RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
26.3.2010 - (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Bogusław Liberadzki
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni
(SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[2],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza tal-2007 (COM(2009)0526) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali għall-2008 tal-Qorti tal-Awdituri (SEC(2010)0178 u SEC (2010)0196),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea Favur It-Trasparenza, adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-mudell ta’ ‘verifika unika’ (u l-proposta relatata ma’ qafas ta’ kontroll intern Komunitarju)[3],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
- wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat (COM(2006)0009), ir-Rapport dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas Integrat tal-Kontroll Intern (COM(2008)0110), u d-Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2008)0259),
- wara li kkunsidra r-Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat (COM(2009)0043),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali tal-Istati Membri; id-“dikjarazzjonijiet nazzjonali” tal-Istati Membri; u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika[4],
- wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097) u r-rapport interim dwar is-segwitu għal dan il-pjan ta’ azzjoni (SEC(2009)1463),
-
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (COM(2009)0402) u d-dokument ta’ appoġġ li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1074),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Progress fir-Rumanija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (COM(2009)0401) u d-dokument ta’ appoġġ li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1073),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008[5] kif ukoll ir-rapporti speċjali tagħha, flimkien mat-tweġibiet rispettivi tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[6],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008(5826/2010 – C7-0054/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-istandards internazzjonali tal-verifika u l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, b’mod partikolari dawk applikabbli għas-settur pubbliku,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[7], u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0099/2010),
A. billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba,
1. Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2008
(SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[8],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[9],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009)0526) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[10],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[11],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[12], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[13], u b'mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[14], u b'mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[15],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0099/2010),
A. billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba,
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008
(SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[16],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[17],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009)0526)) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[18],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[19],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[20], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[21], u b'mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[22], u b'mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[23],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni[24],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0099/2010),
A. billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba,
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
4. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008
(SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[25],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[26],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009)0526)) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[27]
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[28],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[29], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[30], u b'mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[31], u b'mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/858/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta' Dicembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill[32],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/858/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi[33],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0099/2010),
A. billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba,
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
5. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2008
(SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[34],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[35],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009)0526)) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[36]
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[37],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[38], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[39], u b'mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal- 21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[40], u b'mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[41],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0099/2010),
A. billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexija finanzjarja tajba,
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
6. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni
(SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[42],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[43],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009)0526) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri dwar ir-rapport annwali għall-2007 tal-Qorti tal-Awdituri (COM(2009)0096),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea Favur It-Trasparenza, adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-mudell ta’ ‘verifika unika’ (u l-proposta relatata ma’ qafas ta’ kontroll intern Komunitarju)[44],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
- wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat (COM(2006)0009), ir-Rapport dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas Integrat tal-Kontroll Intern (COM(2008)0110), u d-Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SEC(2008)0259),
- wara li kkunsidra r-Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat (COM(2009)0043),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali tal-Istati Membri; id-“dikjarazzjonijiet nazzjonali” tal-Istati Membri; u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika[45],
- wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097) u r-rapport interim dwar is-segwitu għal dan il-pjan ta’ azzjoni (SEC(2009)1463),
- wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (COM(2009)0402) u d-dokument ta’ appoġġ li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1074),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Progress fir-Rumanija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (COM(2009)0401) u d-dokument ta’ appoġġ li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1073),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008[46] kif ukoll ir-rapporti speċjali tagħha, flimkien mat-tweġibiet rispettivi tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[47],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008(5826/2010 – C7-0054/2010),
- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-istandards internazzjonali tal-verifika u l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, b’mod partikolari dawk applikabbli għas-settur pubbliku,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[48], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[49], u b'mod speċjali l-Artikolu 14 (2 u 3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0000/2010),
A. billi skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni hija responsabbli għat-tfassil tal-kontijiet,
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
7. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi(SEC(2009)1089 – C7
‑0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008[50],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7‑0172/2009)[51],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009)0526)) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1427),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu 'Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008' (COM(2009)0256),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1102),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri dwar ir-rapport annwali għall-2008 tal-Qorti tal-Awdituri (SEC(2010)0178 u SEC(2010)0196),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea Favur It-Trasparenza, adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-mudell ta’ ‘verifika unika’ (u l-proposta relatata ma’ qafas ta’ kontroll intern Komunitarju)[52],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
- wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat (COM(2006)0009), ir-Rapport dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas Integrat tal- Kontroll Intern (COM(2008)0110), u d-Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SEC(2008)0259),
- wara li kkunsidra r-Rapport tal-Impatt dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat (COM(2009)0043),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali tal-Istati Membri; id-“dikjarazzjonijiet nazzjonali” tal-Istati Membri; u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika[53],
- wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ superviżjoni tal-Kummissjoni taħt ġestjoni komuni ta’ azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097) u r-rapport interim dwar is-segwitu għal dan il-pjan ta’ azzjoni (SEC(2009)1463),
- wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (COM(2009)0402) u d-dokument ta’ appoġġ li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1074),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Progress fir-Rumanija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (COM(2009)0401) u d-dokument ta’ appoġġ li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009)1073),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008[54] kif ukoll ir-rapporti speċjali tagħha, flimkien mat-tweġibiet rispettivi tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE[55],
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008)0866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008)3054),
- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008(5826/2010 – C7-0054/2010),
- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-istandards internazzjonali tal-verifika u l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, b’mod partikolari dawk applikabbli għas-settur pubbliku,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[56], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[57], u b'mod speċjali l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7‑0099/2010),
A. billi l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Komunità hija tal-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw skont il-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,
B. billi l-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament u l-Kunsill dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jżid li d-dikjarazzjoni tista’ tiġi supplimentata minn evalwazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam ewlieni tal-attività tal-Unjoni;
C. billi l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE hija kkaratterizzata mill-"ġestjoni konġunta" tal-baġit Komunitarju mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, skont liema 80% tan-nefqa Komunitarja hija amministrata mill-Istati Membri,
D. billi t-titjib tat-tmexxija finanzjarja fl-UE jrid ikun appoġġat minn monitoraġġ mill-qrib tal-progress fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri, u billi l-Istati Membri għandhom jerfgħu r-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-fondi tal-UE, b'mod li jiżguraw it-tlestija ta' qafas integrat ta' kontroll intern tal-UE bil-għan li tinkiseb Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni pożittiva (DAS),
E. billi fl-aħħar ħames riżoluzzjonijiet ta' kwittanza annwali tiegħu, il-Parlament ġibed l-attenzjoni għall-bżonn urġenti li jiġu introdotti dikjarazzjonijiet nazzjonali fil-livell politiku xieraq, li jkopru l-fondi kollha tal-UE li jaqgħu taħt ġestjoni konġunta, sabiex kull Stat Membru jieħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE li jkun irċieva,
F. billi l-implimentazzjoni tal-punt 44 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba[58] (IIA), u tal-Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju, dwar it-taqsiriet annwali tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli, għandhom jagħtu kontribut sostanzjali biex jitjieb l-immaniġġjar tal-baġit tal-UE,
G. billi l-Qorti tal-Awdituri, fl-Opinjoni Nru 6/2007 tagħha msemmija hawn fuq, tenfasizza wkoll li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali jistgħu jitqiesu bħala element ġdid tal-kontroll intern tal-fondi tal-UE, u li dawn jistgħu jistimulaw kontroll aħjar tal-fondi tal-UE fl-oqsma ta' ġestjoni konġunta,
H. billi l-ħidma tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fuq livell ġenerali u l-proċedura ta' kwittanza fuq livell partikolari jifformaw parti minn proċess li jfittex li jistabbilixxi responsabbiltà sħiħa min-naħa tal-Kummissjoni bħala entità waħda u tal-membri individwali tal-Kummissjoni, kif ukoll min-naħa tal-protagonisti rilevanti kollha l-oħra, li fosthom l-Istati Membri huma l-aktar importanti, għal tmexxija finanzjarja fl-UE, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; u b’hekk tinħoloq bażi aktar soda għat-teħid tad-deċiżjonijiet,
I. billi l-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament għandu jqis sew ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza tal-2008 matul il-proċedura baġitarja li jmiss,
J. billi r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kwittanza għandha, sabiex ikollha skop kostruttiv, timmira li ssaħħaħ l-isforzi għar-riformi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jinstab rimedju għall-problemi identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u tkun żgurata tmexxija finanzjarju aqwa fl-Unjoni Ewropea,
K. billi l-iskeda tal-kwittanza attwali hija twila wisq fir-rigward tal-ħtieġa biex tintroduċi malajr kemm jista’ jkun il-miżuri korrettivi u r-riformi stabbiliti mill-Parlament fil-kompitu tiegħu ta' kontroll; billi l-kontijiet annwali għandhom jiġu mfassla qabel it-tmiem tal-ewwel kwart tas-sena wara s-sena finanzjarja li tkun qed tiġi riveduta, b’tali mod li l-Qorti tal-Awdituri tista’ tibgħat r-rapport tagħha qabel it-tmiem tat-tieni kwart tas-sena wara s-sena li tkun qed tiġi riveduta;
L. billi l-Artikolu 83 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej[59] jistipula li l-pensjonijiet jitħallsu mill-baġit u li l-Istati Membri jridu jiggarantixxu b’mod konġunt il-ħlas ta’ benefiċċji bħal dawn skont l-iskala mħejjija għall-finanzjament ta’ dan it-tip ta’ nfiq; billi l-persunal iħallsu lura parti mis-salarji tagħhom bħala kontribut lejn il-finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet;
M. billi l-Artikolu 83 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 jistabbilixxi garanzija konġunta mill-Istati Membri, li jfisser li l-garanzija hija applikabbli fil-każ tan-nuqqas ta’ Stat Membru jew aktar, jagħmlu possibbli biex jikkunsidra li l-Unjoni għandha drittijiet fuq l-Istati Membri li ggarantixxu dak l-impenn,
KWISTJONIJIET ORIZZONTALI
L-Affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom
1. Jibqa’ mħasseb, fil-bidu tal-mandat il-ġdid tal-Kummissjoni, dwar il-problemi akkumulati li ġejjin mill-Kummissjoni preċedenti, notevolment:
– l-issuktar ta’ rati għolja ta’ żbalji fil-ħlasijiet,
– il-pass kajman fl-irkupri ta’ ħlasijiet mhux dovuti, u
– il-livelli għolja ta’ trasferimenti, bħal qatt qabel;
2. Jilqa’ s-sinjali tal-bidu ta’ approċċ tal-kulleġġi mill-Kummissjoni l-ġdida, kif muri fl-impenn tal-Kummissarji László Andor, Johannes Hahn u Algirdas Šemeta fid-diskussjonijiet mal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, u jistenna dikjarazzjoni qawwija mill-Kummissarji Janusz Lewandowski u Algirdas Semeta biex iwiegħdu azzjoni fl-oqsma ta’: dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-Istati Membri, proposti għal riskju tollerabbli ta’ żball, is-simplifikazzjoni u t-trasparenza, u fondi fiduċjarji li jkopru azzjonijiet esterni, u jemmen ukoll li dan għandu jkopri azzjoni ulterjuri fil-qasam ta’ korrezzjonijiet u rkupri, u s-sistemi ta’ kontroll interni;
3. Jemmen li l-iżbalji fl-infiq ifixklu l-effikaċja fl-ilħiq tal-miri tal-politika tal-UE, u jerġa' jtenni li l-gruppi tal-politika b’rata ta’ żball inqas minn 2% xorta jgħoddu għal 47% biss tal-baġit tal-UE, u dan jirrappreżenta żieda ta’ biss 9% mill-2005 għall-2008; jikkunsidra li dan xorta għadu livell mhux adegwat ta’ titjib minn sena għal sena u jindika li, minkejja xi oqsma ta’ titjib, rata ta’ żball ’il fuq minn 5% tibqa’ fil-gruppi ta’ politika li jirappreżentaw 31% tal-baġit, u rata ta’ bejn 2% u 5% għal 22% oħra;
4. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji u tressaq lill-Parlament Aġenda ġdida mill-2010 'l quddiem, bi provvediment għal tnaqqis tar-rati ta' żball biex ikun żgurat li 20% oħra tal-baġit ikun jista' jingħata klassifikazzjoni 'ħadra' mill-Qorti tal-Awdituri sal-2014, b'tibdiliet interim li sejħet għalihom il-Qorti tal-Awdituri għal metodoloġija ġdida biex rati ta' żball jintwerew fil-Kapitolu tal-baġit dwar il-Koeżjoni u li tiddefferenzja ejn pagamenti li saru taħt il-leġiżlazzjoni tal-2000-2006 u dik tal-2007-2013; jikkunsidra li l-ilħiq ta' dawn il-miri hija parti essenzjali biex jinkiseb valur sħiħ għall-infiq tal-UE fil-futur u biex isir progress lejn DAS pożittiv;
5. Jitlob lill-President tal-Kummissjoni biex jinforma lill-Parlament dwar kif il-Kummissjoni se taħdem b’mod aktar koordinat, sabiex tindirizza d-dgħufijiet li għad hemm fis-sistema finanzjarja u tnaqqas b’mod sinifikanti r-rati tal-iżbalji kif indikat hawn fuq;
L-Affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom
6. Jinnota b’sodisfazzjon l-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali finali u d-dikjarazzjoni tal-Qorti li l-kontijiet jippreżentaw korrettament, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-kontanti tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2008;
7. Ma jikkunsidrax normali l-fatt li l-kontijiet annwali għandhom jiġu ppreżentati b’kapital proprju negattiv ta’ EUR 51 400 000 000 u jiddubita jekk l-ammonti mill-Istati Membri għandhomx jintwerew bħala assi, peress li dan jinvolvi ċertu impenn dwar il-pensjonijiet li għandhom jitħallsu lill-persunal stmat għal EUR 37 000 000 000; jinnota l-ispjegazzjonijiet tal-kontabilist tal-Kummissjoni li l-istandards tal-kontabbiltà internazzjonali applikabbli għas-settur pubbliku ġew applikati fil-ħin; jipproponi li tingħata kunsiderazzjoni lill-ħolqien ta’ fondi tal-pensjoni tal-Komunità biex jesternalizza l-impenji finanzjarji ta’ dan it-tip dwar il-persunal;
8. Jesprimi, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward dgħufijiet identifikati f’ċerti korpi u Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni fis-sistema tal-kontabbiltà għall-fatturazzjonijiet/rendikonti tal-ispejjeż u l-prefinanzjamenti li jipperikolaw il-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja;
9. Jilqa' l-opinjoni mhux kwalifikata mogħtija mill-Qorti dwar id-dħul, l-impenji għall-gruppi ta’ politika kollha u l-ħlasijiet li l-kontijiet huma bbażati fuqhom għall-gruppi ta' politika "L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza" u "L-Amministrazzjoni u nfiq ieħor", li fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari;
10. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tipprovdi fil-kwittanza li jmiss id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi kif meħtieġa fl-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hekk kif tagħmel għall-affidabbiltà tal-kontijiet;
11. Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni li tippromwovi u tapplika proċeduri ta’ kontroll u ta' tmexxija aħjar li jwasslu għal titjib meta mqabbel mas-snin ta' qabel bi tnaqqis fil-livell ta' żbalji misjuba mill-Qorti fit-tranżazzjonijiet sottostanti f’ċerti oqsma ta’ nfiq (l-oqsma ta’ politika “L-Agrikoltura u r-riżorsi naturali”, “Ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport” u “L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza”);
12. Jiddispjaċih li d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni (DAS) għadha kwalifikata (negattiva) f'oqsma ta' nfiq importanti ħafna tal-baġit tal-Komunità għas-sena finanzjarja 2008 (l-Iżvilupp rurali, il-Miżuri strutturali, ir-Riċerka, l-enerġija u t-trasport, l-azzjonijiet esterni fil-livell tal-organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni u t-Tkabbir), fejn il-ħlasijiet għadhom milquta minn żbalji materjali fuq skala kbira;
13. Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-impatt tal-pjan ta’ azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni taħt tmexxija konġunta ta’ azzjonijiet strutturali, tindika li l-passi deskritti fiha tlestew; jinnota li r-riżultati preliminari juru rata ta’ żball fl-infiq ta’ madwar 5% għall-perjodu 2007-2013; madankollu, jistenna l-benefiċċji usa' għall-politika ta’ koeżjoni, fejn għad hemm problemi kbar ħafna minkejja l-progress li sar mill-Kummissjoni fir-rigward tal-użu aktar effiċjenti tal-fondi tal-UE u tal-ambjent ta’ kontroll ġenerali;
14. Iqis bl-istess mod, fir-rigward tar-Riċerka, l-enerġija u t-trasport kif ukoll tal-Għajnuna Esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir, li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat għandu jwassal għall-benefiċċji u li l-Kummissjoni għandha tkun tista' tipprovdi sensiela ta' indikaturi u deskritturi biex jitkejjel l-impatt ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni;
15. Jinnota, madankollu, l-osservazzjoni tal-Qorti li għadu mhux possibbli li jiġi stabbilit jekk il-Pjan ta’ Azzjoni kellux impatt li jista’ jitkejjel fuq is-sistemi superviżorji u ta’ kontroll u fl-aħħar mill-aħħar fuq ir-regolarità tal-operazzjonijiet (punt 2.28 tar-Rapport Annwali 2008), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni xierqa li tiżgura li, għall-kwittanza tal-2009, l-indikaturi jkunu implimentati biex ikejlu l-impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni;
16. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti biex jonqsu l-perjodi involuti fil-proċess ta’ kwittanza, sabiex il-votazzjoni fil-plenarja ssir fis-sena wara s-sena finanzjarja li tkun qed tiġi riveduta;
Informazzjoni u qafas tad-DAS
17. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma mwettqa mill-Qorti biex titjieb aktar iċ-ċarezza tal-approċċ tad-DAS fir-rigward ta’ fatturi li jikkontribwixxu minn sena għal sena għal sistemi ta' kontroll iktar effiċjenti u effikaċi f'kull settur kif ukoll il-kwalità ta' partijiet speċifiċi tar-rapport tal-Qorti, bħal dik li tittratta miżuri strutturali, u jistieden lill-Qorti biex tkompli żżomm lill-Parlament regolarment informat;
18. Iqis li l-evalwazzjoni tal-Qorti, magħmula kull sena mit-Trattat ta’ Maastricht dwar kif il-Kummissjoni tamministra l-fondi tal-UE, uriet li kienet għodda utli għat-titjib tal-ġestjoni ta’ dawn il-fondi, u jirrikonoxxi li l-Kummissjoni għamlet sforzi kbar biex titjieb il-ġestjoni; madankollu, jitlob lill-Istati Membri biex juru impenn akbar fit-titjib tal-infiq tal-fondi;
19. Jinnota t-titjib miksub mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Nizza, billi d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom tista' tiġi supplimentata b’evalwazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam prinċipali tal-attività tal-Unjoni (issa l-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea);
20. Madankollu, iqis ukoll li evalwazzjoni globali u annwali waħda ma tirriflettix l-istruttura kumplessa tal-finanzi tal-Komunitajiet Ewropej, u jqis ukoll li l-issuktar ta' evalwazzjoni annwali negattiva wara 15-il sena konsekuttiva jista' jkollu riperkussjonijiet negattivi fost iċ-ċittadini li ma jifhmux għalfejn il-Qorti dejjem tagħti opinjoni negattiva;
Reviżjoni tat-Trattati: riforma tad-DAS
21. Jinnota li, skont l-Artikolu 48(2) tat-Trattat tal-UE, kif modifikat mit-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament għandu rwol imsaħħaħ fil-proċedura ta’ reviżjoni tat-Trattati, wara li assigura d-dritt tal-inizjattiva biex iressaq proposti lill-Kunsill għall-emendi tat-Trattati, jiġifieri tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni;
22. Jitlob għal riflessjoni dwar il-fattibbiltà ta' dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni separati fil-futur, li għandhom jiġu pprovduti kemm skont is-settur/qasam ta' politika u skont il-programm pluriennali, sabiex ikun hemm aktar qbil bejn il-metodoloġija tal-Qorti u n-natura pluriennali u settorjali tal-finanzi tal-Komunitajiet Ewropej;
23. Jinnota li l-Kummissjoni argumentat b’mod persistenti li n-“natura multiannwali” tal-infiq ikkonċernat ifisser li bosta żbalji jistgħu jinstabu u jiġu korretti qabel l-għeluq tal-programmi rilevanti; jinnota wkoll li l-Qorti tikkunsidra li attwalment m’hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex tappoġġja din it-talba;
Ġestjoni baġitarja
24. Huwa mħasseb li l-impenji baġitarji pendenti (impenji mhux użati trasferiti biex jintużaw fi snin futuri), primarjament tal-programmi pluriennali, żdiedu fl-2008 b'EUR 16,4 biljun (11,8%) għal EUR 155,0 biljun (punt 3.9 tar-Rapport Annwali 2008), filwaqt li jirrikonoxxi li dan huwa minħabba dewmien f’ċerti każijiet fil-fażi inizjali tal-programmi l-ġodda filwaqt li f’oħrajn jirrifletti proċess dgħajjef tal-ippjanar baġitarju; huwa mħasseb li l-fondi mhux utilizzati kull sena jirrappreżentaw opportunitajiet mitlufa għal-implimentazzjoni ta' politiki u programmi tal-UE;
25. Jinnota madankollu li, anki jekk l-impenji baġitarji pendenti dwar in-nefqa differenzjata jibqgħu f'livell għoli ħafna li jaqbeż l-approprjazzjonijiet għall-impenji totali tal-baġit għall-2008, il-Qorti tinnota wkoll li l-maġġoranza tal-impenji baġitarji pendenti issa huma mill-2007 u l-2008 u għalhekk marbuta mal-qafas finanzjarju preżenti (punt 3.15 tar-Rapport Annwali 2008);
26. Jilqa' l-fatt li diżimpenn awtomatiku għandu jevita problemi fil-perjodu ta' finanzjament preżenti iżda jibqa' mħasseb li l-ogħla proporzjon ta' impenji baġitarji pendenti ( "RAL") huwa relatat mal-qasam tal-koeżjoni assoċjat man-nuqqas ta' kwalunkwe proċedura ta' diżimpenn għall-perjodu 2000-2006;
27. Jitlob lill-Istati Membri biex jittrasmettu d-dokumenti ta’ evalwazzjoni tal-konformità li jifdal tas-Sistemi ta’ Kontroll u Tmexxija kemm jista’ jkun malajr u fi kwantità biżżejjed sabiex ikun evitat dewmien ulterjuri fir-rigward tal-ħlasijiet interim u żieda ulterjuri ta' impenji baġitarji pendenti;
28. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Parlament ħarsa ġenerali tal-appoġġ baġitarju mogħti, skont il-pajjiż u l-fondi, għas-snin 2005 għall-2009;
Irkupri
29. Jinnota xi titjib fl-irkupri, iżda madankollu jibqa’ mħasseb dwar il-problemi li jeżistu rigward fondi tal-Komunità maħruġa b’mod irregolari u l-kwalità fqira ta’ tagħrif ipprovdut dwar il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni applikat fil-livell tal-Istati Membri; jiġbed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa urġenti għal rata ta’ rkupru ta’ 100% fir-rigward tal-fondi li nħarġu ħażin;
30. Jilqa’ l-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni dwar korrezzjonijiet finanzjarji, skont l-Istat Membru, sa Settembru 2009, iżda huwa mħasseb li n-natura annwali tar-rapport tal-Qorti tfisser nuqqas ta’ qbil mad-data kumulattiva ppreżentata mill-Kummissjoni, u b’hekk huwa impossibbli li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-prestazzjoni għal sena waħda partikolari, l-2008;
31. Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' rkupru pluriennali, inkluż fil-livell tal-Istati Membri, u biex tikkonsolida d-data dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji sabiex tipprovdi figuri affidabbli li jistgħu jitqabblu bejn l-oqsma varji ta' politika u l-proċeduri ta' ġestjoni tal-fondi; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament fin-noti mehmuża mal-kontijiet annwali, sabiex tinkiseb perspettiva ġenerali;
32. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta ċifri kompleti u affidabbli għall-korrezzjonijiet finanzjarji u, b’mod partikulari, irkupri li jispeċifikaw l-Istat Membru kkonċernat, il-linja baġitarja eżatta u s-sena li għaliha jirreferu l-irkupri individwali, (kif diġà speċifikat fir-Rapport ta’ Kwittanza tal-2006[60]), peress li kwalunkwe preżentazzjoni oħra twassal biex ma jkunx jista' jsir kontroll serju;
33. Ifakkar fit-talba tiegħu li l-Kummissjoni tipproduċi klassifikazzjoni annwali fond b’fond għal kull Stat Membru, li tispeċifika r-rata ta’ żbalji stabbilita – kemm bl-impatt ta’ mekkaniżmi korrettivi u kemm mingħajru - u li tgħaddiha lill-Parlament b’mod attiv, trasparenti u faċilment aċċessibbli;
34. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tressaq il-kummenti tagħha fuq din il-lista, ibbażati fuq is-sejbiet tagħha stess;
Is-sospensjoni tal-pagamenti
35. Jindika l-importanza tad-deċiżjonijiet finali u l-miżuri ta’ korrezzjoni meħuda bil-għan li l-finanzjament tal-UE jiġi eskluż min-nefqa li ma saritx b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u jġedded it-talba tiegħu li jiġu speċifikati l-intestatura baġitarja eżatta u s-sena li l-irkupri individwali huma relatati magħhom;
36. Jappoġġa bis-sħiħ lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni rigoruża tal-leġiżlazzjoni fir-rigward ta’ sospensjoni ta’ ħlasijiet u jilqa’ b’sodisfazzjon il-miżuri meħuda biex ma jiġux trasferiti fondi sakemm il-Kummissjoni ma jkollhiex garanzija assoluta dwar l-affidabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru benefiċjarju tal-fondi kkonċernati;
37. Jiġbed l-attenzjoni għall-eżempju tal-Greċja, fejn korrezzjonijiet finanzjarji sinifikanti miġjuba mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni jidher li rriżultaw fi prestazzjoni aħjar f’xi oqsma; jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika dawn l-oqsma u jitlob mill-ġdid li, fir-rigward tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), ma nstabet ebda evidenza li l-pjan ta’ azzjoni stabbilit u implimentat mill-awtoritajiet Griegi kien effettiv (Ir-Rapport Annwali tal-2008, punt 2.5);
38. Jemmen li, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżervi rikorrenti għall-programmi ta' nfiq fi Stat Membru partikolari, is-sospensjoni tal-ħlasijiet, bħala mezz ta' pressjoni, se tikkontribwixxi għaż-żieda tal-involviment tal-Istati Membri fl-użu korrett tal-fondi Komunitarji miksuba;
39. Jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika r-regoli u tapplika l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tas-sospensjoni tal-ħlasijiet meta dan ikun meħtieġ, u biex tinforma lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri fi żmien utli dwar dawn is-sospensjonijiet ta' ħlasijiet u r-riżultati tagħhom;
Sommarji annwali
40. Iqis li s-sommarji annwali tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli, li l-Istati Membri għandhom jipprovdu skont l-IIA u l-Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom ikunu l-ewwel pass lejn l-introduzzjoni ta’ dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar fl-Istati Membri kollha;
41. Jilqa’ d-dikjarazzjoni mill-Konferenza Interparlamentari dwar “It-Titjib tar-Responsabbiltà Nazzjonali tal-fondi tal-UE” li seħħu fl-Aja fit-28 u d-29 ta’ Jannar 2010, li jirrakkomanda li l-istrumenti tal-politika nazzjonali jiġu implimentati jew imsaħħa biex jikkontribwixxu fit-titjib tal-kontroll u l-ġestjoni tal-infiq tal-UE fl-Istati Membri, u li l-istrumenti użati għall-ġestjoni u r-responabbiltà tal-finanzjament tal-UE għandu jkun fihom elementi ta’ qafas komuni tal-UE sabiex isiru l-paraguni u jiġu identifikati “l-aqwa prattiki”, kif ukoll isir pass ’il quddiem lejn id-dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-immaniġġjar;
42. Jenfasizza l-bżonn li jissaħħaħ ir-rwol tas-sommarji annwali fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll li titjieb il-kwalità, l-omoġeneità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta mill-Istati Membri sabiex ikun żgurat il-valur miżjud tagħhom fil-qasam tal-kontroll tal-fondi tal-UE;
43. Jilqa’ l-informazzjoni pprovduta lill-Parlament mill-Kummissjoni dwar is-sommarji annwali rċevuti fl-2009 u jistieden lill-Kummissjoni biex is-sommarji annwali tal-Istati Membri kollha jsiru pubbliċi sabiex titjib ir-responsabbiltà trasparenti u pubblika; jistieden lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tas-sommarji rċevuti, biex tanalizza l-punti qawwija u dgħajfa fis-sistema nazzjonali ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-amministrazzjoni u l-kontroll tal-fondi tal-UE;
44. Iqis li hija ta’ importanza kbira għall-Kummissjoni li tirraporta dwar il-kwalità ta’ dawn is-sommarji annwali u li l-Kummissjoni żżid valur għall-proċess billi tidentifika l-problemi komuni, is-soluzzjonijiet possibbli jew l-aħjar prattiki, bl-użu ta' din l-informazzjoni fir-rwol ta’ sorveljanza tagħha;
45. Iqis li analiżi komparattiva għandha titressaq lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti sa l-aħħar tal-2010 u għandha ssir pubblika kemm jista’ jkun malajr wara;
46. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li n-nota ta’ gwida ġenerali dwar is-sommarji annwali teħtieġ metodoloġija u ambitu analitiku uniformi mill-Istati Membri kollha; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi n-nota ta’ gwida tagħha b’tali mod li tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar u tipprovdi aktar direzzjoni fir-rigward ta’ prattiki tajba; jirrikjedi li l-Kummissjoni tieħu din l-opportunità li tinkludi fin-nota ta’ gwida qafas ta’ dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jintroduċuhom u li tiżviluppa l-approċċ tagħha bbażat fuq l-inċentiv;
Dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar
47. Jilqa’ l-inizjattiva meħuda mid-Danimarka, l-Olanda, l-Isvezja u r-Renju Unit biex jitfasslu dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-immaniġġjar; madankollu, jinnota d-differenzi kbar bejn l-erba’ inizjattivi nazzjonali; jilqa' bil-ħerqa l-ittra mill-Gvernijiet tal-Olanda u tal-Isvezja li tistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ gwida dwar id-definizzjoni ta' xi aspetti ewlenin ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali, li tista' sservi wkoll bħala għajn siewja ta' informazzjoni għal Stati Membri oħra; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu għall-fatt li, minkejja dawn l-inizjattivi, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-oħra jonqoshom jintroduċuhom;
48. Ifakkar fit-talba tiegħu għall-introduzzjoni ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali (paragrafu 32 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009[61] li takkumpanja d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-2007);
49. Jiġbed l-attenzjoni għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE), li issa jipprovdi li l-Kummissjoni 'għandha timplimenta l-baġit b’kooperazzjoni mal-Istati Membri', u għadu konvint li se jsir progress bil-ksib ta’ dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar li jkopru l-fondi kollha tal-UE li jaqgħu taħt ġestjoni konġunta, kif mitlub mill-Parlament fl-aħħar ħames riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza annwali tiegħu;
50. Jinnota t-tieni paragrafu tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jimponi ċerti obbligi ta’ kontroll u verifika, s’issa mhux definiti, tal-Istati Membri u r-responsabilitajiet li jirriżultaw minnhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-kliem l-ġdid tal-Artikolu 317 biex tintroduċi dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-immaniġġjar mandatorji mill-aktar fis possibbli; jirreferi wkoll għall-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi lill-Kummissjoni bi strumenti ġodda biex tikseb implimentazzjoni simili u uniformi ta’ atti Komunitarji li jorbtu legalment;
51. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi, fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, l-obbligu tal-Istati Membri li joħorġu dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' mmaniġġjar iffirmati f'livell politiku xieraq u ċertifikati mill-korp ta' verifika suprem nazzjonali tagħhom bħala mezz ta' serħan amministrattiv kif ukoll ġestjoni aħjar tal-fondi li jaqgħtu taħt ġestjoni konġunta;
52. Jitlob, skont l-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontrolli tal-ġestjoni konġunta, biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet nazzjonali tal-verifika u l-Qorti;
53. Jipproponi li entitajiet nazzjonali tal-verifika, fil-kapaċità tagħhom bħala awdituri indipendenti esterni, u b’kunsiderazzjoni għall-istandards internazzjonali tal-verifika, joħorġu ċertifikati nazzjonali tal-verifika għall-immaniġġjar ta’ fondi tal-UE, li fuqhom ikunu bbażati d-dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-immaniġġjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-possibbiltà li timmodifika u taddatta l-iskadenza tal-kwittanza sabiex tippermetti verifiki fil-ħin ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-immaniġġjar mill-awdituri esterni (nazzjonali);
54. Huwa mħasseb tassew dwar il-manipulazzjoni bil-prova tal-istatistika finanzjarja u l-evażjoni fiskali fil-Greċja; jinnota l-korruzzjoni tas-settur pubbliku ġeneralizzata fl-amministrazzjoni, inkluża s-sejħa għal offerta, kif irrikonoxxuta mill-Prim Ministru tal-Greċja; jiġbed l-attenzjoni fuq l-effett sinifikanti fir-rigward tal-ispejjeż li dan għandu fuq il-baġit tal-Greċja; jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga bħala prijorità ċ-ċirkustanzi li fihom il-Kummissjoni ġiet ipprovduta b’data makroekonomika ħażina għal perjodu ta’ żmien twil ħafna;
Is-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni
Il-pjan ta’ azzjoni għal Qafas ta’ Kontroll Intern Integrat
55. Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-kritika ripetuta tal-Qorti dwar il-kwalità inadegwata tal-kontrolli fl-Istati Membri u jqisha negattiva għall-immaġini tal-UE jekk Stati Membri individwali jkunu kapaċi japplikaw standards ta' kontroll differenti;
56. Minkejja t-titjib progressiv fid-DAS sa mill-2003 (56% tan-nefqa li ngħataw opinjonijiet ta’ verifika pożittivi mill-Qorti fl-2008 meta mqabbla mas-6% tal-2003), jibqa’ mħasseb mill-evalwazzjoni tal-Qorti li għadu mhux possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-Pjan ta’ Azzjoni kellux impatt li jista’ jitkejjel fir-rigward tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll, u li l-Kummissjoni ma setgħetx turi li l-passi meħuda minnha biex jitjiebu s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll kienux effikaċi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji f’ċerti oqsma tal-baġit (punti 2.28 u 2.33 tar-Rapport Annwali 2008);
57. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tippreżenta evalwazzjonijiet regolari tas-sistema ta’ kontroll intern integrat, u jitlob għal kopertura saħansitra aħjar u aktar espliċita - fir-rapporti annwali dwar l-attività u r-rapport ta’ sinteżi – tal-funzjonament tad-dipartimenti tal-Kummissjoni u s-sistemi ta’ ġestjoni konġunta tal-Istati Membri, kif diġà jsir mid-DG tal-Kummissjoni għall-Politika Reġjonali fir-rapport tal-attività annwali tiegħu;
Analiżi tal-bilanċ eżistenti bejn in-nefqa operattiva u l-ispiża għas-sistema ta' kontroll tal-fondi tal-UE
58. Jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-kuntest, dwar l-importanza tal-Azzjoni 10 tal-Pjan ta’ Azzjoni msemmi hawn fuq, li timmira biex titwettaq “analiżi tal-ispiża tal-kontrolli”, billi "jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-ispejjeż u l-vantaġġi tal-kontrolli”;
59. Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2010 twettaq evalwazzjoni iktar kompluta u eżawrjenti tar-riżorsi mogħtija lis-sistemi ta' kontroll fl-oqsma tar-riċerka, l-enerġija, it-trasport, l-iżvilupp rurali, l-għajnuna esterna u n-nefqa amministrattiva, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet tal- kwittanza;
60. Jemmen li din se tkun għodda kruċjali biex jiġi evalwat x’titjib jista’ jinkiseb fil-futur u b’liema spiża, kif rakkomandat mill-Qorti fir-Rapport Annwali tal-2008 (punt 2.35(a)), u biex jinkiseb progress dwar il-kwistjoni ta’ riskju tollerabbli ta’ żbalji;
Riskju tollerabbli ta' żbalji
61. Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 msemmija hawn fuq, dwar għarfien komuni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli ta’ żbalji bħala bażi metodoloġika soda għall-analiżi ekonomika ta’ livelli aċċettabbli ta’ riskju; ifakkar id-dubji tiegħu dwar il-figuri pprovduti mill-Istati Membri dwar l-ispejjeż tal-kontroll u jitlob lill-Kummissjoni biex taġġorna u tlesti l-figuri użati fil-komunikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza d-dgħufijiet u n-nuqqasijiet kollha identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, u jenfasizza li ġej:
- id-definizzjoni ta’ riskju tollerabbli ta’ żball possibbli huwa wieħed biss mill-bosta elementi li għandhom jiġu esplorati bl-għan li tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja fl-Unjoni Ewropea; elementi oħra huma (1) l-użu aħjar ta’ sistemi ta’ kontroll eżistenti, (2) żieda f’dawk li s-soltu jkunu spejjeż ta’ kontroll baxxi ħafna, (3) is-simplifikazzjoni u (4) l-konċentrazzjoni;
- il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli mill-Istati Membri attwalment mhijiex suffiċjenti bħala bażi biex tistabbilixxi u tapprova riskju tolerabbli ta’ żball;
- il-pożizzjoni tal-Kunsill fuq il-kwistjoni mhijiex magħrufa;
62. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi dettaljata tan-nuqqasijiet u d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri[62], speċjalment fir-rigward tal-kwalità tad-data disponibbli mill-Istati Membri;
63. Ifakkar fl-Azzjoni 4 tal-Pjan ta' Azzjoni msemmi hawn fuq, li, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, tipproponi l-ftuħ ta' "djalogu interistituzzjonali dwar riskji li jistgħu jiġu ttollerati fit-tranżazzjonijiet bażiċi''; iżda jinnota li l-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni għadha bilkemm bdiet;
64. Iqis, għalhekk, li l-Kummissjoni, f’konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-effikaċja f’sens ta’ nefqa (valur għall-flus) tas-sistemi ta' kontroll, għandha tevalwa r-relazzjoni bejn, minn naħa, ir-riżorsi disponibbli għal kull politika partikolari, u min-naħa l-oħra, il-parti ta’ dawk ir-riżorsi ddedikati għas-sistemi ta’ kontroll skont il-qasam tal-infiq;
65. Jitlob lill-Kummissjoni biex tidentifika oqsma ta’ sensittività politika kbira (ta’ “riskju għar-reputazzjoni” kbir) fejn approċċ ta’ kwalità għar-rati ta’ żbalji (aktar milli wieħed ekonomiku) għandu jiġi adottat;
66. Jikkunsidra li l-ammonti ta’ fondi tal-Komunità f’riskju minħabba żbalji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll meta tiġi ddeterminata rata ta’ żball tollerabbli;
67. Jemmen ukoll li l-proporzjon spiża/benefiċċju eżistenti, bejn ir-riżorsi użati għall-attivitajiet ta' kontroll u r-riżultati miksuba mill-kontrolli, għandu jkun element fundamentali li għandu jitqies meta l-Qorti tagħti d-DAS tagħha;
68. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni tagħmel aktar sforz biex tikkonvinċi lill-Parlament dwar il-ħtieġa li jiġi introdott “riskju tollerabbli tal-iżbalji” milli biex tipperswadi l-Istati Membri dwar il-ħtieġa għad-dikjarazzjonijiet nazzjonali tal-immaniġġjar mandatorji;
Simplifikazzjoni
69. Jenfasizza li s-sistemi ta’ kontroll huma riflessjoni tal-kumplessità tar-regolamenti u r-regoli tal-livelli varji, li kultant jidħlu f’xulxin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tħaffef l-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni waqt li tinvolvi bis-sħiħ lill-Parlament, u jitlob lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jagħmlu sforz simili għal dan il-għan;
Dibattitu interistituzzjonali dwar is-sistema attwali tal-proċedura ta’ kwittanza
70. Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza diskussjoni interistituzzjonali li tinvolvi, fl-istadju inizjali, fl-ogħla livell, rappreżentanti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Parlament, u fit-tieni fażi r-rappreżentanti mill-Istati Membri, ta’ parlamenti nazzjonali u istituzzjonijiet ta’ verifika supremi, bil-għan li jinbeda dibattitu komprensiv dwar is-sistema attwali tal-proċedura tal-kwittanza;
71. Jipproponi li jagħti lill-Kummissjoni, matul il-proċedura baġitarja li ġejja, ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex torganizza dibattitu bħal dan;
Responsabbiltà politika u responsabbiltà amministrattiva fil-Kummissjoni
Rapporti ta’ attività annwali
72. Jiddispjaċih li, fir-Rapport Annwali tal-2008, il-Qorti għal darb’oħra enfasizzat li wħud mill-rapporti ta’ attività annwali għadhom ma jipprovdux evidenza biżżejjed għad-DAS; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tinkludi fil-kapitoli differenti tar-Rapport Annwali analiżi dettaljata tar-rapporti annwali tal-attività korrispondenti;
73. Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-fatt li l-Qorti għadha ssib dgħufijiet fl-operat tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta' kontroll u fir-riżervi rilevanti dwar l-assigurazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni, l-aktar fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq l-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti, u jfakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom f'dan il-qasam;
Trasparenza u etika
74. Jinsisti li l-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni fuq il-membri kollha tal-gruppi ta’ esperti u ta’ ħidma li jaħdmu mal-Kummissjoni kif ukoll li jkunu magħrufa l-benefiċarji tal-fondi tal-UE;
75. Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiżgura li d-data dwar il-benefiċarji tal-fondi tal-UE, inklużi d-dettalji tar-riċeventi u l-proġetti tagħhom, tkun provduta b’mod komplut, tkun tista' tinsab u tkun komparabbli;
76. Jilqa’ l-fatt li l-informazzjoni dwar benefiċjarji ta’ fondi tal-UE għandha tiġi ppubblikata b’mod aktar wiesa’ u fuq websajt li hi faċilment aċċessibbli kif ukoll li tkun faċli biex tintuża, u jitlob għall-istandardizzazzjoni tal-istruttura u l-preżentazzjoni ta’ siti nazzjonali, reġjonali u internazzjonali aċċessibbli mill-portal ċentrali;
77. Jenfasizza għal darb'oħra l-bżonn li jkun rivedut il-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri tal-Kummissjoni sabiex ikunu rrimedjati nuqqasijiet bħal: (a) in-nuqqas ta’ kwalunkwe definizzjoni tat-terminu “kunflitt ta’ interess”, (b) in-nuqqas li jkun hemm pjan ta’ azzjoni jekk jinqala' l-każ ta’ kunflitt ta’ interess, (c) nuqqas ta’ ċarezza fejn tidħol l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ospitalità, u (d) in-nuqqas ta' kwalunkwe korp maħtur biex janalizza l-ilmenti, kif ukoll li jitneħħa mill-President id-dover (possibbli) li jagħmel awtoevalwazzjoni;
78. Jistenna li l-Kummissjoni tibda proċess ta’ konsultazzjoni mal-Parlament dwar ir-reviżjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta preżenti tal-Membri tal-Kummissjoni skont il-fehim komuni miksub fis-27 ta’ Jannar 2010 bejn il-President José Manuel Barroso u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Parlament dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim ta’ Qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, u biex tadotta verżjoni riveduta tal-Kodiċi ta’ Kondotta tagħha tal-Membri tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Awwissu 2010, filwaqt li josserva li din ir-reviżjoni suppost saret qabel il-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida;
79. Ifakkar fl-importanza ta' trasparenza sħiħa u ta' pubbliċità fir-rigward ta' persunal li jaħdem fil-kabinetti tal-Membri tal-Kummissjoni li ma kinux impjegati skont ir-Regolamenti tal-Persunal;
80. Ifakkar ukoll li l-Kodiċi ta’ Kondotta li jorbot tal-Membri tal-Kummissjoni għandu jinkopora r-regoli etiċi meħtieġa u l-linji gwida prinċipali li għandhom jiġu osservati mill-Kummissarji fil-qadi ta' dmirijiethom, b’mod partikolari meta jaħtru kollegi, speċjalment għall-kabinetti tagħhom;
Governanza u riforma amministrattiva
81. Jinnota t-tnaqqis żgħir (minn 31,8% fl-2007 għal 30,9% fl-2009) fil-persunal allokat għal "appoġġ amministrattiv u funzjonijiet ta’ koordinazzjoni", li jifforma biss parti min-nefqa ġenerali; ifakkar fit-talbiet tiegħu preċedenti għal miżuri mmirati għall-kisba ta’ proporzjon ta’ 20% f’dan il-qasam (paragrafu 217 tar-riżoluzzjoni tat-23 ta’ April 2009 msemmija hawn fuq);
82. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq, flimkien ma’ dokumenti ta’ tħejjija għall-baġit tal-2011 (li qabel kienu d-dokumenti ta’ ħidma relatati mal-abbozz preliminari tal-baġit), organigramma li jimplimenta tnaqqis ta' 3% f’dan il-qasam bħala l-ewwel pass lejn il-kisba ta’ livell ta’ 20% sa tmiem il-kariga tal-Kummissjoni Barroso II;
83. Jitlob lill-Kummissjoni, fit-tħejjija biex tirrevedi r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, biex torganizza u tippreżenta metodi alternattivi għall-aġġustament tal-ħlas tal-uffiċjali u impjegati oħra fuq bażi legali u attwarja adegwata; jikkunsidra li dan għandu jwassal għal bażi aktar wiesa’ ta’ kalkolu għall-aġġustament annwali u aġġustament tal-ħlas aktar malajr u għalhekk jirrifletti aħjar l-iżviluppi ekonomiċi ġenerali fl-Istati Membri;
84. Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-valur tat-tqegħid tal-kandidati fil-gradi tal-ħlas tad-dħul fir-rigward tal-addattabbiltà tagħhom biss u t-tressiq ta’ proposti għat-tqegħid ta’ persunal ikkwalifikat fi gradi ta’ ħlas ogħla; jistenna wkoll, bħala parti mill-evalwazzjoni, rapport dwar l-użu prattiku ta’ membri tal-kabinett wara li jitilqu mill-uffiċċju u b’rabta mal-kundizzjonijiet tad-dħul li kienu mistennija li jissodisfaw;
85. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha dwar il-grad sa fejn it-tfaddil immirat fir-riforma tar-Regolament tal-Persunal tal-2004 attwalment intlaħaq, speċjalment fir-rigward taż-żieda fil-kontribuzzjonijiet mill-uffiċjali u impjegati oħra fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u l-pensjonijiet;
86. Jipproponi li l-Kummissjoni taqsam is-setgħa ġerarkika bejn in-nies li huma responsabbli għall-kontabbiltà u dawk responsabbli għat-trasferiment tal-fondi fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ sigurtà normali għall-kontroll intern tat-tmexxija tat-teżor;
Immaniġġjar tal-aġenziji
87. Ifakkar fit-talbiet tiegħu (il-paragrafi 254 u 255 tar-riżoluzzjoni tat-23 ta' April 2009 msemmija hawn fuq) għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' mmaniġġjar ġenerali għall-“aġenziji regolatorji”, kif ukoll għall-introduzzjoni ta' sistema effikaċi ta' monitoraġġ għall-aġenziji tal-Unjoni;
88. Jenfasizza f’dak ir-rigward li, minkejja l-istatus legalment indipendenti ta’ ċerti aġenziji, il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit (skont l-Artikolu 317(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 54, 55 u 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 37 kif ukoll l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002;
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
89. Huwa mħasseb bl-għadd ta’ investigazzjonijiet li qed jieħdu aktar minn disa' xhur u l-livell baxx ta' segwitu fil-ġudikaturi nazzjonali ta' każijiet investigati minn OLAF, u jemmen li għandha ssir evalwazzjoni tar-riżorsi tal-persunal fl-OLAF sabiex jinstab jekk żieda fil-persunal twassalx għal titjib f’dawn iż-żewġ oqsma;
90. Jilqa’ l-impenji tal-15 ta’ Jannar 2010 mill-Kummissjoni l-ġdida biex tiżblokka d-diskussjonijiet fil-Kunsill dwar ir-riforma tal-OLAF u biex tressaq, l-aktar tard sa nofs l-2010, l-imwiegħed u tant mistenni “dokument ta’ riflessjoni” tal-Kummissjoni bħala bażi għan-negozjati fil-Kunsill;
91. Itenni l-importanza li titqies il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 rigward investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[63], u jixtieq jenfasizza mill-ġdid li, għas-saħħa futura tal-OLAF, l-uffiċċju għandu jibqa’ fi ħdan il-Kummissjoni filwaqt li jżomm l-indipendenza tiegħu; ifakkar li l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jpoġġi responsabbiltà mtejba fuq l-Istati Membri u għalhekk jappoġġja s-sejħa kontinwa tal-Parlament għal kooperazzjoni mtejba mill-Istati Membri bl-OLAF;
92. Jixtieq jagħti ħarsa minn qabel lejn il-proposta għall-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) kif previst fl-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jixtieq ikun involut fid-diskussjonjiet dwar l-istabbiliment ta' EPPO; ;
93. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tressaq, bħala kwistjoni ta’ urġenza, l-imwiegħed u tant mistenni “dokument ta’ riflessjoni”, u jerġa’ jtenni l-importanza tal-pożizzjoni tal-ewwel qari msemmi hawn fuq tal-Parlament tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar is-suġġett; jixtieq jerġa’ jenfasizza li, għall-qawwa futura tal-OLAF, għandu jibqa’ fi ħdan il-Kummissjoni filwaqt li jżomm l-indipendenza tiegħu; jisħaq fuq il-proposti tiegħu dwar kariga ta' Direttur Ġenerali tal-OLAF, kif jidhru fil-pożizzjoni tal-Parlament, u jitlob biex il-kandidat magħżul jinħatar mill-aktar fis; huwa tal-fehma li s-selezzjoni sħiħa teħtieġ titmexxa f’qafas interistituzzjonali li jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-Parlament;
94. Jerġa’ jafferma l-opinjoni tiegħu li l-proċedura għall-ħatra tad-Direttur Ġenerali interim tal-OLAF għandu jsegwi, mutatis mutandis, ir-regoli li jinsabu fl-att li jipprovdi l-bażi legali tal-OLAF, jiġifieri l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[64]; jiddeplora l-applikazzjoni ġenerali tar-Regolamenti tal-Persunal mill-Kummissjoni u jinsab imħasseb li l-pożizzjoni tal-Kummissoni tista' taffettwa l-effikaċja tal-OLAF;
KWISTJONIJIET SETTORJALI
Dħul
95. Jilqa’ l-fatt li l-Qorti qieset li, ġeneralment, l-istqarrijiet tal-Istati Membri rigward ir-riżorsi proprji tradizzjonali mibgħuta lill-Kummissjoni kienu affidabbli u ħielsa minn żbalji materjali u anki li r-riżorsi proprji ibbażati fuq il-VAT u d-DGN ġew ikkalkulati b’mod korrett u korettament miġbura u mdaħħla fil-kontijiet tal-Komunità mill-Kummissjoni;
96. Jinnota, bi tħassib kbir, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-iżbilanċ u l-istatistika tad-dejn tal-gvern Grieg (COM(2010)0001), li jqajjem dubji serji rigward l-affidabbiltà tad-data pprovduta mill-awtoritajiet Griegi; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-investigazzjonijiet tagħha stess dwar il-validita tad-data li saret disponibbli fl-2008 u biex tikkonferma r-regolarità u legalità tal-kalkolu u l-kontribuzzjoni tar-riżorsi proprji li saru disponibbli;
97. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-pjanijiet tagħha għat-trattament futur tal-operazzjonijiet mal-amministrazzjoni Griega; jenfasizza li l-persunal involut fil-ġestjoni tal-fondi Ewropej għandu jkun mistenni minn miżuri għat-tnaqqis fl-ispejjeż sabiex jiżgura ż-żamma u l-integrità tal-istrutturi maniġerjali;
98. Jinnota madankollu, rigward ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, li r-riżervi li jmorru lura għall-1989 jkomplu jeżistu u jistieden lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tkompli fl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-riżervi jitneħħew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli;
99. Jistieden lill-Kummissjoni, rigward ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-DGN, biex issegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti fil-punt 4.36 tal-Rapport Annwali tal-2008 tagħha u biex tikkomunika lill-Parlament id-dettalji tal-progress li sar fl-applikazzjoni tal-verifika diretta u l-evalwazzjoni tas-sistemi superviżorji u tal-kontroll fl-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri;
Il-politika agrikola komuni
100. Jilqa' l-evalwazzjoni pożittiva mill-Qorti, ibbażata fuq ix-xogħol ta' verifika tagħha, li, ħlief fir-rigward tal-Iżvilupp Rurali, il-ħlasijiet għas-sena li ntemmet fil-31 Diċembru 2008 għall-grupp ta’ politika dwar l-Agrikoltura u Riżorsi Naturali kienu ħielsa minn żbalji materjali; sodisfatt li jinnota li r-rata ta’ żbalji medja għall-UE 27 hija taħt il-limitu tat-2% tollerat mill-Qorti;
101. Jinnota bi tħassib il-firxa estrema fir-rati ta’ żbalji fuq il-post skont l-Istat Membru fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ għajnuniet tal-meded (Franza 0.20%, ir-Renju Unit 0.24%, il-Ġermanja 0.3%, il-Greċja 3.70%, ir-Rumanija 12.57%, il-Bulgarija bejn wieħed u ieħor 6%) u jinsisti li l-kredibbiltà ġenerali tas-sistema ma għandhiex tiġi pperikolata; jitlob għal miżuri indirizzati sew u immedjati li jirriżultaw kemm f’serħan amministrattiv għal Stati Membri li jaqbżu l-aspettattivi kif ukoll f’kontromiżuri effikaċi;
102. Jiddispjaċih mis-sejbiet tal-Qorti rigward in-nefqa tal-Iżvilupp Rurali, li għadu milqut minn livell għoli ta’ żbalji, għalkemm il-livell ta’ żbalji stmat kien anqas minn dak tas-snin ta’ qabel;
103. Jilqa’ l-evalwazzjoni li saret mill-Kummissjoni dwar il-kwalità tad-dikjarazzjonijiet u s-sommarji annwali ppreżentati mill-Istati Membri għan-nefqa Agrikola, li kkonkludiet li, fl-2008, il-maġġoranza tagħhom ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom u ġeneralment segwew il-linji gwida tal-Kummissjoni;
104. Itenni, bħal fis-snin ta’ qabel, li s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) hija ġeneralment sistema ta’ kontroll effikaċi li tillimita r-riskju ta’ żball jew infiq irregolari, iżda madankollu jiddispjaċih li l-Qorti sabet dgħufijiet sinifikanti f’aġenziji ta’ pagament magħżula fi tliet Stati Membri: il-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Renju Unit (l-Iskozja) (punt 5.32 tar-Rapport Annwali tal-2008; madankollu, jagħraf li l-passi meħtieġa ttieħdu biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet;
105. Jitlob is-simplifikazzjoni tar-regoli kumplessi kif ukoll definizzjonijiet aktar preċiżi tal-kriterji ta' eliġibbiltà, partikolarment għall-iskemi agroambjentali, l-ewwel nett fil-livell tal-Kummissjoni iżda wkoll fil-livell nazzjonali, fil-kuntest tal-pjanijiet dwar l-iżvilupp rurali, u jitlob ukoll li l-partijiet interessati kollha jingħataw istruzzjonijiet u linji gwida aktar ċari u komprensivi, kif ukoll li jiġu organizzati attivitajiet ta' taħriġ;
106. Jiddispjaċih għall-fatt li s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ (LPIS) applikata mill-awtoritajiet nazzjonali għadha mhijiex korretta f’xi Stati Membri fejn il-Qorti rrappurtat nuqqasijiet sostanzjali (fil-Bulgarija, fi Spanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit); jinnota li miżuri differenti ttieħdu fuq livell nazzjonali biex jindirizzaw in-nuqqasijiet;
107. Jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar l-iżbalji fir-rigward tan-nefqa fil-Programm SAPARD fil-Bulgarija u r-Rumanija, li wasslu biex id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura daħħal riżerva fir-Rapport tiegħu dwar l-Attivitajiet Annwali; jenfasizza l-importanza tal-pjanijiet ta’ azzjoni diġà fis-seħħ bħala rispons għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni;
108. Jenfasizza l-importanza ta' verifiki ex-post immedjati u dettaljati biex tinkixef nefqa mhux eliġibbli u/jew dokumentazzjoni ta' appoġġ inadegwata, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-korrezzjonijiet meħtieġa;
109. Huwa mħasseb dwar in-nuqqasijiet misjuba mill-Kummissjoni rigward id-definizzjoni tal-Istati Membri ta' x'inhu meħtieġ sabiex l-art tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ("GAEC"), li huma tali li ċerti benefiċjarji jingħataw l-għajnuna skont l-SPS jew l-SAPS bla ma jagħmlu xejn bl-art konċernata (punt 5.49 tar-Rapport Annwali 2008);
110. Iqis li dawn id-dgħufijiet, fosthom il-kwistjoni tal-benefiċjarji li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' "bdiewa", kif denunzjati mill-Qorti fir-Rapport Annwali 2008, għandhom jitranġaw mill-Kummissjoni sabiex jingħata livell akbar ta' assigurazzjoni li jista' jinkiseb mill-ħidma tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
111. Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-kontrolli f'dawk l-Istati Membri li ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja meta talloka d-drittijiet lil hinn mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti;
112. Jinnota li l-Kummissjoni qajmet nuqqasijiet fir-rigward tal-kontijiet tad-debituri għal kwart tal-aġenziji ta' pagament u pproponiet korrezzjonijiet finanzjarji li jammontaw għal madwar EUR 25,3 miljun; jinnota wkoll li dawn il-korrezzjonijiet jirrappreżentaw madwar 1,95% tal-EUR 1 295 miljun li għandhom jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena finanzjarja 2008; jenfasizza li, filwaqt li huma eżatt taħt il-livell ta' materjalità ta' 2%, huma jindikaw li jeżisti riskju ta' żball materjali fuq il-livell globali tal-kontijiet tad-debituri;
113. Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq segwitu dettaljat biex tiżgura li d-djun ikunu korretti u jintefgħu sewwa fuq il-baġit tal-Komunità;
Il-koeżjoni
114. Jinnota li l-pagamenti interim għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 li saru fl-2008 jammontaw biss għal 32% tan-nefqa u li l-impenji tal-Qorti jirreferu b’mod partikulari għan-nefqa waqt il-perjodu ta’ programmar bejn l-2000 u l-2006, li kienet tirrapreżenta 68% tal-pagamenti ta’ koeżjoni fl-2008; jinnota, għalhekk, li l-effetti tat-tisħiħ tal-qafas legali għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 u l-miżuri ta’ simplifikazzjoni adottati fl-2008 u l-2009 għalissa għadhom ma jistgħux ikunu jidhru;
115. Jisħaq fuq il-prijorita assoluta li jkomplu jitnaqqsu r-rati globali tal-iżbalji, li baqgħu għoljin f'dan il-qasam ta' nfiq matul l-2008, kif ukoll li jittejbu s-superviżjoni tal-Kummissjoni u s-sistema ta' rkupru;
116. Huwa mħasseb li l-iżbalji fil-qasam tal-finanzjament tal-Koeżjoni jindikaw li tal-anqas 11% tal-ammont totali rimborżat ma kellux jitħallas, bl-ebda titjib meta mqabbel mal-2007; jiddispjaċih li l-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji huma biss parzjalment funzjonali; jinnota li l-korrezzjonijiet finanzjarji li ġejjin saru għall-perjodu tal-ipprogrammar tal-2000-2006: Spanja EUR 1 535,07 miljun; il-Greċja EUR 881,24 miljun; l-Italja EUR 693,90 miljun; Franza EUR 248,48 miljun; ir-Renju Unit EUR 155,94 miljun; il-Portugall EUR 128,24 miljun; il-Polonja EUR 88,99 miljun; l-Ungerija EUR 40,62 miljun; ir-Repubblika Slovakka EUR 39,16 miljun; l-Irlanda EUR 25,55 miljun; il-Ġermanja EUR 19,33 miljun; l-Isvezja EUR 11,30 miljun;
117. Jinnota bi tħassib id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-awtoritajiet tal-Istati Membri fir-rigward kemm tat-traspożizzjoni tar-rekwiżiti regolatorji tal-2007-2013 (bħal pereżempju l-kwistjonijiet ta’ inkompatibbiltà bejn il-livelli tal-UE u nazzjonali, dewmien fl-istabbiliment tar-regoli, regoli mhux ċari) u kemm tal-istabbiliment tal-ġestjoni l-ġdida u s-sistemi ta’ kontroll (allokazzjoni ta’ attivitajiet għall-istituzzjonijiet il-ġodda, jiġifieri l-awtoritajiet li jimmaniġġjaw, jiċċertifikaw u jivverifikaw);
118. Jikkundanna l-fatt li l-Istat Membru li għandu l-ogħla rata ta’ żbalji u li jirċievi l-akbar sehem tal-fondi strutturali rċevuti EUR 59 biljun bejn l-2000 u l-2006 u kellu jħallas mill-ġdid EUR 1.5 biljun biss lill-UE; jinnota li dan huwa inqas minn 3%; huwa mħasseb li l-ispiża taż-żamma xierqa tas-sistemi tal-kontroll taqbeż manifestament dan l-ammont, għalhekk dan huwa inċentiv negattiv;
119. Jerġa' jtenni s-sejħa tiegħu għal aktar simplifikazzjoni tar-regoli proposti mill-Kummissjoni, u, fl-istess waqt, għall-introduzzjoni ta' kontrolli aktar effiċjenti fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, bil-għan ta' implimentazzjoni aktar effikaċi tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; huwa tal-fehma li huwa essenzjali li ssir valutazzjoni oġġettiva tal-effetti tal-miżuri ta' simplifikazzjoni introdotti fl-2008-2009, u jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq din il-valutazzjoni sa tmiem l-2010;
120. Jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni fil-ġestjoni konġunta tal-azzjonijiet strutturali, ippreżentat fl-2008, ma ġiex implimentat bis-sħiħ fl-2008 u ma kienx se jsolvi l-problema ewlenija, jiġifieri dik tar-regoli kumplessi żżejjed flimkien ma’ rekwiżiti ta’ implimentazzjoni li jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u xi kultant anke bejn reġjuni differenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi fi żmien xieraq it-traduzzjoni tal-linji gwida għall-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri; jenfasizza barra minn hekk li l-impatt tiegħu ma jistax jiġi vvalutat peress li l-iżbalji mwettqa fis-snin preċedenti għadhom qed jaffettwaw l-infiq imħallas lura mill-Kummissjoni, bħal ma rrimarkat tajjeb il-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha (punt 6.34);
121. Iqis li, minkejja t-titjib sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll introdotti mill-Pjan ta’ Azzjoni 2008 li saħħaħ ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fl-azzjonijiet strutturali, il-fatt li, kif osservat il-Kummissjoni, 31% biss mis-sistemi jaħdmu tajjeb u li aktar minn 60% jeħtieġu titjib mhuwiex sodisfaċenti; għaldaqstant, jistieden lill-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni responsabbli biex jikkollaboraw mill-qrib mal-Kummissjoni fi sforz biex itejbu dawn l-istatistiċi;
122. Jinnota b'sodisfazzjon ir-riżultat tal-verifika li juri rata ta' żball preliminari ta' 5% li jirrifletti r-riżultat pożittiv tas-simplifikazzjoni introdotta għall-perjodu ta' programmar bejn 2007-2013;
123. Josserva li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni ppermettilha tieħu azzjoni fuq il-linji kollha rrakkomandati mill-Qorti; jilqa’ b’sodisfazzjon l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tipprovdi taħriġ u gwida għall-awtoritajiet tal-programmi bil-għan li jitjieb il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni konġunta applikata fir-rigward tal-infiq tal-politika ta’ koeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli żżid l-isforzi tagħha billi tipprovdi gwida lill-Istati Membri u tħeġġiġhom biex isaħħu l-proċeduri ta’ rkupru u r-rappurtar.
124. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-proporzjon ta’ proġetti fil-kampjun statistiku rappreżentattiv affettwat bi żbalji kien ta’ 43% u li għadd kbir minn dawn il-proġetti kienu rrimburżati żżejjed; iqis, madankollu, li din l-osservazzjoni għandha tittaffa bid-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni li kienet konxja mill-eżistenza ta’ nuqqasijiet f’ħames mis-sitt programmi kkonċernati, u li kienet ħadet azzjoni ta’ rimedju; jinnota li t-tieni dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, appoġġata bl-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fil-punt 6.20 tar-Rapport Annwali tagħha, li 58% tal-iżbalji jikkonċernaw żbalji ta’ konformità u ma kien ikollhom l-ebda effett fuq ir-rimborż tal-infiq;
125. Jinnota li l-ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa waħda mir-raġunijiet l-iktar frekwenti tal-irregolaritajiet; jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika l-oriġini ta’ dan in-nuqqas ta’ konformità ma' dawk ir-regoli; jilqa' f'dan il-kuntest il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni biex tissimplifika l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali, u huwa tal-opinjoni li dawn l-inizjattivi se jagħmlu kontribut kruċjali biex inaqqsu l-inċidenza ta' żbalji;
126. Jinkoraġġixxi l-Kummissjoni biex tippreżenta sal-2012 l-aktar tard proposta dwar ir-riskju tollerabbli ta’ żbalji fil-qasam tal-politika tal-Koeżjoni, li kien il-qasam l-aktar suxxettibbli għall-iżbalji;
127. Jisiteden lill-Kummissjoni biex, b'urġenza, twettaq analiżi inizjali tal-proporzjon tal-kosts u l-benefiċċji bejn ir-riżorsi dedikati għal attivitajiet ta' kontroll fid-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL u r-riżultati miksuba minn dawn il-kontrolli;
128. Jinnota li l-ewwel effetti pożittivi tal-qafas legali u ta' kontroll imsaħħaħ, kif ukoll tal-pjan ta' azzjon tal-Kummissjoni, fuq ir-rata tal-iżbalji għall-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 x'aktarx li se jkunu viżibbli biss minn tmiem l-2010;
129. Huwa mħasseb li, hekk kif il-perjodu ta’ pprogrammar 2000-2006 resaq lejn tmiemu, l-awtoritajiet nazzjonali, taħt pressjoni biex jassorbu l-fondi kollha impenjati, setgħu ppreżentaw numru dejjem akbar ta’ proġetti mhux previsti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha fil-perjodu ta' pprogrammar attwali u jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika strettament miżuri korrettivi u dissważivi (sospensjonijiet tal-pagamenti u korrezzjonijiet finanzjarji) kontra l-Istati Membri, fejn dan ikun f'loku;
130. Jiddeplora, f'dan il-kuntest, il-bidu kajman tal-programmi relatati mal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013 minħabba s-sottomissjoni tard min-naħa tal-Istati Membri tar-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-istrateġiji ta' verifika; jaqsam il-fehmiet tal-Qorti u huwa inkwetat li dan id-dewmien jista' jkabbar il-probabbiltà li s-sistemi ta' kontroll jonqsu illi jipprevjenu u jindividwaw l-iżbalji fil-fażi inizjali; jistieden lill-Kummissjoni mill-ġdid biex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha bl-akbar rigorożità;
131. Jitlob lill-Kummissjoni biex tidentifika u xxerred l-aqwa prattiki fost l-Istati Membri sabiex tippermetti assorbiment akbar tal-fondi u ħruġ tal-flus benefiċjarju mtejjeb billi jiġu emendati u ssimplifikati l-Fondi Strutturali billi jiġu implimentati r-regolamenti fil-livell nazzjonali;
132. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li, għall-perjodu ta’ programmar 2007-2013, id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll huma msaħħa u r-responsabilitajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri huma ċċarati; f’dan il-kuntest, japprezza l-valur miżjud tal-awtorità ta’ verifika mwaqqfa għal kull programm u jaqbel mal-aspettattiva tal-Kummissjoni li r-rapport annwali tal-kontroll u l-opinjoni ppreżentati mill-awtorità ta’ verifika għandhom isaħħu l-assigurazzjoni pprovduta mis-sistemi ta’ kontroll nazzjonali;
133. Jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' sinteżi li ġej tagħha u r-rapporti annwali dwar l-attività tad-DĠ tagħha, tagħtih informazzjoni ċara li tidentifika dawk l-Istati Membri li s-sistemi ta' kontroll tagħhom l-anqas li huma effikaċi, u biex tipproduċi klassifikazzjoni annwali tal-Istati Membri għal kull fond; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti biex tfassal l-istess lista abbażi tal-verifiki tagħha;
134. Jiġbed l-attenzjoni fuq l-osservazzjoni tal-Qorti, li tixbah dik li saret fl-2007, li l-ambitu u l-iskala tar-riservi fir-rapporti annwali dwar l-attività ma jistqarrux b'biżżejjed qawwa l-gravità tal-problemi tal-irregolarità u ta' sistemi mhux effikaċi ta' kontroll; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-approċċ tad-Direttorati Ġenerali għandu jkun aktar prudenti u l-ambitu tar-riservi għandu jkun konsegwentement akbar;
135. Jiġbed l-attenzjoni għan-natura speċifika tal-infiq tal-politika ta’ koeżjoni li tirriżulta mis-sistema ta’ ġestjoni pluriennali u jenfasizza li l-korrezzjonijiet finanzjarji jsiru fis-snin sussegwenti kif ukoll fl-għeluq tal-perjodu ta’ programmar, u dan, b’mod ġenerali, jippermetti li l-Kummissjoni ssib u tikkoreġi għadd kbir ta’ irregolaritajiet;
136. Jilqa' r-rapporti ta' kull kwart li l-Kummissjoni qed tipprovdi dwar korrezzjonijiet finanzjarji u l-intensifikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni fl-2008 u l-2009; jiddispjaċih, madankollu, li s-sistema ta' korrezzjonijiet finanzjarji ftit għandha effett dissważiv fu ql-Istati Membri, minħabba li kwalunkwe nfiq ineliġibbli identifikat mill-Kummissjoni jew mill_Qorti jista' jiġi sostitwit bi nfiq eliġibbli min-naħa ta' Stat Membru; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiżgura li, fil-ġejjieni, biss l-irregolaritajiet identifikati mill-Istati Membri nfushom ikunu jistgħu jiġu sostitwiti għal infiq ieħor bla ma jintilef il-finanzjament għall-Istat Membru kkonċernat;
137. Jiddeplora l-kwalità ħażina tar-rappurtar minn xi Stati Membri lill-Kummissjoni dwar l-irkupru u l-korrezzjonijiet finanzjarji, li tillimita s-siwi u s-sħuħija tar-rapporti ta' kull kwart mill-Kummissjoni lill-Parlament; jistieden lilll-Kummissjoni biex tieħu passi ulterjuri ħalli tiżgura li l-Istati Membri jaqdu l-obbligi tagħhom billi rigorożament tivverifika u tivvaluta l-affidabbiltà u s-sħuħija tad-data rrappurtata, u jistenna bil-ħerqa li jirċievi n-nota ġdida ta' gwida lill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-titjib tal-proċeduri ta' rappurtar; jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' sinteżi li ġej tagħha, tidentifika l-Istati Membri li mhumiex qed jottemperaw irweiħhom għal kollox mar-rekwiżiti ta' rappurtar;
138. Jinnota li l-għadd ta’ irregolaritajiet irrappurtati mill-Istati Membri lill-OLAF għas-sena 2008 jvarja ħafna: l-Italja 802, Spanja 488, ir-Renju Unit 483, il-Portugall 403, il-Ġermanja 372, il-Polonnja 329, l-Olanda 262, l-Isvezja 146, Franza 98, il-Greċja 96, ir-Repubblika Ċeka 80, Ir-Repubblika Slovakka 62, l-Ungerija 39, l-Awstrija 37, il-Belġju 35, l-Estonja 28, il-Finlandja 28, il-Litwanja 26, il-Latvja 22, is-Slovenja 13, iċ-Ċipru 4, il-Bulgarija 4, l-Irlanda 2, Malta 1, ir-Rumanija 0; huwa mħasseb li dan jista’ jwassal għal sistema ta’ rappurtar inqas koerenti;
139. Jinnota li ma ġie kkomunikat l-ebda każ ta’ frodi lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proġetti vverifikati u jenfasizza li l-livell ta’ żbalji deskritti fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ma jirreferix neċessarjament għal frodi;
140. Jitlob lill-Kummissjoni biex jikkontrolla b’mod kostanti l-plawżibbiltà tan-numri rrappurtati u biex tivverifika fuq il-bażi tal-investigazzjonijiet li tagħmel hi stess l-effiċjenza tas-sistemi tar-rappurtar fejn in-numru rappurtat ta’ irregolaritajiet jidher li hu baxx iżżejjed;
141. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar iċ-ċifri tal-implimentazzjoni u l-iskemi ta’ distribuzzjoni għall-ħlasijiet li saru mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet Griegi wara n-nirien devastanti fil-foresti; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar il-kontroll ex post imwettqa u r-riżultati tiegħu;
142. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Qroti biex tinkludi fil-Programm ta' Ħidma Annwali 2010 il-verifika tal-ESF u l-ERDF fil-qasam tat-turiżmu, it-taħriġ vokazzjonali għan-nisa u l-provvisti tal-ilma tax-xorb għall-pubbliku, li huma ta' importanza kbira għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali.
143. Jistieden lill-Qorti biex tivvaluta kif l-awtoritajiet amministrattivi iwettqu l-evalwazzjonijiet esterni fir-rigward tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u biex toqgħod attenta b'mod partikulari għall-indipendenza tal-evalwazzjoni meta din titħallas mill-benifiċjarju tal-evalwazzjoni;
144. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta, f'termini ta' riżorsi umani, il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-verifika ta' Stat Membru biex iwettqu verifiki u l-indipendenza tagħhom meta jagħmlu valutazzjoni ta' konformità tas-sistema ta' kontroll tal-ġestjoni.
Employment and social affairs
145. jilqa' ż-żieda tar-riżorsi allokati għall-Fond Soċjali Ewropew (ESF) b'EUR 10,6 biljun f'impenji għal 100% u EUR 8,8 biljun fi ħlasijiet għal 97.1%; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja;
146. Has evidence of a lower error rate in the ESF than the 11% reported for Structural Funds in general; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkomunika r-rata ta' żball proprja tagħha u biex teżamina l-possibbiltà li l-ESF ikollha aktar awtonomija għall-perjodu finanzjarju li ġej;
147. ifakkar li huwa l-kompitu tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi li jamministra r-riżorsi li jieħu miżuri biex jipprevjeni l-frodi u l-korruzzjoni; jilqa' l-kollaborazzjoni mill-qrib mal-OLAF; jixtieq jiżgura li l-każijiet ta' frodi fl-ESF jiġu segwiti u investigati anki mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali;
148. Jinnota li l-livell ta’ żbalji mhux bilfors jirreferi għal frodi u għaldaqstant jitlob li ssir distinzjoni ċara bejn il-frodi u r-rati ta’ żbalji fil-futur;
149. jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex titlob rendikont komprensiv mill-Istati Membri kollha permezz ta' rapporti annwali ta' kontroll mill-uffiċċji ta' verifika u sommarji ta' rapporti annwali; jitlob li jsir eżami tal-obbligu tal-għoti ta' rendikont, biex ma jiġrix li l-informazzjoni tintalab darbtejn; iqis li rapporti nieqsa, jew bil-lakuni, ta' rendikont mill-awtoritajiet nazzjonali ta' amministrazzjoni jew verifika, kif ukoll in-nuqqas tar-rispett tar-rekwiżiti baġitarji minimi, mhumiex aċċettabbli u ħaqqhom sanzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tfassal proposti ħalli ttejjeb u twessa' l-obbligu ta' rappurtar eżistenti, bl-inklużjoni ta' mekkaniżmu ta' sanzjonijiet;
150. Jinnota li jistgħu jinqalgħu kunflitti ta' interess bejn il-ġestjoni tal-fondi u u l-benefiċjarji tagħhom fil-proċess tal-allokazzjoni tal-fondi; jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta regoli għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess fil-proċess tal-allokazzjoni tal-fondi, bil-mezzi relattivi, fil-livell tal-amministrazzjonijiet nazzjonali;
151. Jenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi tal-mira u tal-promoturi tal-proġetti fl-ESF; jipproponi li l-attivitajiet volontarji f'organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ u investimenti in natura jiddaħħlu fil-kofinanzjament tal-proġetti; jitlob li jsir stħarriġ dwar l-ispejjeż amministrattivi fl-ESF fost il-promoturi tal-proġetti skont kull Stat Membru u kull proġett;
152. Ifakkar fl-emendi l-aktar reċenti li saru fir-Regolamenti dwar il-Fond Strutturali (ir-Regolament (KE) Nru 1341/2008[65], ir-Regolament (KE) Nru 284/2009[66], ir-Regolament (KE) Nru 396/2009[67], ir-Regolament (KE) Nru 397/2009[68] u r-Regolament (KE) Nru 846/2009[69]) bil-għan li jkunu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi; jitlob rapport dwar l-effetti ta' dawn l-emendi;
153. Jinnota li l-proċeduri ta’ simplifikazzjoni ta’ dan it-tip huma fundamentali biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-proċeduri ta’ dan it-tip ma jwasslux għal rata ta’ żbalji ogħla fil-futur;
Politiki interni
ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport
154. jilqa' t-tnaqqis żgħir tal-iżbalji meta mqabbla ma' snin preċedenti għal dan il-grupp ta' politiki kif ukoll it-titjib rigward il-pagamenti tard, fejn il-Qorti sabet li l-Kummissjoni tejbet il-prestazzjon tagħha konsiderevolment fl-2008, billi għamlet pagamenti f'waqthom lill-benefiċjarji;
155. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel ħilitha ħalli żżomm ix-xejra pożittiva tal-2008 f'dan il-qasam li jaqa' taħt il-ġestjoni finanzjarja diretta tal-Kummissjoni;
156. Madankollu, jinnota bi tħassib li, b'mod ġenerali, f'dak li jirrigwarda r-riċerka, l-enerġija u t-trasport il-verifika tal-Qorti għal darb' oħra tikxef livell materjali ta' żbalji fil-pagamenti lill-benefiċjarji u fis-sistemi tal-Kummissjoni għas-superviżjoni u l-kontroll, li ma jtaffux biżżejjed ir-riskji inerenti tar-rimborż ta' spejjeż sovrastimati;
157. Huwa speċjalment imħasseb mir-riserva pendenti magħmula mill-erba' servizzi tal-familja tar-Riċerka minħabba r-rata ta' żbalji residwi li jaffettwaw il-klejms tal-ispejjeż fis-Sitt Programm Kwadru (FP6);
158. jinnota wkoll id-diverġenza sistemika fit-trattament tar-riċevituri tal-fondi tal-UE f'setturi, programmi u modi ta; ġestjoni differenti;
159. Huwa mħasseb li l-immaġni pubblika tal-UE tista’ tmur minn taħt jekk il-partijiet interessati jindunaw li qed jiġu applikati sistemi ta’ kontroll aktar stretti fil-qasam agrikolu milli fl-implimentazzjoni tar-riċerka;
160. Jinnota li xi dispożizzjonijiet legali rigward il-finanzjament tar-riċerka (pereżempju s-sanzjonijiet involuti) ma kinux jiġu applikati qabel, u jistieden lill-Kummissjoni biex ittemm din is-sitwazzjoni u biex tiżgura applikazzjoni sħiħa u konsistenti tad-dispożizzjonijiet legali eżistenti;
161. Ifakkar fl-istess ħin fit-talbiet tiegħu li saru fir-riżoluzzjoni msemmija aktar ’il fuq tat-23 ta’ April 2009 (paragrafu 117 et al), b’mod partikolari t-talba tiegħu għal astensjoni minn kull tibdiliet retroattivi, u biex jiġu onorati l-aspettativi leġittimi tal-benefiċjarji, kif ukoll titħaffef l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati dwar il-metodoloġija applikata b’rabta mal-medja tal-ispejjeż tal-persunal, fejn ma nkisibx progress viżibbli; jistieden lill-Kummissjoni, bl-iskop li l-leġiżlar isir b’mod aħjar, biex tressaq proposti realistiċi kemm fir-rigward tal-miri kif ukoll tal-proċeduri fil-futur;
162. F’dak ir-rigward, jinnota bi tħassib kbir li ċertifikat wieħed biss dwar il-metodoloġija applikata b’rabta mal-medja tal-ispejjeż tal-persunal ġie approvat;
163. Jiddispjaċih ukoll dwar in-nuqqas ta' informazzjoni ċara dwar l-assi ta' Galileo; jitlob lill-Kummissjoni biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa ħalli tfassal inventarju, tivverifika l-kriterji ta' rikonoxximent u tevalwa l-valutazzjoni tal-assi ta' Galileo miżmuma mill-Aġenzija Spazjali Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tibgħat din l-informazzjoni lill-Parlament qabel tmiem l-2010;
164. Huwa mħasseb li r-regolazzjoni kurrenti tal-Programm Kwadru ma tikkorrispondix għall-ħtiġijiet ta' ambjent modern tar-riċerka u jemmen li aktar modernizzazzjoni u simplifikazzjoni huma essenzjali għal Programm Kwadru ġdid;
165. Iqis li simplifikazzjoni tar-regoli għal-kalkolu għall-ispejjeż ikklejmjati hija meħtieġa biex tittejjeb is-sitwazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tissokta bl-isforzi tagħha biex tifformula regoli aktar faċilment applikabbli għall-benefiċjarji tal-programmi; jitlob definizzjoni ċara tal-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni ta' kemm il-metodoloġiji tal-'costing' tal-benefiċjarji jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji;
166. Jenfasizza li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura l-applikazzjoni rigoruża tal-kontrolli, b'mod partikolari billi ttejjeb l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta' verifika u permezz ta' implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija ta' verifika ex-post tagħha, bl-impożizzjoni ta' penalitajiet fejn dan ikun f'loku u bi rkupri jew aġġustamenti f'waqthom f'każijiet ta' rimborż mhux dovut għall-ispejjeż ikklejmjati, kif irrakkomandat il-Qorti;
167. Jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar id-distribuzzjoni tal-attivitajiet bejn id-Direttorati Ġenerali ta' riċerka, li, flimkien mal-assenza ta' sistema integrata tal-ġestjoni tal-informazzjoni, skont il-Qorti tagħmel il-koordinament aktar diffiċli, b'mod partikolari għas-segwitu tar-riżultati tal-verifiki;
L-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
168. Jikkunsidra r-rati tal-implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi bagitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel bħala sodisfaċenti;
169. Jenfasizza r-rata ġenerali ta' 95.15% tal-eżekuzzjoni baġitarja fil-qasam tal-ambjent, l-implimentazzjoni ta' 99.75% tal-krediti għall-impenji fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-eżekuzzjoni ta' 98% fil-kapitolu dwar is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa tal-annimali, bħala xi ħaġa li tirrappreżenta riżultat sodisfaċenti;
170. Jinnota li fil-baġit 2008 ġew implimentati sitt proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji;
171. Jilqa' b'sodisfazzjon l-ilħuq ta' rata ta' 99.26% ta' implimentazzjoni tal-baġit operazzjonali ta' LIFE+; jinnota li ntgħażlu 196 proġett; jinnota li 52% tal-finanzjament mogħti ngħata lil proġetti 'natura u bijodiversità'; iqis, madankollu, li għad baqa' lok għal titjib fil-ġestjoni tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-proġetti kofinanzjati;
172. Jinnota f'dan ir-rigward li jista' jinkiseb titjib billi jiġi żgurat li diġà jkun hemm miżuri ta' appoġġ meta jitniedu sejħiet għal proġetti, billi jittejjeb aktar it-tixrid tal-għerf iġġenerat minn proġetti LIFE u billi jissaħħaħ is-segwitu sistematiku tal-proġetti wara li jintemmu;
173. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa aktar għajnuna u taħriġ speċifiku għall-applikanti u linji gwida li jkunu faċli li jintużaw; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni immedjata lill-partijiet tal-programm li sar għandhom livell baxx ta' implimentazzjoni u tittieħed azzjoni xierqa;
174. Jenfasizza l-importanza li tingħata aktar għajnuna ffukata lill-applikanti li jkunu qed jimplimentaw proġetti taħt il-programm tas-saħħa pubblika biex jiġu evitati dikjarazzjonijiet mhux raġonevoli ta' spejjeż u rapporti finanzjarji mhux kompluti li jirriżultaw fi proċeduri li jieħdu ż-żmien; barra minn hekk, iqis li s-sejħiet għal offerti għandhom ikunu ċari u faċli li wieħed iwieġeb għalihom, biex jiġu evitati applikazzjonijiet għal proġetti li b'mod ċar ma jkunux eliġibbli għal finanzjament minħabba d-daqs tagħhom u l-ispejjeż għoljin marbuta magħhom jew li jkunu ta' kwalità baxxa;
175. Jinnota b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni li rnexxiet tal-Fond Komunitarju tat-Tabakk u għandu fiduċja fl-importanza ta' dan l-istrument;
176. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà tagħha lejn l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC); jinnota li l-EAHC kienet qed timmaniġġja 256 proġett fejn l-ispejjeż kienu maqsuma, li jirrappreżentaw total ta' EUR 119 miljun mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, u li organizzat laqgħat ta' esperti kif ukoll ġranet ta' informazzjoni; iqis il-prestazzjoni tal-EAHC fl-2008 bħala sodisfaċenti;
Is-Suq intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi
177. Regrets that the annual activity reports of the Commission Directorates-General and Services are available on-line in only one language; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tar-rapporti tas-sena d-dieħla;
178. Jinnota li, f'ħafna sitwazzjonijiet, l-iżbalji li jsiru fl-implimentazzjoni tal-baġit huma riżultat tal-kumplessità żejda tar-regoli u l-proċeduri dwar l-infiq; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħmel sforzi ulterjuri sabiex tissimplifika l-qafas legali, speċjalment biex issolvi l-problemi li għad baqa' f’ċerti sistemi ta’ kontroll;
179. Jiddeplora l-fatt li l-frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi mwettqa mill-Istati Membri fuq l-importazzjonijiet għadha baxxa ħafna, minkejja r-rakkomandazzjonijiet frekwenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-fatt li d-dazji jirrappreżentaw ammont konsiderevoli tad-dħul totali għall-baġit 2008; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex lill-Istati Membri titlobhom isibu bilanċ xieraq bejn il-kontrolli fiżiċi waqt l-importazzjoni u l-verifiki ta’ wara l-iżdoganar tal-operaturi;
180. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib li sar sabiex tinkiseb rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 92% għall-krediti ta’ ħlas għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern (linja baġitarja 12 02 01); jinnota r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 48% għall-Programm SOLVIT (linja baġitarja 12 02 02) li hija dovuta għall-użu ta’ krediti ta’ ħlas fl-ewwel sena biss mill-ħolqien ta’ din il-linja baġitarja; japprezza, għaldaqstant, il-fatt li r-rata ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-krediti ta’ impenn laħqet 97%;
181. Jirrikonoxxi l-fatt li rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 97% għal krediti ta’ ħlas fil-qasam tal-politika doganali (linji baġitarji 14 04 01 u 14 04 02) tikkostitwixxi titjib konsiderevoli meta mqabbla mas-sena preċedenti minħabba metodu ta’ kalkulazzjoni aħjar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli fuq din il-linja;
182. Japprezza l-isforzi mwettqa biex tinkiseb rata ta’ eżekuzzjoni ta' 97% għall-krediti ta’ ħlas għall-programm tal-konsumatur (linji baġitarji 17 02 01 u 17 02 02).
It-Trasport u t-Turiżmu
183. Jinnota li fil-baġit tal-2008, kif kien finalment adottat u mbagħad emendat matul is-sena, speċifikament għall-politiki li jaqgħu fil-kamp ta’ attività tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, kien inkluż total ta' EUR 2 516 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 1 703 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti:
– EUR 969 425 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 892 308 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T),
– EUR 13 600 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 10 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sikurezza tat-trasport,
– EUR 39 080 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 37 958 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għall-programm Marco Polo,
– EUR 96 160 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u EUR 98 000 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għall-aġenziji tat-trasport u għall-Awtorità ta' Viġilanza Ewropea Galileo,
– EUR 468 472 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u EUR 345 402 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għat-trasport, inkluż qasam ta’ prijorità ddedikat għall-mobbiltà urbana sostenibbli, fis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp,
– EUR 5 350 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u għall-ħlasijiet għas-sigurtà tat-trasport, inkluża l-azzjoni preparatorja li għandha l-għan li tinkoraġġixxi t-traffiku transkonfinali fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri fil-Grigal tal-Unjoni Ewropea,
– EUR 2 500 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u EUR 1 500 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għat-turiżmu;
184. Jieħu nota tal-fatt li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, il-Qorti tal-Awdituri għażlet li tiffoka fuq il-politiki tar-riċerka u tal-enerġija aktar milli fuq il-politika tat-trasport;
185. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rati kontinwament għoljin tal-użu tal-approprjazzjonijiet kemm għall-impenji kif ukoll għall-ħlasijiet li jikkaratterizzaw il-proġetti tat-TEN-T, li jilħqu kważi l-100%, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw finanzjament xieraq, mill-baġits nazzjonali, biex jikkomplementaw dan l-impenn Komunitarju; ifakkar li l-Parlament appoġġja livell ta’ finanzjament Komunitarju ogħla; jinnota li r-reviżjoni tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T fl-2010 se tkun l-okkazzjoni biex issir evalwazzjoni dwar jekk dan l-infiq kienx suffiċjenti u effettiv;
186. Jinsab imħasseb minħabba l-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, ir-rata tal-użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet allokati għas-sikurezza tat-trasport kienet waħda baxxa (79%); jnnota li r-rata tal-użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet allokati għall-programm Marco Polo II kienet partikolarment baxxa (40%) u li r-rata tal-użu tal-ħlasijiet għall-ottimizzazzjoni tas-sistemi tat-trasport kienet ta’ 67% biss; ifakkar li, f’kull każ, l-ammont li hemm fil-baġit għas-sena 2008 kien dak li ġie propost fl-abbozz preliminari tal-baġit tal-Kummissjoni (PDB);
187. Jiddeplora r-rata ta’ użu eċċezzjonalment baxxa tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għad-drittijiet tal-passiġġieri (27%); jieħu nota tal-fatt li l-ħlasijiet li saru jirrappreżentaw biss 55% tal-ammont propost mill-Kummissjoni fl-abbozz preliminari tal-baġit tagħha; jenfasizza li l-investiment fl-informazzjoni, inter alia, lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom huwa importanti ħafna għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli;
188. Jenfasizza l-insuffiċjenza tar-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-programm GALILEO (50%), minħabba l-importanza ta’ dan il-programm għas-setturi tal-loġistika u tat-trasport sostenibbli;
189. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar in-nuqqas ta’ użu ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kif ukoll dwar il-miżuri li se tipprevedi biex jiġi żgurat li l-problema ma terġax tirrepeti ruħha;
190. Jieħu nota tal-fatt li l-kontroll ta' kampjun tat-tranżazzjonijiet juri rata ta’ żball li wisq probabbli hija ta’ bejn 2% u 5%; jistieden lill-Kummissjoni biex tirdoppja l-isforzi sabiex din ir-rata tkun ta' inqas minn 2%;
191. Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri qieset li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jinsab imħasseb dwar id-dewmien fir-rigward tar-reklutaġġ u jilqa’ b’sodisfazzjon l-objettiv tal-Aġenzija li timla l-karigi battala attwali;
192. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' data dwar l-azzjonijiet fil-qasam tat-turiżmu u jilqa' l-qafas legali u ekonomiku ġdid previst mit-Trattat ta' Lisbona li jippermetti l-iżvilupp ta' azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni Ewropea (turiżmu soċjali u kulturali, destinazzjonijiet ta' eċċellenza, eċċ.) f’dan is-settur appoġġjat f’qafas baġitarju multiannwali;
193. Jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill, kull sena, deskrizzjoni aktar dettaljata tan-nefqa għal kull linja baġitarja mqabbla mal-kummenti/rimarki magħmula fir-rigward tal-linja;
Il-Kultura u l-Edukazzjoni
194. Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni ħalli tikseb aktar trasparenza u atteġġjament favur il-konsumatur u jappoġġja kull pass ieħor f’dik id-direzzjoni; jitlob, fir-rigward tar-reviżjonijiet li ġejjin ta’ nofs it-terminu tal-programmi pluriennali, li ssir valutazzjoni fil-fond tal-istrutturi ta’ implimentazzjoni u ġestjoni; jirrakkomanda l-inklużjoni ta’ elementi li jkejlu kemm il-klijenti huma sodisfatti bl-aġenziji nazzjonali; ifakkar, f’dan il-kuntest, li kważi 70% tal-fondi tal-programmi pluriennali huma implimentati permezz tal-aġenziji nazzjonali;
195. Jappoġġja l-gwida provduta mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam mas-superviżjoni tax-xogħol tal-aġenziji nazzjonali bil-għan li jkun iffaċilitat aktar il-ġestjoni tal-programmi fl-Istati Membri; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli l-monitoraġġ attiv tal-ġestjoni tal-programmi mill-aġenziji nazzjonali, bil-għan li fl-implimentazzjoni ta’ partijiet mill-programmi pluriennali jiġu evitati l-interruzzjonijiet; jappoġġja l-linja stretta meħuda mill-Kummissjoni meta ssospendiet il-pagamenti lill-aġenziji nazzjonali f’każijiet fejn instabu d-dgħufijiet fil-ġestjoni; jistieden lill-partijiet involuti kollha biex jevitaw il-konsegwenzi negattivi għall-benefiċjarji kkawżati minn dawn in-nuqqasijiet; jistieden lill-Kummissjoni, fl-interess tat-trasparenza u l-kontroll tal-kostijiet, tifred il-kostijiet tal-organizzazzjoni u tal-persunal tal-aġenziji nazzjonali mill-fondi li jitħallsu f'għotjiet;
196. Jiġbed l-attenzjoni għall-perikli li l-miżuri ta’ kontroll ma jkunux proporzjonati għall-baġit amministrat; iqis li r-rekwiżiti ta’ kontroll relevanti f’ebda ċirkustanza ma għandhom iwasslu għal pressjoni biex jogħlew l-iskali u b’hekk jogħlew il-limiti għall-parteċipanti;
197. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, taħdem favur arranġament ġdid li permezz tiegħu l-benefiċjarji jitħallew jiksbu aktar beni bla biża' li dan jista' jwassal għal tnaqqis fl-assistenza mogħtija lilhom fuq il-bażi tal-kofinanzjament tal-UE;
198. Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji nazzjonali, biex issib soluzzjoni raġonevoli u flessibbli għall-problema tal-imgħax fuq il-baġits deċentralizzati mhux minfuqin li fuqhom titħallas it-taxxa withholding fl-Istati Membri imma li l-aġenziji nazzjonali jkunu obbligati jħallsu lura kompletament;
199. Jinnota t-tnaqqis sinifikattiv ta’ żbalji marbutin mal-pagamenti; iqis, iżda, li huwa meħtieġ aktar titjib għall-pagamenti interim u finali; jistieden lill-Kummissjoni tissuperviżjona aktar mill-qrib il-proċess tad-dikjarazzjonijiet ex-post ta’ kull sena f’dak li għandu x’jaqsam mal-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, permezz ta’ żjarat ta' monitoraġġ u verifiki diretti;
200. Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-ostakli burokratiċi li qed ixekklu l-Programm 'Żgħażagħ Ħawtiela'; jitlob b’mod speċjali li l-miżuri skont l-Azzjonijiet 1.1 u 1.3 tal-Programm isiru disponibbli bħala servizzi li mhux diffiċli tinqeda minnhom; jisħaq li l-kriterji tal-għażla għandhom ikunu trasparenti u jinftiehmu mir-rikjedenti; Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li ddaħħal modalità ġdida ta’ allokazzjoni ta’ fondi skont il-Programm ‘Żgħażagħ Ħawtiela’ ħalli l-fondi jkunu jistgħu jingħataw lil proġetti fuq skala żgħira u taż-żgħażagħ li fis-sitwazzjoni ta' bħalissa ma jistgħux isibu l-finanzjament li jeħtieġu huma stess;
Il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
201. Jinnota tnaqqis relattiv fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji tal-baġit għall-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja fl-2008 meta mqabbel mal-2007 (87.51% fl-2008 meta mqabbel ma' 90.29% fl-2007); jinnota li EUR 75 000 000 ġew trasferiti għall-2009, iżda josserva li, skont l-informazzjoni mgħoddija mis-servizzi tal-Kummissjoni, dan l-ammont kien impenjat qabel il-31 ta' Marzu 2009; jinnota li l-livell ta’ implimentazzjoni tal-ħlasijiet żdied meta mqabbel mal-2007 (80.88% fl-2008 meta mqabbel ma’ 60.41% fl-2007); jistieden lid-Direttorat Ġenerali għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja biex ikompli jkabbar kemm jista' l-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji u l-ħlasijiet fl-2009;
202. Jiddispjaċih li, fi ħdan il-qafas tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, l-ewwel ħlasijiet ta' prefinanzjament lill-Istati Membri ma setgħux isiru mill-Kummissjoni sal-aħħar xhur tal-2008, minħabba li n-normi ta' implimentazzjoni ġew adottati biss fil-5 ta' Marzu 2008 u minħabba li xi Stati Membri kienu ressqu l-verżjonijiet inizjali tad-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (MCS) kif ukoll id-dokumenti ta' programmar, b'dewmien sostanzjali jew bi kwalità insuffiċjenti;
203. Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji għandha tiġi bbażata aktar fuq il-valutazzjoni tal-kumitat rilevanti dwar il-prestazzjoni tal-Aġenzija matul is-sena;
Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni
204. Huwa mħasseb ħafna dwar id-dewmien fl-istabbiliment tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni u l-implikazzjonijiet ta’ dan id-dewmien għall-baġit tal-UE u l-baġit tal-Istati Membri; jinnota li l-hekk imsejħa “test tal-ewwel mira” dwar l-istabbiltà, l-affidabbiltà u l-prestazzjoni tal-proġett tas-SIS II, imwettaq fit-tmiem ta’ Jannar 2010, ma kienx suċċess;
205. Ifakkar l-obbligu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS I+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[70] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/JHA tal-24 ta’ Ottobru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS I+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[71] biex tippreżenta rapport tal-progress dwar l-iżvilupp tas-SIS II u l-migrazzjoni mis-SIS I + għas-SIS II għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill kull sitt xhur u għall-ewwel darba wara l-ewwel sitt xhur tal-2009; jinnota li l-ewwel rapport tal-progress, li jkopri l-perjodu minn Jannar 2009 sa Ġunju 2009 (COM(2009)0555) u ppubblikat fit-22 ta’ Ottubru 2009, huwa skadut u t-tieni rapport tal-progress għadu mhux disponibbli;
206. Jerġa’ jtenni t-talba tal-Kunsill u l-Parlament lill-Kummissjoni – li saret mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar id-direzzjoni ulterjuri tas-SIS II tal-4/5 ta’ Ġunju 2009 u mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar il-progress tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II u s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Visa[72] – li jiżgura trasparenza sħiħa fir-rigward tal-aspetti finanzjarji tal-iżvilupp tas-SIS tat-tieni ġenerazzjoni;
207. Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkun konformi mal-obbligi ta’ rappurtar tagħha b’mod aktar trasparenti u fil-ħin;
208. Jistieden il-Qorti tal-Awdituri biex twettaq verifika fil-fond u biex tippreżenta rapport speċjali li jevalwa l-ġestjoni tal-proġett tas-SIS II mill-Kummissjoni, mill-bidu tal-proġett u jibda bis-sejħa inizjali għall-offerti;
209. Jirriserva d-dritt li jżomm bħala riżerva l-fondi li għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura l-iskrutinju parlamentari sħiħ u s-sorveljanza tal-proċess;
Id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
210. Ifakkar lill-Kummissjoni li skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandha tiġi rispettata fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant għandha tidher ukoll fil-kwittanza baġitarja tal-Unjoni Ewropea;
211. Jiddispjaċih li l-ibbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru għadu ma ġiex implimentat; itenni għalhekk it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex din tieħu iktar passi biex jiġi żgurat li l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri ssir realtà fl-ippjanar baġitarju;
212. Jilqa' l-istudju dwar il-fattibbiltà[73] tal-ibbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru, imħejji mill-Kummissjoni, u jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati fil-proċess baġitarju tal-Unjoni Ewropea biex iqisu dan l-istudju meta jkunu qed iħejju, jimplimentaw jew jivverifikaw il-baġit;
213. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel iktar sforzi għall-iżvilupp ta' data speċifika dwar il-ġeneri li tista' tiġi inkluża fir-rapporti dwar il-kwittanza baġitarja peress li l-ammont limitat ferm ta' data li kien hemm s'issa ma pprovdiex stampa ġenerali adegwata tas-sitwazzjoni;
214. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tiddedika parti separata fir-rapporti ta' kwittanza tagħha lill-aspetti relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi;
215. Jilqa' l-fatt li l-mekkaniżmu ta' finanzjament għall-perjodu 2007-2013 ġew semplifikati iżda jiddispjaċih li, minkejja dan it-titjib, fl-2008 għadd kbir ta' rimborżi lill-proġetti ta' Koeżjoni (li jagħmlu parti minnhom il-Fond Soċjali Ewropew u l-ugwaljanza bejn is-sessi) għal darb' oħra kienu milquta bi żbalji; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-mekkaniżmi ta' finanzjament ikunu iktar effettivi;
Azzjonijiet esterni
216. Jinnota mill-esperjenza fl-2007 u l-2008 li huwa essenzjali li jkun żgurat li t-trasparenza f'dan il-qasam ta' politika tkompli tittejjeb f'termini ta' nfiq, partikolarment bil-ħsieb li jitwaqqaf is-Servizz Ewropew għal-Azzjoni Esterna (EEAS);
217. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq, qabel tmiem il-proċedura ta' kwittanza tal-2008, pjanijiet konkreti, dettaljati u għal kollox komprensivi għall-persunal u l-istrutturi organizzattivi u ta' kontroll tal-EEAS, li b'mod partikolari juru ż-żieda u l-allokazzjoni tal-persunal, l-implikazzjonijiet baġetarji previsti u t-tibdiliet fl-Istatut u r-Regolament Finanzjarju, u biex immedjatament tidħol f'negozjati mal-awtorità baġitarja abbażi tal-proposti mressqa; jirrifjuta negozjati bbażat fuq ftehimiet ta' qafas vagi;
218. Jidhirlu bil-qawwa li d-dritt ta' skrutinju tal-Parlament bħala l-awtorità ta' kwittanza bl-ebda mod ma għandu jitnaqqas bit-twaqqif tal-EEAS; jistenna li l-Kummissjoni żżomm dan quddiem għajnejha[74] hija u tipproponi r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju attwali; jisħaq li din ir-reviżjoni għandha tkun parti mir-reviżjoni triennali normali; jirrifjuta l-idea ta' proċedura rapida kif prevista mill-Kummissjoni;
219. Jinnota bi tħassib kbir li l-valutazzjoni globali tal-Qorti li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll tad-Direttorati Ġenerali kollha kkonċernati (AIDCO, RELEX, ELARG u ECHO) għadhom biss parzjalment effikaċi, kif ukoll il-konklużjoni tal-Qorti li l-pagamenti f'dan il-grupp ta' politiki kienu affettwati minn żbalji materjali; jinnota li, bħal qabel, l-iżbalji jinsabu l-aktar fil-livell tad-delegazzjonijiet u tal-benefiċjarji;
220. Jilqa' t-titjib li d-DĠ AIDCO wettqet fis-sistemi tagħha a' superviżjoni u kontroll; madankollu, jinkoraġġixxi lill-EuropeAid biex tagħmel it-titjibiet meħtieġa fil-kontrolli ex-ante tagħha, biex tirrikorri għall-verifiki interni u biex tirranġa l-inkonsistenzi u n-nuqqasijiet fil-Pjann Annwali ta' Verifika tagħha, fil-modulu ta' verifika CRIS u fil-monitoraġġ globali tar-riżultati tal-verifiki;
221. Iħeġġeġ lid-DĠ RELEX biex isaħħaħ il-kontrolli ex-post tiegħu u biex isewwi d-dgħufijiet mikxufa mill-Qorti fir-rigward tal-ġestjoni u s-superviżjoni finanzjarja tal-proġetti; jilqa' r-rikonoxximent mid-DĠ RELEX tal-ħtieġa li din il-problema tingħata aktar attenzjoni;
222. Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd sostanzjali ta' każijiet ta' frodi possibbli (102 każijiet) li qed jiġu investigati mill-OLAF f'dan il-grupp ta' politiki - it-tieni l-ogħla għadd, biss ftit wara l-investigazzjonijiet interni; jilqa' l-attenzjoni tal-OLAF fuq l-Għajnuniet Esterni, ix-xogħol investigattiv u preventiv u attivitajiet ta' kooperazzjoni intensifikata;
223. Jiddeplora d-dewmien biex tintlaħaq aktar trasparenza fuq il-fondi tal-UE amministrati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u speċjalment min-NU (fil-"ġestjoni konġunta"); jiddeplora d-diffikultajiet li kellha tiffaċċa l-Qorti, minkejja s-sejħiet ripetuti tal-Kummissjoni għar-rispett tal-Ftehim Finanzjarju u Amministrattiv ta' Qafas (FAFA), biex tikseb min-NU rapporti tal-verifiki u dokumenti anċillari; jirrikonoxxi u jilqa' l-progress li sar, b'mod partikolari l-konklużjoni ta' ftehim dwar it-termini ta' referenza għal missjonijiet ta' verifika f'April 2009 u l-iffirmar ta' linji gwida konġunti dwar ir-rappurtar;
224. Jirrikonoxxi li l-organizzazzjonijiet tan-NU ta' spiss ikollhom esperjenza u għerf espert speċifiċi li ma jinstabux faċilment f'postijiet oħra; minkejja dan jesprimi tħassib li l-Kummissjoni ma turix b'mod konvinċenti minn qabel jekk l-għażla ta' organizzazzjoni tan-NU tkunx fil-fatt aktar effiċjenti u effikaċi minn metodi oħrajn ta' kif titwassal l-għajnuna[75]; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta proċess aktar trasparenti u oġġettiv biex jintgħażlu l-mezzi li bihom tiġi implimentata l-għajnuna;
225. Jinnota t-tendenza li għaddejja bħalissa li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet għall-fondi b'ħafna donaturi u b’mod partikulari lin-NU, f’konformità mal-prinċipji tal-kooperazzjoni tajba tad-donaturi; madankollu, jesprimi n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu rigward il-problemi persistenti li qed tiffaċċja l-Qorti tal-Awdituri biex ikollha aċċess għad-dokumenti finanzjarji li joħorġu mill-aġenziji tan-NU; jilqa’ b’sodisfazzjon il-passi meħuda mill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-proċessi tal-verifika tal-Qorti u jitlob li jittieħdu aktar miżuri bil-għan li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jkunu salvagwardjati għalkollox u biex tiżdied it-trasparenza tal-proċess, inklużi, jekk ikun meħtieġ, modifikazzjonijiet għall-FAFA;
226. Jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-frustrament profond u l-insodisfazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni sal-lum naqste milli taġixxi biex toħloq strument tassew Ewropew għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni ta' kriżijiet, kif kienet intalbet tagħmel f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti; jinsisti għal darb'oħra li dan għandu jsir b'urġenza, u jistieden lill-Kummissjoni l-ġdida biex fir-reviżjoni li ġejja tar-Regolament Finanzjarju tagħti lilha nnifisha l-possibbiltà li timmaniġġja hija stess trust funds b'diversi donaturi;
227. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżviluppi pożittivi li saru f’dak li jirrigwarda t-trasparenza, l-għanijiet u l-koordinazzjoni tad-donaturi internazzjonali li seħħew bis-saħħa tal-ħolqien tal-mekkaniżmu PEGASE[76], li nbena fuq it-TIM[77] imma li huwa usa’ fl-ambitu tiegħu peress li jkopri kemm in-nefqa tat-TIM kif ukoll l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mat-tnedija mill-ġdid ta’ attivitajiet ekonomiċi – appoġġ baġitarju, il-finanzjament tal-infrastrutturi u kwistjonijiet soċjali – skont il-Pjan Palestinjan ta' Riforma u Żvilupp;
228. Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li fid-dokumenti ta’ pprogrammar ta’ strateġija għall-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija jiġu stabbiliti objettivi strateġiċi ċari u indikaturi ta’ prestazzjoni li jistgħu jitkejlu; iqis li għandhom jittieħdu wkoll passi simili fir-rigward ta’ strumenti esterni oħrajn, li għadhom ġenerali ħafna fl-ambitu tagħhom;
229. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tfassal studju li jivvaluta l-possibilitajiet li l-baġits fil-qasam tal-politika barranija jsiru aktar flessibbli; iqis li minħabba l-bilanċi pożittivi baġitarji li kien hemm s'issa u l-ħtiġijiet li għadhom qed jikbru f’dan il-qasam politiku, għandu jkun hemm possibbiltà għal flessibbiltà ikbar minn qabel, għalkemm mhux għad-detriment ta' bbaġitjar u kontroll baġitarju kif suppost;
L-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja
230. Jiddeplora s-sejba tal-verifika tal-Qorti li impenji baġitarji ta' appoġġ kienu affettwati minn livell għaoli ta' żbalji mhux kwantifikabbli; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tivvaluta dawn il-pagamenti b'saħansitra aktar rigorożità; jinnota b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, ir-reviżjoni ta' Frar 2009 taċ0ċirkwiti finanzjarji għal dan it-tip ta' pagamenti;
231. Jinnota b’sodisfazzjon it-titjib fiċ-ċarezza u l-istruttura tal-valutazzjonijiet li tagħmel il-Kummissjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ DCI (Strument tal-finanzjament għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp); madankollu jiddeplora l-fatt li l-Qorti sabet każijiet frekwenti fejn il-Kummissjoni ma wrietx b’mod strutturat u formalizzat li l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi ma kinitx biżżejjed trasparenti, responsabbli u effikaċi, jew, għall-inqas, li kien qed jitħaddem programm ta’ riforma kredibbli u rilevanti;
232. Jaqbel mal-Qorti li l-Kummissjoni għandha tissokta bl-isforzi tagħha biex tappoġġa d-deċiżjonijiet tagħha dwar l-eliġibbiltà għal-appoġġ baġitarju u biex tiżgura li l-ftehimiet kolha futuri ta' finanzjament jipprovdu bażi komprensiva u ċara għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-kundizzjonjiet ta' pagament;
233. Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-appoġġ baġitarju, biex issaħħaħ is-sistemi superviżorji u ta' kontroll biex tiġi żgurata r-regolarità tal-ħlasijiet, biex tissorvelja aktar mill-qrib l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw proġetti ffinanzjati mill-UE, biex twettaq verifiki aktar effikaċi, b'segwitu rigoruż, u biex tiżviluppa linji gwida dwar l-appoġġ baġitarju li jkunu aktar orjentati lejn ir-riżultati;
234. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin lill-pajjiżi sħab jiżviluppaw kapaċitajiet ta' kontroll u ta' verifika parlamentari, b'mod partikolari meta l-għajnuna tingħata permezz tal-appoġġ baġitarju, u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta regolarment dwar il-progress li jkun sar;
235. Huwa tal-fehma li r-rwol tiegħu fir-rigward tal-appoġġ baġitarju huwa li jżomm lill-Kummissjoni responsabbli għar-riżultati tal-infiq, u li l-appoġġ baġitarju huwa strument tal-għajnuna li jirrikjedi bidla tal-paradigma fil-mod ta’ kif issir is-sorveljanza minn kontroll fuq l-inputs għall-iċċekkjar tar-riżultati skont l-indikaturi;
236. Jerġa' jtenni t-talba tiegħu li l-għajnunata għall-iżvilupp b'mod ġenerali u l-appoġġ baġitarju b'mod partikoalri għandhom ikunu marbutin gradwalment mad-dikjarazzjoni ta' żvelar ex-ante takl-pajjiż, maħruġa mill-gvern tal-pajjiż riċevitur u ffirmat mill-ministru tal-finanzi tiegħu, dwar kwistjonijiet magħżula li jaffettwaw il-governanza u l-istruttura ta' responsabbiltà ta' pajjiż benefiċjarju;
237. Jistieden lill-Kummissjoni l-ġdida biex tieħu l-inizjattiva u tippreżenta din il-proposta lil donaturi internazzjonali oħra - b'mod partikolari l-Bank Dinji - bil-għan li tiżviluppa u timplimenta ftehim ta' dan it-tip bi qbil ma' donaturi oħra; jistenna li jirċievi konferma mill-Kummissjoni dwar żmien possibbli għal negozjazzjonijiet tali;
238. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi objettivi strateġiċi u indikaturi ta' prestazzjoni adegwati li jippermettu valutazzjoni tal-impatt effiċjenti għal-azzjonijiet tal-UE;
239. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar enfasi fuq is-saħħa tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod ġenerali, u fuq it-titjib tas-saħħa tal-ommijiet b'mod partikolari, peress li dan huwa l-qasam fejn il-miri tal-MDGs huma l-aktar 'il bogħod milli jintlaħqu;
240. Jilqa' l-progress fir-rigward tad-diviżjoni tal-ħidma bejn id-donaturi, kif ukoll prinċipji oħra tal-effikaċja tal-għajnuna; iħoss madankollu li l-Kummissjoni għandha tintensifika l-isforzi tagħha biex tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri f'dan ir-rigward;
241. Jenfasizza l-ħtieġa li l-effikaċja tal-għajnuna tissaħħaħ u li titnaqqas il-frammentazzjoni tal-għajnuna; iqis li l-għadd kbir ta' proġetti ġestiti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri (madwar 40 000 proġett) għandu jitnaqqas billi il-prijorità tingħata lil programmi aktar effikaċi u lil kooordinament aħjar mad-donaturi tal-UE permezz ta' fokus ċar fuq għadd aktar limitat ta' oqsma prijoritarji ta' intervent għal kull pajjiż benefiċjarju, filwaqt li ma jiġux esklużi NGOs żgħar imma effikaċi li jaħdmu fil-post;
242. Jinnota li 63% tal-fondi impenjati s'issa mill-'Faċilità tal-Ikel' twasslu permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u jfakkar li r-Regolament (KE) Nru 1337/2008[78] jistipula li, fir-rigward tal-implimentazzjoni, il-Kummissjoni hija obbligata li żżomm "bilanċ adatt"[79] bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali u "entitajiet eliġibbli oħrajn";
243. Jitlob għal darba oħra li jkun hemm involviment akbar tal-parlamenti u konsultazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab meta jitfasslu u jiġu riveduti d-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;
244. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura viżibbiltà akbar għall-attivitajiet iffinanzjati mill-UE lil hinn minn xtutha;
L-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs)
245. Jinnota l-kummenti bil-miktub mill-Kummissarji Šefčovič u Šemeta bid-data tat-8 ta' Marzu 2010. li inkludew informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament ta' organizzazzjonijiet tat-tip NGO min-naħa tal-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;
246. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi reġistru pubbliku ta' korpi tat-tip NGO iffinanzjati minn dipartimenti tal-Kummissjoni, biex tarmonizza d-diversi bażijiet tad-data tagħha dwar il-benefiċjarji li jirċievu fondi mill-baġit tal-UE jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, biex fis-sistema kontabbli tagħha tindika n-natura "mhux bi skop ta' qligħ" tal-entitajiet benefiċjarji u biex teżamina l-possibbiltà li tespandi r-reġistru tar-rappreżentanti ta' interessi billi tinkludi informazzjoni dwar il-finanzjament li jkunu ħadu mill-UE;
Ir-Rumanija u l-Bulgarija
247. Jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet fil-ġestjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali fil-Bulgarija u r-Rumanija u jilqa’ l-miżuri implimentati mill-Kummissjoni, inklużi l-interruzzjoni tal-ħlasijiet, il-monitoraġġ mill-qrib u l-kooperazzjoni maż-żewġ Stati Membri, li kollha kemm huma wasslu għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni; madankollu, għadu mħasseb dwar id-dgħufijiet fundamentali rigward l-irregolaritajiet potenzjali fil-ġestjoni tal-fondi Phare miż-żewġ aġenziji ta’ implimentazzjoni fil-Bulgarija, minkejja li l-kuntrattar għall-fondi Phare ġie tterminat; jinnota l-impenn min-naħa tal-awtoritajiet attwali biex jinvestigaw l-irregolaritajiet u jirriformaw il-ġestjoni tal-finanzjament tal-UE;
248. Jinnota li l-ħidma ta’ dekummissjonar fl-impjant nukleari ta’ Kozloduy għandu jitlesta sad-19 ta’ Ottubu 2035; jinnota nuqqas ta’ trasparenza fl-oriġini tal-fondi minn diversi Direttorati-Ġenerali fil-Kummissjoni; jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tiskrutinizza l-fondi li ntużaw hemm;
249. Jikkundanna n-nuqqas ta’ progress sostanzjali biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati (b’mod partikolari fir-rigward tal-Fond Nazzjonali għall-Infrastruttura tat-Toroq); konsegwentement, jappoġġa l-approċċ prudenti tal-Kummissjoni u l-impenn tagħha li tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib, tagħti segwitu għall-konklużjonijiet u tagħti pariri u għajnuna lill-awtoritajiet Bulgari bil-ħsieb li jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika l-akbar viġilanza u severità meta tkun qed tapprova r-rapporti tal-valutazzjoni tal-konformità ppreżentati għall-programmi operattivi proposti mill-awtoritajiet Bulgari u qabel ma tibda toħroġ il-ħlasijiet intermedjarji fir-rigward tal-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013; jinnota l-passi meħuda mill-Bulgarija; jilqa’ l-eżitu pożittiv tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni għall-programmi operattivi kollha, filwaqt li jenfasizza li l-kontroll effettiv u l-gwida mill-Kummissjoni għandha tkompli tiġi applikata;
250. Jinnota s-sospensjoni mill-Kummissjoni, f'Lulju 2008, tal-pagamenti fir-Rumanija skont il-programm SAPARD, minħabba dgħufijiet u irregolaritajiet identifikati mis-servizzi tagħha, u tilqa' l-pjan ta' azzjoni ppreżentat mir-Rumanija li jindirizzza dawn in-nuqqasijiet, li ppermettew lill-Kummissjoni li f'Lulju 2009 tirtira s-sospensjoni tal-pagamenti;
251. Jappoġġa s-sospensjoni mill-Kummissjoni tal-ħlasijiet fil-Bulgarija taħt il-programmi ta’ qabel l-adeżjoni, il-Faċilità Phare/Tranżizzjoni, l-ISPA u s-SAPARD, li saret fl-2008 biex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-UE minħabba d-dgħufijiet u l-irregolaritajiet identifikati mis-servizzi tagħha fil-ġestjoni ta’ dawn il-fondi; jilqa’ r-reazzjoni pożittiva mill-Bulgarija għar-rakkomandazzjonijiet kollha, li ppermettiet lill-Kummissjoni li tirtira s-sospensjonijiet tagħha tal-pagamenti fl-2009;
252. Madankollu, jiddispjaċih dwar id-dgħufijiet, b’mod partikolari n-nuqqas li l-applikazzjonijiet irregolari għall-appoġġ jiġu identifikati u li l-irregolaritajiet jiġu segwiti b’mod adegwat, u jħeġġeġ lill-Bulgarija biex tadotta pjan ta’ azzjoni dettaljat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u b’sorveljanza stretta minn awditur indipendenti;
253. Jenfasizza li dan il-pjan ta’ azzjoni għandu jikseb miri speċifiċi, rilevanti, li jitkejlu u li jinkisbu, u fil-ħin, bħal pereżempju l-ħolqien ta’ regoli trasparenti tax-xiri li jissodisfaw l-istandards internazzjonali u ma jillimitawx il-kompetizzjoni mill-offerenti internazzjonali billi jitpoġġa piż kbir tal-amministrazzjoni interna fuqhom; jikkunsidra wkoll li dawn il-miri għandhom jiffokaw fuq l-istabbiliment u ż-żamma ta’ strutturi operattivi, ġudizzjarji u amministrattivi bis-sħiħ;
254. Jilqa’ l-informazzjoni aġġornata mill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE fil-Bulgarija u r-Rumanija; madankollu, jinnota l-eżistenza kontinwa ta’ inkonsistenzi u irregolaritajiet fir-rapporti tal-progress ippreżentati; isib l-isforzi tagħha biex tevalva l-progress fis-sistema ġudizzjarja u amministrattiva frustrati mit-tfassil eżistenti tar-rapporti tal-progress; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib is-sistemi ta’ dawk l-Istati Membri u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni miftiehma u jissuġġerixxi li l-OLAF ukoll għandu jkompli jipprovdi appoġġ lil dawk l-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
255. Jitlob li r-rapporti jagħtu indikazzjonijiet ċari fl-oqsma ewlenin tal-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni; ifakkar li t-talba tiegħu għal sistema tad-dawl tat-traffiku (aħmar, ambra u aħdar), ibbażat fuq indikaturi speċifiċi (il-kwantità u l-kwalità ta’ miżuri legali u amministrattivi meħuda biex jimpedixxu u jikkastigaw il-frodi u l-korruzzjoni), sabiex tagħti stampa ċara tal-evoluzzjoni ta’ sistemi eżistenti f’dawk il-pajjiżi; is astonished that OLAF was not always consulted in the compilation of the reports; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi l-kummenti tal-OLAF fir-rapporti tal-progress li ġejjin;
It-Tkabbir
256. Jinnota li l-passi meħuda mill-Kummissjoni biex ittejjeb it-twettiq ġenerali tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni fil-Kroazja f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u biex tissorvelja mill-qrib il-kundizzjonijiet għad-deċentralizzazzjoni sħiħa tal-fondi tal-IPA; jenfasizza li dak li wieħed tgħallem mill-problemi rigward l-implimentazzjoni tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni fil-Bulgarija u r-Rumanija għandu jgħin lill-awtoritajiet Kroati, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, biex jevitaw diffikultajiet simili meta jkunu qed jimplimentaw il-fondi ta’ qabel l-adeżjoni fir-rigward ta’ pajjiżhom; jikkudanna l-fatt li l-Kummissjoni falliet milli taġixxi fuq it-talba tal-Parlament għal sistema tad-dawl tat-traffiku (aħdar, ambra u aħmar) biex jiġi introdott fir-rapporti tal-progress, li juru l-iżviluppi f’oqsma ta’ importanza kbira għall-ġlieda kontra l-frodi bħal pereżempju l-istabbiliment u ż-żamma ta’ strutturi stabbli u effiċjenti għall-ġudikatura u l-amministrazzjoni;
257. Hu ddiżappuntat mill-fatt li d-dgħufijiet ewlenin (nuqqas ta’ prontezza għall-ipprogrammar u prestazzjoni inkonsistenti fis-setturi), li rriżultaw fi prestazzjoni ġenerali "moderatament mhux sodisfaċenti" fir-rigward tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni fit-Turkija, ikomplu jipprevalu;
258. Jinnota l-passi meħuda mill-Kummissjoni fil-pajjiżi kandidati u pajjiżi oħra fil-Balkani tal-Punenti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ proġetti li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura, l-iżvilupp tal-infurzar tal-liġi professjonali u l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, fil-qafas tal-għajnuna reġjonali u nazzjonali; ifakkar li skont l-Aġenda Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent l-UE impenjat ruħha biex taħdem mill-qrib mal-pajjiżi Balkani tal-Punent biex tkompli tikkonsolida l-paċi u tippromwovi l-istabbiltà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-minoritajiet; jenfasizza li dan japplika wkoll għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni kif ukoll għat-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali;
259. Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri ma sabitx metodoloġija tal-Kummissjoni ċara li permezz tagħha l-Kummissjoni tkejjel il-progress f’dawk l-oqsma; b’mod partikolari, jitlob lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni biex jipprovdi lill-Parlament rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Thessaloniki li tista’ tkun il-bażi għal valutazzjoni esterna tal-progress tagħha; jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rabta ċara bejn il-ħlas tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni u kisbiet evidenti u viżibbli fl-oqsma tal-Aġenda Thessaloniki;
260. Ifakkar li r-rapport tal-progress tal-2009 għall-Kroazja juri n-nuqqasijiet fl-oqsma tal-ġudikatura minħabba n-nuqqasijiet fit-trasparenza u l-applikazzjoni tal-kriterji uniformi tal-għan fl-għażla tal-imħallfin u l-prosekuturi; jiddubita, għalhekk, li l-fondi li ntefqu fuq il-Kapitolu 23 intefqu b’mod effiċjenti u effikaċi;
261. Jinnota li l-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali ilu attiv għal aktar minn sena; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni bl-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali skont is-sistem tal-implimentazzjoni deċentralizzata u biex tippreżenta lill-awtoritajiet baġitarji l-kunsiderazzjonijiet strateġiċi tagħha f’dak il-qasam;
262. Ifakkar il-ħtieġa għall-pajjiżi kandidati biex jiżguraw implimentazzjoni effettiva ta’ dispożizzjonijiet legali ġodda u riformati permezz ta’ servizz pubbliku ambizzjuż, trasparenti, responsabbli, effettiv u effiċjenti; jinnota bi tħassib li - minkejja żviluppi differenti fiż-żewġ pajjiżi - sew fil-Kroazja kif ukoll fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) il-korruzzjoni għadha mifruxa u tikkostitwixxi problema gravi ħafna; jikkundanna l-fatt li f’każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli, twettqet investigazzjoni limitata biss u li b’kollox, għadd żgħir biss ta’ investigazzjonijiet wassal għall-akkużi kriminali; jenfasizza li dan jindika nuqqasijiet serji fis-sistema ġudizzjarja;
263. Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja kontinwament u tirrapporta lill-awtorità baġitarja dwar l-għadd ta’ akkużi kriminali ġodda u pendenti u s-sentenzi u l-għadd ta’ kawżi tal-qorti ġodda u pendenti li nfetħu fuq akkużi ta’ ksur tal-liġijiet tal-akkwist pubbliku fil-Kroazja u fil-FYROM;
264. Jikkonkludi li l-ħtieġa għal progress kostanti, oġġettiv u trasparenti li jissorvelja tibqa’; f’dak ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni fil-każ tal-proċeduri ta’ adeżjoni biex tistabbilixxi punt tat-tluq fl-oqsma ewlenin rilevanti għall-adeżjoni u biex jintuża dak il-punt tat-tluq bħala referenza u indikazzjoni tul il-proċess tal-adeżjoni; jikkunsidra li s-sostenibbiltà tal-progress fil-proċess tal-adeżjoni u affermazzjoni tal-miri miksuba tul tali proċess huma tal-akbar importanza għall-kontinwazzjoni ta’ suċċess tal-Unjoni; konsegwentement, jitlob għal segwitu ta’ wara l-adeżjoni regolari;
Infiq amministrattiv
265. Joinnota b'sodisfazzjoni li l-verifiki tal-Qorti ma kixfu l-ebda żball materjali li jaffettwa l-legalità u r-regolarità tal-infiq amministrattiv.
KONKLUŻJONIJIET DWAR IR-RAPPORTI SPEĊJALI TAL-QORTI TAL-AWDITURI
Parti I:
Rapport speċjali Nru 10/2008 dwar l-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara
266. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li żżid l-għajnuna tagħha lis-settur tas-saħħa matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-għaxar FEŻ biex tappoġġa l-impenn tagħha rigward l-MDGs tas-saħħa, u biex tiżgura li l-għajnuna tagħha lis-settur tas-saħħa titqassam b'mod li jirrispetta l-prijorità politika tagħha ta' appoġġ lis-sistemi tas-saħħa;
267. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn li sar fil-kuntest tal-Istrument tal-Kooperazzjonigħall-Iżvilupp li 20% tal-fondi jiġu ddedikati għas-saħħa u għall-edukazzjoni bażika sal-2009 fl-infiq kollu Ewropew għall-politika tal-iżvilupp, u jitlobha biex tinforma regolarment lill-Parlament dwar liema persentaġġ, skont il-pajjiż, tal-għajnuna totali għall-iżvilupp allokata għall-Afrika sub-Saħarjana hija impenjata għall-edukazzjoni bażika u sekondarja kif ukoll għas-saħħa bażika;
268. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkollha biżżejjed għarfien espert fis-saħħa sabiex ikollha rwol effettiv fid-djalogu tas-settur tas-saħħa billi tiżgura li d-delegazzjonijiet kollha fejn is-saħħa tkun settur iffukat ikollhom speċjalisti tas-saħħa, billi taħdem aktar mill-qrib ma’ konsulenti tas-saħħa tal-ECHO f’pajjiżi fejn kien hemm gwerra, billi tifforma sħubiji aktar mill-viċin mal-uffiċċji nazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sabiex tipprofitta mill-għarfien espert tagħhom, u billi tidħol fi ftehimiet formali mal-Istati Membri tal-UE biex tuża l-għarfien espert tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkomunika lill-Parlament in-numru tal-esperti tas-saħħa u tal-edukazzjoni rispettivament disponibbli fir-reġjun, fil-livell tad-delegazzjonijiet kif ukoll fil-kwartieri ġenerali tagħha, u ħarsa ġenerali li tindika jekk irnexxilhiex iżżid dan in-numru;
269. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżid l-użu tal-Appoġġ Settorjali tal-Baġit fis-settur tas-saħħa, biex tiffoka l-Appoġġ Settorjali tal-Baġit tagħha fuq it-titjib tas-servizzi tas-saħħa u biex tkompli tuża l-proġetti għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-politika u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet;
270. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda tħaddem mekkaniżmi u għodod ta' monitoraġġ biex tiżgura li proporzjon adegwat ta' għajnuna ta' Appoġġ Baġitarju Ġenerali jkun qed jappoġġa l-ħtiġijiet bażiċi, b'mod partikolari fis-settur tas-saħħa, biex tuża miri li jkejlu b'mod dirett ir-riżultat tal-politiki, biex tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet u biex tinforma lill-Parlament dwar il-passi li tkun ħadet għal dan il-għan;
271. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi gwida aktar ċara dwar l-użu ta' kull strument u l-modi differenti kif jintużaw flimkien, kif ukoll li taħdem aktar mill-qrib u b'mod effiċjenti mal-Fond Globali fil-pajjiżi benefiċjarji;
272. Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, biex tidentifika kif id-dgħufijiet innotati fir-rapport tal-Qorti jistgħu jiġu indirizzati, u biex tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultat ta' dawn id-diskussjonijiet;
Parti II:
Rapport speċjali Nru 12/2008 dwar l-Istrument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni (ISPA), 2000-2006
273. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-ex-ISPA, biex teżamina kif id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti jista' jiġi evitat jew imnaqqas fil-futur meta jkunu qed jiġu implimentati strumenti simili (pereżempju l-IPA), u biex tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tipprevjeni d-dewmien fil-preparazzjoni ta' dokumenti ta' gwida futuri;
274. Jitlob li jkun hemm ippjanar aktar rigoruż u realistiku mill-applikanti tal-proġetti u modi kif jitħaffu l-proċeduri meta jkunu qed jiġu implimentati strumenti simili fil-futur, kemm fil-livell tal-Kummissjoni kif ukoll fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-pajjiżi benefiċjarji;
275. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-verifiki tas-sistemi tagħha biex jiġi żgurat li jinħolqu sistemi affidabbli għall-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u dawk ta' Koeżjoni, u biex jiġi evitat li jkun hemm sitwazzjonijiet ta' riskju għoli fil-futur;
Parti III
Rapport speċjali Nru 1/2009 dwar il-miżuri bankarji fiż-żona tal-Mediterran fil-kuntest tal-programm MEDA u l-protokolli preċedenti
276. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li titjieb il-koordinazzjoni effettiva tal-għajnuna mill-Komunità, mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mis-sħab l-oħra internazzjonali u lokali, u l-iskambju regolari ta' informazzjoni, b'mod partikolari fil-livell lokali, sabiex tiżdied il-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-attivitajiet;
277. Jinnota li għalkemm il-livell ta’ monitoraġġ sussegwentament tjieb, ma kienx adegwat fl-ewwel snin tal-programm MEDA, b'mod partikolari f’każijiet fejn il-Kummissjoni qagħdet għal kollox fuq is-sorveljanza mwettqa mill-BEI qabel l-2005;
278. Jenfasizza l-importanza ta’ ftehim ta’ ġestjoni għall-miżuri bankarji li l-BEI ġie inkarigat biex iwettaq f’isem il-Kummissjoni, biex tkun żgurata sorveljanza kif jixraq, ikunu koperti l-aspetti ambjentali, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u biex jiġi żgurat li l-intermedjarji u l-promoturi jwettqu l-obbligi tagħhom, kemm dawk finanzjari kif ukoll dawk relatati mar-rappurtar;
279. Jenfasizza l-importanza ta’ programm ta’ evalwazzjoni u sorveljanza mħejji apposta għall-miżuri bankarji biex jiġi implimentat fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija;
Parti IV
Rapport speċjali Nru 2/2009 dwar il-Programm tas-Saħħa Pubblika tal-Unjoni Ewropea (2003-2007): mod effettiv biex itejjeb is-saħħa?
280. Jikkunsidra li l-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHP) (2003-2007) ġie stabbilit b'mod ambizzjuż, iżda li l-objettivi tiegħu la kienu ċari biżżejjed u lanqas ġew aġġustati għall-mezzi baġitarji limitati; jirrimarka li dan wassal sabiex il-programm ikollu wisq oqsma ta' azzjoni, li f'xi każijiet lanqas biss kienu koperti mill-proġetti; jinnota li din il-frammentazzjoni dgħajfet il-kwalità tal-programm, filwaqt li fl-istess ħin wasslet sabiex il-firxa ta' proġetti tant tkun wiesgħa li l-Kummissjoni mhijiex konxja bis-sħiħ tal-proġetti kollha eżistenti; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultat tal-istħarriġ għall-PHP attwali u jenfasizza li r-riskju ta' frammentazzjoni għandu jiġi indirizzat f'nofs it-terminu u f'evalwazzjonijiet ex post tal-programm;
281. Jinnota li l-Qorti kkontestat l-utilità ta' partijiet tal-PHP u jiddispjaċih li l-programm, f'xi każijiet, iffinanzja proġetti (b'mod partikolari taħt il-fergħa "determinanti tas-saħħa") fejn il-valur miżjud Ewropew kien limitat;
282. Iqis, għaldaqstant, li kwalunkwe PHP suċċessur għandu jiffoka fuq netwerks u skambju tal-aħjar prattiki u li għandu jsir aktar użu tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' 'prattiki tajba';
283. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi loġika ta' intervenzjoni espliċita għal kwalunkwe programmi eventwali suċċessivi għall-PHP attwali; jenfasizza li dan għandu jsir fl-evalwazzjoni tal-impatt ex ante tiegħu li għandha takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal dan it-tip ta' programm;
284. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tibgħat opinjoni formali dwar il-valutazzjoni tal-impatt ex ante tal-Kummissjoni fil-ħin sabiex issir deliberazzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni rigward il-programm; jikkunsidra li, meta tipprepara l-opinjoni tagħha, il-Qorti għandha tikkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament hekk kif stabbiliti hawn fuq;
Parti V
Rapport speċjali Nru 3/2009 dwar l-effettività tal-infiq tal-Miżuri Strutturali fuq it-trattament tal-ilma mormi għall-perjodi ta' programm 1994-1999 u 2000-2006
285. Jieħu nota tar-rata baxxa ta' użu ta' xi impjanti għat-trattament u jħeġġeġ lill-impjanti għat-trattament iffinanzjati mill-UE biex iżommu sistema ta' funzjonament li tkun effiċjenti meta mqabbla mal-ispejjeż; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isibu modi kif jiżguraw li l-impjanti għat-trattament iffinanzjati mill-UE jkunu konnessi adegwatament man-netwerks tad-drenaġġ; jenfasizza r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-operat tal-impjanti għat-trattament u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi biex jiżguraw kwalità adegwata tal-iskart liwidu u l-użu sħiħ tal-kapaċitajiet;
286. Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tikseb reviżjoni tad-Direttiva rilevanti (Direttiva tal-Kunsill 86/278/KE[80] – id-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ), iħeġġeġ biex il-proċedura attwali ta' reviżjoni titħaffef sabiex l-iżviluppi reċenti jiġu inkorporati u biex jiġu aġġustati l-prattiki differenti tal-Istati Membri f'dan il-qasam, kif ukoll iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu kwalità tal-ħama tad-drenaġġ li tkun konformi mal-limiti tal-UE;
287. Jenfasizza l-ħtieġa ta' eżami aktar rigoruż tal-proġetti fl-istadju tal-applikazzjoni biex jiġu evitati nuqqasijiet fl-effett antiċipat; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa l-linji gwida u l-listi ta' kontroll interni li jintużaw fil-proċess ta' valutazzjoni, biex tittejjeb il-konsistenza tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u biex tiżgura azzjoni ta' segwitu xierqa f'każijiet fejn ma tingħatax informazzjoni jew ma ssirx azzjoni meħtieġa;
Parti VI
Rapport speċjali Nru 4/2009 dwar il-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-involviment ta' Atturi Mhux tal-Istat fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-KE
288. Jiddispjaċih u ma jistax jaċċetta d-differenza li teżisti bejn l-impenji politiċi tal-UE fir-rigward tal-involviment ta' atturi mhux statali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u fil-prattiki ta' implimentazzjoni veri u proprji, u għaldaqstant jistenna li l-Membru kompetenti tal-Kummissjoni jippreżenta provi li juru appoġġ politiku sħiħ u azzjoni ta' tmexxija għal implimentazzjoni effikaċi tal-impenji politiċi vis-à-vis l-atturi mhux statali, kemm min-naħa tal-kwartieri ġenerali tagħha kif ukoll min-naħa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni; jiddispjaċih ukoll li l-kriterju ta' suċċess għall-iżvilupp jiġi ridott għal "żvilupp ekonomiku", peress li dan l-approċċ jinjora l-fatt li d-differenza bejn dawk li għandhom u dawk li m'għandhomx żdiedet ħafna; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li, sa tmiem l-2010, kull delegazzjoni jkollha mill-inqas espert wieħed full time responsabbli għall-politiki, il-kuntatti u l-kuntratti tal-atturi mhux statali;
289. Jinnota li dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ħadu f'idejhom il-proċess ta' żvilupp tagħhom kisbu livelli tajbin ta' tnaqqis tal-faqar; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Istat fl-iżvilupp u jistieden lill-Kummissjoni u lid-delegazzjonijiet tagħha biex ikomplu jtejbu r-relazzjonijiet mal-gvernijiet tal-pajjiżi sħab biex ikun possibbli li jkun hemm involviment u konsultazzjoni aktar effikaċi mal-atturi mhux statali;
290. Iqis li hu ta' dispjaċir kbir li hemm nuqqas ta' data kompleta u affidabbli u jistenna li l-Kummissjoni tieħu azzjoni ta' rimedju immedjatament għal dak li jirrigwarda d-data affidabbli bħala kundizzjoni biex jibdew jitkejlu r-riżultati; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament ħarsa ġenerali sħiħa tal-fondi tal-UE mgħoddija mill-atturi mhux statali mil-linji baġitarji differenti mqassma skont il-pajjiżi kkonċernati qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja tal-2010;
291. Hu tal-fehma li l-kwalità tal-għajnuna hija iktar importanti mill-kwantità tal-għajnuna u jistieden lill-Kummissjoni biex ikollha rwol aktar importanti biex jiġi indirizzat it-taħwid evidenti fl-għajnuna għall-iżvilupp billi tippromwovi koordinament b'saħħtu u effiċjenti tad-donaturi u billi ttejjeb l-istruttura attwali tal-għajnuna; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra jekk hux il-mument it-tajjeb, meta jitqiesu b'mod sħiħ il-kummenti tal-Qorti, biex issir reviżjoni sħiħa tas-sistema kollha kemm hi tal-(ko)finanzjament tal-atturi mhux statali biex jiġi żgurat li l-atturi mhux statali jkunu jistgħu joqogħdu fuq regoli trasparenti u effiċjenti għall-iskopijiet tal-parteċipazzjoni fi programmi u proġetti;
292. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis kif suppost il-fatt li d-donaturi huma atturi politiċi u li f'xi każijiet jista' jkun hemm kunflitti ta' interessi bejn id-donaturi u l-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna; jenfasizza li istituzzjonijiet nazzjonali demokratiċi b'saħħithom u politika ddefinita sew għat-tqassim tal-ġid huma prekundizzjonijiet għas-sostenibbiltà; huwa tal-opinjoni li, biex tintlaħaq politika aktar koerenti fl-ipprogrammar u fil-programmi u l-proġetti sussegwenti u valutazzjoni adegwata, għandu jkun hemm bidla sostanzjali mill-kofinanzjament tal-proġetti għall-atturi mhux statali għal finanzjament ta' 100% tal-proġetti mill-UE;
293. Jemmen li hemm ċertu duplikazzjoni bejn il-valutazzjoni mwettqa għall-Kummissjoni tat-twassil tal-għajnuna tal-UE permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, u jistieden lill-Qorti u lill-unitajiet ta' valutazzjoni fil-Kummissjoni biex jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ippjanati u biex jirrapportaw lill-Parlament dwar ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju;
294. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għal modifiki tar-Regolament Finanzjarju li jippermettu lill-UE taġixxi bħala parteċipant aktar b'saħħtu fost id-donaturi internazzjonali l-oħrajn;
Parti VII
Rapport Speċjċali Nru 5/2009 dwar il-Ġestjoni tat-Teżor tal-Kummissjoni
295. Iqis li l-Kummissjoni għandha ttejjeb is-sorveljanza tagħha tal-attivitajiet differenti tal-ġestjoni tat-teżor imwettqa u, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri, għandhom isiru laqgħat b'mod aktar regolari bejn iż-żewġ Direttorati Ġenerali kkonċernati (DĠ Baġit (DĠ BUDG) u d-DĠ għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (DG ECFIN)) bil-ħsieb li tinqasam l-informazzjoni dwar ir-riskji u jiġu skambjati l-esperjenzi u l-aħjar prattiki rigward l-attivitajiet ta' ġestjoni tat-teżor u tal-assi fil-livell tal-Kummissjoni kollha kemm hi;
296. Iqis li l-Kummissjoni għandha tkompli tieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex tiżgura li r-riskji finanzjarji sinifikanti jkunu ssorveljati b'mod effikaċi u mill-qrib matul is-sena kollha; jilqa' l-fatt li, biex tkompli ttejjeb is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni diġà pproponiet lill-Qorti tal-Awdituri, u qablet magħha, li minn tmiem l-2008, għandha tintbagħat ittra ċirkulari uffiċjali lill-organizzazzjonijiet finanzjarji kkonċernati sabiex tinkiseb informazzjoni preċiża, kompleta u standardizzata min-naħa tagħhom rigward il-kontijiet fiduċjarji;
297. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal pjan ta' kontroll fid-DĠ BUDG għal kull perjodu ta' 12-il xahar fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, biex twettaq kontrolli matul u wara s-sena, u tirrapporta lill-Parlament il-problemi li tiltaqa' magħhom sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tas-sena kkonċernata;
298. Jistieden lill-Kummissjoni biex timxi 'l quddiem bil-ħarsa ġenerali tar-riskji relatati mal-operazzjonijiet tat-teżor tagħha (DĠ BUDG), li hija parti mill-kontijiet annwali tagħha u li tipprovdi sommarju ċar u komprensiv tar-riskji li hi esposta għalihom, tal-modi kif dawn ir-riskji jiġu ġestiti, u tal-miżuri li ġew stabbiliti biex jiġu kkontrollati, minimizzati jew newtralizzati;
299. Iqis li, għall-finijiet tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tiddokumenta b'mod aktar ċar il-proċeduri tagħha għat-trasferiment tal-fondi bejn il-kontijiet tar-riżorsi proprji tal-Istati Membri u għandha tiddokumenta aħjar ukoll il-proċedura ta' selezzjoni speċfika segwita f'kull każ;
300. Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-mod kif iżżomm ir-rekords fil-bażijiet tad-data, biex tottimizza l-verifiki u biex issegwi fuq l-osservazzjoni tal-Qorti dwar it-titjib tal-koordinazzjoni li hu meħtieġ biex titqies l-espożizzjoni għar-riskju globali tal-Kummissjoni ma' kull bank kummerċjali meta l-limiti tad-depożiti li jistgħu jinżammu fil-banek kummerċjali jkunu stabbiliti mid-Direttorati Ġenerali kkonċernati;
301. Jilqa' u jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipproponi s-sistema attwali għall-ġestjoni ta' multi proviżorjament imħallsa, li kienet suġġetta għal reviżjoni fl-2008, u jistenna li l-proposta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni maħruġa kmieni fl-2009 mid-DĠ BUDG ittejjeb is-sigurtà ta' din is-sistema;
Parti VIII
Rapport speċjali Nru 6/2009 dwar l-għajnuna alimentari tal-Unjoni Ewropea għal persuni fil-bżonn: evalwazzjoni tal-objettivi, il-mezzi u l-metodi użati
302. Jilqa' l-verifika tal-Qorti ta' dan il-programm kif ukoll il-proposta għal riforma tal-Kummissjoni (COM(2008)0563); jirreferi għar-riżoluzjoni leġiżlattiva tiegħu adottata fis-26 ta' Marzu 2009 li fiha appoġġa l-proposta għal riforma[81]; jenfasizza li l-azzjoni ta' għajnuna alimentari tal-UE tikkumplimenta azzjonijiet li diġà jeżistu fl-Istati Membri;
303. Ifakkar li l-appoġġ soċjali mogħti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri rari jiffoka fuq l-aċċess għall-ikel u li l-inizjattivi tal-ikel li jkollhom fil-mira popolazzjonijiet esklużi soċjalment u marġinali għandhom it-tendenza li jitmexxew minn organizzazzjonijiet filantropiċi u jsiru bl-għajnuna ta' voluntiera;
304. Jemmen li huma meħtieġa kriterji aħjar biex l-għajnuna tiġi mmirata lejn dawk il-pajjiżi u riċevituri li huma l-aktar fil-bżonn;
305. Jemmen li l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm għandhom jiżviluppaw miżuri effiċjenti biex jiġġieldu l-ħela tal-ikel;
306. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-prinċipju tas-sussidjarjetà bl-ebda mod ma jnaqqas l-obbligi tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikolu l-Kummissjoni timplimenta l-baġit "fuq ir-responsabbiltà tagħha stess" u "b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba";
307. Jistenna li l-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti bl-għan li l-awtoritajiet baġitarji jkun jista' jkollhom informazzjoni kompluta u oġġettiva dwar ir-riżultati tal-programm;
Parti IX
Rapport speċjali Nru 7/2009 dwar il-ġestjoni tal-fażi ta' żvilupp u validazzjoni tal-programm Galileo
308. Jiddispjaċih li, skont is-sejbiet tal-Qorti, il-ġestjoni tal-fażi ta’ żvilupp u validazzjoni tal-programm Galileo ma kinitx adegwata; jinnota li l-iżvilupp teknoloġiku twaqqa' lura ħames snin meta mqabbel mal-pjan oriġinali u li l-istima tal-ispejjeż tal-fażi ta’ żvilupp u validazzjoni kważi rduppjat minn EUR 1 100 000 000 għal EUR 2 100 000 000;
309. Jitlob lill-Kummissjoni biex issegwi r-rakkomandazzjoni tal-Qorti fil-Komunikazzjoni li jmiss dwar il-ġejjieni tal-progamm Galileo biex tiċċara l-objettivi politiċi tal-programm u biex issarrafhom f’objettivi strateġiċi u operattivi ħalli tistabbilixxi pjan direzzjonali sod għall-Galileo sakemm ikun hemm mobilitazzjoni sħiħa;
310. Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti li l-Impriża Konġunta Galileo naqset milli tikseb il-biċċa l-kbira tal-objettivi tagħha u minħabba li l-attivitajiet tagħha kienu mfixkla bil-kbir minn kwistjonijiet ta’ tmexxija; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura, b’mod konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti, li fil-każ ta' impriżi konġunti fil-futur, l-istruttura tat-tmexxija ma tfixkilx l-attivitajiet tal-impriża konġunta;
311. Iqis li l-kontributuri tat-taxxa fl-Ewropa għandhom ikunu mgħarrfa dwar kwalunkwe parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi fil-programmi Galileo u EGNOS; għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dettaljata lill-Parlament dwar kwalunkwe tip ta' kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi fir-rigward tal-programmi Galileo u EGNOS;
312. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Awtorità ta' Viġilanza tal-GNSS Ewropea, biex fil-kontijiet tagħha, u fil-każ tal-Qorti, fir-rapporti tagħha, jagħtu lill-awtorità ta’ kwittanza informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli li jkunu nħalqu mill-programmi Galileo u EGNOS, li jkunu proprjetà tal-Unjoni Ewropea;
313. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji ċifri aġġornati u analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż tal-proġett Galileo u biex tgħarraf lill-Parlament kif meħtieġ;
Parti X
Rapport speċjali Nru 8/2009 dwar "Netwerks ta' eċċellenza" u "Proġetti integrati" fil-Politika tar-Riċerka tal-Komunità: dawn laħqu l-objettivi tagħhom?
Fażi inizjali tal-proċedura
314. Jinnota l-eżistenza ta' "differenzi meta mqabbla mal-aspettattivi" għolja, jiġifieri l-fatt li inqas minn 55% tal-proġetti kollha riveduti ex post żammew il-valutazzjoni "eċċellenti" tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-proċeduri ta' valutazzjoni tagħhom;
315. Ifakkar li l-maġġoranza l-kbira tal-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-limitu minimu tal-"eċċellenza" (bejn 15% u 20% biss), filwaqt li l-ispejjeż tal-applikazzjonijiet (li jammontaw f'xi każijiet għal EUR 300 000) jitħallsu mill-applikanti; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika b'mod koerenti u effiċjenti diskrezzjoni raġonevoli (pereżempju proċeduri b'ħafna fażijiet) biex tagħmel l-aktar użu effiċjenti possibbli tal-flus allokati għar-riċerka minflok l-"amministrazzjoni tar-riċerka";
316. Iqis li hi ħasra li, skont is-suċċess eventwali tagħhom fil-proċedura ta' applikazzjoni, bejn 53% u 86% biss tal-partijiet kollha kkonċernati fehmu b'mod sħiħ in-natura tal-istrumenti applikati fis-Sitt Programm ta' Qafas (FP6); jiddispjaċih dwar il-fatt li f'xi każijiet l-għażla tal-istrument mid-dehra kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet fiskali aktar milli materjali; jinnota li l-eżistenza ta' numru kbir ta' sħab fin-Netwerks ta' Eċċellenza (NoEs), kif ukoll l-attenzjoni qawwija li l-Kummissjoni tat lill-integrazzjoni legali, huma ta' sfida partikolari, u li l-grupp ta' esperti dwar il-futur tal-NoEs irrakkomanda li għandhom biss jiġu ffurmati sħubijiet akbar f'każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif suppost[82];
Il-formazzjoni ta' Netwerks ta' Eċċellenza
317. Jiddispjaċih li, minkejja t-talbiet tal-Parlament għal implimentazzjoni aktar orjentata lejn is-servizz u lejn il-klijent tal-programmi tar-riċerka, sar biss progress limitat fil-formazzjoni ta' "one stop shops" li jkopru l-firxa sħiħa ta' Direttorati Ġenerali fil-familja tar-riċerka, fl-istandardizzazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni, fid-dokumentazzjoni rikjesta minn qabel u fil-komunikazzjoni konsistenti; jenfasizza l-fatt li l-pubbliku jqis lill-Kummissjoni bħala entità waħda;
318. jitlob f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni fl-aħħar tieħu l-passi xierqa biex ikun hemm approċċ proattiv fis-sens ta' appoġġ għall-konsumaturi, kontrol intern tal-kwalità, inkluża standardizzazzjoni tat-tieni livell, u ġestjoni koerenti; jitlob lill-Kummissjoni biex tqiegħed fuq l-internet it-testi legali kollha li fuqhom ikunu bbażati l-għotjiet inklużi, fejn ikun xieraq, ir-referenzi għal-liġi Belġjana;
319. Ifakkar fit-talbiet kostanti tal-Parlament għal tnaqqis fil-piż amministrattiv, b'mod partikolari fil-proċeduri tal-għotjiet[83]; jiddeplora l-fatt li ż-żmien biex isir il-kuntratt huwa ta' medja ta' 13-il xahar, li jirrappreżenta żieda ta' erba' xhur meta mqabbel mal-FP5; minħabba l-FP7, jitlob li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-għodda amministrattiva eżistenti (pereżempju Kodiċi ta' Identifikazzjoni Personali (PICs), Rappreżentanti Maħtura tal-Entitajiet Legali (LEARs));
320. Mhux sodisfatt li l-FP6 ma laħqitx l-objettiv ta' parteċipazzjoni aktar b'saħħitha ta' parteċipanti privati, b'mod partikolari l-SMEs; jaqbel mal-fehma tal-Qorti li xi dispożizzjonijiet skoraġġew b'mod attiv il-parteċipazzjoni tagħhom; kollox ma' kollox, hu tal-fehma li d-dispożizzjonijiet u r-regoli legali (inklużi l-mudelli tal-kuntratti u l-linji gwida) huma wisq kumplessi u minnhom infushom jimblukkaw l-implimentazzjoni effikaċi u effiċjenti tal-politiki ta' riċerka;
321. Josserva li l-attenzjoni tal-valutazzjonijiet titqiegħed fuq kontrolli tal-"inputs" aktar milli valutazzjonijiet tal-"outputs"; jaqbel mal-fehma tal-Qorti li d-definizzjoni proprja ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u f’waqthom (SMART) mill-bidu tal-proġett huma element ewlieni għall-iskop li jiġi ddeterminat il-progress u s-suċċess eventwali tiegħu; jenfasizza li r-rekwiżiti tar-rappurtar għandhom ikunu mfassla bħala għodda bi skop biex jiġi mmoniterjat u vvalutat il-progress fl-integrazzjoni u l-progress materjali[84] u m'għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu ssanzjonati l-attivitajiet maniġerjali l-oħrajn tal-koordinatur jew biex ikun hemm indħil fihom sakemm dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet legali;
Is-sostenibbiltà u l-iżvilupp futur
322. Jiddispjaċih isir jaf li fil-parti l-kbira tal-każijiet ma setgħetx tintlaħaq integrazzjoni sostenibbli li tmur lil hinn mill-perjodu ta' finanzjament inizjali u li, skont il-valutazzjoni tal-Qorti, il-perjodu ta' finanzjament inizjali ta' ħames snin irriżulta li ma kienx realistiku; jappoġġa l-proposta li jiġu applikati kriterji kompetittivi u selettivi ħafna għall-finanzjament imġebbed fiż-żmien tal-NoEs li jiddikjaraw li huma kapaċi jilħqu l-awtosostenibbiltà (ER, p.28);
323. Jinnota b'interess il-proposta tal-grupp ta' esperti li tiġi esplorata l-possibbiltà ta' sejħiet ikkoordinati bejn l-ERA-NETs u l-FP7 li jgħaqqdu flimkien il-fondi nazzjonali u dawk Komunitarji kif ukoll il-miżuri kollha biex jissaħħu t-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-bażi ta' data CORDIS biex jiġi żgurat skambju tar-riżultati tar-riċerka fl-ERA (skambju ta' eżempji tal-aħjar prattika);
324. Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-applikazzjoni tal-istrateġija ta' verifika tal-Kummissjoni għall-FP6 diġà wasslet għal żewġ każijiet fil-qrati mibdija minn ex parteċipanti; jenfasizza li l-affidabbiltà hija l-bażi għal kwalunkwe kooperazzjoni fuq perjodu twil ta' żmien u jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, biex toqgħod lura milli terġa' tikkalkula d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' proġetti fl-FP6 li diġà approvat u ffinalizzat, billi tapplika interpretazzjonijiet ġodda tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-ispejjeż stabbiliti fil-Kundizzjonijiet Ġenerali (Anness II) tal-mudell tal-kuntratt tal-FP6[85]; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi tagħha biex issib soluzzjoni, b'mod partikolari billi tissimplifika l-proċeduri ta' rkupru permezz tal-użu ta' proċeduri xierqa "rata fissa" u filwaqt li tikkunsidra l-bona fidi u l-aspettativi leġittimi tal-benefiċjarji, u jesprimi x-xewqa tiegħu għal djalogu bbażat fuq is-soluzzjonijiet;
325. Jitlob lill-Kummissjoni biex issib soluzzjonijiet li jiżguraw l-affidabbiltà u l-kontinwità f'nofs il-perjodu fl-implimentazzjoni u l-ippjanar ta' programmi ta' qafas, l-aktar f'dak li jirrigwarda l-FP8 u, b'mod partikolari, biex tapplika skadenzi omoġenji u regoli stretti ta' proċedura;
Parti XI
Rapport speċjali Nru 9/2009 dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-attivitajiet tas-selezzjoni tal-persunal imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
326. Iħeġġeġ lill-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fil-Programm ta' Żvilupp tiegħu (EDP);
327. Hu tal-fehma li l-EPSO u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom itejbu l-komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini dwar il-kunċett ta' servizz pubbliku Ewropew imparzjali u jtejbu l-immaġni tal-UE bħala entità li tħaddem;
328. jirrimarka f'dan il-kuntest li l-EPSO għandu jipprova wkoll itejjeb il-komunikazzjoni tiegħu mal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri biex jiskambja l-aħjar prattiki fl-oqsma tal-għoti tal-informazzjoni/ir-reklamar lill-pubbliku u l-promozzjoni ta' opportunitajiet ta' xogħol b'mod immirat biex jaslu għall-attenzjoni tal-professjonisti; iqis li komunikazzjoni simili għandha ssir ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;
329. Huwa konvint li t-titjib tal-kooperazzjoni mal-universitajiet jista' jkun ta' benefiċċju fuq perjodu twil ta' żmien billi, minn naħa, jipprovdi l-istituzzjonijiet tal-UE b'impjegati ta' min jixtieqhom u, min-naħa l-oħra, billi jgħin lill-gradwati fit-titjib tal-għażliet tal-karriera tagħhom;
330. Iħeġġeġ lill-EPSO jkompli l-isforzi tiegħu biex jidentifika l-kawża tal-iżbilanċi ġeografiċi fost il-kandidati u sussegwentament fost il-lawreati u biex jipprevenihom;
331. Jiddispjaċih li la r-rapport tal-Qorti u lanqas l-EPSO ma janalizzaw biżżejjed il-proċess tar-reklutaġġ ta' persunal maniġerjali tal-livell tan-nofs u dak għoli, u b'mod partikolari l-iżbilanċi ġeografiċi f'dan il-qasam; jissuġġerixxi li fir-rapport speċjali tagħha li jmiss (jew rapport ta' segwitu), il-Qorti għandha tanalizza din il-kwistjoni;
332. Huwa tal-fehma li l-EPSO għandu jtejjeb l-amministrazzjoni tal-listi tal-lawreati billi jipprovdihom b'informazzjoni dwar postijiet attwalment battala biex jiffaċilita r-reklutaġġ finali tagħhom; fl-istess ħin, iqis li għandhom isiru sforzi biex jitnaqqas iż-żmien li l-kandidati li jkunu rnexxew iqattgħu jistennew impjieg;
333. Mhuwiex konvint li s-sekondar ta' uffiċjali mill-istituzzjonijiet tal-UE għall-EPSO biex iservu bħala membri "full-time" ta' bordijiet ta' għażla hija għażla realistika u effiċjenti meta mqabbla mal-ispejjeż;
334. Jistieden lill-EPSO biex jevita kwalunkwe ambigwità fl-avviżi tal-kompetizzjonijiet u jħeġġeġ lill-EPSO biex jirrevedi l-proċeduri tiegħu biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà;
335. Jistieden ukoll lill-EPSO biex itejjeb il-proċeduri ta' appell tiegħu, pereżempju billi jassenja bordijiet differenti fl-ewwel u fit-tieni istanza;
336. Jinnota li hemm diversi każijiet pendenti kontra l-EPSO quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b'rabta ma' nuqqasijiet fil-proċedura tal-għażla (b'mod partikolari rigward il-kwistjoni tal-lingwi); hu tal-fehma li, ladarba dawn il-każijiet ikunu konklużi, għandhom jipprovdu tagħlimiet li ta' min jitgħallimhom u għandhom jiġu inkorporati fl-EDP mill-EPSO;
Parti XII
Rapport speċjali Nru 10/2009 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli
337. Jiddispjaċih li s-sistema li qed titħaddem ma tagħmilhiex possibbli li titkejjel l-effikaċja tal-miżuri u li, anke jekk l-impatt tal-politika jirriżulta li jkun pożittiv, huwa diffiċli ħafna li jitkejjel minħabba n-nuqqas ta' objettivi speċifiċi, strateġija ċara u indikaturi xierqa;
338. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tispeċifika l-objettivi tal-politika, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha l-bżonn ta' konsistenza bejn l-ambizzjonijiet iddikjarati u l-baġit impenjat, u biex tesprimi dawn l-objettivi b'mod SMART, kif ukoll biex tiddefinixxi u timmoniterja indikaturi xierqa ta' prestazzjoni;
339. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli t-titjib għall-proċedura ta' għażla, b'mod partikolari billi żżomm ir-rekwiżit li fil-proposti tiġi inkluża informazzjoni dwar l-impatt mistenni tal-miżuri kkonċernati u l-mod li bih se jitkejjel l-impatt;
340. Jistieden lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għat-titjib tal-proċedura tal-għażla billi jivverifikaw ir-rilevanza tal-proposti u billi jżidu s-selettività; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-għajnuniet u l-miżuri ta' promozzjoni nazzjonali tagħhom;
341. Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-proċeduri tal-akkwist pubbliku użati minnhom meta jagħżlu l-korpi implimentattivi u, b'mod partikolari, biex jevitaw skadenzi qosra wisq, japplikaw proċeduri formali b'mod sistematiku u jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li jipproponu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-għażla;
Parti XIII
Rapport speċjali Nru 11/2009 dwar is-sostenibbiltà u l-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-proġetti tal-LIFE-Natura
342. Jinnota li s-sorveljanza u l-ġestjoni ta' LIFE-Natura hija proċess kumpless u jinvolvi diversi partijiet interessati mill-Istati Membri; madankollu, jinnota li l-ammont ta' riżorsi finanzjarji allokati jirrikjedi assigurazzjoni li l-investimenti li jsiru jkunu effiċjenti meta mqabbla mal-ispejjeż u sostenibbli;
343. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-mudell ta' selezzjoni tagħha biex tipprijoritizza proposti għal proġetti LIFE-Natura li jistgħu jipprovdu assigurazzjoni fir-rigward tal-kontinwità tar-riżultati; jissuġġerixxi wkoll lill-Kummissjoni li tikkunsidra li tissepara l-ġestjoni tal-fergħat 'Natura' u 'Ambjent';
344. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew Tematiku dwar id-Diversità Bijoloġika meta tiddefinixxi l-kriterji u l-indikaturi xierqa għall-għażla tal-proposti fir-rigward tas-sostenibbiltà tagħhom kif ukoll biex tieħu l-inizjattivi neċessarji biex ittejjeb il-monitoraġġ tal-proġetti fir-rigward tar-riżultati miksuba, u biex tiżviluppa indikaturi u kriterji xierqa għall-monitoraġġ tar-riżultati tal-proġetti;
345. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lit-tixrid ta' informazzjoni rilevanti u t-tagħlimiet meħuda, u biex tiżgura li l-benefiċjarji jkunu rikjesti li jipprovdu dettalji aktar tekniċi rigward il-metodi użati, it-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki identifikati;
346. Jistieden lill-Istati Membri, peress li huma stess huma responsabbli għall-konservazzjoni sostenibbli tan-natura, biex jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni u ma' Stati Membri oħrajn bil-ħsieb li jiġu skambjati l-aħjar prattiki għall-ġestjoni tal-proġetti LIFE-Natura;
347. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi skema ta' segwitu għall-finanzjament ta' wara l-LIFE biex tivvaluta l-effikaċja tal-proġetti ffinanzjati u biex tiżgura s-sostenibbiltà tal-impatt tal-finanzjament tal-UE wara l-għeluq tal-proġetti;
348. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri xierqa biex issolvi l-kwistjonijiet legali eżistenti u l-limiti tal-implimentazzjoni rigward is-segwitu fuq perjodu twil ta' żmien tal-proġetti;
Parti XIV
Rapport speċjali Nru 12/2009 dwar l-effettività tal-proġetti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni għall-Balkani tal-Punent
349. Jinnota b'sodisfazzjon li, għall-kuntrarju ta' programmi ta' adeżjoni preċedenti, il-Kummissjoni ppruvat tittratta riformi strutturali importanti fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern aktar qabel fil-proċess tat-tkabbir, u jikkunsidra din il-prijoritizzazzjoni bħala xi ħaġa pożittiva ħafna; jinsisti f'dan il-kuntest li l-Kummissjoni trid tkompli tiffoka l-għajnuna tagħha għall-Balkani tal-Punent fuq is-settur tal-ġustizzja u l-intern biex tkompli b'dawk l-isforzi;
350. Ifakkar li l-Kummissjoni tiżgura l-ġestjoni tal-proġetti fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern f'ambjent politiku u istituzzjonali diffiċli; filwaqt li jikkunsidra l-konklużjonijiet tal-Qorti li juru li l-proġetti ta' investiment kellhom aktar suċċess mill-proġetti tal-bini ta' istituzzjonijiet, jistenna mill-Kummissjoni tisħiħ sinifikanti tar-rabta bejn il-proġetti li għandhom l-għan tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u l-proġetti ta' investiment fir-reġjun ikkonċernat;
351. Jaqbel mal-Qorti li l-approprjazzjoni tal-azzjonijiet u l-proġetti lokali tirrappreżenta fattur determinanti għas-suċċess fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, u jikkunsidra wkoll li n-nuqqas ta' impenn u sjieda fil-livell lokali jdgħajjef is-sostenibbiltà tal-proġetti; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-għajnuna mogħtija tkun akkumpanjata b'rieda qawwija min-naħa tal-benefiċjarji li jħeġġu b'mod attiv ir-riformi istituzzjonali u li żżid l-involviment tal-benefiċjarji fil-proġetti;
352. Iqis bħall-Qorti li l-għajnuna tal-UE fil-Balkani tal-Punent hija ġeneralment effikaċi, iżda li jeżistu riskji reali fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-proġetti; jinnota b'sodisfazzjon li s-sostenibbiltà u s-sjieda tal-proġetti għandha titjieb fil-programm IPA minħabba kundizzjonalitajiet tal-proġetti u kofinanzjament mill-benefiċjarji; huwa tal-opinjoni li pjanijiet ta' manutenzjoni jżidu aktar id-durabbiltà tal-proġetti u jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li ddaħħalhom bħala prerekwiżit biex jinkiseb appoġġ finanzjarju mill-UE;
353. Jistenna li l-Kummissjoni tiżgura b'mod skrupoluż li l-interventi relatati mal-infrastruttura fil-qasam tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri issa jkunu mfassla u implimentati b'tali mod li jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni reġjonali;
354. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura kooperazzjoni aħjar bejn id-diversi donaturi fil-post u koordinament aktar effiċjenti tal-azzjonijiet tagħhom;
355. Iqis li l-viżibbiltà tal-UE bħala l-akbar donatur fir-reġjun teħtieġ li tittejjeb b'mod sinifikanti biex tkun taqbel mas-sehem tagħha tal-kontribuzzjonijiet; jistenna proposta mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward;
Parti XV
Rapport speċjali Nru 13/2009 dwar id-delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lill-aġenziji eżekuttivi: alternattiva ta' suċċess?
356. Jenfasizza li, f'konformità mal-prinċipji tad-delegazzjoni, ir-responsabbiltà għall-politika u s-superviżjoni tal-attivitajiet tibqa' tal-Kummissjoni;
357. Jiddispjaċih, madankollu, li skont il-verifika l-kontroll tal-Kummissjoni fuq l-attivitajiet tal-aġenziji mhux effikaċi għal kollox, u jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati indikaturi ġodda li jippermettu li jissaħħaħ il-kejl tal-prestazzjoni tal-Aġenziji mid-Direttorati Ġenerali ta’ sorveljanza kkonċernati;
358. Iqis li t-twaqqif tal-aġenziji eżekuttivi għandu jkun immotivat mhux biss minn limitazzjonijiet ta' persunal iżda primarjament mill-għan li jittejjeb is-servizz fi programmi fejn separazzjoni ċara bejn il-kompiti politiċi u dawk tal-implimentazzjoni jippermettu lill-Kummissjoni li tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq kwistjonijiet strateġiċi;
359. Jappoġġa l-ħsieb tal-Kummissjoni li ma twaqqafx aġenziji eżekuttivi oħrajn sakemm ma jkunx hemm kompetenzi ġodda tal-Kummissjoni sal-2013, u li minflok tagħmel użu mill-possibbiltà li jiġi estiż il-mandat ta' aġenziji eżistenti;
360. Huwa mħasseb li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-prattika tar-reklutaġġ fl-aġenziji eżekuttivi hija li jiġu rreklutati gradi aktar baxxi għal postijiet temporanji, u li l-persunal kuntrattwali jiġi rikjest li jkollu aktar snin ta' esperjenza milli hu l-każ fir-rigward ta' persunal kuntrattwali b'kompiti simili fil-Kummissjoni; iħoss li dan inaqqas l-attrazzjoni tal-impjiegi, minkejja l-offerta ta' kuntratti li jiġġeddu, b'kuntrast mal-perjodu massimu ta' tliet snin ta' kuntratt applikabbli għall-persunal kuntrattwali tal-Kummissjoni, u jwissi li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-operazzjoni ta' aġenzija partikolari;
361. Iqis li l-eżami futur ta' din il-kwistjoni jista' jinkludi valutazzjoni ta' kull impatt negattiv possibbli ta' kuntratti b'perjodu iqsar ta' żmien u ta' bidla akbar ta' persunal fuq il-ħidma tal-aġenziji;
362. Iqis li wieħed mill-benefiċċji potenzjali kbar ta' aġenzija eżekuttiva huwa r-reklutaġġ ta' persunal speċjalizzat, u jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-kriterji ta' reklutaġġ u l-kundizzjonijiet tal-persunal tal-aġenziji eżekuttivi;
363. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi komparattiva dettaljata tal-fatturi li jirregolaw id-differenzi fil-pagi, filwaqt li tqis ir-rekwiżiti differenti fir-rigward tal-ħiliet u l-kwalifiki edukattivi, fir-rigward kemm tal-persunal tal-Kummissjoni kif ukoll tal-persunal tal-aġenziji eżekuttivi;
364. Jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u:
(a) tiġbor u tuża data affidabbli dwar l-ammont ta' xogħol u l-produttività relatati mad-delegazzjoni tal-kompiti bil-ħsieb li titwettaq valutazzjoni tal-impatt, kemm qabel kif ukoll wara l-esternalizzazzjoni;
(b) tidentifika l-fatturi ta’ suċċess u l-konklużjonijiet li wasslu għal riżultati aħjar fl-aġenziji u biex tapplika t-tagħlimiet meħuda għall-programmi kollha li jkomplu jiġu ġestiti mis-servizzi tal-Kummissjoni;
(c) ittejjeb is-superviżjoni tal-aġenziji billi tistabbilixxi objettivi orjentati lejn ir-riżultati u mmirati, waqt li tuża numru ta' indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti, li għandhom ikunu l-bażi għall-objettivi tas-snin li jmiss;
Parti XVI
Rapport speċjali Nru 14/2009 bl-isem "L-għodda tal-ġestjoni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib laħqu l-objettivi prinċipali tagħhom?"
365. Jistenna mill-Kummissjoni, fid-dawl tat-taqlib u d-diverġenzi qawwija fis-suq dinji, li tieħu miżuri prekawzjonarji u kompensatorji effettivi biex issaħħaħ negozji żgħar u tippromwovi s-sigurtà tal-provvista tal-ikel permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ negozji fi ħdan l-Unjoni Ewropea;
366. Jinnota li l-Qorti hija partikolarment imħassba dwar il-konsegwenzi f’żoni muntanjużi u żoni inqas vantaġġjati; jenfasizza li dan it-tħassib huwa kondiviż mill-Parlament, peress li l-farms effiċjenti huma parti integrali tal-iżvilupp f’bosta żoni rurali; jikkunsidra li l-farms għandhom impatt konsiderevoli fuq l-iżvilupp, l-istabbiltà u l-konservazzjoni tal-kampanja f’żoni rurali;
367. Ma jaqbilx li s-suq tal-ħalib tal-UE għandu jiffoka primarjament fuq is-suq intern u m'għandhomx jipprova jkun kompetittiv fis-suq dinji; jenfasizza li l-kompetizzjoni globali hija realtà li l-UE trid taffaċċja, u huwa tal-fehma li meta s-suq dinji jiġi liberalizzat aktar, il-bdiewa tal-ħalib fl-UE għandhom ikunu jistgħu jlaħħqu; barra minn hekk, huwa tal-opinjoni li, fuq perjodu twil ta' żmien, il-kompetittività fir-rigward tas-suq dinji se tkun mod kif tiżdied il-prosperità fost il-bdiewa, u jenfasizza li jekk wieħed ma jippruvax ikun parti minn dan kollu, dan se jwassal għal użu ta' min jikkundannah tal-fondi komuni u, fuq perjodu twil ta' żmien, se jfisser tnaqqis fil-qligħ tal-bdiewa tal-ħalib Ewropej;
368. Jaqbel mal-Qorti li hemm bżonn ta' superviżjoni kontinwa tal-iżvilupp tas-suq tal-ħalib, u għaldaqstant jirrakkomanda lill-Kummissjoni li għandha tkompli l-ħidma tajba li diġà saret;
369. Ifakkar, barra minn hekk, li d-diversi objettivi tal-PAK huma kontradittorji, u jqis li issa aktar minn qatt qabel huwa neċessarju li jsir dibattitu dettaljat u eżawrjenti dwar l-iskop tal-PAK.
Part XVII
Rapport speċjali Nru 16/2009 dwar il-ġestjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni lit-Turkija
370. Jilqa’ l-evalwazzjoni tajba tal-Qorti dwar l-amministrazzjoni mill-Kummissjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni lit-Turkija;
371. Huwa xxukjat bil-konklużjonijiet tar-rapport speċjali, li fih il-Qorti tal-Awdituri tikkritika l-fatt li l-Kummissjoni ma żguratx li jkun hemm sistema effikaċi għall-valutazzjoni tal-proġetti individwali fil-perjodu 2002-2008 u li għaldaqstant mhuwiex faċli li wieħed jivvaluta kif ġew ġestiti l-fondi, inkluż jekk intlaħaqx valur tajjeb għall-infiq;
372. Iqis li huwa inkwetanti li l-ippjanar strateġiku għall-2002-2004 kif ukoll il-236 “prijoritajiet” tal-isħubija tal-adeżjoni tal-2006 ma inkludewx kull klassifikazzjoni fir-rigward tal-importanza jew kull konsiderazzjoni tal-livell/miżuri meħtieġa dwar il-progress lejn l-adeżjoni; jikkritika n-nuqqas ovvju tal-użu effiċjenti tal-assistenza finanzjarja Ewropea; huwa ddiżappuntat li bejn l-2006 u l-2008, il-prijoritajiet li kienu mmarkati bħala “żmien qasir’ ma kisbu l-ebda progress sinifikanti;
373. Jenfasizza s-sejħa tal-Qorti għal metodoloġija robusta li biha tiddetermina l-għanijiet strateġiċi li għalihom l-għajnuna finanzjarja tal-UE hija l-aktar meħtieġa; jikkunsidra li l-miżuri mfassla biex jinkiseb kull għan strateġiku jeħtieġ li jkunu definiti b’mod ċar; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-diversi proposti tal-proġett jinkludu għanijiet speċifiċi, kwantifikabbli, realistiċi u rilevanti b’tali mod li l-kontribut tagħhom jikseb b’mod ċar l-għanijiet strateġiċi;
374. Jikkritika l-fatt li l-fondi tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni ġew allokati lit-Turkija minkejja l-fatt li kien hemm indikaturi nieqsa u li l-progress lejn il-kisba tal-kriterji tal-adeżjoni ma setgħux jitkejlu; għalhekk, jitlob biex il-fondi jiġu kkonċentrati fuq proġetti li huma rilevanti għall-adeżjoni, li jistgħu jitkejlu u kapaċi li jiġu implimentati;
375. Jindika li, minkejja l-Kummissjoni introduċiet miżuri mmirati biex jindirizzaw bosta mid-dgħufijiet fis-Sistema tal-Implimentazzjoni Deċentralizzata, b’mod partikolari mill-introduzzjoni tal-Istrument tal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni l-ġdid (IPA 2007-2013), il-Kummissjoni għadha trid tindirizza l-bqija tad-dgħufijiet fil-ġestjoni tal-ipprogrammar u l-prestazzjoni ġenerali, kif irrakkomandata mill-Qorti; jistenna wkoll li l-Kummissjoni tagħmel konxji l-awtoritajiet tat-Turkija minn dan il-fatt sabiex jitfasslu l-proposti tal-proġett li jippermettu l-għanijiet strateġiċi marbuta mal-finanzjament tal-Unjoni Ewropea biex jinkisbu fi ħdan perjodu ta’ żmien realistiku; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tieħu inizjattivi ġodda sabiex ittejjeb it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti mill-istituzzjonijiet tas-Sistema tal-Implimentazzjoni Deċentralizzata (miżuri bħall-evalwazzjonijiet tal-ħtiġijiet obbligatorji u l-programmazzjoni aħjar tal-arranġamenti kuntrattanti);
376. Minħabba n-nuqqas ta’ ħila fil-kejl tal-progress lejn l-għanijiet tal-adeżjoni, jikkunsidra t-titjib tar-riżorsi għat-Turkija fil-perjodu tal-2007-2013 bħala mhux adegwat u jikkunsidra kontinwazzjoni għal sena sħiħa tal-livell finanzjarju tal-assistenza tal-adeżjoni mill-2006 bħala adegwat sa tali żmien peress li l-prijoritajiet miżurabbli huma definiti b’mod mhux ambigwu u implimentati fir-regolamenti rispettivi;
377. Ifakkar l-importanza ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-intier tal-programm għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni lit-Turkija;
378. Jitlob lill-Kummissjoni biex temenda l-għanijiet tal-Istrument tal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, li għandu jkun aċċessibbli mhux biss bis-saħħa tal-isħubija tal-UE iżda wkoll bis-saħħa ta’ relazzjoni intensifikata mal-UE, pereżempju permezz tal-istrumenti speċjali tal-viċinat jew forom speċjali ta’ sħubija, fil-każ li r-riformi politiċi mhux adegwati u l-implimentazzjoni mhux tajba tal-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni mill-kandidat għall-adeżjoni jirrikjedu tali azzjoni;
379.
13.1.2010
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
(SEC(2009)1089 – C7-0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Rapporteur għal opinjoni: Juan Fernando López Aguilar
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota tnaqqis relattiv fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji tal-baġit għall-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja fl-2008 meta mqabbel mal-2007 (87.51% fl-2008 meta mqabbel mad-90.29% fl-2007); jinnota li EUR 75 000 000 ġew trasferiti għall-2009, iżda josserva li, skont l-informazzjoni mgħoddija mis-servizzi tal-Kummissjoni, dan l-ammont kien impenjat qabel il-31 ta' Marzu 2009; jinnota li l-livell ta’ implimentazzjoni tal-ħlasijiet żdied meta mqabbel mal-2007 (80.88% fl-2008 meta mqabbel ma’ 60.41% fl-2007); jistieden lid-Direttorat Ġenerali għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja biex ikompli jkabbar kemm jista' l-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji u l-ħlasijiet fl-2009;
2. Jiddispjaċih li, fi ħdan il-qafas tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, l-ewwel ħlasijiet ta' prefinanzjament lill-Istati Membri ma setgħux isiru mill-Kummissjoni sal-aħħar xhur tal-2008, minħabba li n-normi ta' implimentazzjoni ġew adottati biss fil-5 ta' Marzu 2008 u minħabba li xi Stati Membri kienu ressqu l-verżjonijiet inizjali tad-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (MCS) kif ukoll id-dokumenti ta' programmar, b'dewmien sostanzjali jew bi kwalità insuffiċjenti;
3. Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji għandha tiġi bbażata aktar fuq il-valutazzjoni tal-kumitat rilevanti dwar il-prestazzjoni tal-Aġenzija matul is-sena;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
11.1.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Claude Moraes, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Renate Weber |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Nadja Hirsch, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Raül Romeva i Rueda, Cecilia Wikström |
|||||
28.1.2010
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi
(SEC(2009)1089 – C7-0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Rapporteur għal opinjoni: Edit Bauer
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
- wara li kkunsidra l-Istudju dwar il-fattibbiltà u l-għażliet għall-introduzzjoni ta' elementi ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru fil-proċess baġitarju tal-UE[86]
A. billi għad hemm nuqqas ta' ugwaljanzadisparitajiet bejn l-irġiel u n-nisa, u billi linji baġitarji speċifiċi relatati mal-ġeneru huma inevitabbli biex jinqerdu l-inugwaljanzi mhux ġustifikati bejn iż-żewġ sessi,
B. billi l-possibbiltà li jkun hemm distinzjoni ċara għall-infiq relatat mal-ġeneru tgħin biex tkun promossa iktar l-ugwaljanza bejn is-sessi,
1. Ifakkar lill-Kummissjoni li skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandha tiġi rispettata fl-attivitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant għandha tidher ukoll fil-kwittanza baġitarja tal-Unjoni Ewropea;
2. Jiddispjaċih li l-ibbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru għadu ma ġiex implimentat; itenni għalhekk it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex din tieħu iktar passi biex jiġi żgurat li l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri ssir realtà fl-ippjanar baġitarju;
3. Jilqa' l-istudju dwar il-fattibbiltà tal-ibbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru, imħejji mill-Kummissjoni, u jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati fil-proċess baġitarju tal-Unjoni Ewropea biex iqisu dan l-istudju meta jkunu qed iħejju, jimplimentaw jew jivverifikaw il-baġit;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel iktar sforzi għall-iżvilupp ta' data speċifika dwar il-ġeneri li tista' tiġi inkluża fir-rapporti dwar il-kwittanza baġitarja peress li l-ammont limitat ferm ta' data li kien hemm s'issa ma pprovdiex ħarsa ġenerali adegwata tas-sitwazzjoni;
5. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tiddedika parti separata fir-rapporti ta' kwittanza tagħha lill-aspetti relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi;
6. Jilqa' l-fatt li l-mekkaniżmu ta' finanzjament għall-perjodu 2007-2013 ġew semplifikati iżda jiddispjaċih li, minkejja dan it-titjib, fl-2008 kien hemm ammont kbir ta' żbalji fir-rimborsi lill-proġetti ta' Koeżjoni, li jagħmlu parti minnhom il-Fond Soċjali Ewropew u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-mekkaniżmi ta' finanzjament ikunu iktar effettivi.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
25.1.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Emine Bozkurt, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Jolanta Emilia Hibner, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Astrid Lulling, Barbara Matera, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Nicole Kiil-Nielsen, Christa Klaß, Katarína Neveďalová, Chrysoula Paliadeli, Antigoni Papadopoulou |
|||||
29.1.2010
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi
(SEC(2009)1089 - C7-0172/2009 - 2009/2068(DEC))
Rapporteur: Wim van de Camp
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jiddispjaċih minħabba l-fatt li r-Rapporti tal-Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali u tas-Servizzi tal-Kummissjoni huma disponibbli fuq l-Internet f’lingwa waħda biss; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tar-rapporti tas-sena d-dieħla;
2. Jinnota li f'ħafna sitwazzjonijiet, l-iżbalji li jsiru fl-implimentazzjoni tal-baġit huma riżultat ta' regoli u proċeduri dwar l-infiq li huma komplessi żżejjed; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħmel sforzi ulterjuri sabiex tissimplifika l-qafas legali, speċjalment biex issolvi l-problemi li għad baqa' f’ċerti sistemi ta’ kontroll;
3. Jiddeplora l-fatt li l-frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi mwettqa mill-Istati Membri fuq l-importazzjonijiet għadha baxxa ħafna, minkejja r-rakkomandazzjonijiet frekwenti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-fatt li d-dazji jirrappreżentaw ammont konsiderevoli tad-dħul totali għall-baġit 2008; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex titlob lill-Istati Membri sabiex isibu bilanċ xieraq bejn il-kontrolli fiżiċi waqt l-importazzjoni u l-verifiki ta’ wara l-iżdoganar tal-operaturi;
4. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib li sar sabiex tinkiseb rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 92% għall-krediti ta’ ħlas għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern (linja baġitarja 12 02 01); jinnota r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 48% għall-Programm SOLVIT (linja baġitarja 12 02 02) li hija dovuta għall-użu ta’ krediti ta’ ħlas fl-ewwel sena biss mill-ħolqien ta’ din il-linja baġitarja; japprezza, għaldaqstant, il-fatt li r-rata ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tal-krediti ta’ impenn laħqet 97%;
5. Jirrikonoxxi l-fatt li rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 97% għal krediti ta’ ħlas fil-qasam tal-politika doganali (linji baġitarji 14 04 01 u 14 04 02) tikkostitwixxi titjib konsiderevoli meta mqabbla mas-sena preċedenti minħabba metodu ta’ kalkulazzjoni aħjar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli fuq din il-linja;
6. Japprezza l-isforzi mwettqa biex tinkiseb rata ta’ eżekuzzjoni ta' 97% għall-krediti ta’ ħlas għall-programm tal-konsumatur (linji baġitarji 17 02 01 u 17 02 02).
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.1.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Alan Kelly, Kurt Lechner, Hans-Peter Mayer, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Cornelis de Jong, Frank Engel, Liem Hoang Ngoc, Jacek Olgierd Kurski, Antonyia Parvanova, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Marc Tarabella, Rafał Trzaskowski, Wim van de Camp |
|||||
23.2.2010
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi
(SEC(2009)1089 – C7-0172/2009 – 2009/2068(DEC))
Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li fil-baġit tal-2008, kif kien finalment adottat u mbagħad emendat matul dik is-sena, kien hemm previst, speċifikament għall-politiki li jaqgħu fil-kamp ta’ attività tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, total ta' EUR 2 516 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 1 703 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti:
– EUR 969 425 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 892 308 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T),
– EUR 13 600 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 10 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sikurezza tat-trasport,
– EUR 39 080 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 37 958 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għall-programm Marco Polo,
– EUR 96 160 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u EUR 98 000 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għall-aġenziji tat-trasport u għall-Awtorità ta' Viġilanza Ewropea Galileo,
– EUR 468 472 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u EUR 345 402 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għat-trasport, inkluż qasam ta’ prijorità ddedikat għall-mobbiltà urbana sostenibbli, fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp,
– EUR 5 350 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u għall-ħlasijiet għas-sigurtà tat-trasport, inkluża l-azzjoni preparatorja li għandha l-għan li tinkoraġġixxi t-traffiku transkonfinali fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri fil-Grigal tal-Unjoni Ewropea,
– EUR 2 500 000 kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u EUR 1 500 000 f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għat-turiżmu;
2. Jieħu nota tal-fatt li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, il-Qorti tal-Awdituri għażlet li tiffoka fuq il-politiki tar-riċerka u tal-enerġija aktar milli fuq il-politika tat-trasport;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rati kontinwament għoljin tal-użu tal-approprjazzjonijiet kemm għall-impenji kif ukoll għall-ħlasijiet li jikkaratterizzaw il-proġetti tat-TEN-T, li jilħqu kważi l-100%, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw finanzjament xieraq, mill-baġits nazzjonali, biex jikkomplementaw dan l-impenn Komunitarju; ifakkar li l-Parlament appoġġja livell ta’ finanzjament Komunitarju ogħla; jinnota li r-reviżjoni tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T fl-2010 se tkun l-okkazzjoni biex issir evalwazzjoni dwar jekk dan l-infiq kienx suffiċjenti u effettiv;
4. Jinsab imħasseb minħabba l-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, ir-rata tal-użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet allokati għas-sikurezza tat-trasport kienet waħda baxxa (79%); jnnota li r-rata tal-użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet allokati għall-programm Marco Polo II kienet partikolarment baxxa (40%) u li r-rata tal-użu tal-ħlasijiet għall-ottimizzazzjoni tas-sistemi tat-trasport kienet ta’ 67% biss; ifakkar li, f’kull każ, l-ammont li hemm fil-baġit għas-sena 2008 kien dak li ġie propost fl-abbozz preliminari tal-baġit tal-Kummissjoni (PDB);
5. Jiddeplora r-rata ta’ użu eċċezzjonalment baxxa tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għad-drittijiet tal-passiġġieri (27%); jieħu nota tal-fatt li l-ħlasijiet li saru jirrappreżentaw 55% biss tal-ammont propost mill-Kummissjoni fl-abbozz preliminari tal-baġit tagħha; jenfasizza li l-investiment fl-informazzjoni inter alia lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom huwa importanti ħafna għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli;
6. Jenfasizza l-insuffiċjenza tar-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-programm GALILEO (50%), minħabba l-importanza ta’ dan il-programm għas-setturi tal-loġistika u tat-trasport sostenibbli;
7. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar in-nuqqas ta’ użu ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kif ukoll dwar il-miżuri li se tipprevedi biex jiġi żgurat li l-problema ma terġax tirrepeti ruħha;
8. Jieħu nota tal-fatt li t-testijiet tat-tranżazzjonijiet permezz tat-teħid ta’ kampjuni juru rata ta’ żball li wisq probabbli hija ta’ bejn 2 u 5%; jistieden lill-Kummissjoni biex tirdoppja l-isforzi sabiex din ir-rata tkun ta' inqas minn 2%;
9. Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri qieset li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jinsab imħasseb dwar id-dewmien fir-rigward tar-reklutaġġ u jilqa’ b’sodisfazzjon l-objettiv tal-Aġenzija li timla l-karigi battala attwali;
10. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' data dwar l-azzjonijiet fil-qasam tat-turiżmu u jilqa' l-qafas legali u ekonomiku ġdid previst mit-Trattat ta' Lisbona li jippermetti l-iżvilupp ta' azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni Ewropea (turiżmu soċjali u kulturali, destinazzjonijiet ta' eċċellenza, eċċ) f’dan is-settur appoġġjat f’qafas baġitarju multiannwali;
11. Jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill, kull sena, deskrizzjoni aktar dettaljata tan-nefqa għal kull linja baġitarja mqabbla mal-kummenti/rimarki magħmula fir-rigward tal-linja;
12. Jipproponi, f'dak li jirrigwarda s-setturi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, wara li sema' l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ użu tal-approprjazzjonijiet, li l-Parlament jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
23.2.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 3 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Alvarez, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Ville Itälä, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Vilja Savisaar, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, Philip Bradbourn, Tanja Fajon, Michael Gahler, Anne E. Jensen, Petra Kammerevert, Dominique Riquet, Janusz Władysław Zemke |
|||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Charalampos Angourakis |
|||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
23.3.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 4 1 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christofer Fjellner, Monika Hohlmeier, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Markus Pieper, Derek Vaughan |
|||||
- [1] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [2] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [3] ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
- [4] ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
- [5] ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
- [6] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [7] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [8] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [9] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [10] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 65.
- [11] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [12] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [13] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [14] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [15] ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.
- [16] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [17] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [18] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 77.
- [19] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [20] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [21] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [22] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [23] ĠU L 5, 09.1.2004, p. 85.
- [24] ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.
- [25] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [26] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [27] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 83.
- [28] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [29] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [30] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [31] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [32] ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
- [33] ĠU L 173. 3.7.2008, p. 27.
- [34] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [35] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [36] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 71.
- [37] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [38] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [39] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [40] ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
- [41] ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.
- [42] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [43] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [44] ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
- [45] ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
- [46] ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
- [47] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [48] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [49] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [50] ĠU L 71, 14.3.2008.
- [51] ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
- [52] ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
- [53] ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
- [54] ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
- [55] ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
- [56] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [57] ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
- [58] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
- [59] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
- [60] ĠU L 88, 31.3.2009, p. 25.
- [61] ĠU L 255, 26.9.2009, p. 36.
- [62] http://eca.europa.eu/portal/pls/portal/docs/1/2410290.PDF.
- [63] ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 201.
- [64] ĠU L 135, 31.5.1999, p. 1.
- [65] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1341/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 12).
- [66] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 284/2009 tas-7 ta’ April 2009 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 10).
- [67] Ir-Regolament (KE) Nru 396/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta’ spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 1).
- [68] Ir-Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 3).
- [69] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/2009 tal-1 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 250, 23.9.2009, p. 1).
- [70] ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.
- [71] ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.
- [72] Testi adottati, P7-TA(2009)0055.
- [73] Study to assess the feasibility and options for the introduction of elements of gender budgeting into the EU budgetary process European Commission (kuntratt speċifiku DĠ Budget ABAC 132007, taħt il-kuntratt ta' qafas BUDG 06/PO/01/Lot 002/ABAC-101922 Rapport Finali Mejju 2008 A).
- [74] Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-aspetti istituzzjonali tat-twaqqif tas-Servizz Ewropew għal-Azzjoni Esterna (Test adottati, P7_TA(2009)0057).
- [75] Rapport Speċjali Nru. 15/2009 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar 'Assistenza tal-UE implimentata permezz ta' organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti: it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ'.
- [76] Mekkaniżmu “Palestinjan-Ewropew ta’ Ġestjoni u ta’ Għajnuna Soċjoekonomika”.
- [77] Mekkaniżmu Internazzjonali Temporanju.
- [78] Ir-Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 62).
- [79] EUR 530 miljun minn EUR 837 miljun kienu jikkonċernaw proġetti ta' ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.
- [80] Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 191, 15.7.1986, p. 23)
- [81] http://ec.europa.eu/europeaid/how/evaluation/evaluation_reports/2008/1259_docs_en.htm
- [82] Rapport Finali tal-grupp ta' esperti dwar il-futur tan-netwerks ta' eċċellenza (Settembru 2008 – "ER"), p. 21.
- [83] SEC(2006)0866 – C6-0231/2006 – 2006/0900(CNS)
- [84] ER, p. 26.
- [85] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni u Aġenziji Esekuttivi (ĠU L 255, 26.9.2009, p. 36).
- [86] Kuntratt speċifiku tad-DĠ Baġit tal-Kummissjoni Ewropea ABAC 132007, Taħt il-Kuntratt ta' Qafas BUDG 06/PO/01/Lot 002/ABAC-101922 Rapport Finali Mejju 2008 A