Proċedura : 2009/2076(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0098/2010

Testi mressqa :

A7-0098/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0097

RAPPORT     
PDF 140kWORD 72k
26.3.2010
PE 430.319v02-00 A7-0098/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(C7‑0180/2009 – 2009/2076(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(C7‑0180/2009 – 2009/2076(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7‑0180/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0000/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(C7‑0180/2009 – 2009/2076(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7‑0180/2009)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7–0000/2009),

1.  Jinnota li fl-2008 l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta' EUR 5,3 miljun (2007: EUR 5 miljun(11)), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 86,14 %, li hija inqas mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (95,67 %);

2.  Jinnota ż-żieda kontinwa fil-postijiet permanenti minn 29 fl-2007 għal 33 fl-2008 (2006: 24 post) allokati għall-KEPD; jilqa' l-fatt li dawn il-postijiet kollha mtlew, u jinnota t-tkabbir ikkontrollat u l-espansjoni ristretta kemm fir-rigward tal-kompiti kif ukoll tal-persunal, b'mod li jiġi żgurat li l-persunal il-ġdid ikun integrat u mħarreġ adegwatament; jinnota, madankollu, li n-nefqa taħt l-artikolu "Aġenti oħra" turi r-rata ta' implimentazzjoni inqas mill-medja (51,98 %);

3.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat fir-rapport annwali tagħha li l-verifika ma wasslitx għal xi kummenti sinifikanti fir-rigward tal-KEPD;

4.  Jilqa' l-konsolidazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani, kif ukoll it-titjib fil-funzjonalità u l-effiċjenza tal-funzjonijiet ta' kontroll intern miksub fl-2008; jistenna bil-ħerqa l-iżviluppi futuri rigward ir-riżorsi finanzjarji u umani kif ukoll il-proċessi ta' ħidma interni, li ntgħażlu mill-KEPD fost l-objettivi ewlenin tiegħu għall-2009;

5.  Ifakkar li t-trattament amministrattiv tal-missjonijiet kollha tal-KEPD huwa żgurat mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Ħlasijiet (fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Koperazzjoni Amministrattiva bejn is-Segretarji Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-Parlament u tal-Kunsill, iffirmat mal-KEPD fis-7 ta' Diċembru 2006 għal perjodu ieħor ta' tliet snin b'effett mis-16 ta' Jannar 2007);

6.  Ifakkar li l-valutazzjoni mwettqa mis-Servizz ta' Verifika Interna tal-KEPD (jiġifieri l-awditur intern tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Koperazzjoni Amministrattiva) kienet uriet il-funzjonalità u l-effiċjenza tas-sistema ta' kontroll intern u l-kapaċità tagħha li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-ilħuq tal-objettivi tal-istituzzjoni, u jistenna r-riżultati tal-verifika ta' segwitu; jilqa' l-fatt li r-rapport intern dwar il-kontrolli interni wera rata ta' implimentazzjoni ta' 80 % tar-rakkomandazzjonijiet interni;

7.  Jilqa' l-pubblikazzjoni annwali tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri eletti tal-istituzzjoni (il-KEPD u l-Assistent Kontrollur), li fihom informazzjoni rilevanti dwar il-postijiet jew l-attivitajiet imħallsa u l-attivitajiet professjonali dikjarabbli;

8.  Jitlob li l-KEPD jinkludi fir-rapport tal-attività tiegħu li jmiss (sena finanzjarja 2009) kapitolu li fih jagħti rendikont dettaljat tas-segwitu li jkun ingħata matul is-sena lid-deċiżjonijiet preċedenti ta' kwittanza tal-Parlament.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Hohlmeier, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(2)

ĠU C 273, 13.11.2009

(3)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(4)

ĠU C 273, 13.11.2009

(5)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(7)

ĠU C 273, 13.11.2009

(8)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(9)

ĠU C 273, 13.11.2009

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

2006: EUR 4,1 miljun

Avviż legali - Politika tal-privatezza