RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE
29.4.2010 - (COM(2009)0456 – C7-0123/2009 – 2009/0127(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Rui Tavares
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE
(COM(2009)0456 – C7‑0123/2009 – 2009/0127(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0456),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63(2)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0123/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill intitolata “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 78(2) u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0125/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif imniżżla hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Għalhekk huwa xieraq, li l-Kummissjoni tiddeċiedi fuq prijoritajiet annwali komuni tal-UE fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi speċifiċi u nazzjonalitajiet kif ukoll dwar il-kategoriji speċifiċi ta’ refuġjati li għandhom jiġu risistemati. |
(2) Sabiex jinkisbu l-objettivi tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi prijoritajiet annwali komuni tal-UE fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi kif ukoll dwar il-kategoriji speċifiċi ta’ refuġjati li għandhom jiġu risistemati. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sabiex taġġorna b’urġenza dawk il-prijoritajiet annwali komuni tal-UE f’każ ta’ emerġenzi mhux mistennija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura ta’ urġenza. | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
1 ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||
|
(4a) Biex aktar Stati Membri jitħeġġu biex jieħdu sehem f’azzjonijiet ta’ risistemazzjoni, għandu jingħata appoġġ finanzjarju addizzjonali lil dawk l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-programm ta’ risistemazzjoni għall-ewwel darba. | ||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 13 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||
Din l-emenda tqis l-esperjenzi bid-dispożizzjonijiet ta’ risistemazzjoni fl-FER s’issa u tikkombina l-kriterji speċifiċi (li kienu fit-test preċedenti) u li jirreaġixxu għal ħtieġa reali bi flessibilità sabiex ikun hemm reazzjoni xierqa f'każijiet ta' emerġenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 13 - paragrafu 4 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 13 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 13 - paragrafu 6 a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 13 - paragrafu 7 (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 a (ġdid) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 52 a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 b (ġdid) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 52 b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 c (ġdid) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 52 c (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda Artikolu 1 – punt 10 d (ġdid) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE Artikolu 52 d (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Waħda mill-“azzjonijiet eliġibbli” tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) hija r-risistemazzjoni. Risistemazzjoni tfisser il-proċess li bih, fuq talba tal-UNHCR ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għal protezzjoni internazzjonali, ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jiġu trasferiti minn pajjiż terz għal Stat Membru li fih ikunu jistgħu a) jirresiedu bħala refuġjati jew b) jingħataw stejtus li joffrilhom l-istess drittijiet u benefiċċji skont il-liġi nazzjonali u Komunitarja bħall-istejtus ta’ refuġjat[1]. Ir-risistemazzjoni kemm-il darba tissemma bħala waħda mis-soluzzjonijiet dejjiema għal refuġjati li l-protezzjoni tagħhom ma tkunx tista’ tiġi żgurata fil-pajjiżi tal-ewwel ażil..[2]
Il-paragrafu 6.2.3 tal-Programm ta’ Stokkolma dwar id-dimensjoni esterna tal-ażil jgħid b’mod ċar li l-UE għandha taġixxi fi sħubija u tikkoopera ma’ pajjiżi terzi li jospitaw popolazzjonijiet kbar ta’ refuġjati. Huwa jirrikonoxxi wkoll li l-promozzjoni ta’ solidarjetà fi ħdan l-UE hija kruċjali iżda mhijiex suffiċjenti biex tinkiseb politika komuni tal-ażil li tkun kredibbli u sostenibbli; Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Kunsill u mal-Kummissjoni, biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni volontarja tal-Istati Membri fl-iskema konġunta tal-UE dwar ir-risistemazzjoni u biex iżid l-ammont totali ta’ refuġjati risistemati. Barra minn hekk, fl-2014 il-Kummissjoni għandha tevalwa l-Programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni sabiex tidentifika t-titjib meħtieġ. F’dan il-Programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni, ir-rapporteur se jesprimi l-ideat tiegħu fir-rapport tiegħu dwar il-Komunikazzjoni.
Il-proposta għal emenda tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati
L-Artikolu 6(c) tad-Deċiżjoni 2007/573/KE jsemmi kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ġiet jew qed tiġi risistemata mill-ġdid fi Stat Membru bħala grupp ta’ mira. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-risistemazzjoni jinsabu prinċiparjament fl-Artikolu 13.
Il-proposta tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi annwalment il-prijoritajiet komuni tal-UE tal-persuni li għandhom jiġu risistemati. Skont il-Kummissjoni, il-prijoritajiet annwali jistgħu jirrigwardaw reġjuni ġeografiċi, nazzjonalitajiet jew kategoriji speċifiċi ta’ refuġjati li se jiġu risistemati. Il-Parlament Ewropew jappoġġja l-opinjoni tal-Kummissjoni u huwa tal-fehma li r-risistemazzjoni għandu jkollha rwol ċentrali fil-politika esterna tal-UE dwar l-ażil. Dan il-kunċett għandu jiġi żviluppat iktar u mwessa’ għal strument effettiv ta’ protezzjoni tal-UE. Fir-rigward tad-definizzjoni tal-prijoritajiet komuni tal-UE l-Parlament Ewropew se jkun favur id-definizzjoni ta’ ċerti kategoriji iżda fl-istess ħin se jippermetti li titħalla l-flessibilità biex jiġu ttratati każijiet ta’ emerġenza. L-Emenda 2 tirreaġixxi għal dan it-tħassib billi telenka l-kategoriji permanenti li għandhom jitqiesu bħala ġenerali u li jinkludu wkoll każijiet mhux indikati b’mod espliċitu, minħabba li jkun legalment impossibbli li jiġu elenkati l-ħtiġijiet speċifiċi kollha. Pereżempju, ma hemm l-ebda dubju li n-nisa fil-periklu ta' żwieġ sfurzat jew il-vittmi tal-mutilazzjoni tal-organi ġenitali femminili jagħmlu parti mill-kategorija ġenerali ta’ “nisa f’riskju” jew li l-persuni b’diżabilità jiġu kkunsidrati bħala “persuni li għandhom ħtiġijiet mediċi serji”. Il-persuni diskriminati minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom f’pajjiżi fejn l-orjentazzjoni sesswali hija kriminalizzata wkoll jistgħu jkunu eliġibbli, bħalma jistgħu jkunu eliġibbli wkoll il-minoritajiet reliġjużi jew nonreliġjużi meta l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tkun kriminalizzata. Każijiet oħrajn jistgħu jaqgħu fil-formulazzjoni ta’ “raġunijiet legali u ta’ protezzjoni”.
Matul l-aħħar snin iktar u iktar Stati Membri qed jieħdu sehem fl-iskemi ta’ risistemazzjoni tal-UE. Għall-Parlament Ewropew hija ta’ importanza ewlenija li kemm jista’ jkun Stati Membri jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ risistemazzjoni tal-UE. Minħabba din ir-raġuni l-Parlament Ewropew jixtieq jintroduċi sistema ta’ modulazzjoni. Din tkun toffri l-possibilità li jingħataw inċentivi lill-Istati Membri li s’issa għadhom ma pparteċipawx b’mod sinifikattiv fl-iskemi ta’ risistemazzjoni tal-UE, sabiex jibdew jipparteċipaw (emenda nru 3).
Emenda nru 3 tipproponi l-proċedura tal-Artikolu 290 TFUE (atti delegati) sabiex jiġu garantiti l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew meta jiġu definiti l-prijoritajiet.
PROĊEDURA
Titolu |
Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 (emenda tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Kunsill) |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0456 – C7-0123/2009 – 2009/0127(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.9.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 17.9.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.9.2009 |
DEVE 17.9.2009 |
EMPL 17.9.2009 |
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 16.9.2009 |
DEVE 6.10.2009 |
EMPL 17.9.2009 |
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Rui Tavares 6.10.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
6.10.2009 |
22.2.2010 |
16.3.2010 |
27.4.2010 |
||||
Data tal-adozzjoni |
27.4.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 2 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Clemente Mastella, Louis Michel, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Axel Voss, Tatjana Ždanoka |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Ana Gomes, Nadja Hirsch, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Cecilia Wikström |
|||||||
Data tat-tressiq |
29.4.2010 |
|||||||