REPORT dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

19.4.2010 - (COM(2008)0040 – C6‑0052/2008 – 2008/0028(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Renate Sommer


Proċedura : 2008/0028(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0109/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

(COM(2008)0040 – C6‑0052/2008 – 2008/0028(COD))

(Proċedura ta’ leġiżlazzjoni ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0040),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta lill-Parlament (C6-0052/2008),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jisimha “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7‑0109/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif jingħad aktar ’l isfel;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu ħalli jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment ħieles ta’ ikel sigur u tajjeb għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Il-moviment ħieles ta’ ikel sigur għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. Dan ir-regolament se jaqdi kemm l-interessi tas-suq intern, billi jissimplifika l-liġi, jiżgura ċertezza legali u jnaqqas il-burokrazija tal-leġiżlazzjoni, kif ukoll jibbenefika liċ-ċittadin, billi jirrikjedi li jkun hemm tikketta tal-prodotti tal-ikel li tkun ċara, tinftiehem u tinqara.

Ġustifikazzjoni

M’hemmx definizzjoni ta’ ikel “tajjeb għas-saħħa”; “tajjeb għas-saħħa” huwa diġà espress permezz tat-terminu “sikur”, peress li dan jiddeskrivi n-nuqqas ta' ingredjenti li jmarrdu kif ukoll in-nuqqas ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara mil-lat iġjeniku. Huwa importanti li wieħed jiddistingwi li r-regolament għandu l-għan kemm li jipproteġi lill-konsumatur aħjar kif ukoll li jarmonizza s-suq intern.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(3) Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar l-ikel li jikkonsmaw. L-għażliet tal-konsumaturi jistgħu jiġu influwenzati, inter alia, permezz ta' konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

(3) Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar l-ikel li jikkonsmaw. Id-deċiżjonijiet dwar l-akkwisti jistgħu jiġu influwenzati, inter alia, permezz ta' konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-Proposta tittratta prinċipalment id-deċiżjonijiet għall-akkwisti; id-deċiżjoni tal-akkwisti hija fl-istess ħin deċiżjoni li jkun ikkunsmat prodott.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettjar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex ikun hemm konformità aktar faċli u ċarezza akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

(9) Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettjar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex ikun hemm applikazzjoni aktar faċli u ċertezza legali akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huwa għodda importanti biex jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata. (11)

(10) Hemm interess fost il-pubbliku inġenerali fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni mezz wieħed kif jingħata tagħrif lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ informazzjoni huma mekkaniżmu importanti biex il-konsumatur jifhem aħjar it-tagħrif dwar l-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata. (11) Barra minn hekk, tagħmel sens u hu xieraq li l-konsumaturi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sors ta’ informazzjoni newtrali sabiex jiċċaraw il-mistoqsijiet tagħhom dwar in-nutrizzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu hotlines xierqa li jistgħu jkunu ffinanzjati parzjalment mill-industrija tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Titjib tad-dieta u tal-fehim tal-konsumatur fir-rigward tan-nutrizzjoni tal-ikel ma jistax jintlaħaq bit-tikkettar biss. Anke issa, hemm xi tagħrif ta’ fuq it-tikketti li ma jinftihemx mill-konsumaturi, u huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu involuti aktar f’kampanji ta’ informazzjoni mfassla biex itejbu l-fehim tal-konsumatur.

Jeħtieġ li joħroġ ċar li l-Istati Membri huma responsabbli għall-finanzjament ta' programmi li jinfurmaw u jedukaw sabiex b'hekk jitnaqqas il-fluss ta' fondi mill-baġit tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta ma’ l-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

(14) Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta ma’ l-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa ta’ l-informazzjoni u edukazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbiegħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament.

(15) Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħat-twassil okkażjonali ta’ ikel lil partijiet terzi, is-servizz tal-ikliet u l-bejgħ ta’ ikel minn persuni privati, ngħidu aħna waqt avvenimenti għall-karità jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, kif ukoll il-bejgħ ta’ ikel permezz ta’ forom differenti ta’ marketing dirett mill-bdiewa, mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat piż żejjed, b’mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni ta' l-ikel u fil-bejgħ ta' l-ikel bl-imnut, li jinkludu wkoll fornituri ta' servizzi ta’ catering tal-massa, il-prodotti li ma jiġux ippakkjati bil-lest għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti tat-tikkettjar.

Ġustifikazzjoni

Dak li huwa importanti hawnhekk mhuwiex it-trattament tal-ikel iżda l-kunsinna tiegħu lil partijiet terzi; id-duplikazzjoni għandha tiġi evitata. Il-bdiewa li n-negozji tagħhom huma involuti f'kummerċjalizzazzjoni diretta (bejgħ mill-farm, fis-swieq, fit-toroq jew dar b'dar) ikunu mgħobbija żżejjed jekk jiġu rikjesti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Jekk din hija sors ta' dħul importanti għall-bdiewa, il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-ikel mill-bdiewa għandha bħala prinċipju ġenerali tiġi eskluża mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Negozji fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u fil-kummerċ tal-ikel bl-imnut, fosthom il-fornituri ta' servizzi ta’ catering tal-massa, jipproduċu prodotti mhux ippakkjati minn qabel biex jitwasslu direttament lill-konsumatur. M'hemm l-ebda proċedura standard: l-ingredjenti jinbidlu ta’ kuljum. Ta’ min iżomm ukoll f’moħħu li s-settur tal-produzzjoni tradizzjonali tal-ikel huwa partikolarment responsabbli biex jinżammu l-ispeċjalitajiet reġjonali, għall-kreattività u għall-innovazzjoni u b’hekk tiġi żgurata d-diversità tal-prodotti disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn il-prodotti jiġu esklużi mir-rekwiżit obbligatorju tan-nutrizzjoni..

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Is-servizzi ta’ catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m’għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

F’rotot li jibdew jew jispiċċaw barra mill-UE, l-impriżi tat-trasport jistgħu ma jsibux fornituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti. Jekk l-impriżi li jservu dawn ir-rotot ikollhom jaqgħu taħt dan ir-Regolament, dan ipoġġi lill-impriżi stabbiliti fl-UE fi żvantaġġ kompetittiv, għax huma biss ikunu obbligati jikkonformaw mar-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprovdi flessibbiltà biżżejjed sabiex tkun tista’ tibqa’ aġġornata mar-rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni mill-konsumaturi u sabiex ikun assigurat bilanċ bejn il-ħarsien tas-suq intern u bejn id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi fl-Istati Membri.

(16) Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun imsejsa fuq ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni mill-konsumaturi u sabiex ikun assigurat li l-innovazzjoni fl-industrija tal-ikel ma tkunx maħnuqa. Il-possibilità li l-operaturi fin-negozju tal-ikel jagħtu informazzjoni addizzjonali volontarja tippermetti flessibilità addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur jibbenefika mill-innovazzjoni. Flessibilità adegwata f’konformità mal-liġi l-ġdida tista’ tinżamm biss jekk l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel ikollhom l-għażla li jissodisfaw ix-xewqat ġodda tal-konsumaturi billi jagħtuhom informazzjoni volontarja addizzjonali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-konsiderazzjoni ewlenija biex tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw u jagħmlu użu kif imiss ta’ l-ikel u biex jagħmlu għażliet li jaqblu mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali.

(17) L-iskop li tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hu biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konxji dwar ix-xiri li jaqblu max-xewqat u mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippreċiża u tkompli tiċċara l-premessa.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex il-liġi ta’ informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi, kull konsiderazzjoni dwar il-bżonn ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tqis l-interess wiesa' muri mill-maġġoranza tal-konsumaturi fil-kxif ta' ċerta informazzjoni.

(18) Sabiex il-liġi ta’ informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi u sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ħela fl-ippakkjar, l-ittikkettjar obbligatorju fuq l-ikel għandu jinżamm biss għal finijiet ta' informazzjoni li huwa ta’ interess kbir għall-maġġoranza tal-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Ma tantx ikun utli li wieħed jimla t-tikketta tal-pakkett b’ħafna informazzjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u sostenibbiltà.

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jew il-forom ġodda tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità, trasparenza u sostenibbiltà.

Ġustifikazzjoni

Anke l-introduzzjoni ta’ forom ġodda tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun konsistenti mal-prinċipji msemmija.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tista’ tiżgwida lill-konsumatur jew tattribwixxi karatteristiċi mediċinali lill-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ l-ikel.

(20) Barra r-regoli eżistenti kontra ir-reklamar qarrieqi, ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-indikazzjoni ta’ kull dettalli li jista’ jiżgwida lill-konsumatur, b'mod partikulari dwar il-kontenut ta' enerġija, l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Għandu joħroġ ċar li diġà jeżistu regoli kontra r-riklamar qarrieqi. Ir-riklamar ta’ prodott bi proprjetajiet mediċinali hu diġà rregolat mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 20 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Qed jingħad li l-użu ta’ ċerti prodotti għandu effetti li huma ta’ benefiċċju għas-saħħa. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu espressi b’mod li jiżgura li l-effetti ta’ l-użu ta' dawn il-prodotti jistgħu jitkejlu jew jiġu vverifikati.

Ġustifikazzjoni

Ċerti prodotti fis-suq (pereżempju ċ-ċereali) jaċċertaw li jekk wieħed jikolhom għal tul ta' żmien, dan se jnaqqas il-piż. Meta għal ċertu ikel, isiru dikjarazzjonijiet bħal dawn għall-fini ta' kummerċjalizzazzjoni, il-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqa. Normalment il-leġiżlatur għandu jistipula li jkun hemm tabella ta’ dieta mehmuża ma’ dawn id-dikjarazzjonijiet, li fiha jiġi spjegat, f'liema kundizzjonijiet jintlaħqu dawn ir-riżultati.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex ma jiġux imkissra f'biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar l-ikel jixraq li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel f'dan il-qasam.

(21) Sabiex ma jiġux imkissra f'biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward ta’ l-informazzjoni żbaljata, qarrieqa jew nieqsa dwar l-ikel, ir-responsabbiltajiet ta’ l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel f'dan il-qasam għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar. Bla ħsara għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi tan-negozji tal-ikel responsabbli għal attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu fil-pront meta jsiru jafu li din l-informazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

 

-----

1 ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Bl-għan li tiġi stabbilita ċertezza legali għall-atturi kollha konċernati, hu essenzjali li jiġu stabbiliti b'mod ċar ir-responsabilitajiet tagħhom. L-għan ukoll hu li n-negozji ma jsirux responsabbli għall-problemi li ma jaqgħux taħt ir-responsabilità tagħhom jew li huma barra l-kontroll tagħhom. Is-sentenza tal-kawża “Lidl kontra l-Italja" tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja enfasizzat il-grad inadegwat ta’ ċertezza legali li għandhom in-negozjanti ta' l-ikelfbil-leġiżlazzjoni eżistenti.

Huwa neċessarju li jiġi ċċarat f'liema ċirkostanzi l-operaturi tan-negozji tal-ikel li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jagħtu kontribut biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Huwa importanti wkoll li jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 ma jdgħajfux l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li l-bejjiegħa bl-imnut iridu jikkonformaw magħhom.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Għandha tissawwar lista ta’ l-informazzjoni kollha obbligatorja li fil-prinċipju għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

(22) Għandha tissawwar lista ta’ l-informazzjoni kollha obbligatorja li għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) It-teknoloġija l-ġdida ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jista' jkollha rwol importanti fit-tixrid ta' l-informazzjoni supplimentari lill-konsumaturi billi din tippermetti li jsir skambju ta' informazzjoni malajr u li ma jiswiex ħafna flus. Huwa possibbli li jiġi kkontemplat li l-konsumaturi jottjenu tagħrif addizzjonali permezz tat-terminals imqegħdin fis-supermarkets. Dawk it-terminals ikunu, permezz tal-qari tal-barcode, jistgħu jagħtu tagħrif dwar il-prodott li jkun. Bl-istess mod, wieħed jista' jimmaġina li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni supplimentari permezz ta' paġna fuq l-internet.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġiji ġodda għandhom irwol importanti sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-informazzjoni pprovduta dwar dak li jixtru.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jagħtu saħħa lill-Kummissjoni li temenda l-lista ta' informazzjoni mandatorja billi jiżdiedu jew jitneħħew dettalji u biex ċerti dettalji jkunu disponibbli b'mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u immirati sew tar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 9(3).

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Meta jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti li tingħata informazzjoni dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra b’effett allerġeniku sabiex il-konsumaturi li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u siguri.

(24) Meta jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u f’ċerti każijiet xi wħud jistgħu wkoll joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati Hu importanti għalhekk li tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra li jkunu ġew ippruvati xjentifikament b’effett allerġeniku jew li jistgħu jkattru r-riskju ta' mard sabiex il-konsumaturi, b’mod partikolari dawk li jbatu minn allerġija ta’ l-ikel jew intolleranza, ikunu jistgħu jagħżlu b’mod maħsub dak l-ikel li hu sigur għalihom. Għandhom jingħataw it-traċċi wkoll sabiex dawk il-persuni neqsin mill-enerġija jkunu jistgħu jagħmlu għażla sikura. Għalhekk għandhom jitfasslu regoli komuni.

Ġustifikazzjoni

Is-sustanzi li jikkawżaw l-allerġiji u l-intolleranzi jikkawżawhom biss f'persuni li huma allerġiċi.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) It-tikketti ta’ l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-istampar b’daqs żgħir huwa wieħed mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel.

(25) It-tikketti ta’ l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet selettivi dwar ikel u dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà faċli hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-informazzjoni dwar il-prodott li ma tkunx tista’ tinqara hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għalhekk, fatturi bħal tipa, kulur u kuntrast għandhom jitqiesu flimkien.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex ikun assigurat l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-modi kollha ta’ kif għandha tingħata l-informazzjoni lill-konsumaturi, inkluż il-bejgħ ta' l-ikel permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f'każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

(26) Sabiex ikun assigurat l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jkun inkluż il-bejgħ tal-ikel permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta’ bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f'każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel għandha tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

Ġustifikazzjoni

Il-disponibilità obbligatorja tal-informazzjoni qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta' xiri hija importanti għad-deċiżjoni dwar ix-xiri. L-emenda tissimplifika t-test.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 27 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) F'konformità mar-riżoluzzjoni preċedenti tal-Parlament Ewropew, l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew*, il-ħidma tal-Kummissjoni, u t-tħassib pubbliku ġenerali dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol speċjalment għall-konsumaturi żgħażagħ u vulnerabbli, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tistabbilixxi definizzjoni ta' xarbiet bħal 'alcopops' immirata speċifikament għaż-żgħażagħ. Minħabba n-natura alkoħolika tagħhom, dawn għandu jkollhom rekwiżiti ta' tikkettar aktar stretti, u jkunu separati b'mod ċar mis-soft drinks fil-ħwienet.

 

____________________

* ĠU C 77, 31.3.2009, p. 73.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-tikkettjar ta' l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar ta' l-inbejjed, u permezz ta' hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-birra, u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tas-soft drinks u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/892, u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-konsizzjonijiet stabbiliti mill-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta' eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(28) Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar it-tikkettjar ta' l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar ta' l-inbejjed,

permezz ta' dan jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-inbid, dan l-obbligu m’għandux lanqas japplika għall-birra, inbejjed tal-likur, inbejjed ifexfxu, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott għajr l-għeneb, birra mill-frott u għall-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/892 tal-Kunsill. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

____________________

1 OJ L 179, 14.07.99, p. 1..

____________________

1ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

ĠU L […], […], p. […].

2 ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

Ġustifikazzjoni

L-inbejjed aromatizzati, li l-komponent prinċipali tagħhom hu l-inbid, u li fihom ikunu żdiedu numru limitat ta' ingredjenti naturali, ikunu diskriminati fir-rigward ta' birer u distillati, li għalihom huwa awtorizzat l-użu ta' addittivi artifiċjali. B’riżultat ta’ dan, xi prodotti għandu mnejn li jsibu ruħhom fi żvantaġġ kummerċjali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. F'każijiet oħra, il-forniment ta' l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza jitħalla f'idejn l-approvazzjoni ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta' l-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma' l-isem jew l-indirizz ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel. (30)

(29) Bla ħsara għar-regoli settorjali ġa eżistenti dwar it-tikkettar tal-oriġini, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel għandu jingħata b’mod obbligatorju kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott, inkluż fejn għandu x'jaqsam ingredjent primarju tal-prodotti proċessati. Fil-każijiet l-oħra, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta' l-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma' l-isem jew l-indirizz ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel. (30)

Ġustifikazzjoni

Xi regoli settorjali eżistenti diġà jesiġu t-tikketti tal-oriġini. Il-konsumaturi m’għandhomx jiġu mqarrqa.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) F'uħud mill-każijiet, l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jista' jkun li jixtiequ jindikaw li l-oriġini ta' dak l-ikel hija l-Komunità Ewropea sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom u għall-istandards ta' produzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ukoll jikkonformaw ma kriterji armonizzati.

(30) Jekk l-operaturi tan-negozju tal-ikel jindikaw li l-oriġini ta' dak l-ikel hija l-Unjoni Ewropea sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom u għall-istandards ta' produzzjoni tal-Unjoni Ewropea, indikazzjonijiet bħal dawn għandhom jikkonformaw ma’ kriterji armonizzati. L-istess għandu japplika, fejn ikun il-każ, għall-indikazzjoni tal-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Jekk jingħataw indikazzjonijiet volontarji dwar l-oriġini “Unjoni Ewropea” u/jew “Stat Membru”, għal raġunijiet ta’ komprensjoni, ta' ċertezza legali u ta’ kompetizzjoni fis-suq intern dawn għandhom jidhru f'forma konsistenti u uniformi.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Ir-regoli mhux preferenzjali dwar l-oriġini tal-Komunità Ewropea huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jimplimentaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regoli tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-ikel għandha tkun ibbażata fuq dawn ir-regoli, li huma magħrufa tajjeb ma' l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħha aktar faċli.

(31) Ir-regoli mhux preferenzjali dwar l-oriġini tal-Unjoni Ewropea huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jimplimentaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regoli tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-ikel għandha tkun ibbażata fuq dawn ir-regoli, li huma magħrufa tajjeb ma' l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħha aktar faċli. Għal-laħam u għall-ikel li jkun fih il-laħam, għandhom japplikaw regoli aktar differenzjati, li jqisu l-post tat-twelid, tat-trobbija u tal-qatla tal-bhejjem.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ tal-laħam m’għandux jiġi indikat biss post wieħed ta’ oriġini, jekk il-postijiet fejn il-bhima titwieled, titrabba u tinqatel ikunu differenti. L-istħarriġiet juru li l-post fejn l-annimali jkunu twieldu, trabbew u nqatlu hu ta’ importanza kbira għall-konsumaturi.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta' l-enerġija u ċerti nutrijenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni għandu jgħin l-azzjoni f’dan il-qasam ta’ edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(32) Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta' l-enerġija u ċerti nutrijenti u ingredjenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni fuq quddiem u fuq wara tal-pakkett għandu jkun sostnut minn azzjonijiet tal-Istati Membri, bħal pjan ta’ azzjoni dwar in-nutrizzjoni bħala parti mill-politika tagħhom dwar is-saħħa pubblika, li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-melħ pereżempju mhux nutrijent imma ingredjent.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet marbuta mas-saħħa dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità enfasizzaw ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom iqisu dawk l-elementi.

(33) Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet marbuta mas-saħħa dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità enfasizzaw ċerti elementi nutrizzjonali ta’ importanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jkunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta’ dik il-White Paper.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, jixraq li jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar il-kontenut ta’ nutrijenti ta' b'mod partikolari xorb alkoħoliku mħallat.

(34) Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, kienet tkun ta’ għajnuna, li kieku l-produtturi kellhom jagħtu informazzjoni dwar il-kontenut tal-enerġija fix-xorb alkoħoliku.

Ġustifikazzjoni

Għad illi dan ir-Regolament ma japplikax għax-xarbiet alkoħoliċi, xorta waħda jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali għal kemm wieħed jieħu enerġija. Kull informazzjoni li tingħata min-naħa tal-produtturi dwar il-kontenut tal-enerġija fix-xorb alkoħoliku tkun ta’ għajnuna għall-konsumatur.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Sabiex ikun hemm konsistenza u koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja t-tniżżil volontarju ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti ta’ l-ikel għandu jkun skond ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar it-talbiet tan-nutrizzjoni u tas-saħħa li saru fuq l-ikel.

(35) Sabiex ikun hemm ċertezza legali u koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni t-tniżżil volontarju ta’ kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti ta’ l-ikel għandu jkun skond ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar it-talbiet tan-nutrizzjoni u tas-saħħa li saru fuq l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni hawn hija ċ-ċertezza legali għall-atturi kkonċernati.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq l-industrija, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għall-għażla tal-konsumatur jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din hija prevista f'leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità.

(36) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq il-produtturi u n-negozjanti tal-prodotti tal-ikel, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhix fattur determinanti għad-deċiżjoni tal-konsumatur dwar ix-xiri, jew li l-pakkett ta’ barra tiegħu jew it-tikketta jkunu żgħar wisq għat-tikkettjar obbligatorju biex isir it-tikkettar tassattiv, jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din hija prevista f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ma jistax ikun li fuq il-bażi ta’ regolamenti ta’ tikkettar estensivi biss, it-tikketti fuq il-pakketti tal-ikel jew it-tikketti standardizzati jkollhom jikbru fid-daqs fil-ġejjieni. Dan ikompli jżid l-iskart tal-pakketti u jista’ wkoll jirriżulta f’porzjonijiet ikbar jew pakketti kbar li jqarrqu bil-konsumatur u li jkollhom spazju vojt.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien preżenti fuq is-suġġett ta’ nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u tinftiehem faċilment. Ir-riċerka turina li l-konsumaturi jsibu utli l-informazzjoni li tidher fil-parti prinċipali jew fuq “quddiem tal-pakkett" meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet biex jixtru. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel dik l-informazzjoni għandha tkun fejn tidher l-aktar fuq it-tikketta.

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet l-informazzjoni għandha tkun faċilment tinftiehem mill-konsumatur medju. Ikun xieraq li tingħata l-informazzjoni f’kamp wieħed tal-viżjoni, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel

Ġustifikazzjoni

Wieħed ikun prużuntuż biss jiġġudika l-livell tal-għerf taċ-ċittdini tal-Unjoni Ewropea. Barra minn dan, ir-referenza għal riċerka li ma tistax tissemma pubblikament għandha titneħħa; madankollu s’issa ma jeżisti ebda studju dwar l-imġiba tal-konsumatur fix-xiri tal-ikel, li jkopri l-Istati Membri kollha (ara wkoll il-premessa 38). Barra minn dan, minħabba d-diversi forom tal-pakketti tal-ikel ma tistax tkun definita l-parti prinċipali ta’ tikketta, u wisq inqas tista’ tinstab il-parti ta' quddiem tal-pakkett f'ċerti pakketti.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta' l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet infurmati. Minkejja dan, hemm evidenza mal-Komunità kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Għalhekk, jixraq li jitħallew jiġu żviluppati skemi differenti u li tibqa’ ssir riċerka dwar kif jifhmu l-konsumaturi fi Stati Membri differenti sabiex, jekk jixraq, jiddaħħlu skemi armonizzati.

(38) Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta' l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet mingħajr dewmien. Minkejja dan, ma hemm l-ebda evidenza xjentifika mal-Unjoni kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Biex jitħaffef il-mod li bih jitqabblu l-prodotti f’pakketti ta’ daqs differenti jkun xieraq li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tibqa' obbligatorja għal kull 100g/100ml u, fejn xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet oħra bbażati fuq il-porzjonijiet. Jekk l-ikel ikun ippakkjat f’porzjonijiet individwali, l-informazzjoni nutrittiva għal kull porzjon għandha, barra minn hekk, tkun obbligatorja. Sabiex jiġu esklużi indikazzjonijiet dwar id-daqs tal-porzjonijiet li jiżgwidaw, id-daqsijiet tal-porzjonijiet għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Meta l-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jitfissru għal kull 100g jew għal kull 100ml, il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti b'mod aktar dirett. Għalhekk, bħala prinċipju, dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikun obbligatorji għall-ikel ippakkjat f’porzjonijiet. Ovvjament, għandu jkun possibbli li l-ammont ta’ enerġija u sustanzi jintwerew għal kull porzjon fil-każ speċifiku ta' l-ikel ippakkjat f’porzjonijiet. Sabiex tkun aktar faċli għall-konsumaturi biex jiksbu l-informazzjoni li jeħtieġu, fejn jidħlu porzjonijiet individwali, id-daqs tal-porzjon għandu jintwera b’mod obligatorju.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 38 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal projbizzjoni fl-UE kollha tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali Sakemm tidħol fis-seħħ projbizzjoni bħal din, it-tikkettar tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali għandu jkun obbligatorju.

Ġustifikazzjoni

Fir-rapport tiegħu dwar il-White Paper dwar kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm projbizzjoni fl-UE kollha tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali. Peress li l-aċidi xaħmin trans artifiċjali huma ta' ħsara għas-saħħa u jistgħu jiġu evitati, għandha tiddaħħal projbizzjoni fl-UE kollha biex jiġu mħarsa l-konsumaturi. It-tikkettjar tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali għandu jkun obbligatorju sakemm tidħol fis-seħħ projbizzjoni bħal din.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt, skond kundizzjonijiet u ċirkostanzi prattiċi lokali, biex jistipulaw regoli fir-rigward ta' l-għoti ta' informazzjoni li tikkonċerna ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalkemm f’dawk il-każijiet it-talba tal-konsumatur għal informazzjoni oħra hi limitata, l-informazzjoni dwar allerġens potenzjali titqies li hi importanti ħafna. L-evidenza tissuġġerixxi li ħafna inċidenti dwar allerġija għall-ikel jistgħu jiġu kkawżati minn ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Għalhekk dik l-informazzjoni għandha dejjem tingħata lill-konsumatur.

(41) L-informazzjoni għall-persuni allerġiċi dwar sustanzi li jikkawżaw allerġiji hija importanti wkoll fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat minn qabel u servizzi tal-catering tal-massa. Għalhekk dik l-informazzjoni għandha dejjem tkun magħmula disponibbli lill-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli speċjali nazzjonali applikabbli fl-Istati Membri jagħmlu ħsara lis-suq intern u lir-regolament li qed ikun eżaminat jagħmluh assurd.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih.

(42) L-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih. Barra minn hekk, minħabba li r-rekwiżiti tal-ittikkettar nazzjonali jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment liberu fis-suq intern, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġuni għall-ħtieġa ta' miżuri bħal dawn u jfasslu passi li għandhom jieħdu biex jiżguraw li dawn ikunu applikati b'mod li jfixkel l-inqas il-kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-ġustifikazzjonijiet l-iktar importanti wara l-proposta attwali hi li tissimplifika r-regoli u tiżgura l-funzjonament tas-suq intern. Minħabba li regoli nazzjonali jżidu l-ispejjeż tal-industrija u jikkumplikaw il-moviment ħieles tal-prodotti, għandha tintalab prova li tiġġustifika d-dħul tagħhom u li turi kif it-tħaddim tagħhom hu kompatibbli mal-moviment ħieles tal-prodotti.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta' perjodi ta' transizzjoni estiżi b'perjodu ta' transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji.

(49) Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta' perjodi ta' transizzjoni xierqa b'perjodu ta' transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji. Jaqbel ukoll li tiġi prevista għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala għajnuna lil dawk l-impriżi ta' daqs żgħir u medju tas-settur agrikolu biex jiksbu t-tagħrif xjentifiku neċessarju biex ikunu jistgħu jevalwaw il-valuri nutrizzjonali tal-prodotti tagħhom. Bl-istess mod, l-imprendituri ta' dak is-settur għandhom ukoll jibbenfikaw minn programmi ta' taħriġ sabiex itejbu l-kompetenzi tagħhom f'dak il-qasam.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 49 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a) Naturalment, il-prodotti tas-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u l-prodotti friski tan-negozju tal-bejgħ tal-ikel li jiġu prodotti direttament fil-post tal-bejgħ jistgħu jinkludu wkoll sustanzi li joħolqu reazzjonijiet allerġiċi jew intolleranzi f’persuni sensittivi. Billi, madankollu, huma l-prodotti mhux ippakkjati minn qabel li jinbigħu f’kuntatt dirett mal-konsumatur, l-informazzjoni rilevanti, pereżempju, għandha tingħata bil-kelma fil-waqt tal-bejgħ, jew permezz ta' tabella li tkun tidher ċar fil-post tal-bejgħ jew permezz ta’ materjal informattiv disponibbli biex jittieħed.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest, tikkettar komprensiv relatat ma' sustanzi allerġeniċi tal-prodotti kollha huwa prattikament impossibbli u jikkawża spejjeż sostanzjali żejda u żvantaġġ kompetittiv għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari. Barra minn hekk, ma tistax tiġi eskluża l-possibilità ta' kontaminazzjoni trażversali f'postijiet fejn l-ispazju disponibbli għall-ipproċessar huwa limitat.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi biex jiġi assikurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur b’rabta ma' l-informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi u l-bżonnijiet tagħhom għal informazzjoni filwaqt li jassigura li s-suq intern jiffunzjona b’mod ħarir.

Imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 1(2) jikkonċerna objettiv mingħajr kontenut preskrittiv ċar. Għal raġunijiet legali huwa għandu għalhekk jitħassar mit-test preskrittiv tar-regolament.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess ta’ l-ikel, fejn l-atttivitajiet tan-negozji ta’ l-ikel jolqtu l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

3. Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, fejn jidħol l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumatur aħħari.

Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari, inkluż l-ikel li jitwassal minn caterers tal-massa u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

Hu għandu japplika għall-ikel kollu ppakkjat bil-lest intiż li jitwassal lill-konsumatur aħħari u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

 

Dan m’għandux japplika għal ikel li hu ppakkjat direttament fil-post tal-bejgħ qabel ma jitwassal lill-konsumatur aħħari.

 

Is-servizzi ta’ catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m’għandhomx jidħlu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

 

3a. Dan ir-regolament ma japplikax għall-ikel li mhuwiex ippreparat fil-qafas ta' attività ekonomika, fejn il-kunċett ta' attività ekonomika jimplika ċerta kontinwità ta’ l-attivitajiet u ċertu livell ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbigħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tissimplifika t-test u ttejbu mil-lat lingwistiku. Hu komuni b’mod partikolari fin-negozju tal-ikel li l-prodotti jiġu ppakkjati direttament fil-post tal-bejgħ qabel jgħaddu għand il-konsumatur. Għalhekk, il-prodotti jinqasmu f’porzjonijiet minn qabel (bħas-‘sandwich spreads’) jew jiġu ppakkjati fil-fojl (sandwiches) għall-benefiċċju tal-konsumatur (biex ikunu jistgħu jagħmlu l-akkwist tagħhom iktar malajr, u biex jinġarru faċilment). Prodotti bħal dawn, li jiġu ppakkjati ftit qabel il-bejgħ, għandhom bi prinċipju jiġu esklużi mill-ambitu tar-Regolament, billi m’hemmx mod kif dawn jitqabblu ma’ prodotti ppakkjati bil-lest b’mod industrijali. F’rotot li jibdew jew jispiċċaw barra mill-UE, l-impriżi tat-trasport jistgħu ma jsibux fornituri li jissodisfaw ir-rekwiżiti. Jekk l-impriżi li jservu rotot tali jkollhom jaqgħu taħt dan ir-Regolament, dan ipoġġi lill-impriżi stabbiliti fl-UE fi żvantaġġ kompetittiv, għax huma biss ikunu obbligati jikkonformaw mar-Regolament.

Din il-proposta għandha tirrifletti l-punt imqajjem fil-premessa 15, li avvenimenti ta' karità u avvenimenti oħra ta' darba (pereżempju fl-iskejjel) għandhom ikunu eżentati.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-ikel li joriġina minn pajjiżi terzi jista' jitqassam fl-Unjoni biss wara li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa fl-interess tal-konsumaturi li jiġi żgurat li l-ikel minn pajjiżi terzi jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti ta' ittikkettjar.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' tikketjar previsti f'leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari.

4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' tikketjar previsti f'leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], lista tar-rekwiżiti kollha dwar it-tikkettjar li hemm dispost għalihom fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari, u għandha tagħmel din il-lista aċċessibbli fuq l-Internet.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diversi dispożizzjonijiet legali speċjali, lista bħal din tidher bżonjuża sabiex l-atturi tal-katina tal-ikel ikollhom iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa …*, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista komprensiva u aġġornata tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika applikabbli għal ikel partikolari. Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … **, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità ta' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi ta' tikkettar ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposta relevanti.

 

___________

*

** 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Is-semplifikazzjoni hija wieħed mill-għanijiet primarji ta’ din il-proposta. Hemm wisq Direttivi u Regolamenti Ewropej li huma speċifiċi għal setturi partikolari li jinkludu dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar. Jeħtieġ li dawn jinġabru kollha, li tiġi verifikata l-konsistenza tagħhom mal-prinċipji ġenerali u li jingħata aċċess faċli għal dan l-ammont kbir ta' rekwiżiti lill-operaturi u l-partijiet konċernati kollha fil-katina tal-ikel, filwaqt li jitqies kwalunkwe nuqqas possibbli ta' koerenza mar-regoli ġenerali.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ‘l-informazzjoni dwar l-ikel’ tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inkluż għodda teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali. Ma tkoprix komunikazzjonijiet kummerċjali kif imfissra fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta’ servizzi ta’ informazzjoni għas-soċjetà, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern;

(a) ‘l-informazzjoni dwar l-ikel’ tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta’ tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inkluż teknoloġiji moderni jew komunikazzjoni verbali. Ma tkoprix komunikazzjonijiet kummerċjali kif imfissra fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta’ servizzi ta’ informazzjoni għas-soċjetà, b’mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern;

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk mhijiex kwistjoni ta' għodod teknoloġiċi, imma ta’ teknoloġiji.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel’ tfisser id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettjar, inkluż regoli ta' natura ġenerali applikabbli għall-ikel kollu jew għal ikel speċifiku u regoli li japplikaw biss għal ikel speċifiku;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija dispensabbli. Xi tfisser “dispożizzjoni legali rigward informazzjoni tal-ikel” jirriżulta mill-kontenut tad-dispożizzjoni kkonċernata. Għaldaqstant, l-Artikolu 2(2)(b) għandu jitħassar.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ‘informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel’ tfisser id-dettalji mitluba li jiġu provduti lill-konsumatur finali skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija dispensabbli. Id-definizzjoni tgħid biss li informazzjoni obbligatorja hija dik li hija preskritta mil-leġiżlazzjoni (pleonasm). Għaldaqstant, l-Artikolu 2(2)(c) għandu jitħassar.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ‘caterers tal-massa’ tfisser kull stabbiliment (inkluż vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel u sptarijiet, fejn, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex jitwassal lill-konsumatur aħħari u jkun lest għall-konsum mingħajr aktar preparamenti;

d) ‘caterers tal-massa’ tfisser kull stabbiliment (inkluż vending machines, vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u intrapriżi tal-catering, li fihom, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel li jkun intiż għall-konsum immedjat mill-konsumatur aħħari;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-punt u tagħmel żieda meħtieġa: anke l-intrapriżi tal-catering huma caterers tal-massa.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ‘ikel ippakkjat bil-lest’ tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel u l-pakkett li tpoġġa fih qabel ma tqiegħed għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

(e) ‘ikel ippakkjat bil-lest’ tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel f’pakkett, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

Ġustifikazzjoni

Semplifikazzjoni

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 - punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ‘ikel mhux ippakkjat bil-lest’ tfisser kwalunkwe ikel li jkun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ippakkjar, jekk ikun il-każ, u li jkun ippakkjat biss fil-ħin tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari, u ikel u prodotti friski li jkunu ppakkjati bil-lest fil-post u dakinhar tal-bejgħ, għal bejgħ immedjat;

Ġustifikazzjoni

Fil-ħwienet, l-ikel jinbigħ ukoll ippakkjat minn qabel u bħala regola viċin il-bankijiet fejn ikun hemm l-istaff inkarigat mill-bejgħ sabiex il-klijenti ma jdumux jistennew hemmhekk. Bħal fil-każ ta’ ikel ippakkjat skont ix-xewqa individwali tal-klijenti, fil-prattika huwa impossibbli li tingħata l-istess informazzjoni li hi obbligatorja għall-prodotti ippakkjati minn qabel, minħabba d-diversità ta’ prodotti li jistgħu jinbigħu kif ukoll minħabba li jkunu prodotti magħmula bl-idejn u l-prodotti għall-bejgħ ikunu differenti minn ġurnata għall-oħra.

Il-limitazzjoni fuq l-impakkettar fil-punt tal-bejgħ ma hijiex ċara biżżejjed. Fl-impriżi tas-snajja’ b’bosta punti ta' bejgħ, il-prodotti ta' spiss ikunu mpakkettati fis-sit ċentrali ta' produzzjoni tal-impriża dakinhar tal-bejgħ qabelma jkunu distribwiti fil-punti tagħha ta' bejgħ. Ngħidu aħna, fl-Olanda, l-awtoritajiet qablu li jassimilaw il-"frisk ta' kuljum" mal-"mhux impakkettat minn qabel."

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ‘ingredjent’ tfisser kull sustanza, inkluż l-addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi ta’ l-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula;

(f) ‘ingredjent’ tfisser kull sustanza, inkluż l-addittivi ta’ l-ikel u l-enżimi tal-ikel, u kull kostitwent ta’ xi ingredjent kompost, użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta’ xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f’forma mibdula;

Ġustifikazzjoni

Bidla fid-definizzjoni tal-ingredjent jista’ jkollha effetti mhux mixtieqa fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja, li tagħmel referenza għad-definizzjoni tal-ingredjent (pereżempju r-Regolament 1829/2003). It-terminu “residwi” għandu jitħassar minn din id-definizzjoni biex tiġi taqbel mar-Regolament Nru 178/2002, li jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi tal-ikel. Id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament tgħid li l-ikel ma jinkludix “ir-residwi tal-kontaminanti”.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) 'post ta' provenjenza' tfisser kwalunkwe post minn fejn l-ikel hu indikat li ġej, u li mhuwiex il-'pajjiż ta' l-oriġini' kif determinat skond l-Artikolu 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

(g) 'post ta' provenjenza' tfisser il-post, pajjiż jew reġjun minn fejn jinkisbu kompletament il-prodotti jew l-ingredjenti agrikoli skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm definizzjoni korretta tal-post ta' provenjenza. L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill joffri definizzjoni perfetta, minkejja li l-kelma Franċiża (obtenu/jinkisbu) hija goffa. B'mod partikolari, bil-frażi ‘post fejn jinkisbu kompletament il-prodotti jew l-ingredjenti agrikoli' huwa mifhum il-post imnejn jinħasad ix-xitel u fejn jitwieldu u jitrabbew il-bhejjem. Il-fehma tar-Rapporteur hija sħiħa li l-post ta' pproċessar ma jistax jitqies bħala l-post ta' provenjenza.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) ‘tikkettjar’ tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma' xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma' dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

(j) ‘tikkettjar’ tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma' xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma' dak l-ikel jew li jirreferi għalih;

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni grammatikali fil-verżjoni b’ilsien ieħor għajr l-Ingliż.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) ‘parti viżiva’ tfisser l-uċuh kollha ta’ xi pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni ta’ l-ittikkettjar billi jagħtu lok biex il-konsumatur ikun jista' jaqra din l-informazzjoni mingħajr ma jkollu bżonn idawwar il-pakkett ‘l hawn u 'l hemm;

(k) ‘parti viżiva’ tfisser l-uċuh kollha ta’ xi pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni ta’ l-ittikkettjar;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toffri titjib lingwistiku.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 - punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) “Leġibbiltà” tfisser inter alia test miktub, stampat, ibbuzzat, immarkat, minqux, ittimbrat b’mod tali li konsumatur b’vista normali jkun jista’ jifhem x’fihom it-tikketti tal-ikel mingħajr għajnuna ottika; il-leġibbiltà tiddependi mid-daqs tal-kitba, it-tipa, il-wisa’ tal-linji, l-ispazju bejn il-kliem, l-ittri u l-linji, ir-relazzjoni bejn il-wisa' u l-għoli tal-ittri, kif ukoll mill-kuntrast bejn il-kitba u l-isfond.

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni hija meħtieġa, peress li d-daqs tal-kitba waħdu ma jiżgurax il-leġibbiltà tat-test.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) ‘isem ġuridiku’ tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dawk id-dispożizzjonijiet Komunitarji, l-isem previst fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

It-terminoloġija użata s’issa fid-Direttiva dwar l-Ittikkettar bil-Ġermaniż 2000/13/KE għandha tinżamm.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) ‘isem tradizzjonali’ tfisser xi isem li hu aċċettat bħala l-isem ta’ l-ikel mingħajr ma l-konsumaturi jkunu jeħtieġu aktar spjegazzjoni dwaru fl-Istat Membru li fih jinbiegħ;

(m) ‘isem tradizzjonali’ tfisser xi isem li hu mifhum bħala l-isem ta’ l-ikel mingħajr ma l-konsumaturi jkunu jeħtieġu aktar spjegazzjoni dwaru fl-Istat Membru li fih jinbigħ;

Ġustifikazzjoni

It-terminoloġija użata s’issa fid-Direttiva dwar l-Ittikkettar bil-Ġermaniż 2000/13/KE għandha tinżamm (ara l-Artikolu 5(a)). Hawnhekk mhijiex kwistjoni li wieħed jaċċetta l-isem iżda li jifhmu.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'ingredjent(i) primarju/primarji' tfisser l-ingredjenti sinifikanti u/jew karatterizzanti ta' ikel;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni pprovat iżżid mad-dispożizzjoni eżistenti rigward it-tikkettar tal-oriġini iżda din ġiet rifjutata. Għalhekk m'hemmx ħtieġa ta’ definizzjonijiet dwar ingredjenti tal-ikel primarji, sekondarji u karatterizzanti li s’issa ma ntużawx fil-kuntest tal-liġi dwar l-ikel. Peress li dejjem appoġġajna s-simplifikazzjoni, aħna nopponu l-ħolqien ta’ kliem u kunċetti ġodda mingħajr benefiċċju li jidher.

Dawn il-kriterji mhux prattiċi. Huma konfużi b’nuqqas ta’ konsistenza ma’ definizzjonijiet QUID. Livell ta’ 50% m’għandux l-istess sinifikat prattiku għall-ikel kollu.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'ingredjent(i) sinifikanti' tfisser l-ingredjenti ta' ikel li jirrappreżenta(w) aktar minn 50 % ta' dan l-ikel;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni pprovat iżżid mad-dispożizzjoni eżistenti rigward it-tikkettar tal-oriġini iżda din ġiet rifjutata. Għalhekk m'hemmx ħtieġa ta’ definizzjonijiet dwar ingredjenti tal-ikel primarji, sekondarji u karatterizzanti li s’issa ma ntużawx fil-kuntest tal-liġi dwar l-ikel. Peress li dejjem appoġġajna s-simplifikazzjoni, aħna nopponu l-ħolqien ta’ kliem u kunċetti ġodda mingħajr benefiċċju li jidher.

Dawn il-kriterji mhux prattiċi. Huma konfużi b’nuqqas ta’ konsistenza ma’ definizzjonijiet QUID. Livell ta’ 50% m’għandux l-istess sinifikat prattiku għall-ikel kollu.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt q

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q) 'ingredjent(i) karatterizzanti' tfisser kwalunkwe ingredjenti ta' ikel li normalment huwa assoċjat ma' l-isem ta' l-ikel mill-konsumatur u li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tintalab indikazzjoni kwantitattiva;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni pprovat iżżid mad-dispożizzjoni eżistenti rigward it-tikkettar tal-oriġini iżda din ġiet rifjutata. Għalhekk m'hemmx ħtieġa ta’ definizzjonijiet dwar ingredjenti tal-ikel primarji, sekondarji u karatterizzanti li s’issa ma ntużawx fil-kuntest tal-liġi dwar l-ikel. Peress li dejjem appoġġajna s-simplifikazzjoni, aħna nopponu l-ħolqien ta’ kliem u kunċetti ġodda mingħajr benefiċċju li jidher.

Dawn il-kriterji mhux prattiċi. Huma konfużi b’nuqqas ta’ konsistenza ma’ definizzjonijiet QUID. Livell ta’ 50% m’għandux l-istess sinifikat prattiku għall-ikel kollu.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 - ittra r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r) ‘rekwiżiti essenzjali’ tfisser ir-rekwiżiti li bihom il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur u l-informazzjoni dwar l-ikel tiġi determinata fir-rigward ta’ xi suġġett partikolari u li huma stipulati f’xi att Komunitarju li jagħti lok għall-iżvilupp ta’ skemi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44;

(r) r) 'rekwiżiti essenzjali' tfisser ir-rekwiżiti li bihom il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur u l-informazzjoni dwar l-ikel tiġi determinata fir-rigward ta’ xi suġġett partikolari u li huma stipulati f’xi att tal-Unjoni;

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s) ‘data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel’ tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew;

(s) 'data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel' tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun kif indikat jew maħżun skont struzzjonijiet speċifiċi li jkunu mniżżla fuq il-pakkett;

Ġustifikazzjoni

Bosta tipi ta' ikel jeħtieġu kundizzjonijiet speċjali ta' ħżin, bħal, p.e., it-tkessiħ, li għandhom jitniżżlu fuq il-pakkett tal-ikel.

Id-data tad-durabilità minima għandha tittieħed flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħżin indikati. Hija r-responsabilità tal-operatur tan-negozju tal-ikel li jiddetermina u jindika d-data tad-durabilità minima flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħżin. Barra minn hekk, id-data 'sa meta jrid jintuża' għandha wkoll tkun indikata fl-istess post.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt s a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(sa) ‘sa meta għandu jintuża’ tfisser id-data sa meta l-ikel għandu jiġi kkunsmat. Wara dik id-data l-ikel ma għandux jingħata lill-konsumaturi jew jiġi pproċessat aktar.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta’ definizzjoni ta’ ‘sa meta għandu jintuża’ mir-rapporteur Sommer għandha tkun milqugħa. B'danakollu, din id-definizzjoni jeħtiġilha tkun supplementata: il-projbizzjoni tal-għoti ta’ tali ikel lill-konsumaturi għandha tkun estiża ħalli tinkludi wkoll l-ipproċessar kontinwat. Ladarba d-data tal-użu tkun għaddiet, l-ikel ma jkunx jista' jintuża aktar. Il-projbizzjoni ta' aktar ipproċessar tipprevjeni n-negozju fil-laħam li jkun qdiem.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt s b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(sb) “id-data tal-produzzjoni” tfisser id-data meta l-prodotti jkunu ġew manifatturati u possibilment ippakkjati u deep-frozen.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni hija meħtieġa minħabba l-Artikolu 25.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt t a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ta) 'Ikel ta' imitazzjoni' tfisser ikel li jagħti l-impressjoni li hu ikel ieħor u li ingredjent li s-soltu jintuża fih jiġi mħallat kompletament jew parzjalment ma' ingredjent ieħor jew sostitwit bih.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi qed jiġu mqarrqa bl-użu li kulma jmur qed jiżdied ta' imitazzjonijiet ta' ikel li l-ingredjenti li s-soltu jintużaw fihom qed jiġu sostitwiti b'sostituti li jkunu irħas.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament il-pajjiż ta' l-oriġini ta' ikel għandu jirreferi għall-oriġini ta' ikel kif iddeterminata skond l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

3. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament il-pajjiż ta' l-oriġini ta' ikel għandu jirreferi għall-oriġini ta' ikel kif iddeterminata skond l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. Rigward l-Istati Membri, il-pajjiż tal-oriġini għandu dejjem jirreferi għall-Istat Membru rispettiv.

Ġustifikazzjoni

Għad-definizzjoni ta’ pajjiżi tal-oriġini, il-paragrafu 3 tal-Proposta tal-Kummissjoni jirreferi għall-Kodiċi Doganali tal-Komunità. B’danakollu, skont il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-oriġini jistgħu jkunu "UE" JEW Stat Membru. Huwa għalhekk importanti li jkun ikkjarifikat li, għall-ikel li joriġina fl-UE, il-pajjiż tal-oriġini dejjem jirreferi għall-Istat Membru u mhux għall-UE kollha kemm hi.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal-laħam jew ikel li fih il-laħam, il-pajjiż tal-oriġini għandu jkun definit bħala l-pajjiż li fih twieldet il-bhima, trabbiet għall-maġġorparti ta’ ħajjitha, u sfat maqtula. Jekk ma jkunux l-istess, it-tliet pajjiżi għandhom jissemmew meta jsir riferiment għall-‘pajjiż tal-oriġini'.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ tal-laħam m’għandux jiġi indikat biss post wieħed ta’ oriġini, jekk il-postijiet fejn il-bhima titwieled, titrabba u tinqatel ikunu differenti. L-istħarriġ juri li d-dettalji dwar il-post fejn l-annimali jkunu twieldu, trabbew u nqatlu hu ta’ importanza kbira għall-konsumaturi.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-forniment ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-konsumaturi u ta’ l-interessi tagħhom billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi finali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b’mod sikur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

Il-forniment tal-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tat-trasparenza u l-komparabilità tal-prodotti, fl-interess tal-konsumaturi u għandu jipprovdi bażi għal għażliet infurmati u għall-użu tal-ikel b’mod sikur.

Ġustifikazzjoni

Żieda meħtieġa biex tikkompleta t-test fir-rigward tal-aspetti tat-trasparenza u l-komparabilità. L-inklużjoni tal-aspetti mħassra tista' twassal għall-proliferazzjoni tat-tikkettar tal-ikel li toħloq konfużjoni għall-konsumatur u għaldaqstant tmur kontra l-għan tad-direttiva.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. It-tikketta tal-ikel trid tkun tintgħaraf, tinqara u tinftiehem faċilment mill-konsumatur medju.

Ġustifikazzjoni

It-tikkettar ma jagħmilx sens jekk ma jkunx jista' jintgħaraf, jinqara u jinftiehem tajjeb.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fil-Komunità jintlaħaq iċ-ċaqliq ħieles ta' l-ikel magħmul u mibjugħ legalment, billi jitqies, fejn jixraq, il-bżonn li jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-produtturi u biex issir promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità.

2. Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fil-Komunità jintlaħaq il-moviment ħieles tal-ikel magħmul u mibjugħ legalment.

Ġustifikazzjoni

It-tieni nofs tas-sentenza ma jistabbilixxi l-ebda regola. Għaldaqstant, għal raġunijiet legali u tekniċi għandu jitħassar mill-parti operattiva tar-Regolament, u jekk għandu jiġi inkluż, għandu jinbidel fi premessa. Għal darb’oħra, limitazzjoni ta’ elementi ta' tikkettar obbligatorji hija l-mira, mhux tiftix għal aktar kunċetti mhux ċari ta' x'jista' jinkiseb jew ma jinkisibx b'aktar dettalji ta' tikkettar.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn ta’ perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

3. Meta l-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, ikun previst, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jirrigwardawx il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbigħu sakemm jispiċċaw. Regoli ġodda dwar l-ittikkettjar tal-ikel għandhom jiġu introdotti skont id-data standard ta' implimentazzjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u gruppi ta' interess.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun faċilitat it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, kif ukoll biex ikun minimizzat il-ħela fl-imballaġġ, hu normali li jingħata perjodu tranżitorju meta rekwiżiti ġodda dwar it-tikkettar ikunu introdotti, sakemm ma jkunx hemm riskju immedjat għas-saħħa pubblika, li f'dan il-każ, perjodu bħal dan ma jkunx adatt.

Minkejja l-perijodi tranżitorji disposti, l-introduzzjoni ta’ regoli ġodda ta’ tikkettar dwar dati differenti għandu jkollhom impatt sinifikattiv fuq il-kostijiet għall-iżvilupp ta’ tikketti ġodda u l-użu ta’ stokkijiet ta’ beni, ippakkettar u tikkettar. Il-prinċipju illi għandu jkun hemm data waħda ta’ bidu għall-introduzzjoni tar-regoli ta’ tikkettar għandu għalhekk jiġi reintrodott (kif kien ġie oriġinarjament propost mill-Kummissjoni).

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - frażi introduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi dwar l-informazzjoni ta' l-ikel, din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa', b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

1. Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi, din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa', b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Qed tiġi evitata d-duplikazzjoni.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kontenut jew karatteristiċi oħra ta’ l-ikel;

(a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kwantitajiet, kontenut jew karatteristiċi oħra ta’ l-ikel;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – ittra b – ittra ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) durabbiltà, ħżin,u użu sigur;

(ii) durabbiltà, ħżin, rekwiżiti ta’ konservazzjoni ladarba jinfetaħ il-prodott, jekk ikun il-każ, u użu sigur;

Ġustifikazzjoni

Għal ħafna prodotti llum ma jingħatawx dettalji dwar kemm jistgħu jdumu konservati ladarba jinfetħu jew jekk, ngħidu aħna, għandhom jinżammu f’ċerta temperatura. Is-sigurtà tal-konsumaturi tirrikjedi li din l-informazzjoni tingħata.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – subpunt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-impatt fuq is-saħħa, inkluż ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

L-għan proprju tar-regolament mhuwiex il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur permezz ta' xi istruzzjonijiet ta' twissija, iżda li jippermetti lill-konsumaturi, fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar l-ikel, għażla infurmata ta' xiri, li twassal għal nutriment ibbilanċjat u konsegwentement fuq perjodu ta' żmien twil għal kundizzjoni tas-saħħa aħjar tal-konsumaturi.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, inkluż dawk b’rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

(c) Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-bżonn wiesa’ min-naħa tal-maġġoranza tal-konsumaturi għal ċerta informazzjoni li hi ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju għall-konsumatur aċċettat b'mod ġenerali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

2. Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali għall-istakeholders (inklużi l-konsumaturi, il-produtturi u oħrajn) tal-għoti ta’ ċerta informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' regoli ġodda tal-ittikkettar għandha ssir biss fejn hemm riċerka bbażata fuq l-evidenza li turi l-vantaġġi ta' rekwiżiti ġodda bħal dawn. L-ispejjeż biex tipprovdi informazzjoni ġdida m'għandhiex tkun sproporzjonata. Tibdil fit-tikketti għandu impatt sinifikanti fuq il-produtturi tal-UE, kif ukoll fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Jeħtieġ jinstab bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u dawk tal-produtturi.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 1 - frażi introduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida fir-rigward tal-materjal, speċjalment:

1. L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, speċjalment:

Ġustifikazzjoni

Kull diżgwid, kemm jekk ikun wisq jew anqas gravi, jibqa’ diżgwid.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ l-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(a) peress li d-deskrizzjoni u/jew ir-rappreżentazzjoni permezz ta’ stampi tal-ikel jistgħu jiżvijjaw lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, l-ingredjenti individwali u l-kwantità tagħhom fil-prodott, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) billi fid-deskrizzjoni jew rappreżentazzjonijiet bl-istampi fuq il-pakkett tiġi ssuġġerita l-preżenza ta' prodott jew ingredjent partikolari għalkemm fir-realtà l-prodott li l-pakkett ikun fih ikun ikel ta’ imitazzjoni jew ikun fih sostitut għal ingredjent normalment użat fi prodott. F'każijiet bħal dawn, il-pakkett għandu jkollu l-marka prominenti 'imitazzjoni' jew 'prodott bi (isem tal-ingredjent użat bħala sostitut) minflok (isem tal-ingredjent li ġie ssostitwit)';

 

Il-prodott tal-ikel partikolari li jkun imitazzjoni jew ikun fih sostitut għandu, fejn ikun fattibbli, jiġi sseparat minn ikel ieħor fil-post tal-bejgħ.

Ġustifikazzjoni

L-ikel ta’ imitazzjoni, per eżempju 'ġobon' magħmul minn xaħam veġetali, kull ma jmur aktar qed jiżdied fis-suq. Żvilupp ieħor li ġie osservat hu li l-ingredjenti li normalment jintużaw biex jiġi mmanifatturat prodott qegħdin sa ċertu punt jiġu sostitwiti b'sostituti li jkunu irħas. Ġeneralment dan mhuwiex evidenti għall-konsumaturi. Fl-interess tat-trasparenza, għalhekk, għandu jiddaħħal tikkettar xieraq.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi.

(c) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi jew billi speċifikament tiġi enfasizzata l-assenza ta' ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti li l-ikel partikolari normalment ma jkunx fih;

Ġustifikazzjoni

Forma speċjali ta' informazzjoni li tiżgwida hija l-enfasi ta' kwalitajiet normali tal-ikel bħala karatteristiċi speċjali, p. e. meta fruit gums, li normalment ma jkunx fihom xaħam, jinbigħu f'pakketti li jgħidu li huma mingħajr xaħam.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) billi espliċitament isir reklamar ta' tnaqqis sostanzjali fiz-zokkor u/jew xaħam, meta fl-istess ħin ma jkunx hemm tnaqqis korrispondenti fil-kontenut ta' enerġija (espress f'kilojoules jew kilokaloriji);

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur medju jassumi li ikel li jiġi reklamat bi prominenza li kellu tnaqqis sostanzjali ta' zokkor jew xaħam ikollu tnaqqis simili fil-kontenut ta' enerġija. Madanakollu, spiss dan mhuwiex il-każ, għax iz-zokkor jew ix-xaħam jiġu sostitwiti b'ingredjenti oħra. Għaldaqstant, f'dawn il-każi ta' tikkattar tal-prodotti l-konsumatur jiġi mqarraq.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) billi tintuża d-deskrizzjoni 'tad-dieta', għalkemm l-ikel partikolari ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-ikel intenzjonat għall-persuni bi ħtiġijiet bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Ħafna ikel ikollu tikketta bil-kliem 'suitable for persons with special dietary requirements' ('tad-dieta'), li jissuġġerixxu tnaqqis sustanzjali fil-kontenut taz-zokkor u x-xaħam u, għalhekk, tnaqqis kbir fil-kontenut tal-enerġija, anki jekk dan tal-aħħar ma jkunx il-każ. Għal dak il-mottiv, id-deskrizzjoni 'suitable for persons with special dietary requirements' ('tad-dieta') għandha titħalla biss għall-ikel speċifikament intiż għal dan l-iskop.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skond derogi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

3. Skond derogi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 1 - frażi introduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tapplika wkoll għal:

4. Il-paragrafi 1 u 3 japplikaw ukoll għal:

Ġustifikazzjoni

Naturalment, il-kontenut tal-paragrafu 1 għandu japplika għar-reklamar u għall-preżentazzjoni tal-ikel. Barra minn hekk, jeżisti żball ta' traduzzjoni fil-verżjoni Ġermaniża.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jassiguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel li huma rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawk ir-rekwiżiti jintlaħqu.

1. Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tiżgura l-preżenza u l-akkuratezza sostantiva tad-dettalji mogħtija.

Ġustifikazzjoni

Das Prinzip zielt darauf, dass Handelsunternehmen nicht für solche Umstände zur Verantwortung gezogen werden, die nicht in ihrem Geschäftsbereich bzw. Einflussbereich liegen. Um die Kohärenz des Gemeinschaftsrechts zu gewährleisten, ist es erforderlich, die Formulierung des Artikels 8 an die neulich verabschiedete Verordnung (EG) 767/2009 über das Inverkehrbringen und die Verwendung von Futtermitteln ( ) anzupassen. Dieser Text und der gegenwärtige Vorschlag basieren auf den gleichen Prinzipen der Verordnung (EG) 178/2002 und unterliegen den gleichen Kontrolleregeln der Verordnung (EG) 882/2004. Somit ist also unerlässlich, dass die Vorschriften bezüglich der Verantwortung der Betreiber dem gleichen Ansatz entsprechen und der deutlicheren Formulierung genießen, damit, wie von der Kommission im Erwägungsgrund 21 gewünscht, "es nicht zu einer Zersplitterung der Rechtsvorschriften in diesem Rahmen kommt".

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, m’għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifikazzjoni tiżgwida lill-konsumatur aħħari jew inkella tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa.

2. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, m’għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifikazzjoni tiżgwida lill-konsumatur aħħari jew inkella tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa u l-abilità ta’ għażliet infurmati.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Dan ir-rekwiżit m'għandux ikun limitat biss għal kwistjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq xi ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa għandhom jassigura li jkun fih l-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skond il-liġi ta’ l-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel. 4.

3. Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw l-informazzjoni dwar l-ikel fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tingħata tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu b’attenzjoni biex jassiguraw, fi ħdan il-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, li jkun hemm ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ikel applikabbli, b'mod partikolari billi ma jagħtux ikel li jafu jew jaħsbu li ma jikkonformax, abbażi ta' l-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali.

4. Jekk l-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel isiru jafu li xi ikel ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament, huma għandhom ineħħu dan l-ikel mid-distribuzzjoni mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Bil-ħsieb ta' demarkazzjoni aħjar tar-responsabilitajiet, din id-dispożizzjoni għandha tiġi fformulata b'mod aktar ċar. L-għan hu li n-negozji ma jsirux responsabbli għall-problemi li ma jaqgħux taħt l-isfera tar-responsabilità tagħhom jew li huma barra l-kontroll tagħhom. Is-sentenza tal-kawża “Lidl kontra l-Italja" tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja enfasizzat il-grad inadegwat ta’ ċertezza legali li għandhom in-negozjanti ta' l-ikel bil-leġiżlazzjoni eżistenti.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha tiġi mgħoddija lill-operatur li jirċievi l-ikel sabiex tkun tista’, fejn jixraq, tingħata l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (ċ) u (f) lill-konsumatur aħħari.

5. L-operaturi tan-negozji tal-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha ssir disponibbli lill-operatur li jitratta l-ikel biex jerġa’ jinbigħ jew jiġi pproċessat aktar sabiex ikun jista', meta mitlub, jipprovdi lill-konsumatur aħħar l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (ċ), (f) u (g) lill-konsumatur aħħari.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja s-subparagrafu 1, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel għandhom jassiguraw li d-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (a), (f) u (h) jidhru wkoll fuq il-pakkett estern li fih jiġi preżentat l-ikel għall-bejgħ.

Minkejja s-subparagrafu 1, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel għandhom jassiguraw li d-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (a), (e) (f), (g) u (h) jidhru wkoll fuq il-pakkett estern li fih jiġi preżentat l-ikel għall-bejgħ.

Ġustifikazzjoni

Il-kwantità netta hija wkoll informazzjoni importanti li għandha tidher fuq l-ippakkjar ta' barra, kif ukoll dettalji marbuta ma’ kondizzjonijiet speċjali ta' ħżin jew kondizzjonijiet speċjali tal-użu.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta’ dettalji obbligatorji

Korrezzjoni grammatikali fil-verżjoni b’ilsien ieħor għajr l-Ingliż.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toffri titjib lingwistiku.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1 - parti introduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skond l-Artikoli 10 sa 34 u skond l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, għandhom jiġu indikati b’mod obbligatorju d-dettalji li ġejjin.

1. Skont l-Artikoli 10 sa 34 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, f'Kapitolu V u f'Kapitolu VI, għandhom jiġu indikati b’mod obbligatorju d-dettalji li ġejjin.

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-Kapitoli V u VI tikkjarifika li għall-ikel mhux ippakkjat bil-lest, mhux id-dettalji obbligatorji kollha huma meħtieġa, u li għall-ikel li jkun ittikkettat b'mod volontarju, ir-rekwiżiti tal-Kapitolu IV japplikaw biss jekk tingħata informazzjoni volontarja. Operatur ta' negozju tal-ikel li jagħti informazzjoni dwar in-nutrizzjoni b'mod volontarju m'għandux ikollu jagħti informazzjoni oħra li normalment tkun meħtieġa fil-każ ta' ikel ippakkjat bil-lest iżda li hi irrilevanti fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest. Barra minn hekk, l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jgawdi minn flessibilità fir-rigward ta' kif jagħti dik l-informazzjoni.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem ta’ l-ikel;

(a) l-isem li bih jinbigħ il-prodott;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għal Artikolu 2(2)(m).

Aġġustament lingwistiku biex tkun żgurata l-konsistenza mat-terminoloġija attwali tad-Direttiva 2000/13/KE (Direttiva dwar it-Tikkettar) (ara l-Artikolu 3: inter alia 'l-isem li bih jinbigħ il-prodott';

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu;

(c) kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ikel mhux ippakkjat bil-lest;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda toffri titjib lingwistiku.

It-test tal-Kummissjoni, b'konnessjoni mal-Artikolu 13(4), jestendi l-obbligu tat-tikkettar tal-allerġeni għal ikel mhux ippakkjat bil-lest. Rekwiżit li jiġu ttikkettati allerġeni fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest jinvolvi t-tikkettar sistematiku tal-allerġeni, biex ikun kopert kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni trasversali. Madankollu, jidher li l-assoċjazzjonijiet tal-persuni li jbatu minn allerġiji jippreferu obbligu ta' żvelar fil-post tal-bejgħ permezz ta' avviż jew permezz tal-għoti ta' folji ta' informazzjoni.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti;

(d) il-kwantità ta’ ċerti ingredjenti jew kategoriji ta’ ingredjenti skont l-Anness VI;

Ġustifikazzjoni

Inklużjoni tar-referenza trasversali.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kwantità netta ta’ l-ikel;

(e) il-kwantità netta ta’ l-ikel fil-ħin tal-ippakkjar;

Ġustifikazzjoni

Il-kwantità netta ta’ l-ikel tista' tinbidel tul il-perjodu bejn il-produzzjoni u l-bejgħ u l-konsum. Il-produttur jista' jinfluenza l-kwantità netta waqt l-ippakkjar u ma jistax jinżamm responsabbli għall-ebda bidla fil-kwantità netta waqt il-bejgħ u /jew il-konsum ta’ l-ikel.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data sa 'meta jrid jintuża';

(f) id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data sa 'meta jrid jintuża' fil-każ ta’ ikel li, min-naħa mikrobijoloġika huma vulnerabbli, l-‘użu sa’ data;‑

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) fil-każ ta' prodotti tal-friża, id-data tal-produzzjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-informazzjoni tagħmel sens għaliex tagħti lill-konsumatur il-possibilità li jirrikonoxxi prodotti li jkunu ilhom wisq iffrizżati (bħal ma ġara fl-iskandlu tal-laħam ħażin fil-Ġermanja, il-"Gammelfleisch-Skandal").

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) kull kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin jew kondizzjonijiet dwar l-użu;

(g) kull kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjonijiet dwar l-użu; inklużi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġiderazzjoni u l-ħżin u l-konservazzjoni tal-prodott qabel u wara li jinfetaħ il-pakkett, meta jkun impossibbli li jsir użu xieraq tal-ikel fl-assenza ta’ dan it-tagħrif.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun impossibli li l-ikel jintuża’ kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 9(1)(j) qed jiġi mċaqlaq hawn għal raġunijiet ta' ċarezza u loġika.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta' min ippakkjah, jew ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;

(h) l-isem jew l-isem tan-negozju jew it-trademark reġistrat u l-indirizz tal-fabbrikant stabbilit fl-Unjoni, ta' min ippakkjah, u, għall-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi, tal-bejjiegħ/l-importatur jew, fejn ikun applikabbli, tal-operatur tan-negozju tal-ikel li f’ismu jew f’isem in-negozju tiegħu jkun ġie mmarketjat l-ikel;

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz fil-Komunità tal-operatur responsabbli għal-ewwel tqegħid fis-suq Komunitarju jissemmew b'mod obbligatorju. Għal dan il-għan, il-lista prevista trid tiġi estiża u speċifikata.

Huwa essenzjali li jiġi stabbilit rekwiżit li jkun jindika min hu l-prodottur reali tal-ikel kemm biex jingħata t-tagħrif il-korrett lill-konsumaturi u kemm biex tkun promossa l-kompetittività tal-industrija tal-ikel. In-nuqqas ta’ tali rekwiżit fil-passat ikkontribwixxa għat-tifrix tal-fenomenu tat-tikketti privati, li kkomprometta l-fattibilità tal-impriżi u b’hekk l-eżistenza nfisha tal-impriżi tal-ikel-agro.

Bi qbil mal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' prodotti tal-Komunità u ta' prodotti importati, huwa relevanti li jkun indikat l-importatur fil-każ ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda Konsolidata Proposta

(i) il pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ta' l-oriġini ta' l-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma' l-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta' oriġini jew post differenti ta' provenjenza; f'każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35(3) u (4) u dawk stabbiliti skond l-Artikolu 35(5);

(i) il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post tal-provenjenza għandu jingħata għal dawn li ġejjin:

 

 

- laħam,

 

- tjur,

 

- lattiċibi,

 

- frott frisk u ħaxix

 

- prodotti oħrajn b’ingredjent wieħed;

 

laħam u tjur meta użati bħala ingredjent f’ikel ipproċessat.

 

Fil-każ tal-laħam u t-tjur l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tista’ tingħata bħala post uniku biss għall-annimali fejn dawn ikunu twieldu, trabbew u nqatlu fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta' twelid, trobbija u qatla.

 

Fejn ikun hemm raġunijiet li minħabba fihom ma jkunx prattiku li jkun ittikkettat il-pajjiżi tal-oriġini, id-dikjarazzjoni li ġejja trid tingħata minflok:

 

- “Ta' oriġini mhux speċifikata"

 

Għall-ikel l-ieħor kollu, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ta' l-oriġini ta' l-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma' l-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta' oriġini jew post differenti ta' provenjenza; f'każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35(3) u (4) u dawk stabbiliti skond l-Artikolu 35(5);

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri sakemm il-konsumaturi jkunu infurmati, fir-rigward ta' dettall wieħed jew aktar, b'forom oħra ta' espressjoni stabbiliti b'miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

2. Id-dettalji msemmija f’paragrafu (1) għandhom ikunu indikati bi kliem u numri.

Ġustifikazzjoni

Il-lista tad-dettalji obbligatorji hija l-qalba tar-Regolament. Għalhekk, il-forom ta’ espressjoni ta' dawn id-dettalji m'għandhomx jinbidlu permezz tal-proċedura tal-Komitoloġija mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista ta’ dettalji obbligatorji stipulati fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-lista fil-paragrafu 1 fiha dispożizzjonijiet kruċjali u għalhekk m'għandhiex taqa' taħt il-proċedura regolatorja.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Derogi għall-mikro-intrapriżi

 

Prodotti manifatturati b’mod artiġjanali minn mikro-intrapriżi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9(1)(l). Dawk il-prodotti jistgħu wkoll ikunu eżentati mir-rekwiżiti dwar tagħrif stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(a) sa (k) jekk ikunu mibjugħa fil-post tal-produzzjoni u l-istaff tal-bejgħ ikun kapaċi jipprovdi l-informazzjoni fuq talba. Alternattivament, it-tagħrif jista' jingħata wkoll permezz ta' tikketti fuq l-ixkafef.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu aċċettati derogi għal mikro-intrapriżi li jagħmlu prodotti b’mod artiġjanali.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Derogi mir-rekwiżit għal dettalji obbligatorji

Imħassar

Għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għal derogi, f’każijiet rari, mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(1) (b) u (f), dejjem jekk dawk id-derogi ma jwasslux biex il-konsumatur aħħari u l-caterers tal-massa ma jiġux infurmati biżżejjed. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

 

Ġustifikazzjoni

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw ikel partikolari jew f'dan ir-regolament, l-informazzjoni obbligatorja għandha tapplika għall-ikel kollu u m'għandhom ikunu permessi l-ebda derogi mill-Kummissjoni.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri.

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati1.

 

_________

 

1 ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ir-regolament ikun eħfef biex jinftiehem, għandha tiġi inkluża referenza għad-Direttiva 2007/45/KE li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu.

2. Fil-każ ta’ ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher fuq il-pakkett.

Ġustifikazzjoni

Il-frażi mħassra tista' twassal għal fuljett żgħir miżjud mal-pakkett tal-ikel. Dan għandu jiġi evitat.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. The availability of certain mandatory particulars by means other than on the package or on the label may be established by the Commission provided the general principles and requirements laid down in Chapter II of this Regulation are met. Those measures designed to amend non-essential elements of this Regulation by supplementing it shall be adopted, in accordance with the regulatory procedure with scrutiny referred to in Article 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-indikazzjoni tad-dettalji obbligatorji hija l-qalba tar-Regolament. Il-mod kif isiru dawn l-indikazzjonijiet m’għandux jinbidel permezz ta’ miżuri li jbiddlu elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 41.

imħassar

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1) sa (k), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f'ittri b'tipa ta' mill-inqas 3 mm u għandhom jiġu preżentati b'tali mod li jiżguraw kuntrast sinifikanti bejn l-istampar u l-isfond.

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1) sa (k), id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta, filwaqt li jiġi ggarantit li jkunu jistgħu jinqraw b'mod ċar. Għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma d-daqs tat-tipa, it-tipa nfisha, il-kuntrast bejn it-tipa u l-isfond, it-ton tal-linja u tal-grafija, eċċ.

 

Fl-ambitu ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tħejji kunċett vinkolanti flimkien mal-istakeholders ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, li jkun jispeċifika l-linji-gwida għal-leġibilità tat-tagħrif għall-konsumatur fuq l-ikel.

 

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fil-każ tal-prodotti intiżi għal użi nutrizzjonali partikolari, kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 dwar l-ikel djetarju għal skopijiet mediċi speċjali u formuli għat-trabi, formuli follow-on u ikel diversifikat intiż għat-trabi u t-tfal żgħar, li jidħlu fil-kwadru tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006, li huma soġġetti għar-rekwiżiti tassattivi ta’ tikkettar

skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni oltre dawk il-partikolari li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 9(1), id-daqs tat-tipa għandu jkun tali li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ informazzjoni għall-konsumaturi ħalli jkun leġibbli u għal tagħrif addizzjonali marbut mal-użu partikolari ta’ dak l-ikel.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati li jikkonċernaw id-dettalji obbligatorji u l-estensjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 mad-dettalji obbligatorji l-oħra għal kategoriji speċifiċi jew tipi speċifiċi ta' ikel imsemmija fl-Artikoli 10 u 38. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jagħti lill-Kummissjoni poteri kbar wisq, peress li f'dan il-każ bl-ebda mod ma jeżistu 'elementi mhux essenzjali'.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-daqs minimu tat-tipa msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' imballaġġ jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 10 ċm2.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni stampata fuq pakketti jew kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom ikun anqas minn 10 cm² wkoll għandu jinqara b'mod ċar, għax inkella tkun bla skop. L-importanti hawnhekk hija l-kwistjoni dwar liema informazzjoni għandha tkun obbligatorja fuq pakketti żgħar tal-prodotti. Din il-kwistjoni qed tiġi trattata band’ oħra.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2).

5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2). Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta' Stati Membri li għandhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Abbrevjazzjonijiet, inklużi inizjali, m'għandhomx jintużaw jekk dawn jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni.

6. L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni jew mill-imballaġġ ta' l-ikel stess, bħal, pereżempju, xi tiwi bil-kolla.

Ġustifikazzjoni

Żieda neċessarja: jista' jkun hemm interpretazzjonijiet differenti għal dak li jikkostitwixxi materjal li jtellef l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, u dan jipperikola ċ-ċertezza legali ta' dawk li jinnegozjaw fl-ikel.

Emenda                     117

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-indikazzjoni tad-dettalji partikolari m'għandhiex tirriżulta f'żieda tad-daqs u/jew tal-volum tal-materjal ta' l-ppakkjar jew tal-kontentitur u m'għandhiex b'xi mod iżżid il-piż fuq l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

L-indikazzjoni obbligatorja ta’ l-informazzjoni tista’ twassal lill-operaturi tas-suq biex ibiddlu l-kwantità tal-imballaġġ. Dan imur kontra l-prinċipju tal-prevenzjoni li hu l-bażi tar-regoli tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-informazzjoni obbligatorja għandha tkun disponibbli qabel ma tiġi konkluża x-xirja u għandha tidher fuq il-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b’mezzi oħra adattati;

(a) l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 9 u 29 għandha tkun disponibbli fuq talba tal-konsumaturi qabel ma tiġi konkluża x-xirja u tista’ tidher fuq il-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b’mezzi oħra adattati;

Ġustifikazzjoni

Tibdil regolari fil-kompożizzjoni tal-prodott, per eżempju tnaqqis fil-kontenut ta' melħ u s-sostituzzjoni ta' xaħam jagħmluha prattikament impossibbli li tingħata informazzjoni aġġornata dwar il-materjal li jgħin il-bejgħ mill-bogħod. Katalogi u fuljetti huma l-metodi l-aktar komuni bħala metodi ta’ bejgħ mill-bogħd, l-aktar fost l-impriżi żgħar u medji. Minbarra l-ispejjeż kunsiderevoli involuti, din il-proposta tirriżulta fit-tniġġis ambjentali sostanzjali, peress li l-katalgi jeħtieġu fil-futur erba' darbiet il-volum tal-karti sabiex japplikaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni obbligatorja.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-dettalji previsti fl-Artikolu 9(1) punti (d), (f), (g), (h) u (k) mhux se jkunu obbligatorji biss fil-mument tal-forniment.

(b) id-dettalji previsti fl-Artikolu 9(1) punti (f), u (j) mhux se jkunu obbligatorji biss fil-mument tal-forniment.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut alkoħoliku ta' xarbiet alkoħoliċi huwa tagħrif importanti ħafna li għandu jkun disponibbli għall-konsumaturi li jixtru bl-internet jew b'mail order qabel ma l-prodott jintbagħat u jasal. L-istruzzjonijiet għall-użu, madankollu, jinħtieġu biss meta l-ikel jiġi kkunsmat, u għalhekk jistgħu jingħataw fil-waqt tal-forniment.

Ħlief għad-data ta' skadenza minima għal kemm l-ikel jibqa' tajjeb, li ma tistax tingħata bil-quddiem, l-ikel fornut permezz tal-bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti dwar it-tagħrif bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta' l-ikel għandha tidher f'ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi ta' l-Istat membru fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta' l-ikel għandha tiġi fformulata f’forma ta’ kliem li jinftiehem mill-konsumatur medju fi Stat Membru fejn l-ikel qed jiġi kkummerċjalizzat jifhem faċilment.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' 'tip ta' lingwa' jiddeskrivi kemm il-lingwa formali kif ukoll il-formulazzjoni tal-kliem.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Komunità.

2. Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbigħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit, ma jistax, madankollu, jipprevjeni li l-informazzjoni obbligatorja, minflok, tingħata f'lingwi uffiċjali oħra tal-Komunità li jistgħu faċilment jinftiehmu mill-konsumaturi fl-Istati Membri in kwistjoni.

Ġustifikazzjoni

Waqt li informazzjoni obbligatorja fuq oġġetti tal-ikel għandha tingħata f'lingwa li l-konsumaturi jifhmu, ir-regoli m'għandhomx iħarbtu l-moviment ħieles tal-oġġetti. Ir-regoli tal-lingwa għandhom ikunu flessibbli biżżejjed li jkunu jippermettu lill-konsumaturi li jirċievu l-informazzjoni f'lingwa li jistgħu jifhmuha mingħajr diffikultà. Il-każistika tal-QEĠ appoġġjat din il-flessibilità.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-ikel mibjugħ f'zoni franki jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk it-tagħrif ikun bl-Ingliż.

Ġustifikazzjoni

Il-bejgħ fiz-zoni franki huwa mmirat l-aktar lejn il-vjaġġaturi internazzjonali u mhux lejn il-konsumaturi li jixtru mis-swieq nazzjonali. Fil-każ ta’ dan l-ikel, għalhekk, għandu jkun possibbli li jingħata tagħrif biss fl-ilsien internazzjonali tal-ivvjaġġar, l-Ingliż.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ċerti dettalji obbligatorji mħollija barra

Derogi mir-rekwiżt li jingħataw ċerti dettalji obbligatorji

Ġustifikazzjoni

Bidla fir-redazzjoni.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e), (f) u (l) għandhom ikunu obbligatorji.

1. Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e), u (f) għandhom ikunu obbligatorji.

Ġustifikazzjoni

Dikjarazzjoni mandatorja dwar in-nutrizzjoni ġiet rifjutata. Fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw normalment jinbigħu bħala porzjonijiet individwali (eż. 200 ml jew 250 ml). L-ispazju disponibbli għall-informazzjoni tat-tikkettar huwa limitat ħafna fuq dawn il-fliexken. L-ammont attwali ta’ informazzjoni għandu għalhekk jinżamm, jiġifieri l-isem li bih il-protott jinbigħ, il-kwantità netta, l-allerġeni u d-data ta’ durabilità minima (ara l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 200/13/KE (Direttiva dwar it-Tikkettar)).

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta’ l-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih erja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

2. Fil-każ tal-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ li jista’ jiġi stampat tagħhom ikun fih erja ta’ inqas minn 80 cm2, id-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) u fl-Artikolu 29(1)(a) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Il-għoti ta’ aktar dettalji fuq il-pakkett għandu jkun possibbli fuq bażi volontarja. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar il-kontenut ta' enerġija f'ikel partikolari hija waħda essenzjali u tista' tkun determinanti għal deċiżjoni infurmata ta' xiri. Għandu jkun possibbli l-għoti ta’ dettalji addizzjonali volontarji mill-manifattur.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(l) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

3. Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(l) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

Ġustifikazzjoni

Id-derogi dwar id-daqs tal-pakketti fil-proposta tal-Kummissjoni la huma realistiċi u lanqas fattibbli.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dettalji elenkati fl-Artikoli 9 u 29 m’għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta' prodotti mhux ippakkjati bil-lest, inklużi dawk ipprovduti minn caterers tal-massa skont l-Artikolu 2(2)(d).

Ġustifikazzjoni

L-impriżi tal-kummerċ tal-ikel bl-imnut u s-settur tal-produzzjoni tal-ikel tradizzjonali, li jinkludi wkoll fornituri ta' servizzi ta' catering għall-massa kif ukoll il-bdiewa involuti fl-ikkummerċjar dirett, bl-istess mod jipproduċu prodotti għall-konsenja diretta lill-konsumatur. M'hemm l-ebda proċedura standard: l-ingredjenti jinbidlu ta’ kuljum. Ta’ min iżomm ukoll f’moħħu li s-settur tal-produzzjoni tradizzjonali tal-ikel huwa partikolarment responsabbli biex jinżammu l-ispeċjalitajiet reġjonali, għall-kreattività u għall-innovazzjoni u b’hekk tiġi żgurata d-diversità tal-prodotti disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn il-prodotti jiġu esklużi mir-rekwiżit tad-dikjarar tan-nutrizzjoni.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-katini ta’ postijiet tal-ikel fast food li jservu ikel standardizzat għandhom jindikaw id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 9(1)(a), (b), (c), (i) u (l) fuq il-pakkett tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-caterers għall-massa li jservu ikel standardizzat, ngħidu aħna l-katini ta’ postijiet tal-ikel fast food, għandhom jagħtu l-informazzjoni segwenti fuq il-pakkett: l-isem, l-ingredjenti, l-allerġeni, u l-pajjiżi oriġinarju tal-ikel, kif ukoll id-dikjarazzjoni nutrizzjonali.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta’ l-ikel.

1. L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem provdut fil-leġiżlazzjoni relevanti. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament lingwistiku biex tkun żgurata l-konsistenza mat-terminoloġija attwali tad-Direttiva 2000/13/KE (Id-Direttiva dwar l-Ittikkettar).

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 19 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Jekk prodott jinkludi nanomaterjal, dan għandu jiġi indikat fil-lista ta’ ingredjenti bil-kelma “nano”.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda sservi għat-trasparenza u tiżgura l-libertà tal-għażla tal-konsumatur.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Għall-prodotti li jkun fihom il-bajd jew prodotti ġejjin mill-bajd fost l-ewwel ħames ingredjenti, it-termini msemmijin fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 għandhom ikunu miżjudin fil-parentesi wara l-ingredjent rispettiv fil-lista tal-ingredjenti, skont il-metodu tal-biedja użat għall-produzzjoni tal-bajd. Dwar bajd ġejjin minn produzzjoni organika, l-ingredjent rispettiv jista’ jkollu tikketta konformi mar-Regolament tal-Kunsill (EK) Nru 834/2007, Artikolu 23 (4)(b).

Ġustifikazzjoni

Jista’ jkun li bosta konsumaturi jkunu jixtiequ jafu b’liema metodu ta’ trobbija ġie manifatturat il-bajd kontenut fl-ikel tagħhom. L-ingredjenti għalhekk għandhom ikunu speċifikati bit-termini ‘Bajd free range’, ‘Bajd mill-barn' jew ‘Bajd mit-tiġieġ tal-gaġġi'.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta’ ingredjenti mħollija barra

Derogi ġenerali mir-rekwiżit tal-lista ta' ingredjenti

Ġustifikazzjoni

Tibdil lingwistiku biex it-titolu jinftiehem aħjar.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - Titlu u frażi introduttiva

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kostitwenti ta' ikel li tħallew barra mil-lista ta’ ingredjenti

 

Il-kostitwenti li ġejjin ta’ xi ikel m'għandhomx ikunu meħtieġa li jiddaħħlu fil-lista ta' ingredjenti:

Dawn li ġejjin ma għandhomx ikunu meqjusa bħala ingredjenti tal-ikel:

Ġustifikazzjoni

Emenda tat-titolu għal raġunijiet ta' ċarezza akbar. Fl-Artikolu 21 qed tkun proposta bidla fis-sistema, mingħajr raġuni li tista’ tinftiehem biex isir dan: Filwaqt li s-sustanzi u l-prodotti elenkati sa issa kienu esklużi, permezz ta’ klawsola legali mill-kunċett ta’ ‘ingredjenti’, jidher li fil-futur dawn se jkunu eżenti biss mir-rekwiżit li jkunu inklużi fil-lista tal-ingredjenti. L-approċċ eżistenti għandu jinżamm. Bidla se jkollha riperkussjonijiet kritiċi fuq diversi dispożizzjonijiet legali tal-KE li jirreferu għall-kunċett ta’ 'ingredjent tal-ikel’ (inkluż ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jew ir-regolament futur dwar l-enżimi).

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) sustanzi użati fil-kwantitajiet meħtieġa bilfors bħala solvents jew mezzi għal sustanzi nutrizzjonali, addittivi ta’ l-ikel jew ħwawar;

(c) sustanzi użati fil-kwantitajiet meħtieġa bilfors bħala solvents jew mezzi għal sustanzi nutrizzjonali, addittivi tal-ikel, enzimi, jew ħwawar;

Ġustifikazzjoni

Żieda fil-lista ta' sustanzi biex tkun aktar kompluta.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, dejjem skond l-eċċessjonijiet tiegħu kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun indikat fuq it-tikketta b’referenza preċiża għall-isem ta’ l-ingredjent.

 

 

1. Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, dejjem skont l-eċċezzjonijiet tiegħu kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun dejjem indikat fuq il-lista tal-ingredjenti b'mod li s-sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi jiġu rikonoxxuti mill-ewwel.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika, biex ikun ċar li l-ismijiet tal-ingredjenti għandhom jintgħażlu b'mod li min ibati minn allerġiji jkun jista' jagħraf il-potenzjal ta' allerġija tal-ingredjenti.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-ikel ma huwiex ippakkjat minn qabel. F’dan il-każ għandu jiġi indikat f'mod ċar viżibbli fl-inħawi fejn isir il-bejgħ jew fuq il-menu illi:

 

- il-klijenti jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sustanzi allerġeniċi direttament fid-djalogu li jsir fil-proċess tal-bejgħ u / jew permezz ta' materjal li jidher fuq il-post

 

- il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni reċiproka ma tistax tiġi eskluża.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest, tikkettar komprensiv relatat ma' sustanzi allerġeniċi tal-prodotti kollha huwa prattikament impossibbli u jikkawża spejjeż sostanzjali żejda u żvantaġġ kompetittiv għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari. Barra minn hekk, ma tistax tiġi eskluża l-possibilità ta' kontaminazzjoni trasversali f'postijiet fejn l-ispazju disponibbli għall-ipproċessar huwa limitat. Is-sinjal ċar obbligatorju jagħti ċertezza legali lill-impriżi.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati jidhru fl-isem ta' l-ikel jew normalment huma assoċjati ma' dak l-isem mill-konsumatur; jew

(a) l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti konċernati jidhru fl-isem li bih jinbigħ l-ikel jew normalment huma assoċjati ma' dak l-isem mill-konsumatur; jew jew

Ġustifikazzjoni

It-terminoloġija użata s’issa fid-Direttiva dwar l-Ittikkettar bil-Ġermaniż 2000/13/KE għandha tinżamm.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 1 billi żżid każijiet oħra. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jagħti lill-Kummissjoni poteri kbar wisq, peress li f'dan il-każ bl-ebda mod ma jeżistu 'elementi mhux essenzjali'.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi;

(a) f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar il-kontenituri ta’ likwidi għall-konsum tal-bniedem1;

 

__________

 

1 ĠU L 176, 6.7.1985, p. 18.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament lingwistiku biex tkun żgurata l-konsistenza mat-terminoloġija attwali tad-Direttiva 2000/13/KE (Id-Direttiva dwar l-Ittikkettar).

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Data minima sakemm iservi u data ‘sa meta għandu jintuża’

Data minima sakemm iservi l-prodott, data sa meta għandu jintuża u data tal-produzzjoni

Ġustifikazzjoni

Riżultat taż-żieda tad-data tal-produzzjoni fl-Artikolu 25(2).

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-data adattata għandha tiġi mfissra skond l-Anness IX.

2. Id-data adattata għandha tinstab faċilment u ma tistax tkun mgħottija. Għandha tiġi mfissra kif ġej:

 

A. DATA MINIMA SAKEMM ISERVI:

 

(a) Id-data għandu jkollha quddiemha l-kliem:

 

- ‘Uża qabel ...’ fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata,

 

- ‘Uża qabel l-aħħar ta’ ...’ f’każijiet oħra.

 

(b) Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom jew:

 

- id-data nfsiha; jew

 

- referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

 

Jekk ikun hemm bżonn, dawn id-dettalji għandu jkollhom warajhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħżin li jridu jiġu osservati jekk il-prodott irid jinżamm għall-perjodu speċifikat.

 

(c) Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena f’forma kronoloġika mhux kodifikata.

 

Iżda, fil-każ tal-ikel:

 

- li jibqa' tajjeb għal anqas minn tliet xhur: għandhom ikunu ddikjarati l-ġurnata u x-xahar;

 

- li jibqa' tajjeb għal aktar minn tliet xhur iżda mhux aktar minn 18-il xahar: għandhom ikunu ddikjarati x-xahar u s-sena;

 

- li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

 

(d) id-data tad-durabilità minima għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat minn qabel.

 

(e) Skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta’ indikazzjoni tad-data m’għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:

 

- frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili; din id-deroga m'għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tarmi u prodotti simili bħal legumi tal-isprouts;

 

inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed ifexfxu, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott minbarra l-għeneb, u xorb li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 22060091, 22060093 u 22060099 u fabbrikati mill-għeneb jew mill-għeneb magħsur;

 

- xorb li fih 10% jew aktar bil-volum ta’ alkoħol;

 

- luminati, għasir il-frott, nektars tal-frott u xarbiet alkoħolici li fihom iktar minn 1.2 % mil-lat ta' volum ta' alkoħol f'reċipjenti individwali ta' aktar minn ħames litri, intenzjonati għall-forniment lil mass-caterer;,

 

- oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jintgħamlu;

 

- ħall,

 

- melħ tat-tisjir,

 

- zokkor sħiħ,

 

prodotti tad-dulċier magħmula kważi għal kollox minn zokkor bil-ħwawar u/jew ikkulurit;

 

- chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom,

 

 

 

B. DATA SA META L-IKEL IRID JINTUŻA:

 

(a) Din għandu jkollha qabilha l-kelmiet ‘uża sa ...’:

 

(b) Il-kliem fil-punt (a) għandu jkollu miegħu:

 

- jew id-data nfisha, jew

 

- referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

 

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

 

(c) Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.

 

(d) Regoli dettaljati għall-indikazzjoni tad-data ta' durabilità minima skont it-taqsima A punt c ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja taħt l-Artikolu 49(2).

 

C. DATA TAL-PRODUZZJONI:

 

(a) Din għandu jkollha qabilha l-kliem ‘Manifatturat fi’.

 

(b) Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom:

 

- id-data nfsiha; jew

 

- referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

 

(c) Id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-Anness IX għandu jiġi inkorporat fit-test leġiżlattiv u kkompletat bl-inklużjoni tad-data ta' produzzjoni b'konformità mal-Artikolu 2(2)(ab) (ġdid). Id-deroga mir-rekwiżit li tiġi indikata d-data ta’ durabilità minima fil-każ tal-ġelat ippakkjat f’porzjonijiet individwali se titħassar.

Il-porzjonijiet individwali jistgħu jinfirdu mill-pakkett jew mil-lott li fihom inbigħu u għalhekk huwa importanti li kull porzjon li jinfired għalih ikollu stampat fuqu d-data ta’ durabilità minima.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost.

1. L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost. Fejn xieraq, għandhom ikunu provduti l-istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġerazzjoni u tal-ħażna u dwar il-limitu ta' żmien għall-konsum wara li jinfetaħ il-pakkett.

Ġustifikazzjoni

Il-kundizzjonijiet tat-tkessiħ u tal-ħżin jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-ikel u għalhekk għandhom jiġu indikati.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Taqsima 3 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

It-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b u punt b a (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ.

(b) l-ammonti ta' xaħam, saturati, zokkor u melħ;

 

(ba) l-ammonti ta’ proteini, karboidrati, fajber, transxaħmijiet naturali u artifiċjali.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għall-inbid kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, birra, u ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta xorb bl-ispirtu u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

 

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għax-xarbiet li jkun fihom l-alkoħol. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Ġustifikazzjoni

Jekk l-inbid, il-birra u l-ispirti jkunu eżentati, iżda xorb alkoħoliku ieħor ma jkunx, l-armonizzazzjoni fl-industrija tkun impossibbli. Dan jiffavorixxi ċerti prodotti u jkun ta' diskriminazzjoni għal oħrajn. Jgħawweġ il-kompetizzjoni u jkun qarrieq għall-konsumaturi rigward l-ingredjenti rispettivi ta' prodotti differenti.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafi 2-4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jista' jkun fiha wkoll l-ammonti ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jista' jkun fiha wkoll l-ammonti ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) trans fats;

 

(b) mono-unsaturates;

(b) mono-unsaturates;

(c) polyunsaturates;

(c) polyunsaturates;

(d) polyols;

(d) polyols;

 

(da) kolesterol;

(e) lamtu;

(e) lamtu;

(f) fajber;

 

(g) proteini;

 

(h) kwalunkwe minerali jew vitamini mniżżla fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, u li jeżistu f’ammonti sinifikanti kif imfissra fil-punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness XI.

(h) il-minerali u vitamini preżenti f’ammonti sinifikanti skont ma jingħad fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, u skont il-valuri indikati fil-punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness XI;

 

(ha) sustanzi oħra fil-kuntest tat-tifsir tal-Parti A tal-Anness XIII u l-kostitwenti ta' dawk in-nutrijenti.

 

(hb) sustanzi oħra kif imsemmija fir-Regolament (KE) nru 1925/2006.

3. Id-dikjarazzjoni ta' l-ammont ta' sustanzi li jappartjenu jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu meħtieġa meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa.

3. Id-dikjarazzjoni ta' l-ammont ta' sustanzi li jappartjenu jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu meħtieġa meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa.

4. Il-listi fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

 

Ġustifikazzjoni

Fil-verżjoni bil-Ġermaniż 'transisomere Fettsäuren' għandha tkun sostitwita b’'Transfettsäuren'. ‘Il-kolesterol’ għandha tkun inserita. Il-proteina ġiet ittrattata fl-Artikolu 29 (1) b).

It-traduzzjoni korretta fil-Ġermaniż ta’ ‘zokkrijiet' hi 'Zuckerarten' (cf. id-Direttiva 2001/111/KEC dwar ċerti zokkrijiet).

L-elenku ta’ nutrijenti li jistgħu jiġu indikati addizzjonalment u volontarjament fit-tikkettar nutrizzjonali għandu jaqbel ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-KE (eż. Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar iż-żieda ta’ ċerti sustanzi mal-ikel). Il-paragrafu 2 għandu jiġi ssupplementat skont dan.

L-emenda tiżgura li l-kolesterol jista’ wkoll jiġi inkluż fit-tikkettar nutrizzjonali addizzjonali.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, sabiex jiġi kkalkulat b’mod aktar preċiż il-kontenut tagħhom fl-ikel, jistgħu jiġu stabbiliti u mdaħħla fl-Anness XII mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

2. Il-fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI, sabiex jiġi kkalkulat b’mod aktar preċiż il-kontenut tagħhom fl-ikel, għandhom jiġu stabbiliti u mdaħħla fl-Anness XII mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-vitamini u l-minerali jiġu kkalkulati skont fatturi ta' konverżjoni uniformi.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-valuri dikjarati għandhom, skond kull każ individwali, ikunu valuri medji bbażati fuq:

4. Il-valuri dikjarati għandhom, skont kull każ individwali, ikunu valuri medji fl-aħħar tal-perjodu minimu ta' durabilità filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi xierqa u għandhom ikunu bbażati fuq:

(a) l-analiżi ta’ l-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(a) l-analiżi tal-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(b) kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta’ l-ingredjenti użati; jew

(b) kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta’ l-ingredjenti użati; jew

(c) kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

(c) kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali jistgħu jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 49(2).

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali għandhom jiġu adottati, wara li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tkun tat l-opinjoni tagħha, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 49(3).

Ġustifikazzjoni

Bit-tir li jkun hemm iċ-ċertezza legali, it-test leġiżlattiv għandu jindika b’mod aktar speċifiku li l-valuri medji għandhom jirreletaw mal-għeluq tal-perjodu minimu ta' durabilità. Il-vitamini u minerali naturali jew miżjuda huma soġġetti għad-dekompożizzjoni naturali u għall-proċessi ta’ fluttwazzjoni. Ngħidu aħna, fil-kors tal-perijodu minimu ta’ durabilità ta’ prodott, il-Vitamina Ċ tista’ tiddekomponi sostanzjalment permezz ta’ proċessi naturali (skont il-kondizzjonijiet tal-ħżin, id-dawl tax-xemx, eċċ).. Inoltre, il-kwantitajiet ta’ nutrijenti fi prodott jiffluttwaw b’mod naturali skont il-ħsad jew il-varjetà. Għal dan il-mottiv, għandu jiġi adottat l-arrotondjar tar-regoli u t-tolleranzi fit-tikkettar tal-kwantitajiet nutrizzjonali fl-UE kollha mill-aktar fis possibbli.

Id-determinazzjoni tal-livelli permessi tad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti matul il-kontrolli uffiċjali ser tkun kruċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament u għalhekk għandha tiġi deċiża bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom jiġu mfissra permezz ta’ l-unitajiet tal-kejl imniżżla fil-Parti A ta’ l-Anness XIII.

L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom jiġu mfissra permezz ta’ l-unitajiet tal-kejl imniżżla fl-Anness XIII.

Ġustifikazzjoni

Jirriżulta mis-sommarju tal-Partijiet A sa C fl-Anness XIII kif previst mill-Emenda 203.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml jew, skond l-Artikolu 32(2) u (3), għal kull porzjon.

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml.

 

Barra minn hekk, l-ammont ta' enerġija u ta' nutrijenti jista' jitfisser għal kull porzjon.

 

Jekk l-ikel ikun ippakkjat bil-lest bħala porzjon individwali, il-valur enerġetiku u dak nutrizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati għal kull porzjon ukoll.

 

Jekk l-informazzjoni tiġi pprovduta għal kull porzjon, in-numru ta' porzjonijiet li jkun fih il-pakkett għandu jkun indikat, id-daqs tal-porzjonijiet għandu jkun realistiku, u għandu jiġi ppreżentat jew spjegat b'mod li jinftiehem mill-konsumatur medju

 

B’koperazzjoni mal-intrapriżi tal-ikel u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji ta’ gwida rigward l-indikazzjoni ta’ daqsijiet realistiċi ta’ porzjonijiet. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Ġustifikazzjoni

Meta l-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jitfissru għal kull 100g jew għal kull 100ml, il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti b'mod aktar dirett. Għalhekk, bħala prinċipju, dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu obbligatorji għall-ikel ippakkjat f’porzjonijiet. Ovvjament, għandu jkun possibbli li l-ammont ta’ enerġija u sustanzi jintwerew għal kull porzjon fil-każ speċifiku ta' l-ikel ippakkjat f’porzjonijiet. Sabiex tkun aktar faċli għall-konsumaturi biex jiksbu l-informazzjoni li jeħtieġu, fejn jidħlu porzjonijiet individwali, id-daqs tal-porzjon għandu jintwera b’mod obbligatorju. F’każ ta’ pakketti b’aktar minn porzjon wieħed, tajjeb li jkun imniżżel l-għadd ta’ porzjonijiet fil-pakkett bħala kuntest għall-indikazzjonijiet tal-valuri tal-enerġija għal kull porzjon.

Id-definizzjoni tad-daqs tal-porzjonijiet għandha tirrefletti l-mod li bih il-konsumaturi jaħsbu dwar l-ikel. Pereżempju, il-konsumaturi aktar jistgħu jifhmu xi jfisser porzjon li jikkonsisti minn tmien biċċiet jew oġġetti (pereżempju fil-każ tal-gallettini) jew nofs kikkra (pereżempju fil-każ tal-lewż) milli l-indikazzjonijiet korrispondenti tal-grammi. Barra minn hekk, id-daqs tal-porzjon għandu jkun ibbażat fuq il-konsum medju realistiku sabiex jiġu evitati indikazzjonijiet qarrieqa. Ġie ppruvat, pereżempju, li d-daqs ta’ porzjon ta’ 25g, spiss indikat fuq il-pakketti, mhuwiex realistiku bħala punt ta’ riferiment.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 31 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a, Jekk jingħataw l-indikazzjonijiet skont it-termini tal-paragrafu 3, l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun indikata qrib ħafna tat-tabella konċernata. 'Kemm teħtieġ medjament ta’ kuljum mara ta’ mezz’età. Il-ħtiġiet personali tiegħek ta’ kuljum għandu mnejn li ma jkunux l-istess.’

Ġustifikazzjoni

Il-kwantitajiet li jservu ta’ riferiment indikati fl-Anness XI jiddeskrivu l-ħtiġiet ġornaljieri ta’ mara medja ta’ mezz’età li tkun fiżikament attiva. Dan għandu jiġi ċċarat ħalli jkunu ssalvagwardati l-gruppi l-oħrajn fil-popolazzjoni mill-iżbalji fid-dieta.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ saturati msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XIII Parti B.

4. Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ saturati u trans xaħmijiet msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XIII.

Ġustifikazzjoni

Jirriżulta mis-sommarju tal-Partijiet A sa C fl-Anness XIII kif previst mill-Emenda 203.

Ix-xaħmijiet trans għandhom ikunu parti mid-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni flimkien max-xaħmijiet saturati u għalhekk għandhom jitneħħew mid-dettalji volontarji.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Article 32Expression on a per portion basis

 

 

1. Minbarra d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml imsemmija fl-Artikolu 31(2), l-informazzjoni tista’ tiġi mfissra bħala porzjon kif kwantifikat fuq it-tikketta, dejjem jekk jingħata n-numru ta' porzjonijiet li hemm fil-pakkett.

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tiġi mfissra abbażi ta’ kull porzjon biss jekk l-ikel ikun ippakkjat bil-lest bħala porzjon individwali. 3.

3. L-espressjoni abbażi ta’ kull porzjon biss għall-ikel preżentat f’pakketti li fihom ħafna porzjonijiet ta’ l-ikel, li ma ġewx ippakkjati bil-lest f’porzjonijiet individwali, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa superfluwu ladarba d-dispożizzjonijiet relevanti ġa twaħħdu fl-Artikolu 31(2).

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 33 - paragrafu 1 - introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) u (3), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tingħata f’xi forom oħra ta’ espressjoni dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

1. Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikoli 29(1), 29(2), 31(2) u (3), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tingħata f’xi forom grafiċi ta’ espressjoni dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-forma ta’ espressjoni timmira biex tiffaċilita l-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta; and

(a) dawk il-forom ta’ preżentazzjoni m’għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur jew ineħħu l-attenzjoni minn fuq id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni; kif ukoll

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) hija appoġġjata minn evidenza ta’ riċerka tal-konsumatur indipendenti li turi li l-konsumatur medju jifhem il-forma ta' espressjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan jiżgura li kwalunkwe forma addizzjonali ta’ espressjoni tiġi permessa biss jekk ikun hemm l-appoġġ mir-riċerka tal-konsumatur indipendenti.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 31(2) marbuta mad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom jiddaħħlu fejn jidhru l-aktar. Huma għandhom jiġu preżentati, fejn jixraq, flimkien f’forma ċara fl-ordni li ġejja: enerġija, xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ.

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 31(2) marbuta mad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom jiddaħħlu fuq in-naħa ta’ quddiem tal-pakkett. Huma għandhom jiġu preżentati, fejn jixraq, flimkien f’forma ċara fl-ordni li ġejja: enerġija, xaħam, saturati, zokkor u melħ.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-emendi għall-Artikolu 29(1) a

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 34 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Minbarra l-preżentazzjoni skont il-paragrafu 1 f’kilokaloriji kull 100 g/ml u, opzjonalment, għal kull porzjon skont it-termini tal-Artikolu 31(2), l-ittikkettjar dwar il-kontenut ta' enerġija skont i—termini tal-Artikolu 29(1)(a) u l-Anness XI, Taqsima B, għandhom jidhru fil-kolonna tal-lemin t'isfel tal-faċċata tal-ippakkjar, b’tipa ta’ daqs ta' 3 mm u mberflin b’bordura.

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tal-enerġija huwa wieħed mill-aktar punti ta’ informazzoni importanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ikel. Għalhekk, irrispettivament mill-prodott ikkonċernat, id-dettalji partikulari għandhom jiġu rripetuti fuq quddiem tal-pakkett, fl-istess post u b’mod li jidher sew, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jarahom mill-ewwel.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 34 - paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-ippakkjar forma ta’ rigal huwa eżentat mill-ħtieġa tar-repetizzjoni tal-kontenut ta’ enerġija fuq il-faċċata tal-ippakkjar kif previst fil-paragrafu 1a.

Ġustifikazzjoni

Il-karattru viżiv u estetiku tal-pakketti tar-rigali li jkun fihom prodotti taċ-ċikkulata jew tal-praline għal okkażjonijiet ta’ festi bħal jum l-omm jinqered jekk l-informazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni kellha tiġi mċaqalqa għall-quddiem tal-pakkett.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 34 - paragrafu 2 – subparagrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni marbuta man-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2) għandha tidher flimkien f’post wieħed u, kif jixraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni provduta fil-Parti Ċ ta’ l-Anness XIII.

2. Id-dikjarazzjoni mwessgħa volontarjament dwar in-nutrizzjoni, miżjuda b’mod voluntarju, marbuta man-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2) għandha tidher kif jixraq, fl-ordni ta’ preżentazzjoni provduta fl-Anness XIII. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.

Meta din id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ma tidhirx fil-post viżiv prinċipali, hi għandha tiġi preżentata f’forma ta’ tabella, bin-numri mqegħdin f’linja jekk ikun hemm spazju.

 

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel elenkat fl-Anness IV tkun obbligatorja għaliex ikun hemm xi allegazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew dwar is-saħħa, ma jkunx meħtieġ li d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tidher fil-parti viżiva prinċipali.

Ġustifikazzjoni

Il-ħtieġa li d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tidher fil-parti viżiva prinċipali mhix prattika fuq pakketti żgħar (eż. prodotti taċ-chewing gum). Jekk l-ikel imniżżel fl-Anness IV jagħmel dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa, dan għandu għalhekk jiġi eżentat mir-rekwiżit li trid tkun tidher dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fil-parti viżiva prinċipali.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ikel kif definit fid-Direttiva 89/398/KEE u d-direttivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(1) tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-ikel PARNUTS bħalma huma l-formuli tat-trabi, il-formuli follow-on, l-ikel komplementari għat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel djetetiku għal finijiet mediċi speċjali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/39/EC huwa fformulat speċifikament biex jissodisfa l-ħtiġiet nutrizzjonali partikolari tal-popolazzjoni li għaliha huma mmirati. Ir-rekwiżit tal-inklużjoni ta’ dikjarazzjoni nutrizzjonali fuq il-bażi tal-Artikolu 9.1(1) tar-regolament propost m’huwiex skont l-użu rikonoxxut f'dawn il-prodotti. Inoltre, l-informazzjoni ta’ nutrizzjoni limitata fil-kamp viżiv prinċipali dwar l-ikel PARNUTS tista’ tippreżenta l-prodotti b’mod żvijjanti, u twassal lil gruppi ta’ konsumaturi vulnerabbli li jagħżlu prodotti oħrajn li jaħsbuhom superjuri mil-lat ta' nutrizzjoni.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4 – subparagrafi 1 u 1a (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew nutrijent(i) fi prodott huwa/huma negliġibbli, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f’dawk l-elementi tista’ tinbidel bi stqarrija bħal ‘Fih ammonti negliġibbli ta’ ...’ qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

4. F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew l-ammont ta’ nutrijenti individwali fi prodott huwa/huma negliġibbli, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f’dawk l-elementi tista’ tinbidel bi stqarrija bħal ‘Fih ammonti negliġibbli ta’ ...’ qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

 

F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew nutrijenti fi prodott huwa żero, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal dawk l-elementi tista’ tinbidel bl-indikazzjoni ‘Ma fih l-ebda ...’ qrib ħafna tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta din tkun preżenti.

Ġustifikazzjoni

Implimentazzjoni aktar sempliċi tar-regolament.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Ir-regoli marbuta ma' aspetti oħra ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 5, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

6. Il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5(a) u (b) għandhom jiġu infurzati mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-EFSA u rappreżentanti tal-gruppi ta’ interess relevanti, skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Ġustifikazzjoni

Dawn huma dispożizzjonijiet essenzjali, u l-emendar tagħhom ma jistax jitħalla f’idejn il-Kummissjoni biss.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-forma ta’ preżentazzjoni deskritta fil-paragrafi 1-6.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir valutazzjoni tal-forom ta’ preżentazzjoni sabiex ikunu identifikati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Forom oħra ta’ preżentazzjoni li huma msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu identifikati u l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bihom. Il-Kummissjoni tista’ tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dawk id-dettalji, inkluż permezz ta’ paġna apposta fuq l-Internet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti li forom oħra ta’ preżentazzjoni jiġu adottati jekk ma tiżgwidax lill-konsumatur u jekk ikun hemm evidenza b’saħħitha li turi li din il-forma ta’ preżentazzjoni tinftiehem aħjar mill-konsumatur. Tiżgura wkoll li kwalunkwe preżentazzjoni addizzjonali oħra li ssir trid tiġi ppubblikata kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-pubbliku.

Emenda  167

Proposta għal regolament

Kapitolu V –- titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni Volontarja dwar l-Ikel

Tikkettjar dwar l-oriġini tal-ikel

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti applikabbli

Rekwiżiti

Ġustifikazzjoni

Dak li huwa żejjed għandu jitħassar.

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-informazzjoni dwar l-ikel koperta b’dan ir-Regolament tingħata b’mod volontarju, dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Neċessarja minħabba l-emenda tat-titolu fil-kapitolu V.

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafi 1 a - c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-informazzjoni volontarja m'għandhiex tintwera għad-detriment ta' l-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja.

 

1b. L-informazzjoni kollha rilevanti rigward l-iskemi ta’ informazzjoni volontarja dwar l-ikel, bħall-kriterji sottostanti u l-istudji xjentifiċi, trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

 

1c. L-informazzjoni addizzjonali volontarja dwar in-nutrizzjoni maħsuba għal gruppi speċifiċi, pereżempju għat-tfal, għandha tkompli titħalla tingħata kemm-il darba dawn il-valuri ta' referenza specifiċi jkunu ppruvati xjentifikament, ma jkunux iqarrqu bil-konsumatur u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-valuri ta' referenza li jingħataw fl-Anness IX, Parti B jirreferu għal persuna adulta medja. Valuri ta' referenza diverġenti, għal prodotti mmirati għal grupp speċifiku, pereżempju għat-tfal, li diġà ġew introdotti mill-industrija u li ġew ittestjati speċifikament, għandhom jibqgħu permessi bħala informazzjoni addizzjonali.

Din id-dispożizzjoni hija essenzjali sabiex tkun żgurata t-trasparenza.

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, il-pargrafi 3 u 4 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Komunità Ewropea jew minn pajjiż jew post speċifiku.

2. Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-prodotti tal-biedja u l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-ħarsien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini għall-prodotti tal-biedja u l-ikel, il-paragrafu 4 għandu japplika fejn il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Komunità Ewropea jew minn pajjiż jew post speċifiku. F’każijiet bħal dawn, l-ikel għandu jkollu tikketta li tgħid “Prodott fl-UE (Stat Membru)”. Barra minn hekk, jista' jitniżżel ir-reġjun tal-oriġini. Indikazzjonijiet volontarji bħal dawn rigward il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini ma jaffettwawx is-suq intern.

Ġustifikazzjoni

L-indikazzjoni ta' reġjun tal-oriġini tirrifletti x-xewqa ta' bosta konsumaturi li l-ispeċjalitajiet reġjonali għandhom ikunu ttikkettati bħala tali. It-tikketta “Prodott fl-UE” turi konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Komunità dwar l-ikel u għalhekk tista’ tkun informazzjoni ta’ interess għall-konsumaturi.

Barra minn hekk, is-suq intern ma jiġix affettwat bl-introduzzjoni ta' indikazzjonijiet tal-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini bħal dawn.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel mhuwiex l-istess bħal dak ta' wieħed mill-ingrdjent(i) tiegħu, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' dak/dawk l-ingredjent(i) għandu jingħata wkoll.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-konsumatur ikun jaf minn fejn ikun ġej il-prodott. F’ċerti każi, però, jista’ ma jkunx dejjem possibbli li jiġi ddikjarat pajjiż tal-oriġini wieħed peress li l-kontenut tal-prodott jista’ jkun ġej minn pajjiżi differenti fl-istess ħin u jinbidel kuljum. Ir-regoli attwali eżistenti marbuta mat-tikkettjar dwar l-oriġini jipprevedu l-indikazzjoni tal-provenjenza fuq bażi volontarja sakemm l-esklużjoni ta’ dispożizzjonijiet bħal dawn tagħti lill-konsumatur il-possibilità ta’ żball serju fir-rigward tal-vera oriġini tal-oġġett tal-ikel. Dawn ir-regoli m’għandhomx jiġu fformulati mill-ġdid iżda jinżammu.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kondizzjonijiet u l-kriterji ta' użu ta' dettalji mogħtija volontarjament jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. It-terminu ‘veġetarjan’ m’għandux ikun applikat għal ikel li jkun, jew isir minn jew bl-għajnuna ta’ prodotti meħuda minn annimali li mietu, inqatlu jew minn annimali li mietu minħabba li ttieklu. It-terminu ‘vegan’ m’għandux jiġi applikat għal ikel li huwa, jew isir minn jew bl-għajnuna ta’ annimali jew ta’ prodotti tal-annimali (inklużi prodotti minn annimali ħajjin).

Ġustifikazzjoni

Bħalissa, it-termini “veġetarjan” u “vegan” mhumiex protetti bil-liġi. Fil-prattika, dan ifisser li kull produttur jista’ jimmarka l-prodott tiegħu bħala “veġetarjan” anki jekk ma jkunx. Id-definizzjoni t’hawn fuq tressqet mill-Aġenzija tal-Istandards għall-Ikel tar-Renju Unit, wara snin ta’ diskussjoni.

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

Preżentazzjoni

imħassar

L-informazzjoni volontarja m'għandhiex tintwera għad-detriment ta' l-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja.

 

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-ħarsien tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, indikazzjonijiet tal-provenjenza, postijiet ta’ l-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta. 2.

(d) il-ħarsien tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, indikazzjonijiet tal-provenjenza reġjonali, postijiet ta’ l-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta. 2.

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Miżuri bħal dawn m'għandhomx iwasslu għal ostakli għall-moviment ħieles ta' prodotti fis-suq intern.

Ġustifikazzjoni

F’Regolament ġdid imfassal biex jikkonsolida u jissimplifika r-regoli tal-UE dwar it-tikkettar, u f'konformità mal-aġenda ta' Regolamentazzjoni Aħjar, huwa xieraq li jiddaħħal rekwiżit li regoli ġodda m’għandhomx ixekklu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq intern.

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Permezz tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel biss fejn hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet ta' l-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu. Meta jinnotifikaw miżuri bħal dawn lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li l-maġġoranza tal-konsumaturi jorbtu valur sinifianti mal-forniment ta' din l-informazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Billi wieħed jista’ jassumi li l-ikel li jitqiegħed fis-suq fl-UE jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ċari tal-liġi Komunitarja, informazzjoni addizzjonali tal-Istati Membri, bħal dik proposta f’dan il-paragrafu, mhijiex meħtieġa.

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 38 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Il-promozzjoni ta’ skemi volontarji

 

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 34(1) u 34(2), l-Istati Membri, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 42, jistgħu jiddeċiedu li jippromwovu skemi volontarji addizzjonali biex jippreżentaw l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni bl-użu ta' suriet oħra ta' espressjoni kemm-il darba:

 

- dawn l-iskemi nazzjonali jiġu żviluppati f'konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta' dan ir-regolament;

 

- l-iskemi promossi mill-Istati Membri jirriflettu dak li jkun instab minn riċerka indipendenti fost il-konsumaturi u minn konsultazzjonijiet estensivi fost il-partijiet interessati rigward x’inhu li jimxi l-aħjar għall-konsumaturi;

 

- tali informazzjoni tkun ibbażata jew fuq rati ta’ konsum referenzjali armonizzati jew, jekk dawn ma jeżistux, fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar ir-rati ta’ konsum f’dik li hi enerġija jew nutrijenti.

 

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-iskemi nazzjonali u għandha tinkoraġġixxi lill-partijiet interessati jipparteċipaw f’dan il-proċess. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel dawn id-dettalji disponibbli għall-pubbliku.

 

Nhar (l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament), il-Kummissjoni Ewropea għandha tidħol għal evalwazzjoni tal-evidenza miġbura dwar l-użu min-naħa tal-konsumaturi tad-diversi skemi nazzjonali u dwar kemm il-konsumaturi jifhmuhom bil-għan li jiġi determinat liema minnhom għandha l-aqwa prestazzjoni u hija l-aktar waħda utli għall-konsumaturi Ewropej. Fuq il-bażi ta’ dak li joħroġ minn dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport, li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Irid ikun hemm il-possibilità li l-Istati Membri jippromwovu skemi volontarji addizzjonali sabiex jippreżentaw l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni bl-użu ta' forom oħra ta' espressjoni, jekk ikunu jixtiequ hekk.

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

Xorb alkoħoliku

 

L-Istati Membri jistgħu, fl-istennija ta' l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 20(e), jippreservaw ir-regoli nazzjonali fir-rigwrad ta' l-elenkar ta' ingredjenti fil-każ ta' xorb li fih aktar minn 1.2% bħala volum ta’ alkoħol.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ix-xorb alkoħoliku ma jaqax taħt ir-regolament.

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kunsill

Emenda

1. Fejn prodotti ta l-ikel huma offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil caterers tal-massa mingħajr ma jukunu ppakkjati bil-lest, jew fejn oġġetti ta' l-ikel jiġu ppakkjati fuq il-post fejn jinbiegħu fuq talba tal-konsumatur jew ikunu ppakkjati bil-lest għall-bejgħ dirett, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod kif id-dettalji speċifikati fl-Artikolu 9 u 10 għandhom jintwerew.

1. Għandhom jingħataw id-dettalji li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 9(1)(c).

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diffikultajiet tat-tikkettar inerenti f’dak li hu ikel mhux ippakkjat bil-lest, dan l-ikel, fil-prinċipju, għandu jkun eżenti mill-parti l-kbira tar-rekwiżiti tat-tikkettar – ħlief għall-informazzjoni dwar l-allerġeni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu flessibbli biex ikunu jistgħu jiddeċiedu kif l-aħjar li l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirrikjedux il-forniment ta' wħud mid-dettalji msemmija fil-paragrafu 1, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) (c), sakemm il-konsumatur jew il-caterers tal-massa jibqa' jirċievi informazzjoni suffiċjenti.

2. L-indikazzjoni tad-dettalji l-oħra msemmija fl-Artikoli 9 u 10 mhijiex obbligatorja sakemm l-Istati Membri ma jadottawx regoli li jesiġu li jiġu indikati xi wħud minn dawk id-dettalji jew kollha kemm huma, jew elementi minn dawk id-dettalji.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diffikultajiet tat-tikkettar inerenti f’dak li hu ikel mhux ippakkjat bil-lest, dan l-ikel, fil-prinċipju, għandu jkun eżenti mill-parti l-kbira tar-rekwiżiti tat-tikkettar – ħlief għall-informazzjoni dwar l-allerġeni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu flessibbli biex ikunu jistgħu jiddeċiedu kif l-aħjar li l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kunsill

Emenda

Miżuri nazzjonali għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest

Ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1. Fejn prodotti ta l-ikel huma offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil caterers tal-massa mingħajr ma jukunu ppakkjati bil-lest, jew fejn oġġetti ta' l-ikel jiġu ppakkjati fuq il-post fejn jinbiegħu fuq talba tal-konsumatur jew ikunu ppakkjati bil-lest għall-bejgħ dirett, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod kif id-dettalji speċifikati fl-Artikolu 9 u 10 għandhom jintwerew.

1. Rigward l-ikel imsemmi fl-Artikolu 13(4), għandhom jingħataw id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1)(c).

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirrikjedux il-forniment ta' wħud mid-dettalji msemmija fil-paragrafu 1, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) (c), sakemm il-konsumatur jew il-caterers tal-massa jibqa' jirċievi informazzjoni suffiċjenti.

2. L-indikazzjoni tad-dettalji l-oħra msemmija fl-Artikoli 9 u 10 mhijiex obbligatorja sakemm l-Istati Membri ma jadottawx regoli li jesiġu li jiġu indikati xi wħud minn dawk id-dettalji jew kollha kemm huma, jew elementi minn dawk id-dettalji.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diffikultajiet tat-tikkettar inerenti f’dak li hu ikel mhux ippakkjat bil-lest, dan l-ikel, fil-prinċipju, għandu jkun eżenti mill-parti l-kbira tar-rekwiżiti tat-tikkettar – ħlief għall-informazzjoni dwar l-allerġeni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu flessibbli biex ikunu jistgħu jiddeċiedu kif l-aħjar li l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kunsill

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod li bih l-informazzjoni msemmija fil-pararafi 1 u 2 għandha tkun disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Minħabba d-diffikultajiet tat-tikkettar inerenti f’dak li hu ikel mhux ippakkjat bil-lest, dan l-ikel, fil-prinċipju, għandu jkun eżenti mill-parti l-kbira tar-rekwiżiti tat-tikkettar – ħlief għall-informazzjoni dwar l-allerġeni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu flessibbli biex ikunu jistgħu jiddeċiedu kif l-aħjar li l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kunsill

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Proċess ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Proċess ta’ l-Ikel u Saħħet l-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal ukoll proċedura ta' notifika formali għall-partijiet interessati kollha f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/34KE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda żżid it-trasparenza u rekwiżit li ssir konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha meta jiddaħħlu miżuri ġodda ta’ ttikkettjar fil-livell tal-UE.

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 5

Test propost mill-Kunsill

Emenda

5. Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi m’għandhiex tapplika għall-miżuri li jaqgħu fi ħdan il-proċedura ta' notifika speċifikata fil-paragrafi 1 sa 4.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta għall-Artikolu 42(2) tintroduċi rekwiżit għal proċedura ta’ notifika trasparenti li tinvolvi lill-konsumaturi u lill-produtturi. Għalhekk huwa xieraq li titneħħa l-eżenzjoni mill-iskrutinju formali ta' kull rekwiżit dwar it-tikkettar ġdid.

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 43

Regoli dettaljati

 

Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Żejjed.

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' l-iskemi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, inkluż identifikatur għall-ikel li huma ttikkettjati skond dik l-iskema nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dawk id-dettalji, partikolarment permezz ta' paġna ddedikata fuq l-Internet.

5. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-iskemi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, bħall-kriterji sottostanti u l-istudji xjentifiċi, inkluż identifikatur għall-ikel li huwa ttikkettjat skont dik l-iskema nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dawk id-dettalji, partikolarment permezz ta' paġna ddedikata fuq l-Internet.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija essenzjali biex tkun żgurata t-transparenza rigward l-iskemi nazzjonali.

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 48

Adattamenti tekniċi

 

Skond id-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-emendi ta’ l-Annessi II u III imsemmija fl-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22(2), l-Annessi jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa żejjed peress li l-kontenut tiegħu diġà huwa regolat f’diversi artikoli oħra.

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu - 1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru. 1924/2006

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. - Jitħassar l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE)Nru. 1924/2006.

Ġustifikazzjoni

“Il-profil tan-nutrijenti” huwa terminu politiku, iżda mhuwiex kunċett xjentifiku sostanzjat. Huwa tip ta’ indottrinazzjoni, mhux mezz biex tingħata l-informazzjoni. Billi r-regolament preżenti dwar l-informazzjoni dwar l-ikel iwassal għal informazzjoni dwar l-ikel li hija komprensiva, leġibbli u li tinftiehem mill-konsumatur medju, u għalhekk tkun verament utli, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa superfluwu u għandu jitħassar.

Emenda  192

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 51 a (ġdid)

Direttiva 2001/110/KE

Artikolu 2 (4)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 51a

Emendi għad-Direttiva 2001/110/KE

1. L-Artikolu 2(4)(a) tad-Direttiva 2001/110/KE tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel1, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

‘a. Il-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini mnejn inġabar l-għasel għandu jkun indikat fuq it-tikketta. Jekk madankollu l-għasel joriġina minn aktar minn Stat Membru wieħed jew pajjiż terz, iridu minflok jintwerew dawn l-indikazzjonijiet:

 

–"Taħlita ta' tipi ta' għasel minn pajjiżi tal-KE"

 

–"Taħlita ta' tipi ta' għasel minn pajjiżi mhux fl-UE"

 

Jekk il-proporzjon ta' għasel minn pajjiżi tal-UE ikun akbar mill-għasel minn pajjiżi mhux fl-UE:

 

–"Taħlita ta' tipi ta' għasel minn pajjiżi tal-UE u pajjiżi mhux fil-UE"

 

Jekk il-proporzjon ta' għasel minn pajjiżi mhux fl-UE ikun akbar mill-għasel minn pajjiżi tal-UE:

 

–"Taħlita ta' tipi ta' għasel minn pajjiżi mhux fil-UE u minn pajjiżi tal-UE"

 

2. Jiżdied dan il-punt mal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2001/110/KE:

 

‘(aa) Jekk l-għasel ikun fih għasel li joriġina minn pajjiż terz, il-perċentwal ta' għasel minn Stat Membru u mill-pajjiż terz irid jiġi indikat.’

 

1 ĠU L 10, 2.1.2002, p. 47.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli attwali ma jiggarantixxux li l-konsumaturi jiġu infurmati kif suppost u fil-fatt jistgħu jqarrqu. L-għasel jista' jkun fih ammont minimu ta' għasel minn pajjiżi fl-UE (pereżempju, 5%) u safrattant xorta tista' tidher fuq it-tikketta l-indikazzjoni "taħlita ta' tipi ta' għasel minn pajjiżi tal-UE u pajjiżi mhux fl-UE" .

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 51 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 51b

Emendi għar-Regolament (KE) Nru. 178/2002

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) 178/2002 paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

 

1. Il-Bord ta’ Ġestjoni għandu jkun kompost minn 16-il membru maħtur mill-Kunsill f’konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew minn lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi għadd ta’ kandidati li jkun sostanzjalment ogħla mill-għadd ta’ membri li jridu jiġu maħtura, flimkien ma’ rappreżentant tal-Kummissjoni. Minn dawk is-16, żewġ membri għandhom ikunu nnominati mill-Parlament Ewropew. Erbgħa mill-membri għandu jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi u interessi oħra fil-katina tal-ikel. Il-lista mfassla mill-Kummissjoni, akkumpanjata mid-dokumentazzjoni relevanti, għandha tiġi mgħoddija lill-Parlament Ewropew. Mill-aktar fis possibbli u fi żmien tliet xhur minn din il-komunikazzjoni, il-Parlament Ewropew jista’ joħroġ il-fehmiet tiegħu biex ikunu disponibbli ħalli jitqiesu mill-Kunsill, li mbagħad min-naħa tiegħu jaħtar il-Bord ta’ Ġestjoni.

Il-membri tal-Bord għandhom jiġu maħtura b’tali mod li jiġu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert relevanti u, f’konsistenza ma’ dawn, l-aktar distribuzzjoni ġeografika wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 29 sa 34 għandhom japplikaw minn [l-ewwel jum tax-xahar 3 snin wara li jidħol fis-seħħ] minbarra fil-każ ta’ ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta' l-ikel li għandhom, fid-data ta' dħul fis-seħħ, inqas minn 10 impjegati u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 2 miljun fejn għandhom japplikaw [l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ].

L-Artikoli 29 sa 34 għandhom japplikaw minn [l-ewwel jum tax-xahar 3 snin wara li jidħol fis-seħħ] minbarra fil-każ ta’ ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta' l-ikel li għandhom, fid-data ta' dħul fis-seħħ, inqas minn 100 impjegat u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 5 miljun fejn għandhom japplikaw [l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ].

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-SMEs u n-numru ta' impjegati tagħhom għandhom jiġu estiżi jekk dawn għandhom ikunu tabilħaqq effikaċi. Għall-ikel imqiegħed fis-suq qabel ma r-Regolament jidħol fis-seħħ, għandu jkun hemm l-għażla li jkomplu jbigħuhom sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 53 –subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ikel imqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tiegħu jista’ jkompli jitqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti. Madankollu, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-industrija tal-ikel u ma’ partijiet interessati oħra, għandha tiddefinixxi data finali aktar ’il bogħod li lil hinn minnha l-prodotti kollha tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, ikunu x’ikunu l-ħażniet jew id-dati ta’ skadenza.

Emenda  196

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 - ittra a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) valur enerġetiku; jew

(a) valur enerġetiku;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  197

Proposta għal regolament

Anness I – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. ‘zokkrijiet’ tfisser il-monosaccharidi u d-disaccharidi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polyols;

8. ‘zokkrijiet’ tfisser il-monosaccharidi u d-disaccharidi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polyols, l-iżomaltulożju u d-D-tagatożju;

Ġustifikazzjoni

L-Isomaltulożju u D-tagatożju huma ikel ġdid permess li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ karboidrati. L-Isomaltulożju u D-tagatożju m'għandhomx jiġu meqjusa 'zokkrijiet', minħabba li huma differenti miz-zokkor tradizzjonali meta wieħed iqis il-proprjetajiet fiżjoloġiċi tagħhom. Pereżempju, ma jagħmlux ħsara lis-snien, jagħmlu effett minimu fuq il-livell taz-zokkor fid-demm u għandhom kontenut kaloriku baxx.

Emenda  198

Proposta għal regolament

Anness I – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. ‘proteina’ tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitroġenu × 6.25;

10. ‘proteina’ tfisser il-kontenut ta’ proteina kkalkulat permezz tal-formula: proteina = total Kjeldahl nitroġenu × 6.25 u fil-każ tal-proteini tal-ħalib, x 6.38;

Ġustifikazzjoni

Skont l-istandard tal-CODEX, il-koeffiċjenti internazzjonali għall-prodotti tal-ħalib miksuba mill-proteina tal-annimali huwa ta' 6.38. Ukoll fuq livell ta’ Stat Membru, bħalissa qed jintuża koeffiċjenti ta’ 6.38.

Dawn il-valuri huma konformi mal-“Codex Standard 1-1985 for General Standard for the Labelling of Prepackaged Foods”, internazzjonali, li hu aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  199

Proposta għal regolament

Anness I – punt 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11. ‘Weraq tad-deheb tal-ikel’ tfisser dekorazzjoni tal-ikel u x-xorb tittiekel li tikkonsisti f’weraq tad-deheb ta’ madwar 0.000125 mm f’forma ta’ qxur jew trab.

Ġustifikazzjoni

Il-weraq tad-deheb jintuża tradizzjonalment għal speċjalitajiet reġjonali bħala dekorazzjoni li tittiekel bħal ċikkulatini jew xorb (pereżempju d-Danziger Goldwasser) u għalhekk għandu jiġi definit bħala kunċett li jintuża fit-tikkettar tal-ikel.

Emenda  200

Proposta għal regolament

Anness I, punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. ‘post viżiv prinċipali’ tfisser il-post viżiv li għandu l-aktar tendenza li jiġi esebit jew jidher taħt kondizzjonijiet normali jew tradizzjonali ta’ bejgħ jew użu.

13. ‘quddiem tal-pakkett’ tfisser in-naħa jew il-faċċata tal-pakkett tal-ikel li għandha l-aktar tendenza li tiġi esebita jew tidher taħt kondizzjonijiet normali jew tradizzjonali ta’ bejgħ jew użu.

Ġustifikazzjoni

It-terminu “in-naħa ta’ quddiem tal-pakkett” huwa aktar xieraq hawn, billi dak li qed issir referenza għalih is-soltu huwa n-naħa ta’ quddiem tal-pakkett (fejn dan ma jkunx possibbli, jista’ jirreferi għan-naħa ta' fuq tal-pakkett).

Emenda  201

Proposta għal regolament

Anness II - Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

INGREDJENTI LI JIKKAWŻAW L-ALLERĠIJI JEW L-INTOLLERANZI

INGREDJENTI LI JISTGĦU JIKKAWŻAW L-ALLERĠIJI JEW L-INTOLLERANZI

Ġustifikazzjoni

L-ingredjenti ma jikkawżawx l-allerġiji jew l-intolleranzi minnhom infushom.

Emenda  202

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ċereali użati biex jagħmlu d-distillati jew alkoħol ta’ l-etilu ta’ oriġini agrikola għal spirti u xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol.

(d) ċereali użati biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi.

Ġustifikazzjoni

Il-proċess tad-distillazzjoni alkoħolika jwassal għal prodott li ma fihx allerġeni. Billi d-distillati alkoħoliċi ma jintużawx biss għall-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku u tal-ikel, iżda wkoll għall-ikel, għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-prodotti kkonċernati ma jkollhomx tikketti qarrieqa rigward allerġeni li mhumiex preżenti.

Emenda  203

Proposta għal regolament

Anness II – punt 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ix-xorrox użat biex jagħmlu distillati jew alkoħol ta’ l-etile ta’ oriġini agrikola għal spirti u xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta’ alkoħol;

(a) ix-xorrox użat biex jagħmlu distillati alkoħoliċi;

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għal paragrafu 1 (d).

Din l-emenda hija neċessarja biex tagħmel l-eċċezzjoni iktar espliċita u biex l-eċċezzjoni ssir konformi mal-opinjoni EFSA. It-test oriġinali jista’ jwassal biex prodotti jkunu ttikkettati bħala allerġeniċi meta, kif turi l-opinjoni tal-EFSA, huma ma jkollhom l-ebda materjal allerġeniku. Il-Kummissjoni taqbel li t-test attwali jeħtieġ li jkun emendat biex ikun żgurat li konsumaturi vulnerabbli ma jkunux żvijati.

Emenda  204

Proposta għal regolament

Anness II – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru mfissra bħala SO2.

12. Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f’konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 10mg/kg jew 10mg/litru mfissra bħala SO2 fil-prodott intenzjonat għall-konsum.

Ġustifikazzjoni

L-emenda qed tiċċara li l-limiti stabbiliti huma rilevanti biss għall-ikel intenzjonat għall-konsum għax id-dispożizzjoni qiegħda tittratta l-allerġiji u l-intolleranzi kkawżati mill-konsum tal-ikel. Għaldaqstant ma tapplikax għall-prodotti f’forma kkonċentrata li jeħtieġu preparazzjoni qabel il-konsum.

Emenda  205

Proposta għal regolament

Anness III – tabella – linja 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Prodotti tal-laħam minn qatliet speċjali

 

1a. Laħam u prodotti tal-laħam ġejjin minn annimali li ma ġewx sturduti qabel il-qatla, jiġifieri nqatlu f’ritwal

‘Laħam li ġej minn qtil mingħajr stordiment’

Ġustifikazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti li l-annimali jiġu maqtula mingħajr ma jiġu sturduti qabel biex jiġi pprovdut ikel għal ċertu komunitajiet reliġjużi. Parti minn dan il-laħam ma jinbigħx lill-Musulmani jew lill-Lhud imma jitqiegħed fis-suq ġenerali u jista’ jinxtara bla ħsieb minn konsumaturi li ma jixtiqux jixtru laħam li ġej minn annimali li ma ġewx sturduti qabel il-qatla. Fl-istess ħin, madankollu, ċerti komunitajiet reliġjużi speċifikament ifittxu laħam minn annimali li jkun ġew maqtula ritwalment. Għaldaqstant il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati li ċertu laħam ġej minn annimali li ma ġewx sturduti qabel il-qatla. Dan jgħinhom sabiex jieħdu deċiżjoni infurmata skont l-etika tagħhom.

Emenda  206

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2.3 – kolonna tan-naħa tal-lemin

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'fih sors ta’ phenylalanine'

'fih l-aspartame

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb il-komprensjoni mill-konsumatur permezz tal-użu ta’ isem komuni u mhux terminu tekniku.

Emenda  207

Proposta għal regolament

Anness III – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Prodotti tal-Laħam u tat-Tjur

Meta fil-produzzjoni ta' prodotti tat-tiġieġ ikunu ntużaw il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal, dan għandu dejjem ikun ittikkettat b'mod ċar fuq l-imballaġġ.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal ikunu ntużaw fil-produzzjoni tat-tiġieġ, il-konsumaturi għandhom dejjem ikunu mgħarrfa dwar dan. Din l-informazzjoni hija importanti ħafna għall-konsumaturi, speċjalment għal dawk li għandhom sensitivitajiet reliġjużi.

Emenda  208

Proposta għal regolament

Anness IV - Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT DWAR ID-DIKJARAZZJONI TAN-NUTRIZZJONI OBBLIGATORJA

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT DWAR IT-TIKKETTJAR OBBLIGATORJU TAN-NUTRIZZJONI

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  209

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

- frott u ħaxix frisk u prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  210

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

prodotti pproċessati li għaddew biss minn ipproċessar wieħed li hu affumikazzjoni jew maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

prodotti pproċessati li għaddew biss minn ipproċessar wieħed li hu affumikazzjoni jew maturazzjoni, u frott u ħxejjex li ġew imnixxfa bħalma huma l-pruni u l-berquq, u li jikkonsistu f’ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

Ġustifikazzjoni

Frott u ħxejjex imnixxfa, li huma prodotti pproċessati, ukoll għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit tat-tikkettar dwar in-nutrizzjoni, peress li l-proċess tat-tnixxif ma jimmodifikax il-kompożizzjoni tal-prodott.

Emenda  211

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ilmijiet intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

- ilmijiet minerali naturali jew ilmijiet oħrajn intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

Ġustifikazzjoni

Ilmijiet: L-Artikolu 28(1) tal-proposta jgħid "id-dispożizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni (=3) m'għandhomx japplikaw għall-ikel fi ħdan l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li ġejja: (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-esplojtazzjoni u l-bejgħ ta' ilmijiet minerali naturali. Biex ma jkunx hemm konfużjoni, huwa importanti li jkun hemm biss eżenzjoni waħda taħt l-Anness IV li tkopri kull ilma tal-flixkun bħalma hemm fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/496.

Emenda  212

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

- ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir jew taħlitiet tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Ħxejjex aromatiċi: Kjarifika.

Emenda  213

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

zokkor u tipi ġodda ta’ zokkor;

Emenda  214

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

varjetajiet ta’ dqiq;

Emenda  215

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ikel koloranti

Emenda  216

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 12 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

weraq tad-deheb tal-ikel

Emenda  217

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- prodotti taċ-chewing gum;

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti taċ-chewing gum ma fihomx kwantitajiet sinifikanti ta’ nutrizzjoni relevanti għar-Regolament u mhumiex maħsuba għall-ikel. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-konsum ta’ kaloriji ta’ kuljum huwa insinifikanti.

Emenda  218

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiżi 15 b - e (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- oġġetti tal-ikel b’disinn jew ippakkjar staġjonali, ta’ lussu jew biex jingħataw bħala rigal.

 

- ħlewwiet tal-istaġun u figuri taz-zokkor u ċ-ċikkulata.

 

- multi-pakketti mħallta;

 

- assortimenti;

Ġustifikazzjoni

Prodotti tal-ħelu staġjonali u prodotti f’ippakkjar bħala rigali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

Ċikkulata forma ta' fniek tal-Għid u ta' Father Christmas għandhom, bħala prodotti staġjonali, jiġu esklużi mir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

Figuri ta’ Father Christmas u Fniek tal-Għid kif ukol rigali oħra maħsuba għal okkażjonijiet ta’ festa magħmula miċ-ċikkulata u z-zokkor huma prodotti manifatturati b’mod elaborat skont it-tradizzjoni. Dawn m’għandhomx jiġu ddeformati permezz ta’ xi tip ta’ tikkettar tan-nutrizzjoni fuq in-naħa ta’ quddiem tal-konfezzjoni u għaldaqstant għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jkollhom xi tip ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

Emenda  219

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 25 ċm2;

ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 75 ċm2; il-kontenut tal-enerġija kif spjegat fl-Artikolu 29(1)(a) xorta waħda għandu jiġi indikat fiz-zona viżiva prinċipali.

Ġustifikazzjoni

Pakketti iżgħar minn 75 ċm2 għandhom ikunu eżentati mit-tikkettar tan-nutrizzjoni obbligatorju.

Emenda  220

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 17 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- ikel li mhux ippakkjat minn qabel, inklużi l-prodotti tal-ikel tal-massa, maħsub għall-konsum immedjat.

Ġustifikazzjoni

Ara l-artikolu 17 - paragrafu 3 a (ġdid)

Emenda  221

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ikel fornut direttament mill-fabbrikant ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur aħħari jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari;

- ikel fornut direttament minn impriżi żgħar fi kwantitajiet żgħar ta’ prodotti lill-konsumatur aħħari jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari;

Emenda  222

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 19 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- ikel fi kwantità ta' anqas minn 5 g/ml;

Emenda  223

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 19 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- fliexken tal-ħġieġ immarkati b’mod indelebbli.

Emenda  224

Proposta għal regolament

Anness V – parti A – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja dan, meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 9, ma jgħinux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera ta’ l-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista’ jiġi mħawwad, l-isem ta’ l-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher ħdejn l-isem ta’ l-ikel.

Minkejja dan, meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 9, ma jgħinux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera tal-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista’ jiġi mħawwad, l-isem tal-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher fl-istess zona viżiva ma' ġenb l-isem tal-ikel u tinkiteb b’tipa ċara u li tista’ tinqara faċilment.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni deskrittiva teħtieġ li tidher fl-istess zona viżiva bħall-isem, b’tipa li tkun tista’ tinqara faċilment, biex ikun żgurat li l-konsumatur ma jiġix imqarraq.

Emenda  225

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-isem ta’ l-ikel għandu jinkludi jew ikollu miegħu d-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, bit-trab, imnixxef iffriżat, iffriżat għal kollox, iffriżat malajr, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

1. L-isem ta’ l-ikel għandu jinkludi jew ikollu miegħu d-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika ta’ l-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, bit-trab, imnixxef iffriżat, iffriżat mill-ġdid, iffriżat għal kollox, iffriżat malajr, defriżat, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

Emenda  226

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-isem tal-ikel għandu jindika kull ingredjent li hemm miżjud li ġej minn oriġini ta’ annimal differenti mill-annimal primarju, għall-prodotti tal-laħam li għandhom l-apparenza ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam u għall-prodotti tal-ħut.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar kull speċi ta’ laħam u ħut għandha tkun inkluża fi prodott tal-laħam bil-għan li l-konsumatur ma jkunx imqarraq.

Emenda  227

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta’ kull prodott tal-laħam li għandu dehra ta’ taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam, jew laħam ippreservat għandu jinkludi l-indikazzjoni ta’:

 

(a) kull ingredjent miżjud mal-bqija tal-laħam li ġej minn oriġini ta’ xi annimal differenti; kif ukoll

 

(b) kull ilma miżjud f’dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

 

fil-każ ta’ laħam imsajjar u nej, jew laħam ippreservat imsajjar, l-ilma miżjud ’il fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott.

 

fil-każ ta’ laħam ippreservat mhux imsajjar, kull ilma miżjud li jifforma ’l fuq minn 10% tal-piż tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Ma huwiex insolitu li jiżdiedu l-ilma jew l-ingredjenti animali ta’ speċi differenti (bħalma hija ċ-ċanga idrolissata jew il-proteini tal-majjal) mal-laħam, eż. mas-sidra tat-tiġieġ. Bl-iskop li ma jkunux żgwidati l-konsumaturi u jingħataw il-possibilità jevitaw tali proteini (ngħidu aħna, għal raġunijiet reliġjużi), huwa essenzjali li tali prattika tkun iddikjarata.

Din id-dispożizzjoni ġa għandha effett fil-liġijiet tar-Renju Unit u għandha tiżgura li l-isem tal-ikel jirrifletti dik li tabilħaqq hija n-natura tiegħu ħalli l-konsumaturi jkunu informati akkuratament u ma jkunux żvijjati, eż. ‘filet tas-sidra tat-tiġieġa’ versu ‘filet tas-sidra tat-tiġieġa bl-ilma miżjud’.

Ta’ min wieħed jinnota, li 5% u 10% ta’ avarija fl-ilma miżjud għall-prodotti ta’ laħam/ħut speċifiċi jorbtu mal-ammont ta’ ilma li hu teknikament meħtieġ għall-manifattura tagħhom.

Emenda  228

Proposta għal regolament

Anness V – parti B – paragrafu 2 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta’ kull prodott tal-ħut li għandu dehra ta’ taqtigħa, filett, lista, jew porzjon ta’ ħut għandu jinkludi l-indikazzjoni ta’:

 

(a) kull ingredjent miżjud li oriġina mill-ħaxix, jew minn xi annimal ieħor għajr il-ħut; kif ukoll

 

(b) kull ilma miżjud li jifforma ’l fuq minn 5% tal-piż tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Ma huwiex insolitu li jiżdiedu l-ilma jew l-ingredjenti animali ta’ speċi differenti (bħalma hija ċ-ċanga idrolissata jew il-proteini tal-majjal) mal-laħam, eż. mill-ħut. Bl-iskop li ma jkunux żgwidati l-konsumaturi u jingħataw il-possibilità jevitaw tali proteini (ngħidu aħna, għal raġunijiet reliġjużi), huwa essenzjali li tali prattika tkun iddikjarata.

Din id-dispożizzjoni ġa għandha effett fil-liġijiet tar-Renju Unit u tkun tiżgura li l-isem tal-ikel jirrifletti dik li tabilħaqq hija n-natura tiegħu ħalli l-konsumaturi jkunu informati akkuratament u ma jkunu żvijjati, eż. ‘filet tas-sidra tat-tiġieġa’ versu ‘filet tas-sidra tat-tiġieġa bl-ilma miżjud’.

Ta’ min wieħed li jinnota, li 5% u 10% ta’ avarija fl-ilma miżjud għall-prodotti ta’ laħam/ħut speċifiċi jorbtu mal-ammont ta’ ilma li hu teknikament meħtieġ għall-manifattura tagħhom.

Emenda  229

Proposta għal regolament

Anness V – Parti C a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti Ċa – Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta’ isem ta’ kisi għaz-zalzett

 

Fil-lista ta’ ingredjenti l-kisi taz-zalzett għandu jiġi indikat kif ġej:

 

- “kisi naturali”, jekk il-kisi użat għall-produzzjoni taz-zalzett ikun ġej mill-passaġġ intestinali ta’annimali ungulati

 

- “kisi artifiċjali”, fil-każijiet l-oħra.

 

Jekk kisi artifiċjali ma’ jkux jittiekel, dan għandu jiġi indikat bħala tali.

Emenda  230

Proposta għal regolament

Annex V - Parti C b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti C b- DENOMINAZZJONI UFFIĊJALI GĦAL IKEL LI TAGĦTI L-IMPRESSJONI LI HUWA IKEL DIFFERENTI (l-elenku segwenti fih xi eżempji)

 

Ikel li jagħti l-impressjoni li huwa ikel differenti jew li jkollu ingredjent li nbidel b'ingredent imitazzjoni għandu jkun ittikkettat kif ġej:

 

Diverġenza f'termini ta' tip, kwalità u kompożizzjoni

Għoti ta’ isem uffiċjali

 

Meta mqabbel ma' ġobon, sostituzzjoni totali jew parzjali ta' xaħam tal-ħalib b'xaħam veġetali

"imitazzjoni ta' ġobon"

 

Meta mqabbel mal-perżut, kompożizzjoni mibdula li tikkonsisti minn ingredjenti mfarrka b'kontenut ta' laħam ferm anqas.

"imitazzjoni ta' perżut"

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' imitazzjoni ta' ġobon u imitazzjoni ta' perżut hemm il-problema li d-dettalji ta' l-ingredjenti fil-lista ta' l-ingredjenti ma jħallux jidher ċar mill-ewwel li hemm involuti prodotti sostitwiti. Soluzzjoni għal din il-problema tista' tkun li ssir desinjazzjoni aktar preċiża sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jindunaw mill-ewwel x'tip ta' prodott għandhom quddiemhom.

Emenda  231

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti A – punt 5 – kolonna tan-naħa tax-xellug

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ingredjenti f’taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

5. Taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Ġustifikazzjoni

Is-sistema attwali għandha tinżamm. S'issa dejjem ġew inklużi l-preparazzjonijiet tal-ħwawar.

Emenda  232

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti B – punt 1 – kolonna tal-lemin – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat sakemm l-ammonti ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun mal-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi huma mdorrijin li jfittxu l-preżenza tat-terminu “żejt idroġenizzat” fuq il-lista ta’ ingredjenti biex jiċċekjaw il-kontenut ta’ aċidi xaħmin trans ta’ oriġini artifiċjali.

Ix-xaħam trans huwa rikonoxxut li jagħmel ħsara lis-saħħa u huwa pprojbit f'bosta pajjiżi. Għaldaqstant irid ikun obbligatorju li tiġi indikata l-preżenza tiegħu, u li dan isir b'mod li jkun partikolarment viżibbli. Il-fatt li huwa inkluż fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni m'għandux iwaqqfu milli jkun imsemmi b'mod ċar fost l-ingredjenti.

Emenda  233

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti B – punt 2 – kolonna tal-lemin – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġġettiv 'idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat sakemm l-ammont ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi huma abitwati li jfittxu l-preżenza tat-terminu “xaħam idroġenizzat” fuq il-lista ta’ ingredjenti biex jiċċekkjaw il-kontenut ta’ aċidi xaħmin trans ta’ oriġini artifiċjali.

Emenda  234

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti B – punt 4 – kolonna tan-naħa tax-xellug

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b'meżżi fiżiċi jew bl-enżimi

4. Lamtijiet, lamtijiet immodifikati b'mezzi fiżiċi jew bl-enżimi, lamtu inkaljat jew destrinat, lamtu mmodifikat bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtu bbliċjat.

Ġustifikazzjoni

Il-kategorija 'lamtu' għandha tinkludi wkoll lamtijiet inkaljati jew destrinati, lamtijiet immodifikati bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtijiet ibbliċjati. Dawn is-sustanzi huma użati fil-prattika fil-produzzjoni tal-prodotti tal-ikel u għandhom ikunu inklużi fil-lista tal-ingredjenti. Id-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi tal-ikel teskludihom b'mod speċifiku mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda  235

Proposta għal regolament

Anness VI – parti B – tabella – vers 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

15a. Estratti naturali minn frott, ħxejjex u pjanti li jittieklu jew partijiet ta' pjanti, li jinkisbu permezz ta' proċessi mekkaniċi u fiżiċi li jintużaw f'forma kkonċentrata għall-kulur tal-ikel.

“ikel li jagħti kulur”

Ġustifikazzjoni

Ikel li jagħti l-kulur jintuża waqt il-produzzjoni bħala ingredjent biex jagħti kulur lil ikel ieħor. Permezz tad-deskrizzjoni tal-kunċett, l-iskop tal-użu bħala kulur huwa ċar għall-konsumatur mil-lista tal-ingredjenti. Peress li fil-leġiżlazzjoni Komunitarja l-informazzjoni dwar l-ikel li jintuża bħala kulur mhijiex obbligatorja, huwa meħtieġ li d-deskrizzjoni speċifika tiġi sostitwita bl-indikazzjoni ta’ kategorija.

Emenda  236

Proposta għal regolament

Anness VI – parti B – vers 17 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. Il-muskoli skeletriċi ta’ l-ispeċi mammiferi u ta’ l-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor. Il-prodotti koperti bid-definizzjoni ta’ ‘laħam separat b’mod mekkaniku’ huma esklużi minn din id-definizzjoni.

17. Il-muskoli skeletriċi ta’ l-ispeċi mammiferi u ta’ l-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b’tessut inkluż b’mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta’ xi ikel ieħor. Din id-definizzjoni tinkludi l-laħam miksub mill-għadam imlaħħam permezz ta’ mezzi mekkaniċi, u li mhux kopert mid-definizzjoni tal-UE ta’ laħam separat b’mod mekkaniku kif stipulat fir-Regolament 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali1.

 

______

1 ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

Ġustifikazzjoni

Rigward id-definizzjoni ta’ Laħam Separat b’mod Mekkaniku, laħam prodott taħt 'l hekk imsejħa "Baader technology" (“viandes gros grain”) huwa laħam. Il-konklużjonijiet mill-proġett ta’ riċerka Histalim ta’ l-UE tal-2007, juru b’mod ċar li minn perspettiva organoleptika, kompożizzjoni u mikrobijoloġika, m’hemm l-ebda differenza bejn dan it-tip ta’ laħam u l-kapuljat.

Emenda  237

Proposta għal regolament

Anness VI – parti C – lista – vers 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Enzimi 1

 

__________________________________

1 L-isem speċifiku jew in-numru tal-KE m’għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.

Ġustifikazzjoni

Additivi: Għadd ta’ addittivi għandhom ismijiet twal u/jew tekniċi ħafna, li ma jipprovdux xi informazzjoni addizzjonali lill-konsumaturi iżda jokkupaw spazju konsiderevoli fuq it-tikketta. Għalhekk huwa ġġustifikat li jkun permess l-użu ta’ ismijiet iqsar jew aktar ġeneriċi.

Enżimi: L-ismijiet proprji tal-enżimi ma jservux ta’ informazzjoni għall-konsumatur u jistgħu jinstabu f’diversi kategoriji. L-isem ġeneriku "enżimi" ikun biżżejjed biex jagħti tagħrif lill-konsumatur dwar il-prodott. Dan l-approċċ mhuwiex wieħed uniku peress li diġà ilu jiġi applikat is-snin għal-lamtijiet modifikati.

Emenda  238

Proposta għal regolament

Anness VIII – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li hu soġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew piż tiegħu u li jinbiegħ bil-wieħed jew jintiżen fil-preżenza tax-xerrej; jew

(a) li hu soġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew piż tiegħu jew li mhux ippakkjat bil-lest li jinbigħbil-wieħed jew jintiżen fil-preżenza tax-xerrej; jew

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti intenzjonati huma s-soltu ppreżentati mhux ippakkjati bil-lest meta jinbigħu lill-konsumatur. L-użu tal-kelma “jew” minflok “u” jkopri b’mod aktar korrett din il-kategorija ta’ prodotti.

Emenda  239

Proposta għal regolament

Anness VIII – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) li għalihom hemm eżenzjonijiet stabbiliti f’dispożizzjonijiet legali oħra.

Ġustifikazzjoni

Issir referenza għal Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/111/KE dwar iz-zokkor (eżenzjoni tal-prodotti ta’ piż nett ta’ inqas minn 20 g). F’paragrafu 3, għalhekk, wieħed irid jagħmilha ċara li dispożizzjonijiet speċjali bħal dawn jibqgħu fis-seħħ.

Emenda  240

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta ikel solidu jiġi preżentat f’forma likwida, il-piż nett ta’ l-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll.

Meta ikel solidu jiġi preżentat f’forma likwida, il-piż nett tal-ikel imsoffi mil-likwidu fil-mument li jkun ippakkjat għandu jiġi indikat ukoll.

Emenda  241

Proposta għal regolament

Anness IX

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness IX

Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

Inkorporat fit-test leġiżlattiv fl-Artikolu 25.

Emenda  242

Proposta għal regolament

Anness XI – parti A – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KONSUM REFERNEZJALI TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

KONSUM REFERNEZJALI TA’ KULJUM TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

Ġustifikazzjoni

Emenda redazzjonali.

Emenda  243

Proposta għal regolament

Anness XI – parti A – paragrafu 1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

1. Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

Vitamin A (µg)

800

Vitamina A (µg)

800

Vitamin D (µg)

5

Vitamina D (µg)

5

Vitamin E (mg)

10

Vitamina E (mg)

12

 

 

Vitamina K (µg)

75

Vitamin C (mg)

60

Vitamina Ċ (mg)

 

80

Thiamin (mg)

1,4

Thiamin (Vitamina B1) (mg)

1,1

Riboflavin (mg)

1,6

Riboflavin (mg)

1,4

Niacin (mg)

18

Niacin (mg)

16

Vitamin B6 (mg)

2

Vitamina B6 (mg)

1,4

Folacin (µg)

200

Aċidu foliku (µg)

200

Vitamin B12 (µg)

1

Vitamina B12 (µg)

2,5

Biotin (mg)

0,15

Bijotina (µg)

50

Pantothenic acid (mg)

6

Pantothenic acid (mg)

6

 

 

Potassju (mg)

2000

 

 

Klorur (mg)

800

Calcium (mg)

800

Kalċju (mg)

800

Phosphorus (mg)

800

Fosfru (mg)

700

Iron (mg)

14

Ħadid (mg)

14

Magnesium (mg)

300

Manjeżju (mg)

375

Zinc (mg)

15

Zingu (mg)

10

 

 

Ram (mg)

1

 

 

Manganiżju (mg)

2

 

 

Fluworidu (mg)

3,5

 

 

Selenju (µg)

55

 

 

Kromju (µg)

40

 

 

Molibdenu (µg)

50

Iodine (µg)

150

Jodju (µg)

150

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament il-ġdid għandu jqis id-Direttiva 2008/100 dwar l-ittikkettjar b’tagħrif fuq il-valur nutrittiv ta’oġġetti ta’ l-ikel rigward il-kwantitajiet li għandhom jittieħdu kuljum, il-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-valur enerġetiku, u definizzjonijiet, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-28 ta’ Ottubru 2008. Ir-rapporteur għaldaqstant qed tipproponi li t-tabella “Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)” proposta mill-Kummissjoni tiġi sostitwita b’dik tad-Direttiva 2008/100 biex tiġi rispettata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Il-valuri tal-RDA għandhom jinġiebu konformi mal-valuri referenzjali ġodda skont il-modifika tad-Direttiva dwar l-Ittikkettjar tan-Nutrizzjoni, 2008/100/KE (ĠU L 285, p. 9).

Emenda  244

Proposta għal regolament

Anness XI – parti A – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ġeneralment, 15% ta’ l-ammont rakkomandat speċifikat fil-punt 1 mogħti b’100 g jew 100 ml jew għal kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss għandu jitqies meta jiġi deċiż x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

Ġeneralment,

 

- 15 % tal-RDA għal kull 100g jew porzjon wieħed għall-ikel solidu; jew

 

-7.5 % tal-ammont rakkomandat għal kull 100ml jew porzjon ta’ likwidi; jew

 

- 5 % tal-RDA għal kull 100kcal (12 % tal-RDA 1 MJ); jew

 

- ammont li jipprovdu għalih id-derogi mogħtija skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u ta’ minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel; jew

 

- għal kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss għandu jitqies meta jiġi deċiż x’jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta kurrenti għall-ammont sinifikattiv ta’ 15% tal-RDA għal kull 100 g jew 100 ml hija livell arbitrarju li jeskludi li ħafna mill-ikel bażiku bħalma huma l-frott, il-ħaxix, il-patata, il-ħobż u l-ħalib jiddikjaraw ċerti vitamini u minerali fuq it-tikketti. Dawn il-gruppi bażiċi ta’ ikel huma kontributur ewlieni għal vitamini u minerali li wieħed jieħu, u huma rrikmandati fil-linji-gwida djeteraji fil-pajjiżi tal-UE. Il-proposta kurrenti tiffavorixxi l-ikel mhux bażiku b'vitamini u minerali aġġunti oltre l-gruppi ta' ikel bażiċi li jkollhom il-vitamini u l-minerali preżenti b'mod naturali.

Inoltre, il-proposta tippenalizza l-ikel likwidu li għandu kontenut baxx ta’ materja xotta u densità enerġetika baxxa. Dan jgħodd b'mod partikolari fil-każ ta' xarbiet bħalma huwa l-ħalib tal-konsum u l-lattiċibi likwidi. Fl-aħħar nett, din l-emenda se ġġib id-dispożizzjoni in linja mal-Codex Alimentarius.

Emenda  245

Proposta għal regolament

Anness XI – parti B - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konsum referenzjali ta’ enerġija u nutrijenti magħżula minbarra vitamini u minerali (adulti)

Konsum referenzjali ta’ kuljum ta’ enerġija u nutrijenti magħżula minbarra vitamini u minerali (adulti)1

 

____________________

1 L-ammonti ta’ konsum referenzjali huma valuri indikattivi; se jiġu definiti b’mod aktar dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel.

Ġustifikazzjoni

L-ammonti ta’ konsum referenzjali huma valuri indikattivi; se jiġu definiti b’mod aktar dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel.

Emenda  246

Proposta għal regolament

Anness XI – Parti B – tabella - vers 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

Enerġija

8400 kJ (2000 kcal)

Enerġija

2000 kcal

Ġustifikazzjoni

Il-proteina, bħala nutrijent essenzjali, li tikkontribwixxi wkoll għall-konsum tal-enerġija, għandha tiġi indikata wkoll. Indikazzjoni separata għaz-zokkor mhijiex relevanti, peress li huma indikati l-karboidrati totali. Il-kontenut ta' enerġija għandu jiġi indikat biss f’kcal, peress li din hija l-informazzjoni li l-konsumatur jifhem u li jista’ juża.

Emenda  247

Proposta għal regolament

Anness XI – parti B – tabella – vers 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Proteini

80 g

Ġustifikazzjoni

Il-proteina, bħala nutrijent essenzjali, li tikkontribwixxi wkoll għall-konsum tal-enerġija, għandha tiġi indikata wkoll. Indikazzjoni separata għaz-zokkor mhijiex relevanti, peress li huma indikati l-karboidrati totali. Il-kontenut ta' enerġija għandu jiġi indikat biss f’kcal, peress li din hija l-informazzjoni li l-konsumatur jifhem u li jista’ juża.

Emenda  248

Proposta għal regolament

Anness XII – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g — 17 kJ/g

karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g

polyols

kcal/g — 10 kJ/g

polyols

2.4 kcal/g

proteini

4 kcal/g — 17 kJ/g

proteini

4 kcal/g

xaħam

9 kcal/g — 37 kJ/g

xaħam

9 kcal/g

salatrims

6 kcal/g — 0.25 kJ/g

salatrims

6 kcal/g

alkoħol (ethanol)

7 kcal/g — 29 kJ/g

alkoħol (etanol)

7 kcal/g

aċidu organiku

3 kcal/g — 13 kJ/g

aċidu organiku

3 kcal/g

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu b’żewġ unitajiet differenti jwassal għal riżultati kontradittorji minħabba fatturi ta’ konverżjoni inkonsistenti. Minħabba li l-'kcal' hija unità ta’ kejl li l-konsumaturi jifhem iktar mill-unità 'kJ', l-indikazzjoni għandha tingħata biss f’'kcal'.

Emenda  249

Proposta għal regolament

Anness XIII – Parti C – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

enerġija

Kj u kcal

enerġija

kcal

 

 

proteini

g

xaħam

g

xaħam

g

           li minnhom

           li minnhom

- saturati

g

- saturati

g

- trans fats

g

- trans fats

g

mono-unsaturates

g

 

 

- polyunsaturates

g

- polyunsaturates

g

karboidrati

g

karboidrati

g

           li minnhom

           li minnhom

- zokkrijiet

g

- zokkrijiet

g

- polyols

g

- polyols

g

- lamtu fajber

g

- lamtu fajber

g

fajber

g

fajber

g

proteini

g

sodju

g

melħ

g

 

 

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI

vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI

 

 

sustanzi oħrajn

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati

Ġustifikazzjoni

Verżjoni mqassra tal-Partijiet minn A sa C fl-XIII.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Kuntest Ġenerali

Il-konsumaturi għandhom dritt ikunu jafu l-kontenut tal-prodotti tal-ikel li jikkonsmaw. Għalhekk, l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-valur enerġetiku hi essenzjali, minħabba li hi l-unika bażi li fuqha l-konsumatur jista’ jagħmel għażla selettiva fix-xirja tiegħu. Għalkemm hemm numru ta' regolamenti u direttivi fil-liġi Komunitarja dwar l-ingredjenti u dwar it-tikkettjar tal-ikel, iżda tikkettjar obbligatorju komprensiv ma jeżistix bħalissa. Minbarra l-fatt li n-numru kbir ta' dispożizzjonijiet legali Komunitarji ġenerali u speċifiċi dwar l-informazzjoni dwar l-ikel issa sar diffiċli timmaniġġjahom u aktar probabbli li jwasslu għal inċertezza legali, regolamenti addizzjonali mill-Istati Membri jġibu distorsjonijiet u ostakli fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea. Sistema unika ta’ ttikkettjar mal-Ewropa kollha tista’ telimina dawn il-konfużjonijiet.

2. Stadji ta' Proċedura

Lejn l-aħħar ta' Jannar 2008 il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill Proposta għal reviżjoni tar-regoli tal-UE dwar it-tikkettjar tal-ikel. Lejn l-aħħar ta’ Awwissu 2008 l-Parlament Ewropew ħatar lili bħala rapporteur. Ir-rapport tagħha dwar il-Proposta tal-Kummissjoni kien ippreżentat kmieni f'Diċembru 2008 fil-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parlament Ewropew (ENVI) u ġie diskuss. Wara l-iskadenza għat-tressiq ta' emendi fi Frar 2009 l-Kumitat responsabbli reġa’ ħa f’idejh ir-rapport, u speċjalment il-fatt li issa kien hemm total ta' 1,332 emenda. Minħabba dan in-numru kbir ta' emendi u fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej imminenti, fis-16 ta’ Marzu 2009 l-Kumitat responsabbli ddeċieda li jipposponi l-fajl għal-leġiżlatura l-ġdida skont ma jingħad fl-Artikolu 185 (5) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur ingħatat l-inkariku li tippreżenta abbozz ta’ rapport li jikkunsidra l-akbar ammont ta’ emendi possibbli. Ir-rapport il-ġdid qed jiġi ppreżentat lilkom. Se tiġi stabbilita skadenza ġdida għall-emendi għal dan l-abbozz.

3. Proposta tal-Kummissjoni

Il-Proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE dwar it-tikkettjar tal-ikel għandha sservi għal regolazzjoni aħjar, u b'hekk tissimplifika l-qafas legali eżistenti għat-tikkettjar tal-ikel, billi dan jiġbor flimkien seba' direttivi u regolament u jissostitwihom. Barra minn hekk, għandha tnaqqas il-burokrazija, toħloq aktar ċertezza legali għall-atturi fil-katina tal-ikel, iżżid il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel, tiggarantixxi s-sikurezza tal-ikel kif ukoll informazzjoni komprensiva għall-konsumatur dwar l-ikel u nutrizzjoni tajba bħala element tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-obeżità. Il-Proposta għal regolament fih il-Proposti essenzjali li ġejjin:

Informazzjoni obbligatorja

Il-Proposta tal-Kummissjoni tiddisponi għadd ta’ indikazzjonijiet obbligatorji għat-tikkettjar tal-ikel (Artikolu 9). Dawn jinkludu fost l-oħrajn l-estensjoni tal-indikazzjoni dwar sustanzi allerġeniċi għal ikel li ma jkunx ippakkjat bil-lest (Artikolu 22) kif ukoll dikjarazzjoni komprensiva dwar il-valur nutrittiv. Skont il-ħsieb tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha obbligatorja għandha ssir f’tipa ta’ qies minimu ta' 3 mm. Huma eżenti mill-ittikkettjar obbligatorju x-xorb alkoħoliku, jiġifieri, l-inbid, il-birra u l-ispirti.

L-indikazzjoni u l-informazzjoni dwar il-valuri nutrittivi

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi dikjarazzjoni komprensiva tan-nutrizzjoni fil-"post viżiv prinċipali " tal-ippakkjar (Artikolu 29 sa 34). L-informazzjoni obbligatorja dwar il-kontenut ta' enerġija tal-ikel u n-nutrijenti ta’ xaħam, xaħam saturat, karboidrati, zokkor u melħ (Artikolu 29 (1)) għandha tkun indikata fuq il-quddiem tal-pakkett f'ordni xierqa, espressa bħala valur għal kull 100 g jew 100 ml jew kull porzjon. Informazzjoni ulterjuri (Artikolu 29 (2)) tista’ tingħata x'imkien ieħor fuq l-ippakkjar, iżda fi kwalunkwe każ il-“kaxxa bl-informazzjoni tan-nutrizzjoni" għandha ssir f’forma ta’ tabella (Artikolu 34 (2)). L-informazzjoni kollha għandha tiġi espressa b’rabta ma’ 100g/100ml jew, għall-pakketti bil-porzjonijiet, skont il-porzjon, u bħala persentaġġ għall-kwantità rakkomandata kuljum għal kull nutrijent (Artikolu 31).

Sistemi nazzjonali ta’ tikkettjar

Il-Proposta tal-Kummissjoni jippermetti ambitu pjuttost wiesa’ lill-Istati Membri ħalli jadottaw regoli nazzjonali ta’ tikkettar. Skont il-Kapitoli VI u VII l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, f’każijiet speċifiċi, joħorġu regolamenti għal ċerti kategoriji ta' ikel u jkunu jistgħu jiżviluppaw flimkien mal-formola preskritta ta' rappreżentazzjoni sistemi nazzjonali ta' identifikazzjoni (Artikolu 44 (3) u Artikolu 34 (5)). Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali dwar il-modalità tal-preżentazzjoni u/jew jidderogaw minn ċerti indikazzjonijiet obbligatorji għal ikel ippakkjat bil-lest, bħal ikel moħmi u prodotti taz-zalzett, kif ukoll ikel minn ristoranti, caterers tal-massa, eċċ., bl-eċċezzjoni tat-tikkettjar dwar is-sustanzi allerġeniċi (Artikolu 41).

4. Rimarki tar-Rapporteur

Fil-prinċipju, ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon il-Proposta għal regolament tal-Kummissjoni. L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ tikkettjar uniformi tal-ikel mal-Ewropa kollha hija neċessarja. Minn naħa waħda tali sistema sservi għat-trasparenza fl-interess tal-konsumatur, iżda min-naħa l-oħra wkoll għal ħarsa ġenerali aħjar tal-acquis communautaire fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel u għalhekk tiżdied iċ-ċertezza legali fl-interess tal-kumpaniji tal-ikel, peress li ammont kbir ta’ skemi diġà eżistenti fir-regolament il-ġdid għandhom jiġu sintetizzati. Regolamenti komprensiv ġdid bħal dan jista’ jgħin ukoll biex il-konsumatur jieħu deċiżjoni tax-xiri mmirata u b’hekk jagħżel in-nutrizzjoni tiegħu skont il-ħtiġijiet u x-xewqat individwali.

Fir-rigward tal-Suq Intern Komuni l-aspett tal-armonizzazzjoni it-tikkettjar tal-ikel huwa wkoll ta' rilevanza enormi, għaliex s'issa r-regoli addizzjonali nazzjonali u l-interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja li diġà teżisti jikkawżaw ostakli għall-kummerċ u problemi ta' kompetittività. It-tneħħija ta' dawn il-konfużjonijiet tista’ tnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi tal-ikel u l-bejjiegħa tal-ikel u finalment għall-konsumatur

Il-formulazzjoni tat-tikkettjar għall-Ewropa kollha prevista fil-Proposta għal regolament għall-UE kollha tidher, fil-fehma tar-rapporteur, madankollu, li la hija adattata biex titnaqqas il-burokrazija u twassal għal simplifikazzjoni tal-liġi, u lanqas biex tgħin lill-konsumatur għal tagħrif aħjar dwar l-ikel. Il-Kummissjoni, f’ċerti punti, issimplifikat wisq. Barra minn hekk, forom speċjali ta' bejgħ u/jew mod kif jiġi ppreżentat l-ikel, bħal, p.e. l-bejgħ dirett ta’ prodotti agrikoli, il-catering fil-qasam tat-trasport, il-qasam tal-kummerċ ħieles mid-dazju jew l-industrija tal-magni tal-ikel awtomatiċi, tħallew barra. Anki prodotti speċifiċi bħall-weraq tad-deheb li jittiekel, kif ukoll ikel użat għall-kulur u ikel innovattiv, ma ġewx ikkunsidrati. Uħud mill-aspetti tal-Proposta mhumiex realistiċi u jwasslu għal spejjeż kunsiderevolment ogħla għall-produttiuri tal-ikel u l-bejjiegħa bl-imnut, u konsegwentement il-prezzijiet tal-ikel ikollhom jiżdiedu sempliċement minħabba rekwiżiti ġodda tat-tikkettjar. Dawn in-nuqqasijiet fil-Proposta tal-Kummissjoni jheddu s-sopravivenza ta' ħafna intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fl-industrija tal-ikel Min-naħa tal-konsumaturi aktarx li l-għadd previst u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni obbligatorja tikkontribwixxi għall-konfużjoni minflok għall-kjarifikazzjoni. Il-punt imma hu li jidher li l-Proposta li l-Istati Membri jingħataw spazju konsiderevoli għall-adozzjoni tar-regoli tagħhom stess ma tinftiehem assolutament xejn: twassal għal aktar frammentazzjoni tas-suq intern fil-qasam tal-ikel u trendi assurd l-abbozz ta’ regolament preżenti. Il-Proposta tal-Kummissjoni tikkontradixxi l-intenzjoni ddikjarata tagħha stess, kif indikat fil-punt 5 tan-Nota Spjegattiva, li val la pena jkun mislut hawn: “L-użu ta’ Regolament bħala strument legali jappoġġja l-għan ta' simplifikazzjoni minħabba li jiggarantixxi li l-partijiet kollha jkollhom isegwu fl-istess waqt l-istess regoli.”

Barra minn hekk, hu inkomprensibbli għaliex il-Kummissjoni kellha tagħżel li l-Proposta tressaqha proprju issa, meta l-uniku studju xjentifiku s’issa li jkopri l-UE kollha dwar l-influwenza tat-tikkettar tal-ikel fuq deċiżjonijiet ta’ xiri tal-konsumaturi ma bediex għajr f’Awwissu 2008. Dan l-istudju, iffinanzjat mis-Seba’ Programm ta' Riċerka, għandu idealment ikun il-bażi għal din il-Proposta leġiżlattiva dwar l-informazzjoni dwar l-ikel. Madankollu, mill-esperjenza r-riżultati konkreti mhumiex mistennija qabel madwar tliet snin. F'dan l-istadju, għalhekk, kwalunkwe konġettura u esperjenza soġġettiva tal-atturi involuti tista’ tidħol fil-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar it-tikkettjar; għal din ir-raġuni l-abbozz tal-Kummissjoni qed jaħdem sempliċement b’suppożizzjonijiet dwar il-preferenzi u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi. Ħadd ma jista’ jivvaluta jekk ir-regolament finali fil-verità jissodisfax il-konsumatur medju fl-UE kollha, jew jekk minħabba riżultati ta’ riċerka ġodda jkollux jiġi mibdul sostanzjalment fi ftit snin. Dan il-fatt huwa partikolament kritiku peress li wieħed jista’ jissuponi li r-regolamenti l-ġodda se jkollhom impatt finanzjarju kunsiderevoli fuq il-produtturi u l-bejjiegħa tal-ikel. Imma anki dwar dan il-punt m'hemm l-ebda informazzjoni mill-Kummissjoni, li, wara kollox, fl-abbozz tagħha, ta’ min jinnota, hija tal-fehma li ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ għarfien espert minn barra.

Ir-rapporteur għalhekk tara li huwa essenzjali li jkun hemm emendi sostanzjali għall-Proposta tal-Kummissjoni. Uħud minnhom huma ddelineati:

Il-fatt li t-tipa għandha ġeneralment tkun ta’ qies minimu ta’ 3mm mhijiex prattikabbli fir-realtà. Dan japplika b’mod partikolari, iżda mhux esklużivament, għal prodotti li jkollhom informazzjoni stampata b’diversi lingwi. Tipa b’qies minimu obbligatorju ta’ 3mm tirriżulta f’pakketti tal-ikel aktar goffi, aktar skart u possibilment anki porzjonijiet akbar. Il-qies tat-tipa waħdu, barra minn hekk, mhuwiex deċiżiv għal-leġibilità. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur tipprovdi definizzjoni tal-kunċett tal-“leġibilità” tal-informazzjoni dwar l-ikel u tipproponi li għandu jsir proċess ta’ konsultazzjoni bil-ħsieb li jiġu żviluppati linji gwida għall-implimentazzjoni tar-regoli relatati mal-leġibilità.

Il-Kummissjoni tiġġustifika l-proposta tagħha li tippermetti lill-Istati Membri li jiżviluppaw sistemi ta' tikkettjar tagħhom stess billi tinvoka l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Hija tirreferi għall-possibilità li mekkaniżmi “bottom-up” bħal dan jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ tikkettjar innovattivi. Madankollu, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li s-sistemi nazzjonali tat-tikkettjar iktar jistgħu jikkontribwixxu għal konfużjoni, nuqqas ta’ sigurtà ġuridika u għal iżjed distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern. Għalhekk wieħed għandu jassumi li d-dikjarazzjonijiet obbligatorji tal-Istati Membri dwar it-tikkettjar, anki meta dawn jiġu ddikjarati b’mod ħieles, jaħdmu fil-fatt bl-istess mod. Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-intrapriżi tal-ikel ipoġġu l-prodotti tagħhom f’ferm aktar swieq minn Stat Membru wieħed, ikollu jiġu prodott pakkett speċifiku u fuq kollox ikun meħtieġ li tinbena l-kapaċità adegwata għall-ħżin b'mod konformi mar-regoli speċifiċi fis-seħħ f'kull pajjiż. L-ispejjeż addizzjonali involuti, f’ammonti ta’ bosta biljuni ta’ euro, jimponu piż kbir fuq is-settur tal-ikel, li fil-parti l-kbira tiegħu huwa magħmul minn kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u finalment jitgħabba fuq il-konsumatur. L-idea biss li fil-ġejjieni jiġu introdotti potenzjalment 27 sistema differenti ta’ tikkettjar, u aktar u aktar f’mumenti differenti, hija biżżejjed biex turi l-assurdità ta’ din il-proposta. Ir-rapporteur, għalhekk, qed tipproponi t-tħassir tal-artikolu korrispondenti. Madanakollu, dan ma jfissirx li sistemi volontarji diġà eżistenti użati mis-settur tal-ikel jew minn numru ta’ produtturi tal-ikel għandhom ikunu pprojbiti fil-futur. Fil-fatt, bil-kontra: B’żieda mal-informazzjoni obbligatorja, għandu jkun permess li tingħata informazzjoni f’partijiet oħra tal-pakkett, tkun f’liema forma tkun, jew biex tingħata informazzjoni ulterjuri. Naturalment, dan m’għandux isir b’mod li l-informazzjoni obbligatorja ma tkunx tista’ tinsab jew tinqara.

Il-possibilità li l-preżentazzjoni tal-pakkett tal-ikel tinganna lill-konsumatur għandha tiġi eliminata. L-istampi u/jew il-preżentazzjoni ta’ kitba m’għandhomx jingannaw lill-konsumatur fir-rigward tal-oriġini vera, il-kompożizzjoni u l-kontenut ta’ nutrizzjoni tal-ikel. Ir-rapporteur tipproponi, għaldaqstant, emendi li jżidu fuq il-Proposta tal-Kommissjoni. Peress li reċentement l-opinjoni pubblikka kkonċernat ruħha dwar l-eżistenza ta’ imitazzjoni rħisa tal-ikel, li l-konsumatur medju ma jagħrafhiex bħala tali, jidher li jagħmel sens li prodotti bħal dawn ikollhom indikazzjoni f’dan is-sens fuq il-quddiem tat-tikketta.

Fl-opinjioni tar-rapporteur, madankollu, ammont eċċessiv ta’ informazzjoni fuq quddiem tal-pakkett, espressa kull 100 g jew 100 ml jew kull porzjon, li anki tikkonsisti f’bosta partikolari differenti, pereżempju espressi fi grammi u bħala persentaġġ tar-rekwiżit rakkomandat kuljum għal grupp partikolari tal-popolazzjoni, fl-aħħar mill-aħħar iwassal biex il-konsumatur jinjora l-informazzjoni. Wara kollox, meta jkunu qed jagħmlu x-xirja, il-konsumaturi ma jkollhomx quddiem għajnejhom prodott wieħed biss, iżda ringieli sħaħ ta’ prodotti fuq l-ixkafef tal-ħwienet li jbigħu prodotti tal-ikel. Peress li riċerki reċenti wrew li l-maġġoranza l-kbira ta’ dawk il-konsumaturi li jikkunsidraw in-nutrizzjoni tagħhom huma prinċipalment interessati fil-kontenut ta’ enerġija tal-ikel, l-indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut ta’ enerġija, f’kilokaloriji kull 100 g jew 100 ml biex ikunu jistgħu jitqabblu l-prodotti, fuq quddiem tal-pakkett għandha tkun biżżejjed. Il-konsumaturi jistgħu jsiru jafu liema nutrijenti jikkomponu l-kontenut ta’ enerġija tal-prodott billi jaqraw il-partikolari obbligatorji fil-“kaxxa bl-informazzjoni tan-nutrizzjoni“ fuq naħa oħra tal-pakkett. Jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed, l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tingħata addizzjonalment b’mod obligatorju għal dan il-porzjon. Jekk studji dwar il-konsumatur fil-ġejjieni jaslu għal konklużjonijiet differenti fir-rigward tax-xewqat tal-konsumaturi, in-negozjant u/jew l-industrija jistgħu, kif ġie spjegat diġà, jipprovdu partikolari addizzjonali b’mod volontarju. Madankollu, f’dan il-każ, għal darb’oħra, ikun neċessarju li jiġu stipulati ammonti ta’ referenza fissi u li jiġu spjegati b’mod ċar lill-konsumaturi, sabiex tiġi evitata arbitrarjetà fl-informazzjoni addizzjonali pprovduta.

Produtturi tal-ikel tradizzjonali bħall-furnara, dulċiera, tal-laħam, ir-ristoranti, eċċ., joffru għall-bejgħ prinċipalment ikel mhux ippakkjat bil-lest u/jew biex jittiekel immedjatament. Bħala regola, dawn il-prodotti mhumiex standardizzati, iżda huma soġġetti għal varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni u fil-piż tal-prodott għall-bejgħ. Barra minn hekk, wieħed irid iqis li s-s-snajja’ tal-ikel biss jiggarantixxu l-preservazzjoni u l-varjetà tal-ispeċjalitajiet reġjonali fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ir-regolament li qiegħed jiġi kkunsidra hawnhekk għandu jieħu kont ukoll ta’ dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi. Il-proposta tal-Kummissjoni tagħmel l-Istati Membri responsabbli għall-iffissar ta’ regoli ta’ tikkettjar tal-ikel fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat bil-lest: għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu mhux biss dwar il-forma tal-preżentazzjoni iżda, fejn ikun xieraq, anki l-eċċezzjonijiet mill-informazzjoni obbligatorja. Madankollu, jekk l-istati Membri ma jistipulawx derogi jew idumu biex jadottaw regoli speċjali, dawk li joffru ikel mhux ippakkjat bil-lest ikunu meħtieġa li jipprovdu l-partikolaritajiet kollha stipulati fir-regolament. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċjali spjegati hawn fuq, dan min-naħa tiegħu jnaqqas miċ-ċertezza legali fis-settur tal-ikel speċjalizzat u, b’mod partikolari, jipperikola l-eżistenza tan-negozji ż-żgħar. Għal negozji bħal dawn huwa kważi impossibbli li jipprovdu dikjarazzjoni komprensiva tan-nutrizzjoni. Għalhekk, ir-rapporteur hija tal-fehma li ikel mhux ippakkjat bil-lest essenzjalment għandu jitħalla barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament. Għandha ssir eċċezzjoni, però, għas-sustanzi allerġeniċi, li jistgħu ikunu preżenti anki fl-ikel artiġjanali. F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrimarkat li prodotti li jiġu ppakkjati biss fil-mument tal-bejgħ huma diġà esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel.

Sabiex jiġi adattat mar-regolament preżenti, ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel għandu jiġi rrivedut. Fl-istess ħin, ir-rapporteur tirrakkomanda t-tħassir tal-Artikolu 4 kollu tar-regolament imsemmi l-aħħar, għax sadattant irriżulta li l-profili ta’ nutrizzjoni deskritti fih ma setgħux jiġu ġġustifikati b’mod xjentifiku iżda setgħu jiġu stabbiliti mill-Kummisssjoni b’mod arbitrarju biss. Leġiżlazzjoni arbitrarja dwar l-ikel, iżda, twassal għal aktar burokrazija, nuqqas ta’ sikurezza legali u inugwaljanzi fil-kompetizzjoni kif ukoll tipperikola l-bilanċ fin-nutrizzjoni tal-popolazzjoni Ewropea.

Sistema obbligatorja ta’ kodiċi bil-kuluri għall-ikel bħall-mudell tad-dwal tat-traffiku, li attwalment qed tintuża minn numru ta’ kumpaniji tal-ikel għal ikel li jinbigħ lest jew parzjalment lest ('convenience products'), ikollha effetti simili Il-valuri ta' limitu għall-klassifikazzjoni bl-użu tal-kuluri tat-"traffic light”, aħmar, isfar, u aħdar, huma stabbiliti b’mod arbitrarju, u l-firxa ta’ valuri għal kull kulur hija wiesgħa wisq. Meta jitqies il-fatt li l-abbozz ta’ regolament preżenti huwa intenzjonat li jikseb tikkettjar obbligatorju uniformi applikabbli għall-ikel kollu u xorb mhux alkoħoliku, il-kodiċi bil-kuluri tiddiskrimina kontra l-ikel bażiku u, pereżempju, tippreferi ikel imitat bi kwalità pjuttost inferjuri kif ukoll ikel b’komponenti artifiċjali milli naturali. Bi probabilità kbira din hija riċetta għal dieta ħażina u insuffiċjenti għal sezzjonijiet wiesgħa tal-popolazzjoni. Għalhekk la l-Kummissjoni u lanqas ir-rapporteur ma jirrakkomandaw komponent bħal dan għat-titkkettjar obbligatorju tal-ikel.

5. Konklużjoni

L-għan tar-regolament preżenti huwa li tiġi stabbilita sistema ta’ tikkettjar tal-ikel valida mal-UE kollha u li, b'numru żgħir ta’ eċċezzjonijiet, tapplika għall-prodotti kollha tal-kumpaniji tal-ikel, jiġifieri, mhux għal kategoriji speċifiċi tal-ikel. Għandu jiġi enfasizzat li regoli bħal dawn iservu biss l-interessi tal-konsumatur medju, jiġifieri, ċittadini medji edukati, infurmati u f’kundizzjoni tajba tas-saħħa, iżda mhux għal ċerti kategoriji ta’ pazjenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jbatu mill-alleġiji tal-ikel. It-tikkettjar obbligatorju għandu jgħin lil membri tal-pubbliku responsabbli jieħdu deċiżjoni ta’ xiri mmirata u infurmata tajjeb.

Madankollu, l-abbozz kumpless u kkumplikat ħafna tal-Kummissjoni, li jinkludi 53 artikolu, li l-parti l-kbira minnhom huma rilevanti ħafna, u 13-il anness, ma jagħmilhiex possibbli li dan l-objettiv jintlaħaq. Il-preżentazzjoni proposta ta’ informazzjoni obbligatorja iżda tixbah pjuttost l-edukazzjoni aktar milli l-informazzjoni tal-konsumaturi: il-Kummissjoni trid iġġiegħel, permezz tal-liġi, lill-konsumaturi jagħżlu dieta tajba għas-saħħa. Anki fil-kontenut, l-abbozz tal-Kummissjoni fih nuqqasijiet. Numru ta’ rekwiżiti huma bbażati fuq suppożizzjonijiet dwar ix-xewqat u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi, u l-valuri ta’ referenza proposti huma ta’ kwalità dubjuża. L-intenzjoni ta’ armonizzazzjoni fl-interess tas-suq intern Ewropew iwassal, bl-idea li regoli nazzjonali speċjali jkunu permessi, għall-assurdità. Ħafna proposti tal-Kummissjoni, barra minn hekk, aktarx jipperikolaw l-eżistenza tal-SMEs. Permezz ta’ dan, l-abbozz tal-Kummissjoni jmur kontra l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar.

Barra minn hekk, huwa verament stramb u ta’ tħassib il-fatt li l-Kummissjoni fasslet il-proposta għal regolament mingħajr ma kkonsultat esperti minn barra. Huwa wkoll inkomprensibbli l-fatt li l-abbozz qed jiġi ppreżentat f’mument meta, għalkemm huma disponibbli studji xjentifiċi dwar punti speċifiċi, studju wiesa’ li jkopri l-Istati Membri kollha għadu kemm nbeda issa.

Ir-rapporteur tipproponi, għalhekk, li l-approċċ propost mill-Kummissjoni jiġi rrivedut b’mod komprensiv. Hija tgħid li, fl-assenza ta’ riżultati xjentifiċi komprensivi dwar l-impatt tal-informazzjoni dwar l-ikel fuq l-imġiba tal-konsumatur fis-27 Stat Membru, it-tikkettjar obbligatorju propost għandu jkopri biss informazzjoni bażika essenzjali. Barra minn hekk, il-leġiżlatur jista’ jiżgura li l-informazzjoni obbligatorja tkun tista’ tinqara u tinftiehem tajjeb u li jiġi eliminat l-ingann tal-konsumatur. Jekk fil-futur jiġu ppubblikati riżultati ġodda dwar ix-xewqat u l-bżonnijiet tal-konsumatur, in-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr, bi qbil mal-proposti magħmula mir-rapporteur, billi jipprovdu informazzjoni addizzjonali b’mod volontarju. Regolazzjoni bħal din biss tiggarantixxi biżżejjed flessibilità u tista’ tissodisfa lil dawk kollha involuti.

Finalment, għandu jiġi indikat li t-tikkettjar tal-prodotti tal-ikel huwa wieħed biss mill-ħafna aspetti tal-informazzjoni dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni għall-konsumatur. Din is-sistema tista’ tikkumplimenta, iżda mhux tissostitwixxi, l-idea ċara tal-popolazzjoni dwar stil ta’ ħajja b’saħħitha, possibilment permezz ta’ kampanji u miżuri edukattivi fl-Istati Membri. Aktar minn hekk, fis-sistema tas-soċjetà tagħna l-ebda liġi ma tista’ u m’għandha teħles liċ-ċittadini mir-responsabilità għall-azzjonijiet tagħhom u/jew teħles il-ġenituri mir-responsabilità għal uliedhom.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (25.2.2010)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi
(COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Christel Schaldemose

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din hija t-tieni darba li l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi qed jikkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-Għoti ta' Informazzjoni fuq l-Ikel lill-Konsumaturi. Ir-Rapporteur tirrikonoxxi l-ammont kbir ta' xogħol li l-Kumitat preċedenti wettaq fuq l-Opinjoni, abbozzata mis-Sa Bernadette Vergnaud. Ir-Rapporteur iddeċidiet li ma toħloqx problemi billi tressaq kwantità kbira ta' emendi ġodda. Minflok, ir-Rapporteur għażlet li tinkludi l-parti ewlenija tal-opinjoni li kisbet maġġoranza fil-Kumitat preċedenti. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq ir-rikonoxximent, minn naħa minnhom, tal-ammont kbir ta' xogħol imwettaq mill-Kumitat preċedenti u, min-naħa l-oħra, tal-ħtieġa li jintlaħqu kompromessi biex ikun hemm tikkettar tal-ikel sostenibbli fl-Ewropa.

Ir-Rapporteur tirrikonoxxi li d-dibattitu dwar it-tikkettar tal-ikel kien kwistjoni importanti waqt il-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew din ir-rebbiegħa. Huwa minħabba f'hekk li jeħtieġ li jiġu diskussi ċerti preokkupazzjonijiet li jinsabu fil-proposta tal-Kummissjoni. L-għan ta' din l-Opinjoni huwa l-istess bħal dak tal-Opinjoni tas-Sa Vergnaud adotatta fi Frar 2009. Il-konsumaturi jeħtieġ li jkollhom il-possibilità li jagħmlu għażla infurmata tajjeb fir-rigward tal-għażla tagħhom tal-ikel. U din l-għażla infurmata tajjeb għandha - fost l-oħrajn - tgħin biex tiġi solvuta l-problema li kulma jmur qed tikber tal-obeżità fl-Ewropa.

L-informazzjoni dwar l-ikel għalhekk għandha tagħti introduzzjoni dettaljata għall-kontenut tal-ikel speċifiku li l-konsumatur ikun qed jixtri kif ukoll tagħti ħarsa ġenerali ta' malajr lejn jekk l-ikel hux adattat jew le meta wieħed jagħmel għażla tal-ikel li ma tagħmilx ħsara lis-saħħa. Konsegwentement, ir-Rapporteur għażlet li tinkludi ħafna mill-emendi mill-opinjoni tal-Kumitat preċedenti.

Bħala punt ewlieni r-Rapporteur għażlet li żżomm il-kontenut obbligatorju fid-dikjarazzjoni tan-nutrijenti l-istess bħal ma kien irrakkomanda l-Kumitat preċedenti. Ir-Rapporteur inkludiet it-tmien nutrijenti l-kbar - kollha kemm huma indikati skont l-ammont f'kull 100g jew 100ml - li għandhom ikunu preżenti fl-istess parti viżiva fuq il-pakkett. Il-preżentazzjoni m'għandhiex għalfejn tkun fil-post fejn tidher l-aktar jew fin-naħa ta' quddiem tal-pakkett. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li n-naħa ta' quddiem tal-pakkett għandha tintuża biex tagħti ħarsa ġenerali ta' malajr. Huwa minħabba f'hekk li r-Rapporteur tissuġġerixxi li l-valur enerġetiku (valur kalorifiku) għandu jkun fuq in-naħa ta' quddiem tal-pakkett. Din l-informazzjoni għandha tkun issupplimentata b'kodiċi tal-kuluri li jindika jekk l-ikel għandux valur fl-enerġija li huwa għoli, medju jew baxx.

Żieda oħra tirrigwarda s-suġġeriment tar-Rapporteur li t-tipi kollha tal-alkoħol għandhom ikunu ttikkettati. L-alkoħol fih ammonti kbar ta' kaloriji li jista' jkollhom influwenza kbira fuq il-konsum ta' kuljum tal-enerġija. Ir-Rapporteur tiddikjara li l-konsumatur għandu jkollu din l-informazzjoni fl-istess waqt li jkun qed janalizza l-informazzjoni dwar l-ikel.

Konsumaturi infurmati tajjeb u edukati aħjar se jkunu jistgħu jieħdu r-responsabilità għas-saħħa tagħhom stess. Ir-Rapporteur temmen li t-titjib tal-informazzjoni dwar l-ikel se jkun essenzjali għall-konsumaturi Ewropej fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, meta jkunu qed jagħmlu għażliet infurmati waqt li jagħmlu x-xiri tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huwa għodda importanti biex jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata.

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettar dwar in-nutrizzjoni huwa metodu wieħed kif il-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-kompożizzjoni tal-ikel u jiġu megħjuna jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni mmexxija mill-Istati Membri huma mekkaniżmi importanti biex jiżdied il-fehim tal-konsumatur dwar l-informazzjoni tal-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għall-benesseri tal-konsumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata.

Ġustifikazzjoni

Titjib tad-dieta u tal-fehim tal-konsumatur fir-rigward tan-nutrizzjoni tal-ikel ma jistax jintlaħaq bit-tikkettar biss. Anke issa, hemm xi tagħrif ta’ fuq it-tikketti li ma jinftihemx mill-konsumaturi, u huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu involuti aktar f’kampanji ta’ informazzjoni mfassla biex itejbu l-fehim tal-konsumatur.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbiegħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament.

(15) Ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma l-kunsinna okkażjonali ta' ikel lil partijiet terzi, li jisserva u jinbiegħ ikel minn persuni privati, pereżempju f'avvenimenti karitatevoli jew fieri u laqgħat tal-komunitajiet lokali, u l-bejgħ ta' ikel fid-diversi forom ta' kummerċjalizzazzjoni diretta mill-bdiewa, mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dak li huwa importanti hawnhekk mhuwiex it-trattament tal-ikel iżda l-kunsinna tiegħu lil partijiet terzi; id-duplikazzjoni għandha tiġi evitata. Il-bdiewa li n-negozji tagħhom huma involuti f'kummerċjalizazzjoni diretta (bejgħ mill-farm, fis-swieq, fit-toroq jew dar b'dar) ikunu mgħobbija żżejjed jekk jiġu rikjesti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Jekk din hija sors ta' dħul importanti għall-bdiewa, il-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-ikel mill-bdiewa għandha bħala prinċipju ġenerali tiġi eskluża mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

L-impriżi żgħar u ta' daqs medju fis-settur tal-produzzjoni tradizzjonali tal-ikel jipproduċu prodotti li ma jkunux ippakkjati bil-lest għal kunsinna diretta lill-konsumaturi. M'hemm l-ebda proċedura standard: l-ingredjenti jinbidlu ta’ kuljum. Ta’ min iżomm ukoll f’moħħu li s-settur tal-produzzjoni tradizzjonali tal-ikel huwa partikolarment responsabbli biex jinżammu l-ispeċjalitajiet reġjonali, għall-kreattività u għall-innovazzjoni u b’hekk tiġi żgurata d-diversità tal-prodotti disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn il-prodotti jiġu esklużi mir-rekwiżit tad-dikjarar obbligatorju tan-nutrizzjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u sostenibbiltà.

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità, trasparenza u sostenibbiltà.

Ġustifikazzjoni

Sabiex rekwiżiti ġodda jibqgħu konformi mal-objettivi attwali tal-UE għal suq intern li jiffunzjona b'mod sħiħ, hu kruċjali li dawn ikunu notifikati u eżaminati sew mill-partijiet interessati kollha sabiex ikun żgurat li jkunu ġustifikati u li ma jfixklux il-moviment ħieles tal-prodotti.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex ma jiġux imkissra f'biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar l-ikel jixraq li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel f'dan il-qasam.

(21) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm frammentazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozji tal-ikel fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ikel jixraq li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-operaturi tan-negozji tal-ikel f'dan il-qasam. Bla ħsara għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi tan-negozji tal-ikel responsabbli għal attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu fil-pront meta jsiru jafu li din l-informazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi ċċarat f'liema ċirkostanzi l-operaturi tan-negozji tal-ikel li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jagħtu kontribut biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Huwa importanti wkoll li jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 ma jdgħajfux l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li l-bejjiegħa bl-imnut iridu jikkonformaw magħhom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jagħtu saħħa lill-Kummissjoni li temenda l-lista ta' informazzjoni mandatorja billi jiżdiedu jew jitneħħew dettalji u biex ċerti dettalji jkunu disponibbli b'mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u immirati sew tar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jagħtu saħħa lill-Kummissjoni li temenda l-lista ta' informazzjoni mandatorja billi jiżdiedu jew jitneħħew dettalji u biex ċerti dettalji jkunu disponibbli b'mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u immirati sew tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe bidla fil-lista tar-rekwiżiti obbligatorji tat-tikkettar għandha impatt sinifikanti fuq l-industrija tal-ikel u x-xorb. Hu għalhekk importanti li l-leġiżlazzjoni tagħmilha ċara li l-partijiet interessati kollha għandhom ikunu kkonsultati meta jkunu qed jiġu kkunsidrati rekwiżiti ġodda tat-tikkettar, biex b'hekk ikun żgurat li l-proċedura tkun trasparenti u li l-partijiet kollha jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) It-tikketti ta’ l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-istampar b’daqs żgħir huwa wieħed mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel.

(25) It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar dwar l-ikel u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u konsegwentement, fatturi bħad-daqs, it-tipa, il-kulur u l-kuntrast għandhom jitqiesu flimkien biex jiżguraw is-sodisfazzjon tal-konsumatur bit-tikketti tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-leġibilità tat-tikketti hi kruċjali għall-konsumaturi u għandha tibqa’ rekwiżit fir-Regolament il-ġdid. Madankollu, meta wieħed iqis iċ-ċarezza tat-tikketta għandu jqis għadd ta’ fatturi, u mhux biss id-daqs tat-tipa.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 27 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) F'konformità mar-riżoluzzjoni preċedenti tal-Parlament Ewropew, l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew*, il-ħidma tal-Kummissjoni, u t-tħassib pubbliku ġenerali dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol speċjalment għall-konsumaturi żgħażagħ u vulnerabbli, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tistabbilixxi definizzjoni ta' xarbiet bħal 'alcopops' immirata speċifikament għaż-żgħażagħ. Minħabba n-natura alkoħolika tagħhom, dawn għandu jkollhom rekwiżiti ta' tikkettar aktar stretti, u jkunu separati b'mod ċar mis-soft drinks fil-ħwienet.

* ĠU C 77, 31.3.2009, p. 73.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-tikkettjar ta' l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar ta' l-inbejjed, u permezz ta' hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-birra, u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tas-soft drinks u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/8922, u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-konsizzjonijiet stabbiliti mill-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta' eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(28) Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-tikkettar tal-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettar tal-inbejjed, u permezz ta' hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi jkunu protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-birra, l-inbejjed likurużi, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed aromatizzati u prodotti simili li ġejjin minn frott la ma jkunx għeneb, il-birra mill-frott u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż2, u xarbiet alkoħoliċi mħallta, u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta' eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

2 ĠU L [ …], […], p.[…].

2 ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' kjarifika, l-inbejjed likurużi, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed aromatizzati u prodotti simili lu ġejjin minn frott li ma jkunx għeneb kif ukoll il-birra tal-frott ukoll għandhom jissemmew. L-inbid, il-birra u l-ispirti diġà huma koperti minn regolamenti preċedenti tal-UE filwaqt li x-xarbiet alkoħoliċi mħallta mhumiex. Madankollu, illum jeżistu diffikultajiet dwar kif għandhom jiġu kkategorizzati x-xarbiet alkoħoliċi mħallta u għaldaqstant dawn għalissa għandhom jiġu eżentati u jagħmlu parti mir-rapport magħmul mill-Kummissjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. F'każijiet oħra, il-forniment ta' l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza jitħalla f'idejn l-approvazzjoni ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta' l-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma' l-isem jew l-indirizz ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel.

(29) Bil-ħsieb li tkun garantita trasparenza u traċċabilità sħiħ, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-laħam kollu għandha tkun obbligatorja. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata b'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati mal-isem jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-konsumaturi għandhom ikunu jafu l-pajjiż tal-oriġini tal-laħam.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq l-industrija, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għall-għażla tal-konsumatur jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din hija prevista f'leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità.

(36) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq il-produtturi u n-negozjanti tal-prodotti tal-ikel, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhix fattur determinanti għall-għażla tal-konsumatur jew li l-pakkett jew it-tikketta ta’ barra tiegħu jkunu żgħar wisq biex it-tikkettar obbligatorju jkun jista' jsir, jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din ikun previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Ma jkunx sew jekk, minħabba regolamenti ta’ tikkettar estensivi biss, il-pakketti tal-ikel fil-ġejjieni jkollhom jikbru. Dan ikompli jżid l-iskart tal-pakketti u jista’ wkoll jirriżulta f’porzjonijiet ikbar jew pakketti kbar li jqarrqu bil-konsumatur u li jkollhom spazju vojt.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien preżenti fuq is-suġġett ta’ nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u tinftiehem faċilment. Ir-riċerka turina li l-konsumaturi jsibu utli l-informazzjoni li tidher fil-parti prinċipali jew fuq "quddiem tal-pakkett" meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet biex jixtru. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel dik l-informazzjoni għandha tkun fejn tidher l-aktar fuq it-tikketta.

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien preżenti fuq is-suġġett ta’ nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u tinftiehem faċilment. Ir-riċerka turina li l-konsumaturi jsibu utli l-informazzjoni li tidher fil-parti prinċipali jew fuq "quddiem tal-pakkett" meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet biex jixtru. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel, 'il-valur enerġetiku (il-valur kalorifiku)' għandu jkun indikat fejn jidher l-aktar fuq in-naħa ta' quddiem tal-pakkett, permezz ta' sistema ta' kodiċi b'kuluri differenti. Madankollu, l-informazzjoni kollha tan-nutrijenti (bil-valur enerġetiku ripetut) għandha titpoġġa flimkien f'post wieħed fl-istess parti viżiva fuq il-pakkett.

Ġustifikazzjoni

Ikun aħjar jekk l-informazzjoni obbligatorja kif ukoll l-informazzjoni volontarja dwar in-nutrizzjoni titniżżel fl-istess parti viżiva - kif titlob il-leġiżlazzjoni attwali fil-każ tad-dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni - billi l-konsumaturi jitfixklu jekk wieħed ikollu jfittex id-diversi biċċiet ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni f'postijiet differenti fuq il-pakketti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta' l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet infurmati. Minkejja dan, hemm evidenza mal-Komunità kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Għalhekk, jixraq li jitħallew jiġu żviluppati skemi differenti u li tibqa’ ssir riċerka dwar kif jifhmu l-konsumaturi fi Stati Membri differenti sabiex, jekk jixraq, jiddaħħlu skemi armonizzati.

(38) Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur tal-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet fil-pront Minkejja dan, m'hemm l-ebda evidenza xjentifika madwar il-Komunità kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Biex jitħaffef il-mod li bih jitqabblu l-prodotti f’pakketti ta’ daqs differenti, ikun għaldaqstant xieraq li tinżamm l-istipulazzjoni obbligatorja li d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tibqa' tirreferi għal ammonti ta' 100g/100ml. Ikun xieraq ukoll li tiġi permessa riċerka dwar il-fehim tal-konsumaturi sabiex, jekk ikun xieraq, ikunu jistgħu jiddaħħlu skemi armonizzati.

Ġustifikazzjoni

Meta l-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jitfissru għal kull 100g jew għal kull 100ml, il-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti b'mod aktar dirett. Konsegwentament, din l-informazzjoni għandha tkun obbligatorja. Kull informazzjoni oħra fuq il-pakketti hija volontarja, b'mod li l-produtturi jistgħu jagħżlu x'inhu adattat għall-prodott tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 38 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38a) Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal projbizzjoni fl-UE kollha tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali Sakemm tidħol fis-seħħ projbizzjoni bħal din, it-tikkettar tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali għandu jkun obbligatorju.

Ġustifikazzjoni

Fir-rapport tiegħu dwar il-White Paper dwar kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm projbizzjoni fl-UE kollha tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali. Peress li l-aċidi xaħmin trans artifiċjali huma ta' ħsara għas-saħħa u jistgħu jiġu evitati, għandha tiddaħħal projbizzjoni fl-UE kollha biex jiġu mħarsa l-konsumaturi. Biex jiġu mħarsa l-konsumaturi, it-tikkettar tal-aċidi xaħmin trans artifiċjali għandu jkun obbligatorju sakemm tidħol fis-seħħ projbizzjoni bħal din.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 49 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a) Il-prodotti tas-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u l-prodotti friski tan-negozju tal-bejgħ tal-ikel bl-imnut li jiġu prodotti direttament fil-post tal-bejgħ jistgħu jinkludu wkoll sustanzi li joħolqu reazzjonijiet allerġiċi jew intolleranzi f’persuni sensittivi. Huma fil-fatt prodotti bħal dawn li ma jkunux ippakkjati bil-lest li jinbiegħu f’kuntatt dirett mal-konsumatur, u għaldaqstant l-informazzjoni korrispondenti għandha tingħata, pereżempju, bil-kelma fil-waqt tal-bejgħ, jew permezz ta' tabella li tkun tidher b'mod ċar fil-post tal-bejgħ jew permezz ta’ materjal informattiv li jintwera fil-post.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest, tikkettar komprensiv relatat ma' sustanzi allerġeniċi tal-prodotti kollha huwa prattikament impossibbli u jikkawża spejjeż sostanzjali żejda u żvantaġġ kompetittiv għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari. Barra minn hekk, ma tistax tiġi eskluża l-possibilità ta' kontaminazzjoni trażversali f'postijiet fejn l-ispazju disponibbli għall-ipproċessar huwa limitat.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess ta’ l-ikel, fejn l-atttivitajiet tan-negozji ta’ l-ikel jolqtu l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

3. Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, f'dak li jikkonċerna l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumatur aħħari.

Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari, inkluż l-ikel li jitwassal minn caterers tal-massa u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

Hu għandu japplika għall-ikel kollu ppakkjat bil-lest intiż biex jitwassal lill-konsumatur aħħari u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

 

Dan m’għandux japplika għal ikel li hu ppakkjat direttament fil-post tal-bejgħ qabel ma jitwassal lill-konsumatur aħħari, bl-eċċezzjoni tar-regoli speċifikati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa partikolarment komuni fin-negozju tal-ikel li l-prodotti li huma prodotti fil-post tal-bejgħ biex jitwasslu direttament lill-konsumatur aħħari jiġu ppakkjati hemmhekk stess. Għalhekk, il-prodotti jinqasmu f’porzjonijiet minn qabel (bħas-‘sandwich spreads’) jew jiġu ppakkjati fil-fojl (sandwiches) għall-benefiċċju tal-konsumatur (biex ikunu jistgħu jagħmlu l-akkwist tagħhom iktar malajr, u biex jinġarru faċilment). Prodotti bħal dawn, li jiġu ppakkjati ftit qabel il-bejgħ, għandhom bi prinċipju jiġu esklużi mill-ambitu tar-Regolament, billi m’hemmx mod kif dawn jitqabblu ma’ prodotti ppakkjati bil-lest b’mod industrijali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa …*, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista komprensiva u aġġornata tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati f'leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika applikabbli għal ikel partikolari. Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … **, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità ta' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi ta' tikkettar ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposta relevanti.

 

___________

*

** 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Is-simplifikazzjoni hija wieħed mill-għanijiet primarji ta’ din il-proposta. Hemm wisq Direttivi u Regolamenti Ewropej li huma speċifiċi għal setturi partikolari li jinkludu dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar. Jeħtieġ li dawn jinġabru kollha, li tiġi verifikata l-konsistenza tagħhom mal-prinċipji ġenerali u li jingħata aċċess faċli għal dan l-ammont kbir ta' rekwiżiti lill-operaturi u l-partijiet konċernati kollha fil-katina tal-ikel, filwaqt li jitqies kwalunkwe nuqqas possibbli ta' koerenza mar-regoli ġenerali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 - punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) ‘ikel mhux ippakkjat bil-lest’ tfisser kwalunkwe ikel li jkun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ippakkjar u li jkun ippakkjat biss fil-ħin tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari, u ikel u prodotti friski li jkunu ppakkjati bil-lest fil-post tal-bejgħ, għal bejgħ immedjat; dan il-punt għandu japplika f'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Fil-ħwienet, l-ikel jinbiegħ ukoll ippakkjat minn qabel u bħala regola viċin il-bankijiet fejn ikun hemm l-istaff inkarigat mill-bejgħ sabiex il-klijenti ma jdumux jistennew hemmhekk. Fil-każ ta’ ikel ippakkjat skont ix-xewqa individwali tal-klijenti, fil-prattika huwa impossibbli li tingħata l-istess informazzjoni li hi obbligatorja għall-prodotti ppakkjati bil-lest, minħabba d-diversità ta’ prodotti li jistgħu jinbiegħu kif ukoll minħabba li jkunu prodotti magħmula bl-idejn u l-firxa ta' prodotti għall-bejgħ tkun differenti minn ġurnata għall-oħra.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s) ‘data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel’ tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun sew;

(s) ‘data ta’ durabbiltà minima ta’ xi ikel’ tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun kif indikat;

Ġustifikazzjoni

Id-data tad-durabilità minima għandha tittieħed flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħżin indikati. Hija r-responsabilità tal-operatur tan-negozju tal-ikel li jiddetermina u jindika d-data tad-durabilità minima flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ħżin. Barra minn hekk, id-data 'sa meta jrid jintuża' għandha wkoll tkun indikata fl-istess post.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt t a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ta) 'Ikel ta' imitazzjoni' tfisser ikel li jagħti l-impressjoni li hu ikel ieħor u li ingredjent li s-soltu jintuża fih jiġi mħallat kompletament jew parzjalment ma' ingredjent ieħor jew sostitwit bih.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi qed jiġu mqarrqa bl-użu li kulma jmur qed jiżdied ta' imitazzjonijiet ta' ikel li fihom l-ingredjenti li s-soltu jintużaw qed jiġu sostitwiti b'sostituti li jkunu irħas.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt t a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ta) ‘data ta’ manifattura’ tfisser id-data meta l-ikel ikun sar il-prodott kif deskritt.

Ġustifikazzjoni

Sabiex titjieb l-informazzjoni għall-konsumatur, għandu jkun hemm definizzjoni tad-data ta’ manifattura. Id-definizzjoni ssuġġerita hi identika għad-definizzjoni fil-Codex (CODEX STAN 1-1985).

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-liġi ta’ l-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn ta’ perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

3. Meta l-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, ħlief jekk dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, għandu jingħata perjodu tranżitorju ta' mhux iktar minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-istokkijiet ta' dak l-ikel li jkunu tqiegħdu fis-suq qabel tmiem il-perjodu tranżitorju biex jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun faċilitat it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, kif ukoll biex tkun minimizzata l-ħela fl-imballaġġ, hu normali li jingħata perjodu tranżitorju meta jkunu introdotti rekwiżiti ġodda dwar it-tikkettar, sakemm ma jkunux jikkonċernaw riskju immedjat ta' saħħa għall-pubbliku, f'liema każ ma jkunx adattat perjodu bħal dan.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) billi fid-deskrizzjoni jew rappreżentazzjonijiet bl-istampi fuq il-pakkett tiġi ssuġġerita l-preżenza ta' prodott jew ingredjent partikolari għalkemm fir-realtà l-prodott li l-pakkett ikun fih ikun ikel ta’ imitazzjoni jew ikun fih sostitut għal ingredjent normalment użat fi prodott. F'każijiet bħal dawn, il-pakkett għandu jkollu l-marka prominenti 'imitazzjoni' jew 'prodott bi (isem tal-ingredjent użat bħala sostitut) minflok (isem tal-ingredjent li ġie ssostitwit)';

 

Il-prodott tal-ikel partikolari li jkun imitazzjoni jew ikun fih sostitut għandu, fejn ikun fattibbli, jiġi sseparat minn ikel ieħor fil-post tal-bejgħ.

Ġustifikazzjoni

L-ikel ta’ imitazzjoni, per eżempju 'ġobon' magħmul minn xaħam veġetali, kull ma jmur aktar qed jiżdied fis-suq. Żvilupp ieħor li ġie osservat hu li l-ingredjenti li normalment jintużaw biex jiġi mmanifatturat prodott qegħdin sa ċertu punt jiġu sostitwiti b'sostituti li jkunu irħas. Ġeneralment dan mhuwiex evidenti għall-konsumaturi. Fl-interess tat-trasparenza, għalhekk, għandu jiddaħħal tikkettar xieraq.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) b’rappreżentazzjonijiet bi stampi li jiżgwidaw lill-konsumatur dwar in-natura vera jew l-oriġini tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

L-immaġnijiet u l-grafika m’għandhomx jintużaw b’mod deliberat biex jiżgwidaw lill-konsumaturi dwar l-oriġini vera ta’ prodott. Ir-reklamar jew l-informazzjoni volontarja m'għandhomx jaħbu jew idgħajfu l-informazzjoni obbligatorja.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel, fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, m’għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifikazzjoni tiżgwida lill-konsumatur aħħari jew inkella tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa.

2. L-operaturi tan-negozji tal-ikel, fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, m’għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma’ xi ikel jekk dik il-modifikazzjoni tiżgwida lill-konsumatur aħħari jew inkella tnaqqas il-livell ta’ protezzjoni għall-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa u l-abilità li wieħed jagħmel għażla infurmata.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-rekwiżit m'għandux ikun limitat biss għal kwistjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq xi ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa għandhom jassigura li jkun fih l-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skond il-liġi ta’ l-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel.

3. L-operaturi tan-negozji tal-ikel li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni xi ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa għandhom jassiguraw li jkun fih l-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża skont il-liġi tal-informazzjoni applikabbli dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma 'suq' tista' tingħata interpretazzjoni ħażina (pereżempju 'suq dinji'). Għalhekk huwa importanti li jiġi speċifikat li dak li hu mfisser hawnhekk huwa s-suq intern tal-UE.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu b’attenzjoni biex jassiguraw, fi ħdan il-limiti ta’ l-attivitajiet rispettivi tagħhom, li jkun hemm ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ikel applikabbli, b'mod partikolari billi ma jagħtux ikel li jafu jew jaħsbu li ma jikkonformax, abbażi ta' l-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali.

4. L-operaturi tan-negozji tal-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhomx, fi ħdan il-limiti tal-attivitajiet rispettivi tagħhom, ifornu ikel li jafu, abbażi tal-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali jew li tkun ingħatatilhom mill-fornituri tagħhom, li ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Id-distributuri ma jistgħux jinżammu kompletament responsabbli a priori għall-informazzjoni li tintwera fuq prodotti li ma jkunux juru l-marka tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi tan-negozji ta’ l-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha tiġi mgħoddija lill-operatur li jirċievi l-ikel sabiex tkun tista’, fejn jixraq, tingħata l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (ċ) u (f) lill-konsumatur aħħari.

5. L-operaturi tan-negozji tal-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha tiġi mgħoddija lill-operatur li jirċievi l-ikel sabiex tkun tista’, fejn jixraq, tingħata l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (d), (g) u (i) lill-konsumatur aħħari.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta' ingredjenti u l-pajjiż tal-oriġini għandu japplika wkoll għal prodotti li ma jkunux ippakkjati bil-lest.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem ta’ l-ikel;

(a) l-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott;

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 1 (a)-(h): Aġġustament lingwistiku biex tkun żgurata l-konsistenza mat-terminoloġija attwali tad-Direttiva 2000/13/KE (Direttiva dwar it-Tikkettar) (ara l-Artikolu 3: inter alia 'l-isem li taħtu jiġi mibjugħ il-prodott'; 'il-kwantità netta').

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu;

(c) kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ikel mhux ippakkjat bil-lest;

Ġustifikazzjoni

It-test tal-Kummissjoni, b'konnessjoni mal-Artikolu 13(4), jestendi l-obbligu tat-tikkettar tal-allerġeni għal ikel mhux ippakkjat bil-lest. Rekwiżit li jiġu ttikkettati allerġeni fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest jinvolvi t-tikkettar sistematiku tal-allerġeni, biex ikun kopert kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni trasversali. Madankollu, jidher li l-assoċjazzjonijiet tal-persuni li jbatu minn allerġiji jippreferu obbligu ta' żvelar fil-post tal-bejgħ permezz ta' avviż jew permezz tal-għoti ta' folji ta' informazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew id-data sa 'meta jrid jintuża';

(f) id-data ta’ kemm iservi l-inqas jew, fil-każ ta’ ikel li, mill-perspettiva mikrobijoloġika, jista' jeħżien, id-data sa 'meta jrid jintuża';

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) id-data tal-manifattura;

Ġustifikazzjoni

Biex jintlaħaq l-iskop tar-regolament li l-konsumatur ikun provdut b’informazzjoni xierqa dwar l-ikel li huwa jikkonsma biex ikun jista' jagħmel għażliet infurmati, huwa essenzjali li l-konsumatur ikun infurmat dwar id-data tal-manifattura.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta' min ippakkjah, jew ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;

(h) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz fil-Komunità tal-fabbrikant jew ta' min ippakkjah, tal-bejjiegħ, tal-importatur jew, fejn ikun xieraq, tal-operatur tan-negozju tal-ikel li l-ikel jitqiegħed fis-suq f'ismu jew f'isem in-negozju tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz fil-Komunità tal-operatur responsabbli għal-ewwel tqegħid fis-suq Komunitarju jissemmew b'mod obbligatorju. Għal dan il-għan, il-lista prevista trid tiġi estiża u speċifikata.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il pajjiż ta’ l-oriġini jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ta' l-oriġini ta' l-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma' l-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta' oriġini jew post differenti ta' provenjenza; f'każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35(3) u (4) u dawk stabbiliti skond l-Artikolu 35(5);

(i) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel kollu li mhux ipproċessat u l-laħmijiet kollha, inklużi l-ħut u l-frott tal-baħar bil-qoxra, f'konformità mar-regoli eżistenti relatati maċ-ċanga;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-konsumaturi għandhom ikunu jafu l-pajjiż tal-oriġini tal-laħam. Li wieħed ikun jaf fejn l-annimal trabba u fejn ġie ppakkjat il-laħam huwa element essenzjali biex il-konsumatur jagħmel għażla infurmata.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista ta’ dettalji obbligatorji stipulati fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-importanza ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tingħata d-dritt esklussiv li temenda l-lista tad-dettalji obbligatorji.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(4).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Emendi għall-elementi obbligatorji tat-tikkettar mhumiex “elementi mhux essenzjali” tar-Regolament li possibilment jista’ jinstab qbil dwarhom permezz tal-komitoloġija. Hija l-prerogattiva tal-leġiżlatur li jagħmel dan.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri.

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet Komunitarji aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel1 għandhom jiġu osservati.

 

_________

 

1 ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ir-regolament ikun eħfef biex jinftiehem, għandha tiġi inkluża referenza għad-Direttiva 2007/45/KE li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-disponibbiltà ta’ ċerti dettalji obbligatorji b’mezzi oħra minbarra fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni dejjem jekk jintlaħqu l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-indikazzjoni tad-dettalji obbligatorji hija l-qalba tar-Regolament. Il-mod kif isiru dawn l-indikazzjonijiet m’għandux jinbidel permezz ta’ miżuri li jbiddlu elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 41.

4. Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest u ikel ippakkjat fil-post tal-bejgħ meta jitlob hekk il-konsumatur jew li jkun ippakkjat bil-lest għal bejgħ dirett, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tiċċara l-fatt li l-Artikolu 13(4) jirreferi wkoll għall-Artikolu 41 b'konnessjoni mhux biss ma' ikel ippakkjat bil-lest, iżda wkoll ma' ikel ippakkjat b'mod dirett (ikel li jiġi ppakkjat fil-post tal-bejgħ). Il-formulazzjoni tal-Artikolu 13(4) proposta mill-Kummissjoni ma tirreferix għal ikel ippakkjat b'mod dirett, għalkemm dan huwa rregolat mill-Artikolu 41, li l-Artikolu 13(4) jirreferi għalih.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1) sa (k), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f'ittri b'tipa ta' mill-inqas 3 mm u għandhom jiġu preżentati b'tali mod li jiżguraw kuntrast sinifikanti bejn l-istampar u l-isfond.

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1)(a) sa (k), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett b'mod li jinqara ċar u li ma ma jħalli l-ebda possibilità li l-konsumatur jiġi mqarraq. L-elementi li għandhom jitqiesu biex tiġi żgurata l-leġġibilità tal-informazzjoni dwar l-ikel huma t-taqsim tat-test, l-istil, id-daqs u l-kulur tat-tipa tat-test, il-kulur tal-isfond, id-disinn tal-pakkett u l-istampar, kif ukoll id-distanza u l-angolu minn fejn tinqara.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni kollha ppreżentata fuq tikketta għandha tkun viżibbli faċilment, leġġibbli b’mod ċar u m’għandhiex tkun qarrieqa għall-konsumaturi, sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li jiġi żgurat kuntrast sinifikanti bejn l-istampar u l-isfond u li jkunu faċilment viżibbli, leġibbli b'mod ċar u li ma jkunux jistgħu jitħassru. L-elementi li għandhom jitqiesu biex tiġi żgurata l-leġġibilità tal-informazzjoni dwar l-ikel huma t-taqsim tat-test, l-istil u t-tipa. Il-materjal promozzjonali fuq il-pakkett m’għandux jaħbi l-informazzjoni obbligatorja.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (e) u (k) għandhom jidhru fl-istess parti viżiva.

2. Id-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (e) u (k) u fl-Artikolu 9(1)(c), (f), (g) u (j) għandhom jidhru fl-istess parti viżiva.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni kollha relatata mas-saħħa (allerġeni, id-data 'sa meta jista' jintuża', il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istruzzjonijiet għall-użu) għandha tidher fl-istess parti viżiva.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati li jikkonċernaw id-dettalji obbligatorji u l-estensjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 mad-dettalji obbligatorji l-oħra għal kategoriji speċifiċi jew tipi speċifiċi ta' ikel imsemmija fl-Artikoli 10 u 38. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jagħti poteri wisgħin wisq lill-Kummissjoni, minħabba li ma jirrigwardax 'l-elementi mhux essenzjali'.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-daqs minimu tat-tipa msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' imballaġġ jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 10 ċm2.

4. Id-daqs minimu tat-tipa msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' imballaġġ jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 25 ċm2. Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta' Stati Membri li għandhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2).

5. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika fil-każ ta’ ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2). Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta' Stati Membri li għandhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta' l-ikel għandha tidher f'ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi ta' l-Istat membru fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja tal-ikel għandha tidher f'ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi kollha tal-Istati Membri fejn qed jiġi kkummerċjalizzat l-ikel, inklużi l-għomja jew il-persuni b'vista batuta.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 56a tad-Direttiva 2004/27/KE (li temenda d-Direttiva 2001/83/KE), huwa obbligatorju li l-mediċini jkunu stampati bil-Braille, u hemm rekwiżit li l-fuljetti li jiġu mal-pakkett jiġu pprovduti f’format xieraq għall-għomja u l-persuni b'vista batuta. Minħabba li l-ikel li jkun fih ingredjenti allerġeniċi jista’ jikkawża problemi serji lil dawk li ma jkunux jafu bihom, is-sistema obbligatorja tal-Braille għandha tiġi estiża għal-lista ta’ ingredjenti fl-ikel.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta’ l-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih erja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

2. Fil-każ tal-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih erja ta’ inqas minn 50 cm2, id-dettalji elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu pprovduti b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Id-dettalji elenkati fl-Artikoli 9 u 29 m’għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta' prodotti mhux ippakkjati bil-lest, inklużi dawk ipprovduti minn caterers tal-massa skont l-Artikolu 2(2)(d) bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9(1)(c) u l-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Id-dettalji u l-kontenut obbligatorji (artikolu 9 u artikolu 26) m'għandhomx japplikaw għal ikel mhux ippakkjat bil-lest jew għal caterers tal-massa (ristoranti, canteens, skejjel u sptarijiet). L-ammont ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju li jfornu ikel mhux ippakkjat bil-lest huwa għoli u t-tikkettar m'għandux, mill-perspettiva tat-tnaqqis tal-ispejjeż u l-burokrazija, ikun obbligatorju għal din il-kategorija ta' fornituri. Il-proċeduri wkoll ta' spiss ma jkunux standardizzati: l-ingredjenti jinbidlu ta’ kuljum. Ta’ min iżomm ukoll f’moħħu li s-settur tal-produzzjoni tradizzjonali tal-ikel huwa partikolarment responsabbli biex jinżammu l-ispeċjalitajiet reġjonali, għall-kreattività u għall-innovazzjoni u b’hekk tiġi żgurata d-diversità tal-prodotti disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn il-prodotti jiġu esklużi mir-rekwiżit tad-dikjarar tan-nutrizzjoni. Kwalunkwe ingredjent elenkat fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kwalunkwe sustanza li ġejja minnu m'għandhomx ikunu inklużi f'din l-eċċezzjoni.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta’ l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta’ l-ikel.

1. L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tiegħu preskritt bil-liġi. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament lingwistiku biex tkun żgurata l-konsistenza mat-terminoloġija attwali tad-Direttiva 2000/13/KE (Direttiva dwar it-tikkettar).

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, dejjem skond l-eċċessjonijiet tiegħu kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun indikat fuq it-tikketta b’referenza preċiża għall-isem ta’ l-ingredjent.

1. Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f’dak l-Anness, ħlief għall-eċċezzjonijiet li jeżistu għalih kif hemm provdut f’dak l-Anness, għandu jkun indikat fuq it-tikketta b’referenza preċiża għall-isem tal-ingredjent jew tas-sustanza li tikkawża allerġiji jew intolleranzi.

Ġustifikazzjoni

It-tikkettar tas-sustanza li tikkawża allerġiji jew intolleranzi minflok l-ingredjent li jkun fih sustanza bħal din huwa iktar ċar u iktar effettiv.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ba) l-ikel ma jkunx ippakkjat bil-lest u jkun indikat b'mod viżibbli fiż-żona tal-bejgħ li:

 

- il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sustanzi allerġeniċi direttament permezz tal-materjal li jkun espost fuq il-post, u bħala miżura komplementari fid-djalogu li jsir fil-proċess tal-bejgħ, u

 

- il-klijenti jkunu infurmati li l-possibilità ta’ kontaminazzjoni trażversali ma tistax tiġi eskluża.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar allerġeni potenzjali hija importanti ħafna għall-persuni allerġiċi fil-każ ta’ ikel mhux ippakkjat bil-lest, jiġifieri f'forn jew ħanut tal-ħobż jew fil-każ tal-catering tal-massa. Iżda tista' tgħid li huwa impossibbli li jiġi pprovdut tikkettar estensiv tal-allerġiji għal prodotti mhux ippakkjati bil-lest. Dan iqiegħed lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju fi żvantaġġ kompetittiv konsiderevoli u jżid l-ispejjeż tagħhom. Barra minn hekk, ma tistax tiġi eskluża l-possibilità ta' kontaminazzjoni trażversali f'postijiet fejn l-ispazju disponibbli għall-ipproċessar huwa limitat. Għaldaqstant, il-bejjiegħ bl-imnut ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest jista' jagħżel il-metodu kif jinforma lill-klijent, jiġifieri permezz tad-djalogu li jsir waqt il-bejgħ, permezz ta' sinjal ċar, f'menu jew permezz ta' karta.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi;

(a) f’unitajiet ta’ likwidu fil-każ tal-likwidi fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar il-kontenituri ta’ likwidi għall-konsum tal-bniedem1;

 

__________

 

1 ĠU L 176, 6.7.1985, p. 18.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament lingwistiku biex tkun żgurata l-konsistenza mat-terminoloġija attwali tad-Direttiva 2000/13/KE (Direttiva dwar it-tikkettar). Il-paragrafu 1 għandu jkun aktar speċifiku, peress li għal ċertu ikel (inklużi l-ketchup, iz-zlazi, il-mayonnaise, il-ġelat jew il-ħwawar) hemm inċerteza legali.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-data adattata għandha tiġi mfissra skond l-Anness IX.

2. Id-data adattata għandha tinstab faċilment u ma tistax tkun mgħottija. Hija għandha tiġi espressa kif ġej:

 

Id-data ta' durabilità minima:

 

Id-data għandu jkollha quddiemha l-kliem:

 

- ‘Uża preferibbilment qabel [id-data]’ fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata,

 

- ‘Uża preferibbilment qabel l-aħħar ta’ [ix-xahar]’ fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-Anness IX għandu jiġi inkorporat fit-test leġiżlattiv. It-terminu ‘Uża preferibbilment qabel ...’ għandu jiġi interpretat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-ftehimiet nazzjonali li ma jorbtux legalment. Id-deroga mir-rekwiżit li tiġi indikata d-data ta’ durabilità minima fil-każ tal-ġelat ippakkjat f’porzjonijiet individwali se titħassar. Il-porzjonijiet individwali jistgħu jinfirdu mill-pakkett jew mil-lott li fihom inbiegħu u għalhekk huwa importanti li kull porzjon li jinfired għalih ikollu stampat fuqu d-data ta’ durabilità minima.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 29 –paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej (minn issa 'l quddiem magħruf bħala "dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni"):

1. Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej (minn issa 'l quddiem magħruf bħala "dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni"):

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) valur enerġetiku;

(a) valur enerġetiku (valur kalorifiku);

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ.

b) l-ammonti ta’ proteina, karboidrati, xaħam, b'referenza speċifika għas-saturati, fajber, zokkor u melħ.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni tirreferi għan-nutrijenti l-iktar importanti (proteini, karboidrati - bħaz-zokkor - xaħam, saturati, fibri u sodju) kif kien definit qabel mil-leġiżlazzjoni li hemm fis-seħħ (Direttiva 90/496/KEE). L-informazzjoni dwar in-nutrijenti m’għandhiex tiffoka sempliċement fuq in-nutrijenti potenzjalment problematiċi billi tenfasizzahom b’mod speċifiku, minħabba li dieta ta’ ġid għas-saħħa tirrikjedi l-konsum ibbilanċjat ta’ dawn l-elementi kollha.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-ammonti ta' saturati, xaħam trans, fibri u proteini.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għall-inbid kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, birra, u ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta xorb bl-ispirtu u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-inbid jew għal prodotti tal-inbid kif definiti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1601/1991, prodotti simili, ħlief dawk li jinkisbu mill-għeneb, sidru, perry, birra, u spirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u xarbiet alkoħoliċi oħra. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għal dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'atti speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni għal dawn il-prodotti. Dawk l-atti, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għadd ta' kwistjonijiet fundamentali jkunu meħtieġa li jiġu ċċarati qabel ma jkun impost it-tikkettar ta' ingredjenti u nutrijenti għal xarbiet alkoħoliċi, li ma jiġux ikkunsmati għall-valur nitrizzjonali tagħhom. Barra minn hekk, ir-Regolamenti 479/2008, 1601/91 u 110/2008 jipprevedu l-mezzi għall-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' nbejjed u spirti. Jipprevedu wkoll il-possibilità ta' definizzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni permezz tal-proċedura ta' komitoloġija speċifika tagħhom. F'ġieħ il-konsistenza, dawn id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jinżammu.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punti f u g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) fajber;

imħassrin

(g) proteini;

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) kolesterol;

Ġustifikazzjoni

L-indikazzjoni tal-kolesterol separatament mix-xaħmijiet li jkun jinsab fihom taf tkun utli għall-konsumaturi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-listi fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri li tfasslu sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu xi elementi miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma nqisux li dan mhux essenzjali. Bidla fil-lista ta’ nutrijenti jkollha impatt kbir; għalhekk, nemmnu li r-responsabilità għandha tkun f’idejn il-leġiżlatur.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-valuri dikjarati għandhom, skond kull każ individwali, ikunu valuri medji bbażati fuq:

4. Il-valuri dikjarati għandhom ikunu valuri medji fl-aħħar tal-perjodu tad-durabbiltà minima u għandhom, kif jixraq, ikunu bbażati fuq:

(a) l-analiżi ta' l-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(a) l-analiżi tal-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew

(b) kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta' l-ingredjenti użati; jew

(b) kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja tal-ingredjenti użati; jew

(c) kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

(c) kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali jistgħu jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 49(2).

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali għandhom jiġu adottati, wara li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tkun tat l-opinjoni tagħha, bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 49(2).

Ġustifikazzjoni

Aus Gründen der Rechtssicherheit sollte im Rechtstext näher konkretisiert werden, dass sich die Durchschnittswerte auf das Ende des Mindesthaltbarkeitsdatums zu beziehen haben. Natürlich oder zugefügte Vitamine und Mineralstoffe unterliegen natürlichen Abbau- und Schwankungsprozessen. So kann sich z.B. Vitamin C im Laufe der Mindeshaltbarkeitszeit eines Produktes auf natürliche Weise in beträchtlichem Ausmaß abbauen (abhängig von den Lagerungsbedingungen, Sonnenlicht etc.). Darüber hinaus unterliegen die Mengen an Nährstoffen in einem Produkt je nach Ernte oder Sorte natürlichen Schwankungen. Aus diesem Grund sollten ehestmöglich EU-weite Rundungsregeln und Toleranzen für die Kennzeichnung von Nährstoffmengen festgelegt werden.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml jew, skond l-Artikolu 32(2) u (3), għal kull porzjon.

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml.

 

L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' wkoll jiġi mfisser skont il-porzjon.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun possibbli li l-konsumaturi jqabblu l-oġġetti tal-ikel differenti fl-istess kategorija – irrispettivament mid-daqs u l-kontenut tal-pakketti – huwa importanti li l-ammont ta’ enerġija u nutrijenti jiġi ddikjarat dejjem għal kull 100g jew għal kull 100ml. Barra minn hekk, l-ammonti jistgħu jiġu espressi għal kull porzjon, jekk il-produttur jiddeċiedi li jagħmel hekk.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tiġi mfissra, kif jixraq, bħala persentaġġ ta’ konsum referenzjali stipulat fil-Parti B ta’ l-Anness XI b’rabta ma’ kull 100 g jew kull 100 ml jew kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti A ta’ l-Anness XI.

imħassar

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ saturati msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XIII Parti B.

4. Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta’ aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja tas-saturati u tax-xaħmijiet trans imsemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skont l-Anness XIII Parti B.

Ġustifikazzjoni

Ix-xaħmijiet trans għandhom ikunu parti mid-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni flimkien max-xaħmijiet saturati u għalhekk għandhom jitneħħew mid-dettalji volontarji.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml imsemmija fl-Artikolu 31(2), l-informazzjoni tista’ tiġi mfissra bħala porzjon kif kwantifikat fuq it-tikketta, dejjem jekk jingħata n-numru ta' porzjonijiet li hemm fil-pakkett.

1. Minbarra t-tikkettar dwar in-nutrizzjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml, din tista’ tiġi mfissra bħala porzjon, dejjem jekk tingħata l-kwantità li jkun hemm fil-porzjon.

Ġustifikazzjoni

Adattazzjoni lingwistika tat-test Ġermaniż għall-verżjoni Ingliża ('in addition') [Dan ma jaffettwax il-verżjoni Maltija]. Sabiex il-konsumatur ma jiġix żgwidat, it-tikkettar tan-nutrizzjoni għal kull porzjon għandu jkun possibbli meta l-kwantità ta’ kull porzjon tkun tikkettata b'mod ċar fuq il-prodott. L-indikazzjoni addizzjonali tal-għadd ta’ porzjonijiet li jkun hemm fil-pakkett għandha tkun possibbli fuq bażi volontarja.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml imsemmija fl-Artikolu 31(2), l-informazzjoni tista’ tiġi mfissra bħala porzjon kif kwantifikat fuq it-tikketta, dejjem jekk jingħata n-numru ta' porzjonijiet li hemm fil-pakkett.

1. Minbarra d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml imsemmija fl-Artikolu 31(2), l-informazzjoni tista’ tiġi mfissra bħala porzjon kif kwantifikat fuq it-tikketta, dejjem jekk jingħata n-numru ta' porzjonijiet li hemm fil-pakkett u l-porzjonijiet ikunu kollha identiċi.

Ġustifikazzjoni

F'xi każijiet ikun utli wkoll għall-konsumaturi jekk il-valur enerġetiku jkun indikat skont il-porzjon. Id-definizzjoni tad-daqs ta' dawn il-porzjonijiet għandha, madankollu, dejjem tkun armonizzata, biex ikun possibbli li jsir paragun sempliċi bejn il-marki differenti tal-istess tip ta' prodott.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-espressjoni abbażi ta’ kull porzjon biss għall-ikel preżentat f’pakketti li fihom ħafna porzjonijiet ta’ l-ikel, li ma ġewx ippakkjati bil-lest f’porzjonijiet individwali, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti biex tistabbilixxi l-espressjoni fil-parti viżiva ewlenija tal-element imsemmi fl-Artikolu 29(1)(a) abbażi ta' kull porzjon biss għall-ikel mhux imsemmi fil-paragrafu 2. Dawk l-atti, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sal-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni.

Ġustifikazzjoni

F'xi każijiet ikun utli wkoll għall-konsumaturi jekk il-valur enerġetiku jkun indikat skont il-porzjon. Id-definizzjoni tad-daqs ta' dawn il-porzjonijiet għandha, madankollu, dejjem tkun armonizzata, biex ikun possibbli li jsir paragun sempliċi bejn il-marki differenti tal-istess tip ta' prodott.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) u (3), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tingħata f’xi forom oħra ta’ espressjoni dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

1. Minbarra l-forom ta’ espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) u (3), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tingħata f’forom grafiċi ta’ espressjoni dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) il-forma ta’ espressjoni timmira biex tiffaċilita l-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta; kif ukoll

(a) il-forma ta’ espressjoni timmira biex tiffaċilita l-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza tal-ikel fir-rigward tal-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta; kif ukoll

(b) hi bbażata jew fuq konsum referenzjali armonizzat, jew jekk ma jeżistix, fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti; kif ukoll

(b) hi bbażata fuq il-konsum referenzjali indikat fl-Anness XI, Parti B, fir-rigward ta’ ammonti ta’ 100 g jew 100 ml. Jekk prodott ikun ippakkjat bil-lest bħala porzjon individwali jew jekk ikun fornut fi kwantitajiet ta’ inqas minn 100 g/ml, għandha tkun suffiċjenti indikazzjoni għal kull porzjon fir-rigward tal-kwantità fornuta. Fin-nuqqas ta’ konsum referenzjali bħal dan, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi bbażata fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti; kif ukoll

(c) hi appoġġjata b’evidenza dwar kemm il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-informazzjoni preżentata.

(c) hi appoġġjata b’evidenza dwar kemm il-konsumatur medju jifhem u juża’ l-informazzjoni preżentata.

2. Dawk il-forom addizzjonali ta’ espressjoni mfissra fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati taħt skema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44.

2. Preżentazzjonijiet grafiċi li jservu ta’ mudell jidhru fl-Anness XIII, Parti Ca.

Ġustifikazzjoni

Preżentazzjoni grafika tista’ ttejjeb b’mod sostanzjali kemm il-konsumaturi jifhmu d-dikjarazzjoni nutrizzjonali.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 31(2) marbuta mad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom jiddaħħlu fejn jidhru l-aktar. Huma għandhom jiġu preżentati, fejn jixraq, flimkien f’forma ċara fl-ordni li ġejja: enerġija, xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ.

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 31(2) marbuta mad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom jintwerew fl-istess parti viżiva. Huma għandhom jiġu preżentati, fejn jixraq, flimkien f’forma ċara fl-ordni li ġejja: enerġija, proteini, karboidrati, xaħam, b'referenza speċifika għas-saturati, fibri, zokkor, u melħ.

Ġustifikazzjoni

Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħtu ħarsa ta' malajr lejn il-valur enerġetiku tal-prodott, dan għandu jintwera fit-tikketta fuq in-naħa ta' quddiem tal-pakkett. Minbarra li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar komprensiva, ikun utli li l-konsumaturi jirċievu l-informazzjoni kollha li jeħtieġu biex jagħmlu għażla infurmata fl-istess parti viżiva.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta din id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni ma tidhirx fil-post viżiv prinċipali, hi għandha tiġi preżentata f’forma ta’ tabella, bin-numri mqegħdin f’linja jekk ikun hemm spazju. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f’forma lineari.

imħassar

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu, il-valur enerġetiku msemmi fl-Artikolu 29(1)(a) għandu jkun indikat fejn jidher l-aktar permezz ta' sistema ta' kodiċi b'kuluri differenti. Il-kuluri aħdar, isfar jew oranġjo u aħmar għandhom jindikaw jekk l-ikel għandux valur enerġetiku baxx, medju jew għoli. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għal kull 100g jew għal kull 100ml. Id-definizzjoni tal-ammonti ta' referenza għal valuri enerġetiċi għolja, medji u baxxi għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3) u bbażata fuq l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F’każijiet fejn l-ammont ta’ enerġija jew nutrijenti fi prodott huwa żero, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal dawk l-elementi tista’ tinbidel bl-indikazzjoni ‘Ma fih l-ebda ...’ qrib ħafna tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta din tkun preżenti.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, il-pargrafi 3 u 4 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Komunità Ewropea jew minn pajjiż jew post speċifiku.

2. Mingħajr preġudizzju għat-tikkettar skont il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, u b’mod aktar speċifiku mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti1, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel2, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid3, ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż4 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ inbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat ibbażat fuq inbid u cocktails aromatizzati prodotti tal-inbid5, il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Komunità Ewropea jew minn pajjiż jew post speċifiku.

 

1 ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

2 ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

3 ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

4 ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

5 ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi ċċarat l-ambitu preċiż tal-paragrafu 2. L-għan tal-Kummissjoni jidher li hu li l-prodotti b’indikazzjoni ġeografika jiġu eżentati mit-tikkettar tal-oriġini. Hemm 5 Regolamenti li jkopru l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jridu jissemmew.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 ma japplikawx għal informazzjoni volontarja, iżda din l-informazzjoni għandha f'kull każ tkun leġibbli b'mod ċar.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' l-ikel mhuwiex l-istess bħal dak ta' wieħed mill-ingrdjent(i) tiegħu, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' dak/dawk l-ingredjent(i) għandu jingħata wkoll.

3. Meta l-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel mhuwiex l-istess bħal dak ta' wieħed mill-ingredjent(i) ewlenin tiegħu, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' dak/dawk l-ingredjent(i) għandu jingħata wkoll, ħlief fil-każ ta’ prodotti li l-ingredjenti tagħhom m’għandhomx bżonn jiġu elenkati, skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-paragrafu 3 jiġi emendat biex tinżamm il-konsistenza tat-test billi jiġi speċifikat li l-paragrafu 3 ma japplikax għall-kategoriji tal-prodotti koperti mill-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1).

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Għall-wiski, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tingħata dejjem, u fejn tidher l-aktar. Meta l-wiski jkun prodott ta' aktar minn pajjiż wieħed, għandu jissemma kull pajjiż tal-oriġini.

Ġustifikazzjoni

Hija prattika tradizzjonali li l-wiski mibjugħ fl-UE jkun tikkettat bil-pajjiż tal-oriġini tiegħu, u l-konsumaturi jagħtu importanza konsiderevoli lil din l-informazzjoni. Ċerti tipi ta' wiski li m'għandhomx indikazzjoni tal-oriġini jużaw indikazzjonijiet oħra biex jagħtu l-impressjoni li joriġinaw f'wieħed mill-pajjiżi ewlenin li jipproduċu l-wiski meta fil-fatt ma jkunux ġejjin minnu. Għalhekk huwa xieraq li t-tipi kollha ta' wiski li jinbiegħu fl-UE jiddikjaraw l-oriġini tagħhom sabiex ikun evitat li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni qarrieqa.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Kapitolu VI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu mħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali huma kontra l-prinċipju tal-armonizzazzjoni u tal-moviment ħieles tal-prodotti fis-suq intern.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Kapitolu VII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu mħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali huma kontra l-prinċipju tal-armonizzazzjoni u tal-moviment ħieles tal-prodotti fis-suq intern.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 53 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 17(1) għandu japplika minn [l-ewwel jum tax-xahar 15-il sena wara li jidħol fis-seħħ].

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 29 sa 34 għandhom japplikaw minn [l-ewwel jum tax-xahar 3 snin wara li jidħol fis-seħħ] minbarra fil-każ ta’ ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta' l-ikel li għandhom, fid-data ta' dħul fis-seħħ, inqas minn 10 impjegati u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 2 miljun fejn għandhom japplikaw [l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ]. L-Artikolu 14(1) għandu japplika minn [l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ].

L-Artikoli 29 sa 34 għandhom japplikaw minn [l-ewwel jum tax-xahar 3 snin wara li jidħol fis-seħħ] minbarra fil-każ ta’ ikel ittikkettat minn operaturi tan-negozju tal-ikel li għandhom, fid-data tad-dħul fis-seħħ, inqas minn 10 impjegati u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 2 miljun fejn għandhom japplikaw [l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ]. L-Artikolu 14(1) għandu japplika minn [l-ewwel jum tax-xahar 5 snin wara li jidħol fis-seħħ].

 

Oġġetti tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jinbiegħu sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-SMEs u n-numru ta' impjegati tagħhom għandhom jiġu estiżi jekk dawn għandhom ikunu tabilħaqq effikaċi. Għall-ikel imqiegħed fis-suq qabel ma r-Regolament jidħol fis-seħħ, għandu jkun hemm l-għażla li jkomplu jbiegħuhom sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ikel imqiegħed fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tiegħu jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2.3 – kolonna tan-naħa tal-lemin

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'fih sors ta’ phenylalanine'

'fih l-aspartame'

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tgħin lill-konsumatur jifhem billi tbiddel terminu tekniku b'isem aktar komuni.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Anness III – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. TRATTAMENT TAS-SUPERFIĊI TAL-FROTT U TAL-ĦAXIX

Frott u ħaxix li jkun ingħatalhom trattament tas-superfiċi wara l-ħsad permezz tal-użu ta’ addittivi jew pestiċidi.

'Superfiċi trattata'

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli attwali ma jinkludux ir-rekwiżit ġenerali għal informazzjoni dwar it-trattament tas-superfiċi wara l-ħsad tal-frott u tal-ħaxix permezz ta’ addittivi jew pestiċidi biex jibqgħu friski. Dan ifisser li l-prodotti jidhru “friski” b’mod differenti milli jistenna l-konsumatur. Il-konsumaturi għandhom id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-fatt li l-prodott tal-ikel li qed jixtru jkun ingħatalu trattament tas-superfiċi.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness III – punt 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Prodotti tal-Laħam u tat-Tiġieġ

 

Meta fil-produzzjoni ta' prodotti tat-tiġieġ ikunu ntużaw il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal, dan għandu dejjem ikun ittikkettat b'mod ċar fuq l-imballaġġ.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal ikunu ntużaw fil-produzzjoni tat-tiġieġ, il-konsumaturi għandhom dejjem ikunu mgħarrfa dwar dan. Din l-informazzjoni hija importanti ħafna għall-konsumaturi, speċjalment għal dawk li għandhom sensitivitajiet reliġjużi.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Annes IV – inċiżi 3, 4, 5 u 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- ilmijiet intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

- ilmijiet minerali naturali jew ilmijiet oħrajn intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;

- ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

- ħxejjex aromatiċi, ħwawar, taħwir u taħlitiet tagħhom;

- melħ u sostituti tal-melħ;

- melħ u sostituti tal-melħ;

 

- zokkor;

Ġustifikazzjoni

Ilmijiet: L-Artikolu 28(1) tal-proposta jgħid "id-dispożizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni (=3) m'għandhomx japplikaw għall-ikel fi ħdan l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li ġejja: (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-esplojtazzjoni u l-bejgħ ta' ilmijiet minerali naturali." Biex ma jkunx hemm konfużjoni, huwa importanti li jkun hemm biss eżenzjoni waħda taħt l-Anness IV li tkopri kull ilma tal-flixkun bħalma hemm fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/496.

Ħxejjex aromatiċi: Kjarifika.

Zokkor: Iz-zokkor huwa kompost minn nutrijent wieħed li jista’ jiġi identifikat faċilment u ma jqarraqx lill-konsumaturi.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 25 ċm2;

- ikel f’pakketti jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 75 ċm2;

Ġustifikazzjoni

Pakketti iżgħar minn 75 ċm2 għandhom ikunu eżentati mit-tikkettar tan-nutrizzjoni obbligatorju.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- chewing gum;

Ġustifikazzjoni

Prodotti bħalma huma assortimenti u rigali żgħar, pakketti mħallta u chewing gum ukoll għandhom ikunu eżentati.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 17 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- ikel li mhux ippakkjat bil-lest, inklużi l-prodotti tal-ikel tal-massa, maħsub għall-konsum immedjat;

Ġustifikazzjoni

Negozji fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u fil-kummerċ tal-ikel bl-imnut, fosthom il-fornituri ta' servizzi ta’ catering tal-massa, jipproduċu prodotti mhux ippakkjati bil-lest biex jitwasslu direttament lill-konsumatur. M'hemm l-ebda proċedura standard: l-ingredjenti jinbidlu ta’ kuljum. Is-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel huwa partikolament responsabbli biex jinżammu l-ispeċjalitajiet reġjonali u biex tiġi żgurata d-diversità tal-prodotti disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li dawn il-prodotti jiġu esklużi mir-rekwiżit tad-dikjarar tan-nutrizzjoni.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Anness V – parti C a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

PARTI C - GĦOTI TA' ISEM UFFIĊJALI GĦAL IKEL LI JAGĦTI L-IMPRESSJONI LI HUWA IKEL DIFFERENTI

 

Nru

Diverġenza f'termini ta' tip, kwalità u kompożizzjoni

L-isem li bih jinbiegħ il-prodott

 

1.

Meta mqabbel ma' ġobon, sostituzzjoni totali jew parzjali ta' xaħam tal-ħalib b'xaħam veġetali

Imitazzjoni ta' ġobon

 

2.

Meta mqabbel mal-perżut, kompożizzjoni mibdula li tikkonsisti minn ingredjenti mfarrka b'kontenut ta' laħam ferm anqas.

Imitazzjoni ta' perżut

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi qed jiddiżappuntaw ruħhom fl-istennijiet tagħhom mill-użu dejjem jikber tal-imitazzjoni ta' prodotti tal-ikel li jkun fihom ingredjenti alternattivi orħos.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti A – punt 5 – kolonna tan-naħa tax-xellug

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ingredjenti f’taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

5. Ingredjenti f’taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Ġustifikazzjoni

Is-sistema attwali għandha tinżamm. S'issa dejjem ġew inklużi l-preparazzjonijiet tal-ħwawar.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti B – punti 1 u 2 – kolonna tan-naħa tal-lemin

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. ‘Żejt’, flimkien ma’

1. ‘Żejt’, flimkien ma’

jew l-aġġettiv “veġitali” jew mill-“annimali”, skond kif xiraq, jew

jew l-aġġettiv "veġetali" jew "mill-annimali", skont kif xieraq, jew

b'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jewmill-annimali tagħhom.

indikazzjoni tal-oriġini veġetali jew mill-annimali tagħhom.

L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat sakemm l-ammonti ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun mal-indikazzjoni ta’ żejt idroġenizzat.

2. 'Xaħam’, flimkien ma’

2. 'Xaħam’, flimkien ma’

jew l-aġġettiv “veġitali” jew mill-“annimali”, skond kif xiraq, jew

jew l-aġġettiv "veġetali" jew "mill-annimali", skont kif xieraq, jew

b'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jewmill-annimali tagħhom.

indikazzjoni tal-oriġini veġetali jew mill-annimali tagħhom.

L-aġġettiv 'idroġenizzat’ irid ikun ma’ l-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat sakemm l-ammont ta’ saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

L-aġġettiv ‘idroġenizzat’ irid ikun mal-indikazzjoni ta’ xaħam idroġenizzat.

Ġustifikazzjoni

Ix-xaħam trans huwa rikonoxxut li jagħmel ħsara lis-saħħa u huwa pprojbit f'bosta pajjiżi. Għaldaqstant irid ikun obbligatorju li tiġi indikata l-preżenza tiegħu, u li dan isir b'mod li jkun partikolarment viżibbli. Il-fatt li huwa inkluż fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni m'għandux iwaqqfu milli jkun imsemmi b'mod ċar fost l-ingredjenti.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Anness VI – Parti B – punt 4 – kolonna tan-naħa tax-xellug

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Lamtijiet, u lamtijiet immodifikati b'meżżi fiżiċi jew bl-enżimi

4. Lamtijiet, lamtijiet immodifikati b'mezzi fiżiċi jew bl-enżimi, lamtu inkaljat jew destrinat, lamtu mmodifikat bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtu bbliċjat.

Ġustifikazzjoni

Il-kategorija 'lamtu' għandha tinkludi wkoll lamtijiet inkaljati jew destrinati, lamtijiet immodifikati bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtijiet ibbliċjati. Dawn is-sustanzi huma użati fil-prattika fil-produzzjoni tal-prodotti tal-ikel u għandhom ikunu inklużi fil-lista tal-ingredjenti. Id-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi tal-ikel teskludihom b'mod speċifiku mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta ikel solidu jiġi preżentat f’forma likwida, il-piż nett ta’ l-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll.

5. Meta ikel solidu jiġi preżentat f’forma likwida, il-piż nett tal-ikel imsoffi mil-likwidu fil-mument meta jiġi ppakkjat għandu jiġi indikat ukoll.

Ġustifikazzjoni

Ikel solidu mgħerreq fil-likwidu jbiddel il-piż nett tiegħu matul il-perjodu tal-produzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur, minħabba l-interazzjonijiet normali bejn l-ikel solidu u l-likwidu li jkun mgħerreq fih. L-iskala tal-bidla fil-piż nett tiddependi minn diversi ċirkostanzi, jiġifieri l-ħin, it-temperatura u l-kundizzjonijiet tat-trasport u l-ħżin. Għaldaqstant, l-indikazzjoni tal-piż nett għandha ssir fil-ħin tal-manifattura, fejn il-produttur tal-ikel huwa responsabbli b'mod sħiħ għall-prodott u hu kapaċi jagħti indikazzjoni preċiża tal-piż nett.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Anness XI – Parti A – Punt 1 u Tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

1. Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

Vitamin A (µg)

800

Vitamin A (µg)

800

Vitamin D (µg)

5

Vitamin D (µg)

5

Vitamin E (mg)

10

Vitamin E (mg)

12

 

 

Vitamina K (µg)

75

Vitamin C (mg)

60

Vitamin C (mg)

 

80

Thiamin (mg)

1,4

Anewrina (Vitamina B1) (mg)

1,1

Riboflavin (mg)

1,6

Riboflavin (mg)

1,4

Niacin (mg)

18

Niacin (mg)

16

Vitamin B6 (mg)

2

Vitamin B6 (mg)

1,4

Folacin (µg)

200

Folic acid (µg)

200

Vitamin B12 (µg)

1

Vitamin B12 (µg)

2,5

Biotin (mg)

0,15

Bijotina (µg)

50

Pantothenic acid (mg)

6

Aċidu pantoteniku (mg)

6

 

 

Potassju (mg)

2000

 

 

Klorur (mg)

800

Calcium (mg)

800

Kalċju (mg)

800

Phosphorus (mg)

800

Fosfru (mg)

700

Iron (mg)

14

Ħadid (mg)

14

Magnesium (mg)

300

Magneżju (mg)

375

Zinc (mg)

15

Żingu (mg)

10

 

 

Ram (mg)

1

 

 

Manganiż (mg)

2

 

 

Fluworidu (mg)

3,5

 

 

Silenju (µg)

55

 

 

Kromju (µg)

40

 

 

Molibdenu (µg)

50

Iodine (µg)

150

Jodju (µg)

150

Ġustifikazzjoni

Il-valuri tal-RDA għandhom jinġiebu konformi mal-valuri referenzjali ġodda skont il-modifika tad-Direttiva dwar it-Tikkettar tan-Nutrizzjoni, 2008/100/KE (ĠU L 285, p. 9).

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness XII – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g — 17 kJ/g

karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g

- polyols

2.4 kcal/g — 10 kJ/g

- polyols

2.4 kcal/g

- proteini

4 kcal/g — 17 kJ/g

- proteini

4 kcal/g

- xaħam

9 kcal/g — 37 kJ/g

- xaħam

9 kcal/g

- salatrims

6 kcal/g — 25 kJ/g

- salatrims

6 kcal/g

- alkoħol (ethanol)

7 kcal/g — 29 kJ/g

- alkoħol (ethanol)

7 kcal/g

- aċidu organiku

3 kcal/g — 13 kJ/g

- aċidu organiku

3 kcal/g

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu b'żewġ unitajiet differenti jwassal għal riżultati kontradittorji minħabba fatturi ta' konverżjoni inkonsistenti. Billi "kcal" hija unità ta' kejl li hija aktar faċli biex tinftiehem mill-konsumaturi mill-unità "kJ", l-indikazzjoni għandha tingħata biss bħala "kcal".

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness XIII – Parti A – tabella – l-ewwel ringiela

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- Enerġija

kJ u kcal

- Enerġija

kcal

Emenda  97

Proposta għal regolament

Anness XIII – Parti C a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti C – Rappreżentazzjoni grafika tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

 

Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tkun irrappreżentata wkoll b'mod grafiku, tista' wkoll, flimkien ma' stampi grafiċi oħra, tintwera f'waħda mill-forom li ġejjin:

 

Mudell ċilindriku

 

100 g fihom:

kcal / zokkrijiet / xaħam / saturati / melħ

perċentwali tal-konsum irrakkomandat għal kuljum għal adult

 

Mudell 1 + 4

 

Varjant 1

 

għal kull porzjon (porzjon = 50 g) enerġija / zokkrijiet / xaħam / saturati / melħ

valuri gwida f'% ta' kunsum ta' kuljum

 

 

Varjant 2

 

għal kull porzjon (porzjon = 50 g) enerġija / zokkrijiet / xaħam / saturati / melħ

valuri gwida f'% ta' kunsum ta' kuljum

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tinqara flimkien mal-emenda mressqa mill-istess Membru għall-Artikolu 33 (1). Rappreżentazzjoni grafika tista' ttejjeb sostanzjalment il-fehim tal-konsumatur tat-tikkettar dwar in-nutrizzjoni

PROĊEDURA

Titolu

Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi

Referenzi

COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.10.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Christel Schaldemose

14.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

6.10.2009

1.12.2009

25.1.2010

 

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

15

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Tiziano Motti, Gianni Pittella, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Laurence J.A.J. Stassen, Catherine Stihler, Róża, Gräfin von Thun Und Hohenstein, Kyriacos Triantaphyllides, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelis de Jong, Anna Hedh, Emma McClarkin, Antonyia Parvanova, Konstantinos Poupakis, Oreste Rossi, Anja Weisgerber, Kerstin Westphal

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (29.1.2010)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi
(COM(2008)0040 – C7‑0000/2009 – 2008/0028(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marc Tarabella

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Daħla:

Dan ir-Regolament ġdid jabroga żewġ direttivi:

- id-Direttiva 2000/13/KE dwar it-tikkettjar ta' oġġetti tal-ikel,

- id-Direttiva 90/496/KE dwar l-ittikkettjar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel.

Huwa għandu l-għan li joħloq qafas ġuridiku li jirregola l-informazzjoni li tidher fuq l-oġġetti tal-ikel. Dan ir-Regolament jidħol fil-kuntest tal-ħtieġa li titqajjem kuxjenza ġenerali dwar l-importanza ta' nutriment aktar tajjeb għas-saħħa. Fil-fatt, il-konsumaturi Ewropej qed joqgħodu dejjem aktar attenti għall-kontenut tal-prodotti tal-ikel minħabba l-kampanji ta' informazzjoni organizzati kemm mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll mill-Istati Membri. Minbarra dan, bosta gruppi industrijali diġà implimentaw titjib fl-ittikkettjar bħala reazzjoni għat-talba tal-konsumaturi.

L-effetti li joħloq dan ir-Regolament għandhom jippermettu li l-konsumaturi jkollhom informazzjoni ċara u li tkun tinftiehem u li tista' tinqara, li tippermettilhom li jagħmlu għażliet infurmati tajjeb dwar l-ikel.

Linji gwida proposti mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali:

- l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

Minbarra d-dettalji obbligatorji li pproponiet il-Kummissjoni, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali adotta kompromess li jimponi l-indikazzjoni tal-provjenza għal ċerti tipi ta' prodotti Ir-referenza għall-oriġini tħassret: fil-fatt, meta ssir refereneza għall-pajjiż ta' oriġini, jista' jkun li dan ikun il-pajjiż fejn sar l-aħħar ipproċessar tal-merkanzija (Regolament KEE Nru 2913/92 tal-Kunsill li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità). Madankollu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jixtieq li fuq il-pakketti jkun indikat il-post minfejn il-frott u l-ħxejjex ġew maħsuda, il-post fejn sar is-sajd tal-ħut, il-post fejn l-annimali twieldu u trabbew, eċċ..., u mhux il-pajjiżi fejn ġew imsajra jew affumigati. Huwa għalhekk li f'din l-opinjoni jippreferi jitkellem dwar il-post ta' provenjenza. Fil-fatt, kull Ewropew għandu jkun jista' jaf minfejn jiġi l-ikel li jikkonsma sabiex ikun jista' jagħmel għażla aktar raġunata (b'mod partikulari sabiex ikun jaf jekk hux jixtri prodott lokali jew le) u sabiex ikun jista' jiddetermina l-impatt ekoloġiku ta' ikel partikulari. Dawn l-imperattivi ta' trasparenza u traċċabilità jikkostitwixxu l-bażi tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali qiegħed għalhekk jimponi il-post ta' provenjenza għall-ikel mhux ipproċessat u għall-ikel b'ingredjent wieħed (billi dan l-ikel huwa definit bħala kwalunkwe ikel li jkun bla melħ, zokkor, ħwawar, ilma, addittivi, sustanzi aromatiċi jew enżimi u fih ingredjent wieħed biss), kif ukoll għall-ingredjenti primarji abbażi ta' laħam u prodotti tal-ħalib ta' ikel kompost. Barra minn hekk, fil-każ tal-laħam, barra miċ-ċanga u l-vitella, il-post ta' provenjenza jista’ jingħata biss bħala post uniku meta l-annimali jkunu twieldu, trabbew u nqatlu fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta' twelid, trobbija jew qatla.

L-informazzjoni obbligatorja għandha tintwera b'mod ċar u li jista' jinqara u jinftiehem sabiex jiġi evitat kull riskju ta' diżgwid għall-konsumatur. Ir-rekwiżit ta' 3 mm mhux adattat: il-konsegwenza tkun żieda fid-daqs tal-pakketti, b'effetti negattivi fuq l-ambjent. Huwa għalhekk li l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali qed jipproponi li jadatta d-daqs tal-informazzjoni obbligatorja għad-daqs tal-pakketti, b'minimu ta' 1 mm għall-pakkett li l-akbar wiċċ tiegħu, jew it-tikketta, ikollu erja bejn 25 u 100 cm2, u minimu ta' 1.2 mm għall-pakkett li l-akbar wiċċ tiegħu, jew it-tikketta, ikollu erja ta' aktar minn 100 cm2. Barra minn hekk, huwa indispensabbli li jkun garantit li jkun hemm kuntrast sinifikattiv bejn il-karattri stampati u l-isfond.

Sabiex jiġi żgurat li t-tikketti jkunu jistgħu jinqraw u biex titjieb l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, jaqbel li jitwaqqfu programmi ta' informazzjoni u ta' taħriġ fil-livell Ewropew. Fil-fatt, jeħtieġ li l-konsumaturi Ewropej ikollhom għarfien aktar dettaljat f'dan il-qasam sabiex meta jagħmlu l-għażla tagħhom ikollhom l-informazzjoni kollha neċessarja. F'ċerti pajjiżi qed jiġu implimentati programmi ta' edukazzjoni għall-adulti, bħal pereżempju korsijiet ta' filgħaxija, kif wkoll għat-tfal sa mill-aktar età bikrija permezz ta' programmi edukattivi. Fl-iskejjel sekondarji Belġjani hemm ''Kumitati għas-Saħħa'' magħmula minn għalliema, edukaturi u koki li jaħdmu favur il-promozzjoni ta' prodotti tajbin għas-saħħa u dieta bilanċjata. Huwa ta' importanza fundamentali li jiġu promossi dawn il-programmi fl-Ewropa kollha sabiex il-konsumaturi jkollhom l-għodda neċessarja għal dieta aktar tajba għas-saħħa u bilanċjata. L-assoċċjazzjonijiet li jaħdmu għal dan il-għan għandhom ikunu appoġġjati u msaħħa għaliex jikkostitwixxu mezzi essenzjali għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej.

Minbarra dan, meta l-Kummissjoni Ewropea tawtorizza t-trażmissjoni ta' ċerta informazzjoni obbligatorja b’mezz ieħor apparti t-tikketta, dan jista' jseħħ permezz tat-teknoloġija ġdida tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Wieħed jista' jimmaġina xenarju fejn il-konsumaturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni obbligatorja kollha meta jkunu qed jixtru l-prodott permezz ta' terminals elettroniċi mqiegħda fis-supermarkets.

- id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jqis li sabiex tingħata informazzjoni aħjar lill-konsumatur huwa indispensabbli li fid-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni jiżdiedu l-aċidi xaħmija trans, il-porteini, u l-fajber; trid ukoll issir distinzjoni bejn zokkrijiet naturali u zokkrijiet miżjuda. Madankollu, huwa kontra kull żieda ġdida ta' informazzjoni għal raġuni loġika: wisq informazzjoni toqtol l-informazzjoni.

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali mmodifika il-proposta tal-Kummissjoni anke fir-rigward tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni Qiegħed jitlob li l-indikazzjoni tal-valur enerġetiku muri bħala kcal tkun fuq il-lemin fil-baxx tal-wiċċ li jidher tal-pakkett, u l-bqija tat-tikketta dwar in-nutrizzjoni jkun kollu fl-istess post viżiv, bħala tabella fl-istess u l-uniku post.

- ix-xarbiet alkoħoliċi

L-eżenzjoni ta’ xarbiet alkoħoliċi minn dawn il-proposti hija ġustifikata speċifikament minħabba li fihom l-alkoħol. Ikun żball li dawn il-prodotti jkunu ttikkettati b’mod li jista’ jiżgwida lill-konsumaturi jew b’mod li jinkoraġġixxi konsum abbużiv ta’ dawn il-prodotti. Ikun ukoll ħażin li dawn il-proposti jiddiskriminaw u joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn prodotti li qed jikkompetu ma' xulxin. Fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, l-inbid, il-birra u l-spirti kienu eżentati mill-obbligu li jindikaw l-informazzjoni obbligatorja għal perjodu ta' 5 snin. Huwa għalhekk li l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali qiegħed jipproponi li, sabiex ikun hemm aktar ekwità, jiġi eżentat ix-xorb alkoħoliku kollu (jiġifieri xorb li jkun fih iktar minn 1.2% ta' alkoħol) għajr għal xorb imħallat li jkun fih l-alkoħol, magħruf ukoll bħala "alcopops". Dan ix-xorb iqarraq bil-konsumaturi zgħażagħ għaliex it-togħma tal-alkoħol qawwi li jkun fih tinħeba minn likwidu bil-gass u biz-zokkor. Għalhekk dan m'għandux jiġi eżentat: il-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jridu jkunu indikati sabiex il-konsumaturi żgħażagħ jindunaw xi jkun il-kontenut ta' dawn ix-xarbiet.

- l-ikel li ma jkunx ippakkjat bil-lest

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex jissemmew l-allerġeni fil-każ tal-ikel li ma jkunx ippakkjat bil-lest. Madankollu, sabiex jinżamm l-istatus quo attwali u sabiex ma jiġux imposti restrizzjonijiet żejda fuq il-bejjiegħa ta' ikel mhux ippakkjat bil-lest, qiegħed jipproponi li jinqalbu d-dispożizzjonijiet tal-proposta tal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu mal-informazzjoni obbligatorja l-oħra: l-indikazzjoni ta' dawn id-dettalji m'għandhiex tkun obbligatorja, sakemm Stat Membru ma jadottax regoli li jeżiġu li jiġu indikati lkoll jew xi wħud minnhom. Barra minn hekk, l-allerġeni għandhom ikunu disponibbli għall-klijenti fuq il-post tal-bejgħ meta jintalbu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f'kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huwa għodda importanti biex jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni tal-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata.

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni huwa mezz biex jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni tal-ikel u jgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni organizzati mill-Istati Membri huma mekkaniżmi importanti biex tiżdied il-komprensjoni tal-konsumatur dwar l-informazzjoni tal-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku jikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel għażla infurmata. Għal dan il-għan, jaqbel li jiġu ffinanzjati programmi ta' taħriġ li jippermettu li ċ-ċittadini Ewropej jiksbu jew itejbu l-għarfien tagħhom f'dan il-qasam. Dan il-għan jista' wkoll jintlaħaq permezz ta' programmi ta' informazzjoni online u programmi edukattivi online. Dan jagħti lill-konsumaturi l-mezzi kollha li għandhom bżonn li jippermettulhom jagħmlu għażliet infurmati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas il-fluss ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li joħroġ ċar li l-Istati Membri huma responsabbli għall-finanzjament ta' programmi li jinfurmaw u jedukaw.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(14) Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta mal-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika, kif ukoll definizzjoni wiesgħa tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

(14) Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta mal-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta’ natura orizzontali u speċifika, kif ukoll informazzjoni u azzjonijiet ta' ħolqien ta' kuxjenza dwar l-ikel li jkopru l-informazzjoni provduta b’mezzi oħra barra t-tikketta.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(15) Ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbiegħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament.

(15) Ir-regoli tal-Komunità għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħat-twassil okkażjonali ta’ ikel lil partijiet terzi, is-servizz u l-bejgħ ta’ ikel minn persuni privati, pereżempju waqt avveniment għall-karità jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, kif ukoll il-bejgħ ta’ ikel permezz ta’ forom differenti ta’ marketing dirett mill-bdiewa, mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament. Sabiex jiġi evitat piż żejjed, b’mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u fil-bejgħ tal-ikel bl-imnut, li jinkludu wkoll fornituri ta' servizzi ta’ catering tal-massa, il-prodotti li ma jiġux ippakkjati bil-lest għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti tat-tikkettjar.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(16) Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tipprovdi flessibbiltà biżżejjed sabiex tkun tista’ tibqa’ aġġornata mar-rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni mill-konsumaturi u sabiex ikun assigurata bilanċ bejn il-ħarsien tas-suq intern u bejn id-differenzi fil-perċezzjoni tal-konsumaturi fl-Istati Membri.

(16) Il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun ibbażata wkoll fuq l-esiġenzi tal-konsumaturi u ma timblukkax l-innovazzjoni fis-settur alimentari Il-possibilità ta' informazzjoni volontarja addizzjonali mogħtija mill-operaturi tan-negozji tal-ikel tiżgura aktar flessibilità.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur jibbenefika mill-innovazzjoni. Flessibilità adegwata f’konformità mal-liġi l-ġdida tista’ tinżamm biss jekk l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikollhom l-għażla li jissodisfaw ix-xewqat ġodda tal-konsumaturi billi jagħtuhom informazzjoni volontarja addizzjonali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità u sostenibbiltà.

(19) Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità, trasparenza u sostenibbiltà.

Ġustifikazzjoni

Sabiex rekwiżiti ġodda jibqgħu konformi mal-objettivi attwali tal-UE dwar suq intern li jiffunzjona b'mod tajjeb, hu kruċjali li dawn ikunu notifikati u eżaminati sew mill-partijiet interessati kollha sabiex ikun żgurat li jkunu ġustifikati u li ma jfixklux il-moviment ħieles tal-prodotti.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(20) Ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tista’ tiżgwida lill-konsumatur jew tattribwixxi karatteristiċi mediċinali lill-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni tal-ikel.

(20) Barra r-regoli eżistenti kontra ir-reklamar qarrieqi, ir-regoli ta’ informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-użu ta’ informazzjoni li tista’ tiżgwida lill-konsumatur, b'mod partikulari dwar il-kontenut ta' enerġija, l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-ikel. Biex tkun effettiva, din il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Għandu joħroġ ċar li diġà jeżistu regoli kontra r-riklamar qarrieqi. Ir-riklamar ta’ prodott bi proprjetajiet mediċinali hu diġà rregolat mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nutrizzjoni u l-klejms li jsiru dwar l-ikel (KE Nru 1924/2006).

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(22) Għandha tissawwar lista tal-informazzjoni kollha obbligatorja li fil-prinċipju għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

(22) Għandha tissawwar lista tal-informazzjoni kollha obbligatorja li għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta’ valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

(22a) It-teknoloġija l-ġdida tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jista' jkollha rwol importanti fit-trażmissjoni tal-informazzjoni supplimentari lill-konsumaturi. Fil-fatt, din tippermetti li jsir skambju ta' informazzjoni malajr u li ma jiswiex ħafna flus. Faċli li wieħed jimmaġina li l-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu iktar informazzjoni minn terminals apposta fis-supermarkets li, permezz tal-qari tal-barcodes, jipprovdu informazzjoni dwar il-prodotti. Bl-istess mod, wieħed jista' jimmaġina li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni supplimentari permezz ta' paġna fuq l-internet.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġiji ġodda għandhom irwol importanti sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-informazzjoni pprovduta dwar dak li jixtru.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jagħtu saħħa lill-Kummissjoni li temenda l-lista ta' informazzjoni mandatorja billi jiżdiedu jew jitneħħew dettalji u biex ċerti dettalji jkunu disponibbli b'mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u mmirati sew tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel.

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jagħtu saħħa lill-Kummissjoni li temenda l-lista ta' informazzjoni mandatorja billi jiżdiedu jew jitneħħew dettalji u biex ċerti dettalji jkunu disponibbli b'mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u mmirati sew tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe bidla tar-rekwiżiti obbligatorji tat-tikkettjar għandha impatt sinifikanti fuq l-industrija tal-ikel u x-xorb. Hu għalhekk importanti li l-leġiżlazzjoni tagħmilha ċara li l-partijiet interessati kollha għandhom ikunu kkonsultati meta jkunu qed jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tat-tikkettjar, biex b'hekk ikun żgurat li l-proċedura tkun trasparenti u li l-partijiet kollha jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(25) It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-istampar b’daqs żgħir huwa wieħed mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. (26)

(25) It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex b'hekk jgħinu lill-konsumaturi infurmati tajjeb jiddeċiedu dwar id-dieta tagħhom. Xi studji juru li l-leġibbiltà tajba hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u li informazzjoni li ma tinqarax fuq il-prodotti hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għalhekk, fatturi bħal tipa, kulur u kuntrast għandhom jitqiesu flimkien.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(28) Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-tikkettjar tal-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid1 jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar tal-inbejjed; permezz ta' dan jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-inbid, dan l-obbligu m’għandux lanqas japplika għall-birra u għall-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru... ta' .../.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1567/89332. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(28) Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-tikkettjar tal-inbid. Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 tal-Kunsill tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 3/2008, u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/19991, jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar tal-inbejjed; permezz ta' dan jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, din il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-inbid, dan l-obbligu m’għandu lanqas japplika għall-birra, inbejjed tal-likur, inbejjed sparkling, inbejjed aromatizzati u prodotti simili miksuba mill-frott minbarra l-għeneb, birra mill-frott u għall-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1567/892. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

____________________

1 ĠU L 179 tal-14.07.99, p. 1.

____________________

1ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

2 ĠU L […] ta' [...], p. [...]

2 ĠU L 39, 13.2.2008, p.16.

Ġustifikazzjoni

L-inbejjed aromatizzati, li l-komponent prinċipali tagħhom hu l-inbid, u li fih ikunu żdiedu numru limitat ta' ingredjenti naturali, ikunu diskriminati fir-rigward ta' birer u distillati, li għalihom huwa awtorizzat l-użu ta' addittivi artifiċjali, b'riskju gravi ta' impatt kummerċjali negattiv fuq ċerti prodotti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(29) L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. F'każijiet oħra, il-forniment tal-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza jitħalla f'idejn l-approvazzjoni tal-operaturi tan-negozju tal-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati mal-isem jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel.

(29) L-indikazzjoni tal-post ta' provenjenza tal-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata trasparenza u traċċabilità akbar, il-post ta'oriġini jrid jiġi indikat għall-ikel mhux proċessat, għall-ikel b'ingredjent wieħed u għall-ingredjenti primarji abbażi ta' laħam u ta' prodotti tal-ħalib ta' ikel kompost. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju tal-ikel abbażi ta' laħam u ta' prodotti tal-ħalib ta' ikel għandu jiġi indikat fuq il-pakketti sabiex kull konsumatur ikun jista' jagħmel għażla infurmata. Għal ikel kompost, ir-Rapporteur huwa konxju tal-impatt ta' dan fuq l-industriji, b'mod partikolari l-ħtieġa li jinbidlu regolament il-pakketti skont il-provvisti. Madankollu. iqis li dan hu sforz indispensabbli għall-benessri tal-konsumatur u għal trattament iktar ekwu tal-produtturi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(34) Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, jixraq li jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar il-kontenut ta’ nutrijenti ta' b'mod partikolari xorb alkoħoliku mħallat.

(34) Il-konsumaturi għandhom ikunu konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati kollha għandhom jagħmlu riċerka waqt il-perjodu ta' eżenzjoni biex jistabbilixxu liema informazzjoni tkun l-iktar utli għall-konsumaturi, kif ukoll il-mod l-iktar effikaċi għall-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-eżenzjoni tax-xorb alkoħoliku minn din il-proposta hija ġustifikata mill-kontenut ta' alkoħol tagħhom. Wieħed irid joqgħod attent li l-miżuri sabiex jinfurmaw lill-konsumaturi ma jiżgwidawhomx jew ma jinkuraġġixxux konsum mhux kif suppost. Il-Kummissjoni u l-partijiet interessati għandhom għalhekk ifittxu metodi xierqa biex jinfurmaw b'mod utli u effikaċi lill-konsumaturi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien preżenti fuq is-suġġett ta’ nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u tinftiehem faċilment. Ir-riċerka turina li l-konsumaturi jsibu utli l-informazzjoni li tidher fil-parti prinċipali jew fuq “quddiem tal-pakkett" meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet biex jixtru. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel dik l-informazzjoni għandha tkun fejn tidher l-aktar fuq it-tikketta.

(37) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien preżenti fuq is-suġġett ta’ nutrizzjoni, l-informazzjoni provduta għandha tkun sempliċi u tinftiehem faċilment. Ir-riċerka dwar il-post fejn titqiegħed din l-informazzjoni mhix konklussiva. Għalhekk, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel dik l-informazzjoni għandha tkun miġbura flimkien fejn tidher l-aktar fuq it-tikketta.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur medju jsibha aktar konvenjenti u faċli li jifhem tikketta jekk l-informazzjoni essenzjali kollha tkun tidher fl-istess post . Dan bla dubju jfisser li t-tikketta ta' wara tiġbor l-informazzjoni kollha li l-konsumaturi jkunu jeħtieġu biex jagħmlu għażliet infurmati.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(42) L-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih.

(42) L-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih. Barra minn hekk, minħabba li r-rekwiżiti nazzjonali tat-tikkettjar jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment liberu fis-suq intern, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġuni għall-ħtieġa ta' miżuri bħal dawn u għandhom jindikaw x’għandhom l-intenzjoni li jagħmlu biex jiżguraw li dawn ikunu applikati b'mod li jfixkel mill-inqas il-kummerċ.

Ġustifikazzjoni

Waħda mir-raġunijiet l-iktar importanti wara l-proposta attwali hi li tissimplifika r-regoli u tiżgura l-funzjonament tas-suq intern. Minħabba li regoli nazzjonali jżidu l-ispejjeż tal-industrija u jikkumplikaw il-moviment ħieles tal-prodotti, għandha tintalab prova li tiġġustifika d-dħul tagħhom u li turi kif it-tħaddim tagħhom hu kompatibbli mal-moviment ħieles tal-prodotti.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(49) Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta' perjodi ta' transizzjoni estiżi b'perjodu ta' transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji.

(49) Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta' perjodi ta' transizzjoni xierqa b'perjodu ta' transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji. Jaqbel ukoll li tiġi prevista għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala għajnuna lil dawn l-impriżi ta' daqs żgħir u medju tas-settur agrikolu biex jiksbu t-tagħrif xjentifiku neċessarju biex ikunu jistgħu jevalwaw il-valuri nutrizzjonali tal-prodotti tagħhom. Bl-istess mod, l-imprendituri ta' dan is-settur għandhom ukoll jibbenfikaw minn programmi ta' taħriġ sabiex itejbu l-kompetenzi tagħhom f'dan il-qasam.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

3a. Ikel li joriġina minn pajjiżi terzi jista' jitqassam fil-Komunità biss wara li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tal-konsumaturi, ikel li joriġina minn pajjiżi terzi jrid jissodisfa r-rekwiżiti ta' it-tikkettjar.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

g) 'post ta' provenjenza' tfisser kwalunkwe post minn fejn l-ikel hu indikat li ġej, u li mhuwiex il-'pajjiż tal-oriġini' kif determinat skont l-Artikolu 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

g) 'post ta' provenjenza' tfisser il-post, pajjiż jew reġjun minn fejn jinkisbu kompletament il-prodotti jew l-ingredjenti agrikoli skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm definizzjoni korretta tal-post ta' provenjenza. L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill joffri definizzjoni perfetta, minkejja li l-kelma Franċiża (obtenu/jinkisbu) hija goffa. B'mod partikolari, bil-post fejn 'jinkisbu" wieħed jifhem il-post minfejn jinħasdu prodotti veġetali u fejn jitwieldu u jitrabbew l-annimali. Ir-Rapporteur ma jaċċettax li l-post ta' pproċessar jista' jitqies bħala l-post ta' provenjenza.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

8a) "pajjiż ta' oriġini" tfisser il-post ta' oriġini tal-prodott jew tal-ingredjent agrikolu, skont l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill;

Ġustifikazzjoni

Jaqbel li tiżdied id-definizzjoni tal-''pajjiż ta' oriġini'' sabiex issir distinzjoni bejn dan u l-post ta' provenjenza.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

p) 'ingredjent(i) sinifikanti' tfisser l-ingredjenti ta' ikel li jirrappreżenta(w) aktar minn 50 % ta' dan l-ikel;

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

3. Meta l-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn ta’ perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

3. Meta l-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandu jkun hemm previst, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jirrigwardawx il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun faċilitat it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, kif ukoll biex ikun minimizzat il-ħela fl-imballaġġ, hu normali li jingħata perjodu tranżitorju meta rekwiżiti ġodda dwar l-ittikkettar ikunu introdotti, sakemm ma jkunx hemm riskju immedjat għas-saħħa pubblika, li f'dan il-każ, perjodu bħal dan ma jkunx adatt.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Ir-rekwiżiti ġodda tat-tikkettjar għandhom ikunu introdotti fi żmien l-iskadenzi ta' implimentazzjoni uniformi stabbiliti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 290 TFUE

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-perjodi tranżitorji, it-traspożizzjoni frammentarja tar-rekwiżiti l-ġodda għat-tikkettjar għandha impatt sinifikanti fuq l-ispiża tal-produzzjoni tat-tikketti l-ġodda u fuq il-ġestjoni tal-istokks, tal-pakketti tal-ikel u tat-tikketti. Il-liġi l-ġdida dwar l-informazzjoni tal-ikel għandha għalhekk tkun implimentata skont skadenzi uniformi, kif oriġinarjament propost mill-Kummissjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kontenut jew karatteristiċi oħra tal-ikel;

a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, il-kwantitajiet, kontenut jew karatteristiċi oħra tal-ikel;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – sottopunt iii

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

(iii) l-impatt fuq is-saħħa, inkluż ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

imħassar

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

2. Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-bżonn wiesa’ min-naħa tal-maġġoranza tal-konsumaturi għal ċerta informazzjoni li hi ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju għall-konsumatur aċċettat b'mod ġenerali biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

2. Meta wieħed iqis il-bżonn ta’ informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis l-ispiża u l-vantaġġi potenzjali għall-partijiet interessati li jipprovdu ċerta informazzjoni li hi ta’ valur sinifikanti għalihom jew ta’ kull benefiċċju għall-konsumatur aċċettat b'mod ġenerali biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' regoli ġodda tat-ttikkettjar għandha ssir biss fejn hemm riċerka bbażata fuq l-evidenza li turi l-vantaġġi ta' rekwiżiti ġodda bħal dawn. L-ispejjeż biex tipprovdi informazzjoni ġdida m'għandhiex tkun sproporzjonata. Tibdil fit-tikketti għandu impatt sinifikanti fuq il-produtturi tal-UE, kif ukoll fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. Jeħtieġ jinstab bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u dawk tal-produtturi.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

2a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 114 tat-TFUE, jistgħu jagħmlu lista mhux eżawrjenti ta' allegazzjonijiet u termini li l-użu tagħhom, bis-saħħa tal-paragrafu 1, għandu jkun projbit jew ristrett f'kull każ.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tfittex li żżomm id-dispożizzjoni attwali fil-liġi tal-UE dwar l-ikel (Direttiva 2000/13) li teżiġi li l-Istati Membri jaġixxu b'mod kollettiv fil-każ li jeħtieġ li jkun hemm limitazzjonijiet għall-użu ta' allegazzjonijiet u termini partikolari għat-tikketti. Fin-nuqqas ta' din id-dispożizzjoni, pajjiżi individwali jistgħu jilleġiżlaw huma u d-definizzjonijiet jistgħu faċilment ikunu differenti fl-Istati Membri u b'hekk jinħolqu ostakli għall-kummerċ fis-suq intern.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

3. Skont derogi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

Skont derogi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel ma tridx tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

5. L-operaturi tan-negozji tal-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha tiġi mgħoddija lill-operatur li jirċievi l-ikel sabiex tkun tista’, fejn jixraq, tingħata l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (ċ) u (f) lill-konsumatur aħħari.

5. L-operaturi tan-negozji tal-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha ssir disponibbli lill-operatur li jitratta l-ikel sabiex ikun jista', meta mitlub, jipprovdi l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fl-Artikolu 9(1) punti (a) sa (ċ) u (f) lill-konsumatur aħħari.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

e) il-kwantità netta tal-ikel;

e) il-kwantità netta tal-ikel fil-mument tal-ippakkjar;

Ġustifikazzjoni

Il-kwantità netta tal-ikel tista' tinbidel tul il-perjodu bejn il-produzzjoni u l-bejgħ u l-konsum. Il-produttur jista' jinfluenza l-kwantità netta waqt l-ippakkjar u ma jistax jinżamm responsabbli għall-ebda bidla fil-kwantità netta waqt il-bejgħ u /jew il-konsum tal-ikel.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

h) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew ta' min ippakkjah, jew ta' bejjiegħ stabbilit fil-Komunità;

h) l-isem, l-isem tan-negozju, jew it-trademark reġistrata, u l-indirizz tal-fabbrikant stabbilit fl-Unjoni, jew ta' min ippakkjah jew importah fil-każ ta’ prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi;

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' prodotti tal-Komunità u ta' prodotti importati, huwa relevanti li jkun indikat l-importatur fil-każ ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

i) il pajjiż tal-oriġini jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru tal-oriġini tal-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta' oriġini jew post differenti ta' provenjenza; f'każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35(3) u (4) u dawk stabbiliti skont l-Artikolu 35(5);

i) il-post ta' provenjenza għandu jkun indikat

 

- fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista’ jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru tal-oriġini tal-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew fuq it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż ta' oriġini jew post ta' provenjenza differenti

 

- fil-każ ta’ ikel mhux ipproċessat u ikel b’ingredjent wieħed;

 

 

-fil-każ ta’ laħam jew derivati tal-ħalib li jkunu l-ingredjenti ewlenin ta’ ikel kompost.

 

Fil-każ tal-laħam, barra miċ-ċanga u l-vitella, l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tista’ tingħata biss bħala post uniku fejn twieldu, trabbew u nqatlu l-annimali fl-istess pajjiż jew post. F’kull każ ieħor, għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta' twelid, trobbija jew qatla.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

j) struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun impossibli li l-ikel jintuża’ kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;

j) struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun perikoluż li l-prodott jintuża fil-forma li fiha jinbiegħ;

Ġustifikazzjoni

Il-kliem oriġinali kien ifisser li pakkett melħ jew xkora dqiq, pereżempju, kellu jkollhom struzzjonijiet għal użi possibbli. L-għan ewlieni hu li tkun garantita s-sikurezza.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista ta’ dettalji obbligatorji stipulati fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-importanza ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tingħata d-dritt esklussiv li temenda l-lista tad-dettalji obbligatorji.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(2) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippreżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid. Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri minnufih.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Derogi għal mikrointrapriżi u bdiewa

 

Prodotti magħmula bl-idejn minn mikrointrapriżi u bdiewa għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 9 (1) (1). Jistgħu wkoll ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9 (1) punti b, c, d, g, h, i, j u k meta l-prodotti jinbiegħu fuq il-post tal-produzzjoni sakemm il-bejjiegħ ikun jista' jipprovdi l-informazzjoni konċernata.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi evitat piż mhux meħtieġ għall-mikrointrapriżi u l-bdiewa.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – inċiż 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Il-metroloġija għandha tirreferi għall-metodi u t-tekniki użati biex jiġi definit mudell li jirrappreżenta r-realtà.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

3. Id-disponibbiltà ta’ ċerti dettalji obbligatorji b’mezzi oħra minbarra fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissjoni dejjem jekk jintlaħqu l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

3. Sabiex jitnaqqsu l-pakketti kemm jista' jkun, il-Kummissjoni se tinkuraġġixxi l-għoti ta' dettalji obbligatorji b’mezzi oħra minbarra fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta, pereżempju bl-użu tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bħall-Internet, dejjem jekk jintlaħqu l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, li huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 290 TFUE.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

4. Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41.

4. Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, jew ikel ippakkjat fuq il-post tal-bejgħ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41. Minkejja dan, id-dettalji li jirreferi għalihom l-Artikolu 9(1)(b) u (c) għandhom ikunu disponibbli għall-klijenti fuq il-post tal-bejgħ meta jintalbu.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1) sa (k), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f'ittri b'tipa ta' mill-inqas 3 mm u għandhom jiġu preżentati b'tali mod li jiżguraw kuntrast sinifikanti bejn l-istampar u l-isfond.

1. Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 9(1) sa (k), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati b'mod li jinqara ċar jew f'ittri b'tipa ta'daqs kif ġej:

 

- mill-inqas 1 mm fuq pakketti jew kontenituri li l-akbar wiċċ jew tikketta tagħhom ikollha erja ta' bejn 25 u 100 cm2;

 

mill-inqas 1.2 mm fuq pakketti jew kontenituri li l-akbar wiċċ jew tikketta tagħhom ikollhom erja ta' iktar minn 100 cm2.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Il-kulur tal-isfond tat-tikketta għandu jkun differenti mill-kulur tal-isfond tal-prodott, sabiex jinħoloq kuntrast li jiżgura li l-informazzjoni pprovduta tkun tista' tinqara u tinftiehem sew.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

3. Jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati li jikkonċernaw id-dettalji obbligatorji u l-estensjoni tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 mad-dettalji obbligatorji l-oħra għal kategoriji speċifiċi jew tipi speċifiċi ta' ikel imsemmija fl-Artikoli 10 u 38. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

imħassar

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

4. Id-daqs minimu tat-tipa msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' imballaġġ jew f’kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta’ inqas minn 10 ċm2.

imħassar

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

5a. Abbrevjazzjonijiet, inklużi inizjali, m'għandhomx jintużaw jekk dawn jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

6. L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni.

6. L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew kwalunkwe materjal ieħor li jintervjeni jew mill-pakkett tal-ikel stess, bħal, pereżempju, xi tiwi bil-kolla.

Ġustifikazzjoni

Żieda neċessarja: jista' jkun hemm interpretazzjonijiet differenti għal dak li jikkostitwixxi materjal li jtellef l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel,u dan jipperikola ċ-ċertezza legali ta' dawk li jinnegozjaw fl-ikel.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Fil-każ ta' ikel intiż għal użu nutrizzjonali partikulari, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment1, li għalih il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula obbliġi għat-tikkettjar li huma addizzjonali għad-dettalji li jirreferi għalihom l-Artikolu 9(1), id-daqs tat-tipa jrid jissodisfa r-rekwiżiti ta' leġibilità għall-konsumaturi u r-rekwiżiti li jirregolaw dettalji addizzjonali partikolari li jirrigwardaw l-iskopijiet speċifiċi tal-prodotti in kwistjoni.

 

1 ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

6b. L-indikazzjoni tad-dettalji partikolari dwar l-ikel m'għandhiex tirriżulta f'żieda tad-daqs u/jew tal-volum tal-materjal tal-pakkett jew tal-kontentitur u m'għandhiex b'xi mod iżżid il-piż fuq l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Indikazzjoni obbligatorja ta' informazzjioni dwar l-ikel tista' twassal biex l-operaturi fis-suq ibiddlu l-kwantità tal-imballaġġ, bir-riskju inerenti ta' żieda fl-ammont ta' skart mill-imballaġġ. Dan imur kontra l-prinċipju ta' prevenzjoni li jsejsu r-reġoli tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġjar tal-iskart.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

6c. It-tikketti li jintużaw biex jindikaw informazzjoni dwar l-ikel ma' jridux ikunu magħmulin minn materjal li jista' jxekkel b'mod sinifikanti jew ifixkel l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-materjal tal-pakkett jew tal-kontentur tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Skont r-regoli għall-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni Ewropea, iridu jsiru sforzi biex ikun żġurat li l-materjal għall-ippakkjar jerġa' jintuża jew jiġi riċiklat kemm jista' jkun possibbli. Jekk tikketti jsiru minn materjal li jkun differenti minn dak użat għall-imballaġġ dan jista' jfixkel b'mod konsiderevoli l-immaniġġjar kif suppost tal-iskart.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

2. Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Komunità.

2. Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b’xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Komunità. jew b'lingwi oħra li jintużaw fl-Istat konċernat.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

1. Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e), (f) u (l) għandhom ikunu obbligatorji.

imħassar

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

2. Fil-każ tal-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih erja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

2. Fil-każ tal-ippakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fejn jista' jsir stampar fih erja ta’ inqas minn 80 cm2, id-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) u fl-Artikolu 29(1)(a), għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. L-għoti volontarju ta' aktar dettalji fuq il-pakkett għandu jkun possibbli. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar il-kontenut ta' enerġija f'ikel partikolari hija waħda essenzjali u tista' tkun determinanti għal deċiżjoni infurmata ta' xiri. Għandu jkun possibbli li jkun hemm indikazzjonijiet addizzjonali volontarji.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

1a). L-ingredjenti li ġejjin jistgħu jiġu elenkati, bla ebda ordni partikolari, fi tmiem il-lista ta' ingredjenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1: kondimenti, ħxejjex u kondimenti aromatiċi (minbarra l-melħ), ħwawar naturali u artifiċjali, sustanzi li jtejbu t-togħma, additivi tal-ikel, vitamini u nutrijenti, kif ukoll minerali u l-imluħ tagħhom.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

e) inbid kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, birra, u spirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta xorb bl-ispirtu u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 19 dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għat-tikkettjar tal-ingredjenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

e) xorb li jkun fih aktar minn 1.2 % ta’ alkoħol bħala volum, bl-eċċezzjoni ta’ xorb imħallat li jkun fih l-alkoħol, magħruf ukoll bħala “alcopops”; b'mod partikolari, inbid u prodotti tal-inbid kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 u l-Artikolu 2 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid1, prodotti simili li jinkisbu minn frott li ma jkunx għeneb, sidru, perry, birra, u spirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 -- Mhux aktar tard minn * .... il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 19 dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għat-tikkettjartal-ingredjenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, meta jkun neċessarju, skont il-proċedura li ġejja:

 

i) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 113(2) ta' dak ir-Regolament;

 

ii) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/91, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament;

 

(iii) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 25(3) ta' dak ir-Regolament;

 

iv) għal prodotti oħrajn, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 290 TFUE;

 

Bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet identifikati permezz tal-proċeduri msemmija hawn fuq għall-prodotti li jirreferu għalihom il-punti (i), (ii) u (iii), il-miżuri għandhom japplikaw b'mod konsistenti u jsiru applikabbli fl-istess żmien għall-prodotti kollha elenkati.

 

___________*ĠU: ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

1ĠU L 149, 16.6.1991, p. 1..

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

2 a)Fejn ikun meħtieġ, regoli dettaljati għall-preżentazzjoni tal-indikazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati skont din il-proċedura:

 

i) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 113(1) ta' dak ir-Regolament;

 

ii) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/91, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament;

 

(iii) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 25(2) ta' dak ir-Regolament;

 

iv) għal xorb alkoħoliku ieħor, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 290 TFUE;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

b) enfasizzati fuq it-tikketta bi kliem, stampi jew grafika, jew

b) l-ingredjent jew kategorija ta’ ingredjenti kkonċernati huma enfasizzati fuq it-tikketta bi kliem, stampi jew grafika, sabiex jiġi rispettat il-prinċipju tal-metroloġija u tiġi evitata kwalunkwe allegazzjoni nutrizzjonali qarrieqa, jew;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

1. L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost.

1. L-istruzzjonijiet dwar il-konservazzjoni u l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jkun jista’ jintuża’ kif suppost.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 27 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Artikolu 27a

 

Indikazzjoni tal-forom ta' trobbija ta' speċijiet ta' annimali differenti

 

Skont il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 290 TFUE, il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, għandha tadotta kriterji speċifiċi għall-indikazzjoni tal-forom ta' trobbija ta' speċijiet differenti ta' annimali għall-produzzjoni ta' laħam, ta’ prodotti tal-laħam u tal-ħalib, ibbażati fuq dispożizzjonijiet għat-tikkettjar tal-bajd skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat-23 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd1. It-tikkettjar ta' ikel li jkun fih ħalib u laħam imbagħad isir abbażi ta' dan.

 

____________________

1 ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-zokkor, u l-melħ.

b) l-ammonti ta’ proteini, xaħam,saturati, aċidi xaħmija trans industrijali u karboidrati b'referenza speċifika għaż-zokkor naturali u zokkor miżjud, fajber u l-melħ.

Ġustifikazzjoni

L-ammont ta' aċidi xaħmin trans u ta’ zokkor għandu jidher fid-dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorja sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jafu l-kompożizzjoni nutrizzjonali kollhatal-ikel. L-aċidi xaħmin trans iżidu l-kolesterol ħażin (LDL) u jnaqqsu l-kolesterol tajjeb (HDL) fil-ġisem. Hemm bżonn ukoll li jiġi indikat l-proporzjon ta’ zokkor naturali jew ta’ zokkor miżjud sabiex il-konsumatur ikun infurmat bl-aħjar mod possibbli. Iiz-zokkor miżjud jipproduċi l-istess ammont ta' kaloriji bħaz-zokkor naturali, imma aktar xaħam meta ma jinħaraqx mill-ġisem.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għall-inbid kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, birra, u spirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru […] ta' […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta xorb bl-ispirtu u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1567/89. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 49(3).

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għax-xorb li jkun fih aktar minn 1.2 % ta’ alkoħol bħala volum, bl-eċċezzjoni ta’ xorb imħallat li jkun fih l-alkoħol, magħruf ukoll bħala “alcopops”. B'mod partikulari m'għandux japplika għall-inbid u prodotti tal-inbid kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/91, prodotti simili magħmula minn frott li ma jkunx għeneb, sidru, perry, birra, u spirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008. -- Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport sa mhux aktar tard minn * dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati, meta jkun neċessarju, skont il-proċedura li ġejja:

 

i) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 , skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 113(2) ta' dak ir-Regolament;

 

ii) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/91, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament;

 

(iii) fir-rigward tal-prodotti li jirreferi għalihom ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 25(3) ta' dak ir-Regolament;

 

iv) għal prodotti oħrajn, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 290 tat-TFUE;

 

Bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti permezz tal-proċeduri msemmija hawn fuq għall-prodotti li jirreferu għalihom il-punti (i), (ii) u (iii), il-miżuri għandhom japplikaw b'mod konsistenti u jsiru applikabbli fl-istess żmien għall-prodotti kollha elenkati.

 

___________*ĠU: ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

b) mono-unsaturates;

b) mono-saturates (inkluża omega-9)

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

c) polyunsaturates;

c) polyunsaturates (inklużi omega 3 u/jew ALA u DHA/EPA, omega 6)

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

c a) kolesterol;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

f) fajber;

imħassar

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

g) proteini;

imħassar

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

(ha) sustanzi oħra kif elenkati fil-Parti A tal-Anness XIII.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

Komponenti tal-kategorija t'hawn fuq għandhom jiġu inklużi wkoll.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml jew, skont l-Artikolu 32(2) u (3), għal kull porzjon.

2. L-ammont ta’ enerġija u nutrijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mfissra għal kull 100g jew għal kull 100 ml u, skont l-Artikolu 32(2), għal kull porzjon jew unità.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-konsumatur ikun jista’ jqabbel b’mod effettiv il-prodotti li jrid jixtri, hu indispensabbli li l-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti jingħataw għal kull 100 g jew 100 ml bl-unika eċċezzjoni definita fl-Artikolu 32.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

3. Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tiġi mfissra, kif jixraq, bħala persentaġġ ta’ konsum referenzjali stipulat fil-Parti Btal-Anness XI b’rabta ma’ kull 100 g jew kull 100 ml jew kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti Atal-Anness XI.

3. L-ittikkettjar volontarju addizzjonali li jindika l-valuri nutrizzjonali għandu jsir bħala tabella li tesprimi l-valuri bħala persentaġġ ta’ konsum referenzjali stipulat fil-Parti Btal-Anness XI għal kull 100 g jew kull 100 ml u, skont l-Artikolu 31(2), għal kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra fil-każijiet kollha bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti Atal-Anness XI.

Ġustifikazzjoni

Huwa utli li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tikkettjar addizzjonali volontarju sabiex tinkiseb ċerta standardizzazzjoni fil-każijiet meta l-għażla tiġi eżerċitata u l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, kif kieku jiġri.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista’ tiġi mfissra abbażi ta’ kull porzjon biss jekk l-ikel ikun ippakkjat bil-lest bħala porzjon individwali. 3.

2. Id-dikjarazzjoni nutrizzjonali tista’ tingħata abbażi ta’ kull porzjon jew unità biss jekk il-piż nett tal-oġġett tal-ikel imsemmi fil-paragrafu 1 ikun inqas minn 100 g.

Ġustifikazzjoni

Meta tkun xi ħaġa rari li oġġett tal-ikel jittiekel f’porzjonijiet ta’ 100 g (pereżempju chewing gum jew ħelu, mhi pertinenti xejn li d-dikjarazzjoni nutrizzjonali tingħata għal kull 100 g. Jekk l-oġġett tal-ikel ikun jiġu f’porzjonijiet ippakkjati minn qabel jew f’unitajiet individwalizzati, ugwali bejnithom, għandha tiġi awtorizzata l-espressjoni unika għal kull porzjoni jew unità.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

2. Dawk il-forom addizzjonali ta’ espressjoni mfissra fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati taħt skema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skont il-proċeduri li jirreferi għalihom l-Artikolu 290 TFUE, ir-regoli għall-użu ta' dawn il-forom addizzjonali ta' espressjoni. Il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq għarfien xjentifiku dwar id-dieta u n-nutrizzjoni u kif dawn jorbtu mas-saħħa. Sabiex jiġu determinati dawn il-kriterji, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel biex, fi żmien 12-il xahar, tipprovdi parir xjentifiku relevanti.

Ġustifikazzjoni

Forom ta' espressjoni addizjonali għall-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu permessi. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-użu ta' forom ta' espressjoni bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti fil-livell Komunitarju.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 31(2) marbuta mad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandhom jiddaħħlu fejn jidhru l-aktar. Huma għandhom jiġu preżentati, fejn jixraq, flimkien f’forma ċara fl-ordni li ġejja: enerġija, xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-zokkor, u l-melħ.

1. Id-dettalji rigward it-tikkettjar nutrizzjonali li jsiru bl-applikazzjoni tal-Artikolu 31 (1) u (2), għandhom jidhru fl-istess parti viżiva taħt forma ta' tabella fl-istess post uniku. Id-dikjarazzjonijiet obbligatorji għandhom jiġu preżentati fl-ordni li ġejja: enerġija, proteini, xaħam, saturati, aċidi xaħmija trans industrijali, karboidrati b'referenza speċifika għaz-zokkor naturali u z-zokkor miżjud, fajber u l-melħ. L-informazzjoni addizzjonali volontarja għandha tiġi ppreżentata fl-ordni ppreċiżata fl-Anness XIII.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

1 bis. Minbarra l-preżentazzjoni skont l-applikazzjoni tal-Artikolu 34 (1), l-indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut ta' enerġija skont l-Artikolu 29 (1) (a) u l-Anness XI, parti B, indikata f'kcal għal kull 100 g/ml u, jekk ikun il-każ, għal kull porzjoni skont l-Artikolu 31 (2), għandha tinkiteb isfel fuq il-lemin fuq il-wiċċ li jidher tal-pakkett.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

2a. Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel elenkat fl-Anness IV tkun obbligatorja għaliex ikun hemm klejm dwar nutrizzjoni jew saħħa, id-dikjarazzjoni dwar nutrizzjoni ma jkunx meħtieġ li titqiegħed fejn tidher l-aktar.

Ġustifikazzjoni

In Anhang IV aufgeführte Lebensmittel sind von der vorgeschriebenen Nährwertdeklaration ausgenommen, da sie nicht signifikante Mengen von Nährstoffen enthalten. Nach Artikel 7 der Verordnung (EG) Nr. 1924/2006 und Artikel 17 Absatz 3 des gegenwärtigen Entwurfes sind jedoch alle – auch die in Anhang IV aufgeführten – Lebensmittel zu einer Nährwertdeklaration verpflichtet, wenn sie eine nährwert- oder gesundheitsbezogene Angabe machen. Wenn Lebensmittel, die in Anhang IV aufgeführt werden, eine nährwert- oder gesundheitsbezogene Angabe machen, sollten sie deshalb von der Verpflichtung, dass sich die Nährwertdeklaration im Hauptblickfeld befinden muss, ausgenommen werden.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjonui

Emenda

 

2b. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ikel kif definit fid-Direttiva 89/398/KEE u d-direttivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(1) tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ikel PARNUTS, bħal ikel formulat għat-trabi, ikel formulat ta' tkomplija, ikel komplimentari għat-trabi u tfal żgħar u ikel ta' dieta u bi skopijiet mediċi speċjali li jaqa' taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2009/39/KE huwa formulat speċifikament sabiex jilħaq standards partikolari ta' nutrizzjoni tal-popolazzjon