RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1104/2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
29.4.2010 - (COM(2009)0508 – C7-0244/2009 – 2009/0136(NLE)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Carlos Coelho
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1104/2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
(COM(2009)0508 – C7-0244/2009 – 2009/0136(NLE))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2009)0508),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 66 u 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0244/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0126/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Minkejja l-fatt li l-Kunsill qed jittratta s-SIS I+ RE bħala pjan ta’ kontinġenza f’każ ta’ falliment tas-SIS II, il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur għat-twaqqif tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament (KE) Nru 1987/2006) u awtorità baġitarja, jirriserva d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi li jridu jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura li l-Parlament ikollu skrutinju sħiħ u superviżjoni kompleta tal-proċess.
3. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta tagħha skont dan, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jinnnotfika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. |
(3) Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. F’każ li l-proġett attwali SIS II ifalli, trid titfassal soluzzjoni teknika alternattiva u l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ tagħha jridu jiġu mgħarrfa lill-partijiet kollha kkonċernati. | |||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Għandu jitwaqqaf grupp ta' esperti sabiex iwieżen l-istruttura organizzattiva preżenti. |
(4) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-SIS II tas-26 u s-27 ta' Frar 2009 u tal-4 u l-5 ta' Ġunju 2009, ġie stabbilit korp informali li jikkonsisti f'esperti mill-Istati Membri u msejjaħ 'Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm' sabiex itejjeb il-koperazzjoni u jipprovdi appoġġ dirett mill-Istati Membri għall-proġett ċentrali tal-SIS II. Grupp ta' esperti, imsejjaħ 'Bord tal-Ġestjoni Globali tal-Programm' (GPMB), għandu għaldaqstant jiġi stabbilit skont dan ir-Regolament sabiex jikkomplementa l-istruttura organizzattiva attwali. Sabiex jiġu żġurati l-effiċjenza u l-infiq effikaċi, il-membri tal-BĠGP għandhom jinħatru fuq bażi permanenti u l-għadd tagħhom għandu jkun limitat. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-BĠGP għandu jiġi fformalizzat fil-bażi legali. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ċar u, biex ikun jista' jopera b'mod effiċjenti u b'infiq effikaċi, il-membri esperti tal-BĠGP għandhom ikunu permanenti u l-għadd tagħhom għandu jkun limitat. | ||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) Pjan tekniku ta' kontinġenza għall-kisba tal-funzjonalitajiet tal-SIS II għandu jkun previst. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. |
(6) Jeħtieġ li l-qafas legali jiġi adattat sabiex jippermetti l-possibilità ta' migrazzjoni lejn soluzzjonijiet tekniċi alternattivi fil-każ li t-testijiet juru li s-SIS II ma tistax tiġi implimentata b'suċċess. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Kwalunkwe soluzzjoni teknika għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli, tkun ta' nfiq effikaċi u tiġi implimentata skont skeda ċara u raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta f'waqtha evalwazzjoni baġitarja bir-reqqa tal-ispejjeż assoċjati ma’ tali soluzzjoni teknika alternattiva. Għandu jkun iddikjarat espliċitament li l-qafas legali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 japplika għas-soluzzjonijiet tekniċi kollha, tkun xi tkun in-natura teknika tiegħu. | |||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 16 a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(16a) Billi l-Parlament Ewropew huwa responsabbli bħala koleġiżlatur għat-twaqqif, l-operazzjoni u l-użu tal-SIS II kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u billi l-migrazzjoni hija ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni, li għalih il-Parlament Ewropew huwa wkoll koresponsabbli, il-Parlament Ewropew għandu jkun integrat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-migrazzjoni. Opinjoni favorevoli mill-Parlament, fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet, għandha tkun rekwiżit qabel ma ssir il-bidla għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen il-ġdida. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Mill-1 ta' Jannar 2005, il-kwistjonijiet rigward is-SIS II jaqgħu taħt il-kodeċiżjoni. Il-proċess ta' migrazzjoni huwa ffinanzjat mill-baġit tal-Komunità, li għalih il-Parlament huwa koresponsabbli. Għalhekk, id-deċiżjoni rigward il-migrazzjoni ma għandhiex tittieħed aktar mill-Kummissjoni u/jew il-Kunsill waħedhom; iżda l-Parlament għandu jiġi integrat fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni. | ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
F'każ li t-testijiet attwali tas-SIS II ma jirnexxux, il-bidla għal xenarju alternattiv hija possibilità realistika. It-test legali attwali għandu jikkunsidraha. Minħabba l-esperjenzi miksuba sa issa permezz tal-iżvilupp tas-SIS II, għandu jkun ċar li huma aċċettabbli biss soluzzjonijiet ta' nfiq effikaċi u bi skeda ċara Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 jipprovdi qafas komprensiv, b'mod partikulari fir-rigward tat-trattament tad-data. Dan il-qafas – li ġie adottat bil-kodeċiżjoni – għandu japplika dejjem u għal kwalunkwe soluzzjoni teknika. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 1 - paragrafu 1 a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ir-reviżjoni attwali tal-istrumenti tal-migrazzjoni għandhom jikkunsidraw il-fatt li s-SIS II għadha ma ġietx ittestjata b'suċċess u li l-Kunsill żamm SIS I+ RE bħala l-Pjan ta' kontinġenza sa ma jsiru t-testijiet iddefiniti fil-miri. F'każ ta' falliment tat-testijiet ippjanati fil-miri, il-bidla għas-soluzzjoni alternattiva għandha tkun possibbli f'qasir żmien u mingħajr dewmien ikkawżat minn reviżjoni oħra tal-qafas legali. Għalhekk, jeħtieġ li l-proposta preżenti t-test legali tagħmlu flessibbli biex japplika għal kwalunkwe soluzzjoni teknika, mhux biss is-SIS II. | ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 11 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Skont il-leġiżlazzjoni attwali l-migrazzjoni kellha titlesta sa Settembru 2009 jew, tkun suġġett għal estensjoni disponibbli permezz ta' komitoloġija, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010. Il-Kummissjoni invokat din id-dispożizzjoni u estendiet id-data sal-20 ta' Ġunju 2010. Il-klawżola ta' estinzjoni għandha tiġi rrispettata. Id-data l-ġdida għandha tkun konformi mal-previżjonijiet attwali li s-SIS II se tibda taħdem sal-aħħar tal-2011. Il-Kummissjoni għandha tingħata livell ta' flessibilità meħtieġ sabiex tkun tista' tistabbilixxi dati ulterjuri skont il-proċedura tal-komitoloġija u għaldaqstant tkopri l-ħtieġa possibbli li taqleb mis-SIS II għal xenarju alternattiv jekk ir-riżultati tat-test ma jkunx sodisfaċenti. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 11 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Mill-1 ta' Jannar 2005, kwistjonijiet rigward is-SIS II jaqgħu taħt il-kodeċiżjoni. Il-proċess ta' migrazzjoni huwa ffinanzjat mill-baġit tal-Komunità, li għalih il-Parlament huwa koresponsabbli. Għalhekk, id-deċiżjoni rigward il-migrazzjoni ma għandhiex tittieħed aktar mill-Kummissjoni u/jew il-Kunsill waħedhom; iżda l-Parlament għandu jiġi integrat fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni. | ||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 11 – paragrafu 6 (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-Artikolu 11, li jiddeskrivi l-passi differenti tal-migrazzjoni reali, għandu jkollu referenza għal possibilità ta' xenarju alternattiv, f'każ li l-proġett SIS II ma jkollux suċċess. | ||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 14 - paragrafu 6 (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 17 a – paragrafu 1 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-mandat tal-GPMB għandu jkun iddefinit aktar ċar, sabiex ikun jista' jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ġestjoni tal-iżvilupp tas-SIS tat-tieni ġenerazzjoni u l-proċess ta' migrazzjoni. | ||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 17 a – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 17 a – paragrafu 5 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 17 a – paragrafu 6 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament - att li jemenda Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1104/2008 Artikolu 19 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Skont il-leġiżlazzjoni attwali l-migrazzjoni kellha titlesta sa Settembru 2009 jew, tkun suġġett għal estensjoni disponibbli permezz ta' komitoloġija, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010. Il-Kummissjoni invokat din id-dispożizzjoni u estendiet id-data sal-20 ta' Ġunju 2010. Il-klawżola ta' estinzjoni għandha tiġi rrispettata. Id-data l-ġdida għandha tkun konformi mal-previżjonijiet attwali li s-SIS II se tibda taħdem sal-aħħar tal-2011. Il-Kummissjoni għandha tingħata livell ta' flessibilità meħtieġ sabiex tkun tista' tistabbilixxi dati ulterjuri skont il-proċedura tal-komitoloġija u għaldaqstant tkopri l-ħtieġa possibbli li taqleb mis-SIS II għal xenarju alternattiv jekk ir-riżultati tat-test ma jkunx sodisfaċenti. |
NOTA SPJEGATTIVA
Daħla
Id-dispożizzjonijiet tal-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-SIS II inqablu fl-2006, bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, bil-kodeċiżjoni, wara l-ewwel qari sabiex jiġi evitat aktar dewmien.
Dawn l-istrumenti legali jipprevedu li jibdew japplikaw għall-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+ biss mid-data li għandu jistabbiliha l-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw il-gvernijiet tal-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+. Qabel ma dan ikun jista' jseħħ u qabel mas-sistema tibda topera, jeħtieġ li din tiġi ttestjata bis-sħiħ, bil-għan li jiġi evalwat jekk is-SIS II tistax taħdem b'konformità mal-ħtiġijiet tekniċi u funzjonali bħalma huma r-robustezza, id-disponibilità u l-prestazzjoni.
Il-pass li jmiss għandu jsir biss wara li t-testijiet kollha tas-SIS II jintemmu b'suċċess: il-migrazzjoni tal-utenti tas-SIS I+ għas-SIS II, meta l-bidla għandha ssir fl-istess ġurnata għall-Istati Membri kollha - migrazzjoni simultanja "one-shot".
Il-pjan inizjali kien li ssir migrazzjoni ta' 15-il Stat Membru (in-numru ta' Stati f'dak iż-żmien), matul proċess li għandu jieħu madwar 8 sigħat. Sfortunatament, minħabba d-dewmien kollu u minħabba l-fatt li n-numru ta' pajjiżi parteċipanti kważi rdoppja, il-proċess ta' migrazzjoni sar ħafna aktar kumpless, diffiċli u jinħtieġ aktar żmien biex jiġi llowdjat in-netwerk.
Sabiex jipprovdu l-għodod meħtieġa biex nilqgħu għar-riskji għolja ta' interruzzjonijiet fis-servizz matul il-bidla simultanja, fl-2008 ġew approvati żewġ strumenti legali bil-għan li jistabbilixxu qafas legali li jirregola l-migrazzjoni, fejn iż-żewġ sistemi jeżistu fl-istess ħin matul dan il-perjodu ta' żmien.
Ġie deċiż li tinħoloq arkitettura teknika interim li tippermetti li s-SIS I+ u wħud mill-partijiet tekniċi tal-arkitettura tas-SIS II ikunu jistgħu joperaw b'mod parallel għal perjodu transitorju limitat, u fl-istess ħin ipprovaw jiċċaraw il-kondizzjonijiet, il-proċeduri, ir-responsabilitajiet, il-finanzjament tal-proċess ta' migrazzjoni u l-qafas legali sostantiv applikabbli matul il-migrazzjoni.
Għodda teknika ġdida ġiet introdotta - "konvertitur" - li jippermetti l-konverżjoni b'suċċess u s-sinkronizzazzjoni tad-data bejn is-SIS I+ u s-SIS II. Fil-fatt, is-sistema ċentrali tas-SIS I u s-sistema ċentrali tas-SIS II se jingħaqdu permezz ta' konvertitur li jippermettilhom li jipproċessaw l-istess informazzjoni u jiżgura li l-Istati Membri li jkunu diġà ġew ikkonnettjati mas-SIS II jibqgħu fuq l-istess livell bħall-oħrajn li għadhom ikkonnettjati mas-SIS I+.
Funzjoni ġdida - "b'lura" (reverse mode) - ġiet miżjuda sabiex tippermetti li din l-arkitettura teknika interim taħdem.
Il-bidu operazzjonali tas-SIS II se jagħlaq il-fażi ta' żvilupp u l-bidu tal-applikabilità tal-bażi legali tas-SIS II. Skont din il-loġika, il-fażi tal-migrazzjoni għandha tkun l-aħħar biċċa xogħol taħt il-mandat tal-iżvilupp għas-SIS II, li timplika l-ħtieġa li l-mandat tal-iżvilupp tas-SIS II ikun validu, għall-Kummissjoni, sal-bidu operattiv tas-SIS II, sabiex jippermettilhom it-twettiq tad-dmirijiet kollha ddefiniti bħala prekondizzjonijiet fl-istrumenti legali SIS II, inkluża l-korrezzjoni ta' kwalunkwe 'bug' li jiġi identifikat matul il-fażi tat-testijiet u sabiex jipprovdi l-għodod kollha meħtieġa bħalma huma l-pjattaformi tat-testijiet u r-riżorsi, bil-għan li tiġi kkunsinjata sistema li taħdem perfettament.
Proposti għall-migrazzjoni
L-ewwel pakkett leġiżlattiv li permezz tiegħu l-Kummissjoni ġiet fdata bl-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS kien validu sal-31 ta' Diċembru 2006 u aktar tard ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2008. L-istrumenti tal-migrazzjoni attwali, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1140/2008 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/JHA jistipulaw li l-migrazzjoni għandha tiġi kompluta mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2009. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' testendi din id-data permezz tal-komitoloġija sal-iskadenza tal-istrumenti tal-migrazzjoni. Il-klawsola ta' estinzjoni stabbiliet it-30 ta' Ġunju 2010 bħala d-data ta' skadenza.
Il-Kummissjoni għamlet użu mill-għażla tal-posponiment tad-data tat-tlestija tal-migrazzjoni permezz tal-komitoloġija sat-30 ta' Ġunju 2010. Madankollu, il-previżjonijiet attwali juru li l-migrazzjoni mhux se tiġi kompluta sa nofs l-2010. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-istrumenti ta' migrazzjoni għal darb'oħra qabel ma jiskadu.
L-aħħar previżjoni tindika li l-migrazzjoni tista' titlesta sal-aħħar tal-2011. Ir-rapport ta' progress dwar l-iżvilupp tas-SIS II, ippublikat mill-Kummissjoni f'Ottubru 2009, jistqarr li ż-żewġ testijiet magħrufa bħala "milestone" (testijiet tal-mira) għas-SIS II huma previsti għar-raba' trimestru tal-2009 u s-sajf tal-2010 rispettivament. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4/5 ta' Ġunju 2009, il-proġett attwali tas-SIS II qed ikompli, iżda l-pjan ta' kontinġenza (SIS I+RE) qed jinżamm fir-riserva għall-perjodu meħtieġ għat-test tas-SIS II.
Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett il-ġdid ta' proposti (COM(2009) 508 u 509) li jemendaw iż-żewġ stumenti legali dwar il-migrazzjoni mis-SIS I+ għat-tieni ġenerazzjoni SIS.
Dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
L-effett tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat il-ġdid fl-1 ta' Diċembru 2009 fuq dan il-pakkett kien dan li ġej: L-ewwel parti tal-pakkett, COM(2009)508, baqgħet pendenti. Kienet elenkata fl-anness 4 tal-Komunikazzjoni "omnibus" tal-Kummissjoni dwar "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa". Il-bażi legali l-ġdida skont it-Trattat ta' Lisbona hija l-Artikolu 74 TFUE. Il-proċedura baqgħet dik ta' konsultazzjoni. It-tieni parti tal-pakkett, COM(2009)509, waqgħet bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat il-ġdid. Il-Kummissjoni bidlitha bi proposta ġdida, COM(2010)15. Il-bażi legali wkoll hija l-Artikolu 74 TFUE, u l-proċedura hija dik ta' konsultazzjoni.
L-Iskop tal-Programm
1. Tħassir tal-klawsola ta' estinzjoni
Il-kundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. L-aħħar sentenza fl-Artikolu 19 taż-żewġ strumenti attwali tistqarr li l-istrumenti għandhom jiskadu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2010. Għaldaqstant, il-proposti għandhom l-għan l-ewwelnett li jimmodifikaw il-klawsola ta' estinzjoni tal-istrumenti sabiex jipprevenu l-iskadenza. Il-Kummissjoni tipproponi t-tħassir tal-klawsola ta' estinzjoni, jiġifieri ma tistabbilixxix aktar data għall-iskadenza tal-istrumenti.
Il-fatt li l-Kummissjoni ma tistax tipproponi data possibbli għall-bidu ta' operazzjonijiet tas-SIS II hija inkonċepibbli u tqajjem ħafna dubji dwar il-mod li bih qed jiġi ġestit il-proġett.
2. L-introduzzjoni tal-flessibilità għall-iżvilupp tas-SIS II permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi alternattivi
Skont il-proposta tal-Kummissjoni il-modifiki proposti jkopru wkoll il-każ ta' bidla mill-proġett tas-SIS II, jekk dan ma jitlestiex b'suċċess, għal xenarju alternattiv bħas-SIS1+ RE.
Għal dan il-għan il-Kummissjoni tissuġġerixxi l-modifikazzjoni tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 10(3) tal-istrumenti u biex jiġi introdotta l-formula "sakemm ikun neċessarju". Dawn il-modifiki jimplikaw li l-hekk imsejjaħ "konvertitur", element tekniku li huwa marbut b'mod esklussiv mal-proġett SIS II, mhuwiex aktar ikkunsidrat bħala komponent tekniku obbligatorju tal-arkitettura tal-migrazzjoni.
3. Introduzzjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Programm Globali (GPMB)
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-Bord ta' Tmexxija tal-Programm Globali (GPMB) jiddaħħal fl-istrumenti legali, permezz ta' Artikolu ġdid 17a. Il-GPMB huwa grupp ta' 10 esperti tekniċi - 8 mill-Istati Membri u 2 uffiċjali tal-Kummissjoni. Il-bord inħoloq sabiex jikkoordina aħjar il-ħidmiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri matul il-proċess tal-migrazzjoni. Fil-konklużjonijiet tal-GPMB dwar aktar direzzjoni tas-SIS II tal-4/5 ta' Ġunju 2009 l-Kunsill talab il-Kummissjoni biex ittejjeb l-istruttura tal-ġestjoni tal-IT u biex tintegra aktar il-GPMB fl-istruttura tal-ġestjoni. L-integrazzjoni tal-GPMB fil-bażi legali tippermetti wkoll li l-ispejjeż amministrattivi u tal-ivjaġġar tiegħu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jixtieq ifakkar li l-Parlament Ewropew f'diversi okkażżjonijiet diġà wera d-dispjaċir tiegħu għal dan id-dewmien kollu fil-proġetti tas-SIS II. L-aħħar okkażżjoni kienet fit-22 ta' Ottubru 2009, permezz tal-approvazzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar il-progress tal-Informazzjoni ta' Schengen II u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Visa. Għal darb'oħra, il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib serju rigward id-dewmien fil-bidu tal-operazzjonijiet tas-SIS II. Huwa talab ukoll biex ikun infurmat mill-Kummissjoni u l-Kunsill dwar ir-riżultati tat-testijiet u l-passi ġejjiena, dritt wara li jitlesta t-test tal-miri, li huwa ppjanat f'Diċembru 2009. Il-Parlament talba wkoll għal trasparenza sħiħa fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proċess tas-SIS II.
Sadanittant, it-test milestone 1 ġie pospost minn Diċembru 2009 għall-aħħar ta' Jannar 2010. It-testijiet f'Jannar 2010 ma kinux ta' suċċess kbir; il-valutazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għadha għaddejja. X'aktarx it-test milestone 1 se jkollu jerġa' jsir qabel ma wieħed ikun jista' jasal għal konklużjonijiet.
Ir-rapporteur għamel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
- Minħabba d-dewmien serju u l-ispejjeż żejda fil-proġett tas-SIS II il-bażi legali għandha tiddikjara li kwalunkwe soluzzjoni teknika għandha tiġi bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji disponibbli u tkun konformi mal-kriterja ta' skeda ċara u l-infiq effikaċi.
- Il-klawsola ta' estinzjoni għandha tibqa. Il-Kummissjoni għandha tingħata xi ftit tal-flessibilità biex tadatta d-dati permezz tal-komitoloġija bil-għan li tadatta l-qafas legali għal xenarju alternattiv f'każ li l-proġett tas-SIS II ma jkollux suċċess.
- Huwa importanti li l-proċess ta' migrazzjoni jinżamm taħt skrutinju Parlamentari: il-Parlament huwa l-koleġiżlatur għall-bażi legali tas-SIS II; il-Parlament jifforma parti wkoll mill-awtorità baġitarja, li jissorvelja l-migrazzjoni, iffinanzjata mill-baġit tal-Komunità.
- Għall-istess raġunijiet, il-Parlament ma għandux jiġi aktar eskluż mit-teħid tad-deċiżjoni fir-rigward tal-migrazzjoni; qabel ma jsir qbil dwar is-sistema l-ġdida, il-Parlament għandu jiġi infurmat bis-sħiħ dwar ir-riżultati tat-testijiet u jagħti opinjoni favorevoli.
- Minħabba li d-dati tat-tlestija tal-proċess tal-migrazzjoni u s-soluzzjonijiet tekniċi mhumiex stabbiliti, il-leġiżlatur għandu jiżgura li l-qafas legali maħsub għas-SIS II jiġi applikat, mingħajr ebda kas għall-problemi tekniċi potenzjali li jiddeterminaw l-għażla tas-soluzzjoni teknika finali.
Il-ħolqien tal-GPMB u l-integrazzoni formali tiegħu fl-istruttura tal-immaniġjar tas-SIS II jista' jidher bħala pass pożittiv sabiex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Mebri u l-Kummissjoni u, ukoll, sabiex jipprovdi appoġġ dirett lill-Istati Membri għall-proġett ċentrali tas-SIS II. Huwa importanti wkoll li jiġi llimitat in-numru ta' esperti sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza kif ukoll l-infiq effikaċi.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (F'każ li l-proġett tas-SIS II ifalli l-Parlament iżomm id-dritt li jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex tagħmel verifika dettaljata dwar kif il-proġett tas-SIS II ġie ġestit u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Kommunità.17.3.2010)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1104/2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
(COM(2009)0508 – C7‑0244/2009 – 2009/0136(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Alexander Alvaro
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Parlament Ewropew f'diversi okkażżjonijiet diġà wera d-dispjaċir tiegħu għal dan id-dewmien kollu fil-proġetti tas-SIS II. L-aħħar okkażżjoni kienet fit-22 ta' Ottubru 2009, permezz tal-approvazzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar il-progress tal-Informazzjoni ta' Schengen II u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Visa.
Ir-rapport ta' progress dwar l-iżvilupp tas-SIS II, ippublikat mill-Kummissjoni f'Ottubru 2009, jistqarr li ż-żewġ testijiet ta’ prova (l-hekk imsejħa testijiet “milestone”) għas-SIS II huma previsti għar-raba' trimestru tal-2009 u għas-sajf tal-2010 rispettivament. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 u l-5 ta' Ġunju 2009, il-proġett attwali tas-SIS II qed jitkompla bħala kwistjoni ta’ prijorità, iżda l-pjan ta' kontinġenza (SIS I+RE) qed jinżamm fir-riserva. Jekk xi wieħed minn dawn it-testijiet kellu jfalli, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf il-proġett (klawsola ta’ giljottina) u taqleb għas-soluzzjoni teknika alternattiva SIS I+RE, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata kontra din l-azzjoni. F’din il-laqgħa tal-Kunsill, il-fattibilità teknika tas-sistema alternativa SIS I+RE ġiet ikkonfermata. Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett il-ġdid ta' proposti (COM(2009)0508 u COM(2010)0015) li jemendaw iż-żewġ stumenti legali dwar il-migrazzjoni mis-SIS I+ għas-SIS tat-tieni ġenerazzjoni.
Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhux se jiġu ssodisfati qabel it-30 ta’ Ġunju 2010, u l-migrazzjoni mhix se titlesta qabel l-aħħar tal-2011. Sabiex is-SIS II tkun operazzjonali kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u mid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, u f’każ li tfalli fit-testijiet, irid jiġi maħsub xenarju alternattiv filwaqt li mill-aktar fis jingħataw l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ lill-partijiet ikkonċernati.
L-ispejjeż għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż għat-twaqqif, l-ittestjar, l-operazzjoni, il-migrazzjoni u l-manutenzjoni tas-SIS II Ċentrali u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni għandhom jiġu koperti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-ispejjeż tal-iżvilupp, twaqqif, testing, migrazzjoni, operazzjoni u manutenzjoni għas-sistemi nazzjonali għandhom jiġu koperti mill-Istat Membru kkonċernat. L-ispejjeż għall-Bord ta’ Tmexxija tal-Programm Globali (GPMB) se jiġu koperti mill-fondi diġà allokati sal-2013.
Mill-2002 intefqu EUR 48.5 miljun fuq l-iżvilupp tal-istrument ta’ migrazzjoni biss, filwaqt li l-ispejjeż operazzjonali jammontaw għal EUR 33 miljun oħra. Waqt dan iż-żmien il-kuntrattur kemm-il darba kiser l-obbligi kuntrattwali u t-testijiet ma wrewx li l-pjattaforma qed taħdem kif suppost, li xeħtet dubji dwar il-fattibilità teknika ġenerali tas-SIS II. Barra minn hekk, il-kuntrattur irċieva EUR 1.93 miljun għal testijiet tas-sistema fl-2009 filwaqt li l-multi lill-konsorzju li, sal-aħħar tal-fażi kuntrattwali tat-testijiet ta’ operazzjoni f’Settembru 2009, ammontaw għal EUR 390,000, ġew imnaqqsa mill-fatturi. Barra minn hekk, EUR 1.26 miljun tħallsu għall-ewwel test ta’ prova f’Jannar 2010. Dawn l-ispejjeż addizzjonali kif ukoll il-finanzjament ulterjuri probabbli, f’każ li l-migrazzjoni għas-SIS II tfalli u tiġi rrakkomandata soluzzjoni alternattiva, jitolbu għal skrutinju baġitarju aktar rigoruż.
Barra minn hekk, fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji estremi li qed jolqtu kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-UE nnifisha minħabba l-kriżi ekonomika, u sabiex ma jibqgħux jitberbqu flus, jeħtieġ li jkun hemm rigorożità akbar fl-użu tal-approprjazzjonijiet għal sistema li s’issa naqset li tilħaq l-istandard meħtieġ. Ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament juża d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi allokati għall-migrazzjoni għas-SIS II sakemm isir ittestjar b’suċċess u verifika komprensiva bil-għan li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-ġustizzja, libertà u sigurtà. Għalhekk qed jiġu proposti dawn l-emendi.
eMENDi
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta’ Riżoluzzjoni Leġiżlattiva Paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||
Abbozz ta’ Riżoluzzjoni Leġiżlattiva |
Emenda | ||||||||||||
|
1a. Minkejja l-fatt li l-Kunsill qed jittratta s-SIS I+RE bħala pjan ta’ kontinġenza f’każ ta’ falliment tas-SIS II, il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur għat-twaqqif tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament (KE) Nru 1987/2006[1]) u awtorità baġitarja, jirriserva d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi li jridu jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura li jsiru skrutinju parlamentari sħiħ u superviżjoni kompleta tal-proċess.
| ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(3) Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. |
(3) Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. F’każ li jfalli l-proġett SIS II attwali, trid titfassal soluzzjoni teknika alternattiva u l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ tagħha jridu jiġu mgħarrfa lill-partijiet kollha kkonċernati. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | |||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
(6) Pjan tekniku ta' kontinġenza għall-kisba tal-funzjonalitajiet tal-SIS II għandu jkun previst. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. |
(6) Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-migrazzjoni għal soluzzjonijiet tekniċi alternattivi eventwali f’każ li l-proġett attwali tas-SIS II ma jkunx jista' jiġi implimentat b’suċċess. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika alternattiva dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Kwalunkwe tali soluzzjoni teknika alternattiva għandha tkun ta' nfiq effikaċi u implimentata skont skeda ċara u raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta fi żmien xieraq evalwazzjoni baġitarja bir-reqqa tal-ispejjeż assoċjati ma’ tali soluzzjoni teknika alternattiva. | ||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||
Ir-reviżjoni attwali tal-istrumenti tal-migrazzjoni għandha tqis il-fatt li s-SIS II għadha ma ġietx ittestjata b’suċċess u li l-Kunsill qed jitratta s-SIS I+RE bħala pjan ta’ kontinġenza. F'każ li t-testijiet ta' stadju ta’ importanza jfallu, għandu jkun possibbli li ssir qalba ta’ malajr għal soluzzjoni alternattiva li tkun uriet li hija effettiva f’sens ta’ nefqa, mingħajr id-dewmien li jiġi kkawżat minn reviżjoni oħra tal-qafas legali. | |||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 114/2008 Artikolu 17a - paragrafu 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 114/2008 Artikolu 17a - paragrafu 5 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament (KE) Nru 114/2008 Artikolu 17a - paragrafu 6 | |||||||||||||
|
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
17.3.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Alexander Alvaro, Francesca Balzani, Reimer Böge, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Vladimír Remek, Dominique Riquet, László Surján, Daniël van der Stoep, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Paul Rübig, Georgios Stavrakakis |
|||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Kozłowski |
|||||
- [1] ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI TAL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.4.2010 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 0 1 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Clemente Mastella, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Axel Voss, Tatjana Ždanoka |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Ana Gomes, Nadja Hirsch, Franziska Keller, Mariya Nedelcheva, Cecilia Wikström |
|||||