RAPPORT dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008
26.3.2010 - (C7‑0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Véronique Mathieu
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008
(C7‑0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd[3], u b’mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2010),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008
(C7‑0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[5],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd[7], u b’mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2010),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008
(C7‑0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd[11], u b’mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2010),
A. billi l-Qorti tal-Awdituri tistqarr li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,
B. billi fit-23 ta’ April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007[13] u li, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza, innota, inter alia:
- l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija ma stabbilietx proċeduri xierqa sabiex tiddetermina l-fondi li għandhom jiġu trasferiti, wasslet biex tal-anqas EUR 125 000 jiġu ttrasferiti għas-sena ta' wara mingħajr impenji legali,
- li skont il-Qorti tal-Awdituri l-Aġenzija kienet għadha ma ddokumentatx biżżejjed il-proċeduri għall-kontroll intern tagħha;
Rendiment
1. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija ma elaboratx programm ta' ħidma pluriennali; jenfasizza għalhekk l-importanza tal-iżvilupp ta' dan id-dokument sabiex l-Aġenzija tkun tista' torganizza b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħha u r-realizzazzjoni tal-għanijiet tagħha; jifraħ madankollu lill-Aġenzija għad-deċiżjoni tagħha li tiżviluppa dan id-dokument skont l-istrateġija fuq perjodu ta' żmien medju tal-Bord Amministrattiv tagħha;
2. Jistieden, barra minn hekk, lill-Aġenzija biex tqis l-introduzzjoni tad-dijagramma ta' Gantt fil-programmazzjoni ta' kull attività operattiva tagħha, sabiex tindika b’mod konċiż l-ammont ta’ żmien li jkun ħa kull membru tal-persunal fuq proġett u tħeġġeġ approċċ orjentat lejn il-kisba tar-riżultati;
3. Jitlob lill-Aġenzija biex tistabbilixxi, fit-tabella li għandha tehmeż mar-rapport li jmiss lill-Qorti tal-Awdituri, tqabbil bejn dak li wettqet matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dak li wettqet matul is-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
4. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-Aġenzija tindirizza n-nuqqasijiet fl-ippjanar tal-attivitajiet tagħha sabiex, fil-futur, il-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-istabbiliment tal-baġit ikunu stretti biżżejjed u jevitaw kull bżonn ta' żieda u/jew tnaqqis fl-approprjazzjonijiet fil-linji baġitarji tagħha; jenfasizza, barra minn hekk, li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni; jinnota wkoll li, kuntrarju għar-regoli fis-seħħ, il-Bord Amministrattiv ma kienx mitlub jawtorizza t-trasferimenti u lanqas ma kien infurmat dwarhom; ħa nota, madankollu, li l-Aġenzija ħadet l-impenn li ttejjeb l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit u konsegwentement li tnaqqas l-għadd ta' emendi għall-baġit;
5. Jinnota, ukoll, it-tweġiba tal-Aġenzija li tenfasizza li l-2008 kienet sena partikolarment diffiċli f'termini ta' ppjanar tal-baġit, minħabba r-rilokazzjoni għas-sede definittiva tal-aġenzija;
6. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li, kuntrarju għar-Regolament Finanzjarju, ċerti impenji legali (ammont total ta' 1 400 000 EUR) ittieħdu qabel saru l-impenji korrispondenti tal-baġit;
Verifika interna
7. Jirrikonoxxi li s-Servizz ta' Verifika Interna (IAS) identifika 15-il rakkomandazzjoni għall-Aġenzija, li disgħa minnhom kienu meqjusa bħala "importanti ħafna" u jirrelataw għall-ħtieġa tal-iżvilupp ta' sett ta' indikaturi li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija, l-organizzazzjoni interna u l-istruttura proċedurali ta' appoġġ għall-garanzija ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi umani (fir-rigward tat-tisħiħ tal-proċeduri ta' reklutaġġ u sistemi ta' dokumentazzjoni) u l-ħtieġa għall-proċeduri interni biex jitnaqqas id-dewmien fil-ħlasijiet tal-Aġenzija;
Riżorsi umani
8. Josserva li, fl-2008, ir-ritmu tar-reklutaġġ kien aktar mgħaġġel milli kien oriġinarjament ippjanat u li l-ammont ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ħlas tal-pagi kienu ssottovalutati b'iktar minn 35% (madwar 1 300 000 EUR); jitlob, għalhekk lill-Aġenzija li ttejjeb il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;
oo o
9. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010 dwar ir-rendiment[14], il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
23.3.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan |
|||||
- [1] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 1.
- [2] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [3] ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
- [4] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [5] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 1.
- [6] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [7] ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
- [8] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [9] ĠU C 304, 15.12.2009, p. 1.
- [10] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [11] ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
- [12] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
- [13] ĠU L 255, 26.9.2009, p. 202.
- [14] Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...