

A7-0090/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.27
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0117

RAPPORT     
PDF 170kWORD 95k
26.3.2010
PE 430.470v03-00 A7-0090/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0184/2009 – 2009/2113(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0184/2009 – 2009/2113(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7 0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0090/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0184/2009 – 2009/2113(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7 0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(7), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0090/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0184/2009 – 2009/2113(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008 flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7 0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(11), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0090/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.  billi, fit-23 ta' April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2007(13), kif ukoll li, fir-riżoluzzjoni mehmuża mad-deċiżjoni ta' kwittanza, il-Parlament innota b'mod partikulari:

-    li l-Aġenzija għandha taħdem favur is-sinerġiji u tevita d-duplikazzjoni tal-ħidma ma' istituzzjonijiet oħrajn li jkunu attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa;

-    li l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjoni rigward l-Aġenzija; għaldaqstant, talab lill-OLAF, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex iżommu lill-awtorità ta' kwittanza infurmata malajr kemm jista' jkun dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni kif ukoll dwar xi miżuri ta' segwitu li jistgħu jittieħdu;

-    li l-Qorti tal-Awdituri sabet li, fir-rigward ta' proċedura partikolari ta' akkwist, il-metodu ta' evalwazzjoni finanzjarja ppubblikat b'mod indirett naqqas l-importanza relattiva tal-kriterju tal-prezz, ħaġa li setgħet qatgħet qalb min potenzjalment xtaq jitfa' offerta u ma kenitx konformi mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda;

1.  Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008, huma affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

Rendiment

2.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija sabiex tiffissa objettivi SMART u indikaturi RACER fil-programmazzjoni tagħha sabiex tevalwa aħjar il-kisbiet tagħha; jieħu nota, madankollu, li l-Aġenzija ddikjarat li qieset dawn il-kummenti fil-programm tagħha għall-2009;

3.  Jifraħ lill-Aġenzija għall-fatt li f'nofs l-2009 bdiet l-implimentazzjoni tas-softwer baġit skont l-attivitajiet (Activity Based Budget) li se jagħti indikazzjonijiet ċari dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani allokati;

4.  Jifraħ lill-Aġenzija li tat widen għall-kummenti tal-Qorti u tal-awtorità baġitarja fil-kwittanza preċedenti;

5.  Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandha tiġi aktar ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-Aġenzija matul is-sena.

Investigazzjoni tal-OLAF

6.   Jieħu nota li fl-2009 l-OLAF lesta l-investigazzjoni tiegħu, li nbdiet fl-2008, dwar l-Aġenzija, u issa għalqitha għalkollox;

Verifika interna

7.  Jirrikonoxxi li l-fatt li fi Frar 2008 s-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) wettaq verifika ta' segwitu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet pendenti tar-rapport tagħhom għall-2007 u sab li rakkomandazzjoni waħda biss (dwar is-sorveljanza tar-reklutaġġ mill-Bord) baqgħet pendenti; jinnota madankollu li ċ-ċirkustanzi kienu nbidlu u li, wara li l-Aġenzija bdiet topera u nħatar id-Direttur il-ġdid, dik ir-rakkomandazzjoni tilfet l-iskop inizjali tagħha u għalhekk jista' jitqies li ġiet issodisfata;

oo   o

8.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali mehmuża mad-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar ir-rendiment, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2008

2009/2113(DEC)

Rapporteur għal opinjoni: Juan Fernando López Aguilar

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008, kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

2.   Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri rigward il-fatt li sabiex tistabbilixxi baġit li verament ikun ibbażat fuq l-attivitajiet, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi objettivi ċari u indikaturi tal-prestazzjoni li jkunu rilevanti u li jistgħu jitkejlu; jinnota l-miżuri li ttieħdu mill-Aġenzija biex ittejjeb l-approċċ ta' ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet u biex tikseb indikaturi tal-prestazzjoni li jkunu rilevanti u li jistgħu jitkejlu rigward kif inhu assenjat il-persunal tagħha u kif inhuma allokati r-riżorsi finanzjarji tagħha;

3    Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandha tiġi aktar bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Aġenzija matul is-sena.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Claude Moraes, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Renate Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Nadja Hirsch, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Raül Romeva i Rueda, Cecilia Wikström

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

1. 

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 10.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 10.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 10.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 198.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Avviż legali - Politika tal-privatezza