Proċedura : 2009/2072(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0097/2010

Testi mressqa :

A7-0097/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0095

RAPPORT     
PDF 165kWORD 107k
26.3.2010
PE 430.315v03-00 A7-0097/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri

(C7‑0176/2009 – 2009/2072(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri

(C7‑0176/2009 – 2009/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0176/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0097/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri

(C7‑0176/2009 – 2009/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0176/2009)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0097/2010),

1. Jinnota li fl-2008 l-Qorti tal-Awdituri kellha disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta' EUR 133 miljun (2007: EUR 122 miljun; 2006: EUR 114 miljun), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 90.66 %, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (95.67 %);

2. Ifakkar li, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-Qorti ġew ivverifikati minn kumpanija esterna, PricewaterhouseCoopers (kif ukoll fl-2007; filwaqt li qabel minn KPMG), li waslet għal dawn il-konklużjonijiet:

(a)       fir-rigward tal-preċiżjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2008, li "fil-fehma tagħna, dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jagħtu stampa vera u korretta tal-qagħda finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-31 ta' Diċembru 2008, u għalhekk ir-riżultat finanzjarju u l-flussi tal-likwidità tagħha għas-sena ntemmu f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM, Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2008 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi, u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri"; kif ukoll

(b)      fir-rigward tal-użu tar-riżorsi finanzjarji assenjati lill-Qorti u l-adegwatezza tal-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ matul is-sena finanzjarja 2008, li "m'hemmx elementi li ġibdu l-attenzjoni tagħna biex iġegħluna naħsbu li għall-aspetti sinifikattivi kollha u abbażi tal-kriterji (identifikati), (a) ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-iskopijiet previsti, u (b) il-proċeduri ta' kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli";

3.  Ifakkar is-suġġeriment tiegħu biex teżamina l-possibilità li toħloq struttura iktar razzjonali għall-Qorti, u jistieden lill-Qorti tikkunsidra mudelli alternattivi bil-għan li jitnaqqas in-numru totali tal-membri, billi jiġi stabbilit limitu ta' membri u, pereżempju, tiġi adottata sistema ta' rotazzjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza fost il-membri;

4.  Jinnota li l-isforzi tal-Qorti għat-titjib tal-proċedura tal-pubblikazzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tagħha; jittama li tista' tiġi stabbilita proċedura miftiehma għal dan l-istadju deċiżiv fil-proċess tal-kwittanza għall-użu fil-futur, b'attenzjoni xierqa għall-indipendenza assoluta tal-Qorti u l-prerogattivi tal-kumitat responsabbli;

5.  Jinnota li l-proċedura attwali tal-pubblikazzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapporti speċjali tal-Qorti, jekk minn naħa ssaħħaħ l-identità u l-viżibilità tal-Qorti, min-naħa l-oħra tqajjem xi tħassib: filwaqt li l-Parlament jirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-Qorti li tippreżenta l-osservazzjonijiet fil-forma ta' rapporti speċjali f'kull mument, huwa jqis li l-proċedura attwali, li tibda bil-preżentazzjoni pubblika tar-rapport speċjali u bil-konferenza stampa tal-Qorti sew qabel meta mqabbla mal-preżentazzjoni tar-rapport speċjali lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, mhux bilfors jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-Qorti bħala istituzzjoni li tirrapporta u li tassisti lill-Parlament u lill-Kunsill fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta' kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit;

6.  Jilqa' l-fatt li rapport ta' "reviżjoni bejn il-pari" minn grupp internazzjonali ta' reviżjoni bejn il-pari (ikkunsinnat f'Diċembru 2008) wasal għal konklużjoni ġenerali, u li r-rapport għaraf li l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet ġew antiċipati fil-qafas tal-pjan ta' azzjoni li sar qabel ir-reviżjoni; jilqa' l-intenzjoni tal-Qorti li tintegra r-rakkomandazzjonijiet l-oħra fl-Istrateġija ta' Verifika 2009–2012 u l-impenn tagħha biex timplimentahom waqt it-tali perjodu;

7.  Jinnota li minkejja l-Qorti rreklutat 97 impjegat fl-2008 (48 uffiċjal, 18-il aġent temporanju u 31 aġent kuntrattwali), in-numru kumplessiv ta' postijiet battala fi tmiem l-2008 (69) kienu ogħla minn dak ta' tmiem l-2007 (56); jieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li l-Qorti kisbet 22 post ġdid (b'total ta' 853), u li kien in-nuqqas ta' kandidati idonei li impedixxa lill-Qorti li tirrekluta kemm jista' jkun membri tal-persuanl ġodda kif ippjanat; jitlob lill-Qorti tirrapporta dwar il-progress tagħha biex tqassar id-dewmien fil-proċess tar-reklutaġġ;

8.  Jilqa' t-twaqqif ta' Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs, il-progress li sar fl-oqsma tal-informatika u tat-telekomunikazzjonijiet, u l-ġestjoni effikaċi tal-ispazju tal-uffiċini;

9.  Jinnota li r-rapport tal-2008 tal-awditur intern tal-Qorti kien ġeneralment pożittiv, u jilqa' f'dan il-kuntest il-fatt li l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-awditur intern ġew aċċettati u integrati fi pjanjiet ta' azzjoni korrettivi; jilqa' l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ tal-effikaċja tal-kontrolli interni, kif ukoll l-adozzjoni ta' Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment;

10. Jilqa' s-sistema integrata l-ġdida ta' ġestjoni u kontroll finanzjarju (SAP), operattiva mill-1 ta' Jannar 2008, li ppermettiet iffrankar tal-baġit u aktar effiċjenza għat-tliet istituzzjonijiet involuti (Kunsill, Qorti tal-Awdituri u Qorti tal-Ġustizzja) filwaqt li jiddispjaċih li l-Qorti ma implimentatx is-sistema qabel;

11. Jilqa' s-suċċess li għaddejja minnu l-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-taħriġ;

12. Ifakkar, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri, li f'konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta tal-Qorti, il-membri ta' din tal-aħħar għandhom jittrasmettu dikjarazzjoni dwar l-interessi finanzjarji tagħhom lill-President tal-Qorti, li jżommha f'kundizzjonijiet ta' riservatezza, u li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ippubblikati; itenni l-pożizzjoni tiegħu li skont din, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta' reġistru pubbliku, u jistieden lill-Qorti biex tieħu l-miżuri meħtieġa f'dan ir-rigward;

13. Ifaħħar lill-Qorti għall-kwalità tar-rapport annwali ta' attività tagħha u jilqa' l-inklużjoni ta' kapitolu dwar is-segwitu li jingħata matul is-sena lid-deċiżjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanzi preċedenti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Hohlmeier, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(2)

ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.

(3)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(4)

ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.

(5)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(7)

ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.

(8)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(9)

ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza