RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill fuq assistenza finanzjarja tal-Komunità dwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija – “Il-Programm Kozloduy”

5.5.2010 - (COM(2009)0581 – C7‑0289/2009 – 2009/0172(NLE)) - *

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Rebecca Harms


Proċedura : 2009/0172(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0142/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill fuq assistenza finanzjarja tal-Komunità dwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija – “Il-Programm Kozloduy”

(COM(2009)0581 – C7‑0289/2009 – 2009/0172(NLE))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (KUMM(2009)0581),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 30 tal-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-emendi tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa, fir-rigward tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni Ewropea "Nuclear safety in the European Union", COM(2002)0605),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom, liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0289/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7–0142/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Iqis li l-proposta għal regolament tal-Kunsill hija konformi mal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) għall-2007-2013 iżda jqis li l-marġni li jibqa’ fis-sottointestatura 1a għall-2011-2013 huwa limitat ħafna; jenfasizza li l-finanzjament għal attivitajiet ġodda ma jridx jostakola l-programmi u l-inizjattivi eżistenti taħt is-sottointestatura 1a;

3.   Itenni t-talba tiegħu, għalhekk, għall-preżentazzjoni ta’ strateġija pluriennali għall-programm ta’ dekummissjonar ta’ Kozloduy, kif ukoll għal prijoritajiet politiċi oħra taħt is-sottointestatura 1a, fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-MFF attwali, flimkien ma’ proposti konkreti biex jiġi aġġustat u rrevedut qabel it-tmiem tal-ewwel semestru tal-2010 billi jintużaw il-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), partikolarment dawk fil-punti 21 sa 23 tiegħu;

4.   Jinnota li l-ammont annwali allokat għall-programm ta’ dekummissjonar ta' Kozloduy se jiġi determinat waqt il-proċedura baġitarja annwali skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

7.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Bulgarija kkommettiet ruħha li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 u l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u 31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament u tagħmel tiddekummissjona dawn l-unitajiet. L-Unjoni Ewropea esprimiet ir-rieda tagħha li tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sal-2009 bħala estensjoni tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni ppjanata taħt il-programm Phare b’sapport għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija.

(1) Matul in-negozjati ta' adeżjoni fl-2005, il-Bulgarija qablet li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 u l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u sal-31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament, u li tiddekummissjona dawn l-unitajiet. L-Unjoni Ewropea esprimiet ir-rieda tagħha li tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sal-2009 bħala estensjoni tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni ppjanata taħt il-programm Phare b’sapport għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija. L-Unjoni Ewropea, f’dak iż-żmien, assigurat ukoll li l-assistenza finanzjarja kienet se tiġi kkunsidrata bħala parti mir-reviżjoni ġenerali tal-appoġġ Komunitarju għall-perjodu 2007-2013.

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) It-Trattat tal-2005 li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 30 tal-Att li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Romanija u l-emendi tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa, stabbilixxa fid-dawl tal-impenn tal-Bulgarija biex tagħlaq Unità 3 u Unità 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy programm ta’ assistenza (minn issa ‘l hemm imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”) b’baġit ta’ EUR 210 miljun għall-perjodu 2007 sa 2009.

(2) It-Trattat tal-2005 li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 30 tal-Att li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Romanija u l-emendi tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa, stabbilixxa fid-dawl tal-impenn tal-Bulgarija biex tagħlaq Unità 3 u Unità 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy programm ta’ assistenza (minn issa 'l hemm imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”) b’baġit ta’ EUR 210 miljun għall-perjodu 2007 sa 2009. Dak il-programm jinkludi għajnuna biex tkopri t-telf tal-kapaċità bħala konsegwenza tal-għeluq tal-impjant nukleari ta' Kozloduy.

Ġustifikazzjoni

Fil-mira tal-assistenza finanzjarja hemm is-soluzzjoni kumplessa tal-għeluq tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, inkluż il-piż finanzjarju tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-proċess tal-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-prinċipji ta’ solidarjetà tal-Komunità u t-trattament ugwali jirrikjedu li, bħalma ġara fil-passat, issa jittieħed approċċ imparzjali għall-Istati Membri fil-bżonn ta’ għajnuna finanzjarja għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari, wara l-impenji li ħadu biex jagħlqu l-unitajiet tal-impjanti nukleari, kif stipulat fit-Trattati tal-Adeżjoni tagħhom jew fil-Protokolli annessi.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni tirrikonoxxi l-isforzi magħmula u l-progress tajjeb miksub mill-Bulgarija fl-istadju ta’ preparazzjoni għad-dekummissjonar tal-Programm Kozloduy u utilizzat il-fondi tal-Komunità sal-2009, u l-ħtieġa għal aktar għajnuna finanzjarja wara l-2009 sabiex jitkompla l-progress fl-operazzjoni taiż-żarmar.

(4) L-Unjoni tirrikonoxxi l-isforzi magħmula u l-progress tajjeb miksub mill-Bulgarija fl-istadju ta’ preparazzjoni għad-dekummissjonar tal-Programm Kozloduy u utilizzat il-fondi tal-Komunità sal-2009, u l-ħtieġa għal aktar għajnuna finanzjarja wara l-2009 sabiex jitkompla l-progress fl-operazzjoni taż-żarmar bi qbil mat-Trattat ta' Adeżjoni 2005, filwaqt li jiġu applikati l-ogħla standards tas-sikurezza.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa daqstant importanti li jintużaw ir-riżorsi stess tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, għax dan jikkontribwixxi biex ikun hemm l-kompetenza neċessarja u fl-istess ħin itaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-għeluq kmieni billi jitħaddem kontinwament l-istaff mill-impjant nukleari magħluq. L-għajnuna finanzjarja kontinwata hija għalhekk importanti biex iżżomm l-istandard meħtieġ għas-sikurezza.

(5) Huwa daqstant importanti li jintużaw ir-riżorsi stess tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, għax dan jikkontribwixxi biex ikun hemm l-expertise neċessarju, iżid l-għarfien u l-ħiliet, u fl-istess ħin itaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-għeluq kmieni billi jitħaddem kontinwament l-istaff mill-impjant nukleari magħluq. L-għajnuna finanzjarja kontinwata hija għalhekk importanti biex iżżomm l-istandards meħtieġ għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-ambjent.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Unjoni tagħraf ukoll il-bżonn għall-għajnuna finanzjarja biex timxi ‘l quddiem b’miżuri ta' taffija fis-settur tal-enerġija wara t-telf minħabba l-għeluq tal-unitajiet nukleari u l-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun.

(6) L-Unjoni tagħraf ukoll il-bżonn u n-neċessità għall-għajnuna finanzjarja biex timxi 'l quddiem favur ekonomija aktar effiċjenti fl-enerġija li jkollha impatt pożittiv fuq is-sigurtà tal-provvista, fuq il-prezzijiet tal-elettriku u fuq il-volum ta' emissjonijiet tal-gass b'effett ta’ serra fil-Bulgarija. Billi hemm bżonn ta' aktar progress fil-Bulgarija fir-rigward tal-iżmaltiment finali tal-fjuwil użat u ta' skart radjuattiv ħafna, u billi l-iżmaltiment finali ta' kull sustanza radjuattiva li tirriżulta mill-għeluq tal-impjant nukleari ta' Kozloduy huwa proċess importanti ħafna li għandu bżonn ikun ippjanat bir-reqqa, l-Unjoni għandha tgħin lill-Gvern Bulgaru fil-proċess tal-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet finali tal-iżmaltiment, jekk ikun xieraq fuq il-bażi ta' studju mill-Gvern Bulgaru rigward l-iżmaltiment sikur finali tas-sustanzi radjuattivi kollha involuti fid-dikummissjonar.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) It-telf tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni minħabba l-għeluq bikri tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy wassal għal volum addizzjonali sinifikattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, stmat għal 15 TWh għall-perjodu 2011-2013 b’emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO ta’ madwar 1,2 Gg/GWh, u wassal għal kważi 18,000 Gg (jew 18,000 kt) ta' effett addizzjonali ekwivalenti ta’ CO għall-Bulgarija, li se jirrikjedi tnaqqis ulterjuri ta' CO.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-Unjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li ttaffi l-effett tad-dannu ambjentali u tal-emissjonijiet li dejjem jiżdiedu minħabba l-kapaċità ta’ sostituzzjoni, ikkaġunata l-iktar minn żieda fl-użu tal-impjanti ta’ faħam artab kannella (lignite).

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 6 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Miżuri ta' mitigazzjoni biex jitnaqqas l-impatt soċjoekonomiku tal-għeluq tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta' Kozloduy, bħal programmi ta' taħriġ mill-ġdid għall-istaff milqut biex jużaw il-ħiliet tagħhom f'setturi oħra, pereżempju għar-riċerka industrijali jew għall-enerġija li tiġġedded, jistgħu jeħtieġu l-assistenza finanzjarja tal-UE.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għaldaqstant, għandu jkun jiġi pprovdut għas-somma ta’ EUR 300 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja d-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy matul il-perjodu mill-2010 sal-2013.

(7) Għaldaqstant, jekk wieħed jirrikonoxxi li l-għeluq qabel iż-żmien ta’ dawn l-impjanti ma ppermettiex allokazzjoni adegwata ta’ fondi għad-dekummissjonar u għat-trattament ta’ skart radjuattiv minn profitti operattivi, għandu jkun jiġi pprovdut għas-somma ta’ EUR 300 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja d-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy matul il-perjodu mill-2010 sal-2013. Minn din is-somma, EUR 180 miljun għandhom jintużaw biex jappoġġjaw il-programm tad-dekummissjonar u l-EUR 120 miljun li jibqa' biex jiffinanzjaw kemm l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll il-miżuri għall-iffrankar tal-enerġija.

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Fid-dawl tal-Evalwazzjoni Ex Ante tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2009, EUR 180 miljun tal-fondi huma maħsuba biex jgħinu l-proġetti li ġejjin: (1) ġestjoni tal-proġetti, assistenza teknika u appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programm tad-dekommissjonar; (2) il-ħlas ta’ salarji għal esperti (operazzjoni, manutenzjoni, appoġġ tekniku, ġestjoni ta’ proġetti) fuq is-sit ta’ Kozloduy, li jaħdmu għad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1-4; (3) kontribuzzjoni għall-kostruzzjoni tal-Faċilità Nazzjonali għar-Rimi ta’ Skart Radjuattiv, kruċjali għall-implimentazzjoni tal-programm ta' dekummissjonar, b'mod partikolari għall-ħżin ta' skart ta' livell baxx u intermedjarju fl-ewwel 10 snin tal-implimentazzjoni; (4) infrastruttura tas-sit u trattament tal-iskart żarmat (inkluż allokazzjoni addizzjonali għal proġetti li diġà qegħdin fi proċess ta’ offerti). It-titjib tal-infrastruttura tas-sit imsemmija fil-proġett 4 jista’ jinkludi biss miżuri relatati mad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4.

------------

1 SEC (2009) 1431.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-approprijazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għad-dekummissjonar m’għandhomx iwasslu għal tfixkil fil-kompetizzjoni tal-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija fis-suq tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-approprijazzjonijiet għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri li jikkompensaw it-telfien tal-kapaċità tal-produzzjoni skont l-acquis.

(8) L-approprijazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għad-dekummissjonar m’għandhomx iwasslu għal tfixkil fil-kompetizzjoni tal-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija fis-suq tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-approprijazzjonijiet għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri għall-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija skont l-acquis u r-regoli tal-funzjonament tas-suq tal-enerġija Ewropea komuni.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-kompiti tal-EBRD jinkludu l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi allokati għall-programmi tad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari u tal-monitoraġġmonitoraġġ tal-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-programmi sabiex jottimizzaw l-użu tal-flus pubbliċi. Barra minn hekk, l-EBRD tmexxi l-kompiti tal-baġit fdat lilha mill-Kummissjoni mal-bżonnijiet tal-Artikolu 53quinquies tar-Regolament Finanzjarju.

(10) Il-kompiti tal-EBRD jinkludu l-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi allokati għall-programmi tad-dekummissjonar ta’ dawk l-unitajiet nukleari li kienu soġġetti għal ftehimiet ta’ għeluq marbuta mal-adeżjoni. L-EBRD qed jimmonitorja l- kontroll finanzjarju ta’ dawn il-programmi sabiex jottimizzaw l-użu tal-flus pubbliċi. Barra minn hekk, l-EBRD tmexxi l-kompiti tal-baġit fdat lilha mill-Kummissjoni mal-bżonnijiet tal-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex tkun assiguratab l-ogħla effiċjenza possibbli, id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandu jitwettaq permezz tal-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-unitajiet li se jingħalqu.

(11) Sabiex tkun assigurata l-ogħla effiċjenza possibbli u jkunu mminimizzati l-konsegwenzi ambjentali possibbli, id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandu jitwettaq permezz tal-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-unitajiet li se jingħalqu.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa kollha matul id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy biex ikunu rrispettati l-obbligi stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali li diġà jipprovdu għar-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħalma huma l-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali tal-25 ta' Ġunju 19981.

 

------------

1 ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy jitmexxa skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, b’mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/EEC tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima taleffetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.

(12) Id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 fl-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy jitmexxa b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali Bulgara, l-arranġamenti għal-liċenzjar tagħha u skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, b’mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-attivitajiet relatati mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy se jsiru b’konformità mal-objettiv fundamentali li l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jkunu mħarsa mill-effetti dannużi tar-radjazzjonijiet jonizzanti, kif previst fil-leġiżlazzjoni eżistenti, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli mir-radjazzjonijiet jonizzanti, u b'hekk ikun żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza u ħarsien għas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali. Il-miżuri li jtaffu fis-settur tal-enerġija permezz tal-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu appoġġjati minn strateġija nazzjonali speċifika Bulgara.

 

---------------

1 ĠU L 159, 29.6.1996, p.1.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Premessa 12 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fir-rigward tal-fondi allokati għandhom jiġu żgurati permezz ta’ evalwazzjoni u verifiki tal-prestazzjoni tal-programmi ffinanzjati preċedentement.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ niżguraw li l-fondi allokati permezz tal-proġetti għall-perjodu bejn l-2007 u l-2009 qiesu l-ġestjoni finanzjarja soda hekk kif hemm definit fir-Regolament Finanzjarju.

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-Artikoli 53d, 108a u 165 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, u l-Artikoli 35 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej2 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati skont il-metodu ta' ġestjoni konġunta tal-implimentazzjoni tal-baġit.

 

------------

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

2 ĠU L 357, 31.12.2002, p.1.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni hija intitolata li timplimenta l-baġit tagħha b’ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jekk dawn l-organizzazzjonijiet japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, tal-anqas fejn jidħlu l-kontabilità, il-verifika, il-kontroll intern u l-proċeduri ta’ akkwist tagħhom.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-każ ta’ Kozloduy għandu jservi ta’ eżempju, u l-Kummissjoni għandha tfassal baġit sħiħ u preċiż tad-dekummissjonar għall-analiżi u għall-previżjoni tal-ispejjeż għad-dekummissjonar futur ta' impjanti nukleari.

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm u jagħti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex jindirizza d-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u l-konsegwenzi tal-għeluq tagħhom fil-Bulgarija (hawn taħt imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm u jagħti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex jindirizza l-proċess ulterjuri tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u l-konsegwenzi, fir-rigward tal-ambjent, l-ekonomija u s-sigurtà tal-provvista fir-reġjun, tal-għeluq bikri tagħhom fil-Bulgarija (hawn taħt imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”).

Ġustifikazzjoni

Ma jkunx hemm ħtieġa ta’ kumpens jekk l-impjanti jkomplu joperaw għall-perjodu ta’ żmien intenzjonat għall-operat tagħhom.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-programm Kozloduy tingħata biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għal miżuri konnessi mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, miżuri għal titjib ambjentali skont l-acquis u għall-immodernizzar tal-kapaċità konvenzjonali tall-produzzjoni biex tissostitwixxi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-erba’ reatturi tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u miżuri oħra li jinbtu minn din id-deċiżjoni biex jingħalaq u jkun iddekommissjonat l-impjant u li jikkontribwixxu għal ristrutturazzjoni, it-titjib tal-ambjent u l-modernizzazzjoni neċessarji tas-setturi tal-produzzjoni , it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Bulgarija kif ukoll biex titkabbar is-sikurezza tal-provvista u tal-effiċjenza tal-enerġija fil-Bulgarija. .

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-programm Kozloduy tingħata primarjament biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għal miżuri konnessi mad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy. Barra minn hekk hija tipprevedi miżuri għal titjib ambjentali skont l-acquis u għall-immodernizzar tal-kapaċità tal-produzzjoni biex tissostitwixxi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-erba’ reatturi tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u miżuri oħra li jinbtu minn din id-deċiżjoni biex jingħalqu u jkunu ddekommissjonati dawk l-unitajiet u li jikkontribwixxu għal ristrutturazzjoni, it-titjib tal-ambjent u l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ neċessarji tas-setturi tal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Bulgarija kif ukoll biex titkabbar is-sikurezza u standard ogħla tal-provvista u tal-effiċjenza tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-Bulgarija, filwaqt li jitħeġġu miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u jiġu promossi l-enerġiji rinnovabbli. L-għajnuna finanzjarja tista' tingħata wkoll biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni soċjoekonomika fil-komunitajiet milquta, pereżempju permezz tal-iżvilupp ta' impjiegi u industriji ġodda sostenibbli.

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ammont neċessarju tar-referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-programm Kozloduy għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 300 miljun.

1. L-ammont neċessarju tar-referenza finanzjarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 38 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, għall-implimentazzjoni tal-programm Kozloduy għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 300 miljun.

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-approprijazzjonijiet annwali jkunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji.

2. L-approprijazzjonijiet annwali jkunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji u skont ir-rekwiżiti tal-proċess tad-dekummissjonar.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Programm Kozloduy għandha tkun proċess mingħajr intoppi u ta’ suċċess tal-parteċipazzjoni ekonomika u soċjali tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ammont tal-approprijazzjonijiet allokati għall-Programm Kozloduy jista’ jkun revedut matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex jeżamina l-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-programm u jassigura li l-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi huma bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tal-ħlas u l-kapaċità tal-assorbiment.

3. L-ammont tal-approprijazzjonijiet allokati għall-Programm Kozloduy għandu jkun revedut kull sena matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex jitqiesu l-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-programm u l-impatti fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll il-konsegwenzi għall-ambjent, l-ekonomija u s-sigurtà tal-provvista bl-għeluq bikri tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u jassigura li l-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi huma bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tal-ħlas u l-kapaċità tal-assorbiment.

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri taħt il-Programm Kozloduy ikunu adottati skont l-Artikolu 8(2).

2. Il-miżuri taħt il-Programm Kozloduy għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 8(2). Huma għandhom jirrispettaw ir-regoli Ewropej li jirrigwardaw l-akkwist pubbliku.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kommissjoni jista’ jkollha verifika tal-użu tal-assistenza mwettqa jew direttament mill-persunal tagħha stess jew minn xi awtorità kkwalifikata oħra barranija li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perjodu tal-ftehim bejn il-Komunità u l-EBRD fuq il-fondi tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy u għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni.

1. Il-Kommissjoni għandha timmoniterja, u jista’ jkollha verifika tal-użu tal-assistenza mwettqa jew direttament mill-persunal tagħha stess jew minn xi awtorità kkwalifikata oħra barranija li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perjodu tal-ftehim bejn il-Komunità u l-EBRD fuq il-fondi tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy b’konformità mar-regoli tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija u għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni. L-iffinanzjar ta’ tali verifiki u kwalunkwe stima oħra ma jaqgħux fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-baġit għall-assistenza għad-dekummissjonar.

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal minn barra awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollhom dritt xieraq għall-aċċess, b’mod partikulari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex jitmexxew dawn ir-reviżjonijiet.

2. Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal minn barra awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollhom dritt xieraq għall-aċċess, b’mod partikulari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex jitmexxew dawn ir-reviżjonijiet. Il-verifiki għandhom ikopru wkoll l-istat ta’ approvazzjoni li jkun intlaħaq fil-qafas tad-dekummissjonar.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-fondi kif ukoll it-titjib tal-kontroll tal-użu effikaċi tagħhom.

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Qorti tal-Awdituri jkollha l-istess drittijiet, speċjalment tal-aċċess, bħall-Kummissjoni.

Il-Qorti tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew għandu jkollhom l-istess drittijiet, speċjalment tal-aċċess, bħall-Kummissjoni.

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kommissjoni tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta f’intervalli regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għandha twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu, kif ipprovdut f’Artikolu 3 (3).

Il-Kommissjoni tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta f’intervalli regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ fondi u l-attivitajiet imwettqa. Għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post, kif ipprovdut fl-Artikolu 3(3) u tirrapportahom it-tnejn lill-Parlament Ewropew.

 

L-evalwazzjoni ex-post għandu jkollha baġit sħiħ u preċiż tal-ispejjeż għad-dekummissjonar tal-impjant nukleari sabiex tkun tista' tippjana għan-nefqa tad-dekummissjonar għall-ġejjieni. Għandha tanalizza wkoll l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u tiffoka fuq l-impatt tar-residwi tar-radjazzjoni ħielsa u l-konsegwenzi għas-sigurtà tal-provvista.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-konformità, b'konformità mal-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, għall-anqas għal dawk li huma l-proċeduri tal-kontabilità, tal-verifika, tal-kontroll intern u tal-akkwist tal-EBRD.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni hija intitolata li timplimenta l-baġit tagħha b’ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jekk dawn l-organizzazzjonijiet japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, tal-anqas fejn jidħlu l-kontabilità, il-verifika, il-kontroll intern u l-proċeduri ta’ akkwist tagħhom.

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-qafas tal-adeżjoni tal-istati tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, l-użu tagħhom tal-enerġija nukleari kif ukoll il-ġestjoni tal-iskart radjoattiv saru kwistjoni ta’ importanza għall-Unjoni Ewropea. L-istandards ta’ sikurezza oġġettivament baxxi fil-pajjiżi li kienu se jissieħbu taw lok għal interventi u għoti ta’ assistenza finanzjarja bil-għan li tittejjeb il-protezzjoni tal-bniedem u l-ambjent.

Fejn jidħol id-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari, fil-biċċa l-kbira tal-istati l-introduzzjoni ta’ regoli legali u tekniċi għad-dekummissjonar bdiet biss wara l-adeżjoni tagħhom. Anki sal-lum, il-kapaċità tal-ġestjoni tal-iskart li jirriżulta mid-dekummissjonar għadha limitata.

F’xi wħud mill-Istati Membri l-ġodda, s’issa ma ġiex deċiż jekk il-fjuwil użat għandux jiġi pproċessat mill-ġdid jew żmaltit ġeoloġikament b’mod dirett. M’hemmx dubji li fil-pajjiżi kkonċernati, dan il-fatt iħalli effett fuq l-intensità li biha qed jiġi osservat il-progress fir-rigward tal-kwistjoni tal-iżmaltiment finali, partikularment fejn jidħlu l-iskart ta’ radjoattività għolja u l-fjuwil użat. Dan japplika b’mod partikulari fil-każ tal-Bulgarija. Bl-istess mod, f’dawn l-istati ma jeżistux pjanijiet obbligatorji għall-ġestjoni tal-iskart b’ħajja twila u b’livell ta’ rajdoattività baxx jew medju.

Skont l-istrateġija attwali, il-biċċa l-kbira tal-fjuwil użat fir-Repubblika tal-Bulgarija huwa pproċessat mill-ġdid fir-Russja. B’hekk, l-impatt importanti fuq il-bniedem u l-ambjent tal-ġestjoni tal-aktar prodott perikoluż li jirriżulta mill-użu tal-enerġija nukleari jiġi ttrasferit fi stat li mhux membru tal-UE. L-ipproċessar mill-ġdid jinvolvi kemm potenzjal ta’ periklu għoli ħafna fir-rigward tas-sikurezza (emissjonijiet radjoattivi għoljin ħafna tul l-operat normali u possibilità ta’ inċidenti gravi) u kemm periklu serju ta’ proliferazzjoni, jiġifieri tal-użu tal-enerġija nukleari għal skopijiet militari. L-ipproċessar mill-ġdid mhuwiex aċċettabbli bħala metodu tar-rimi ta’ fjuwil użat.

In-nuqqasijiet deskritti hawn fuq jaffettwaw anki l-interessi ta’ sigurtà tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, huwa ta’ importanza kbira li fl-istati tal-Ewropea Ċentrali u tal-Lvant isir progress mgħaġġel fir-rigward tal-iżmaltiment finali tal-fjuwil użat u tal-iskart ta’ radjoattività għolja.

Il-proposta għal regolament ippreżentata mill-Kummissjoni fid-dokument COM(2009)0581 hija maħsuba biex tiżgura l-assistenza finanzjarja għad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija kif ukoll għall-ġestjoni tas-sustanzi radjoattivi li jirriżultaw minnu.

Il-Kummissjoni tiġġustifika l-proposta tagħha bil-fatt li għal raġunijiet storiċi r-Repubblika tal-Bulgarija m’għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha riżervi suffiċjenti biex tkopri l-ispejjeż taż-żarmar tar-reatturi, u bl-impenji meħuda skont l-Att tal-Adeżjoni fir-rigward tal-għeluq kmieni tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy.

Ir-rapporteur taqbel ma’ din il-ġustifikazzjoni u tixtieq tenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Adeżjoni dwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandhom jiġu osservati miż-żewġ partijiet kontraenti. Għandhom jiġu evitati l-konsegwenzi possibbli msemmija mill-Kummissjoni fil-każ li l-UE tonqos milli tagħti assistenza finanzjarja, li jirrigwardaw tnaqqis fir-rigward tal-livell ta’ sikurezza fuq il-post u fir-rigward tal-operat mill-ġdid tal-unitajiet 3 u 4.

Il-bażi għad-deċiżjoni favur id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy kienet il-fatt, irrikonoxxut internazzjonalment, li r-reatturi tat-tip WWER 440/230 għandhom nuqqasijiet gravi konċettwali relatati mas-sikurezza li ma jistgħux jissewwew b’mod effikaċi u bi spejjeż aċċettabbli. Il-Kummissjoni kienet innutat il-fatt li f’kundizzjonijiet realistiċi, l-Unitajiet 1 sa 4 ma jistgħux jilħqu livell għoli ta’ sikurezza u ġiet stabbilita, fl-2002, in-neċessità tad-dekummissjonar tagħhom, liema neċessità ġiet ikkonfermata għal darba oħra fl-2009. Ir-rapporteur tappoġġja din l-opinjoni, iżda barra minn hekk tixtieq tinnota li, għalkemm il-livell ta’ sikurezza huwa partikularment insuffiċjenti fir-reatturi ta’ dan it-tip, huwa llimitat anki fil-każ tat-tipi ta’ reatturi l-oħrajn kollha u wieħed ma jista’ jeskludi inċidenti gravi għall-ebda tip ta’ reattur u fl-ebda pajjiż.

L-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy ingħalqu fi tmiem l-2002 u l-Unitajiet 3 u 4 fi tmiem l-2006, bl-iskop li jkunu dekummissjonati. Fiż-żewġ unitajiet li ngħalqu fl-2002, l-attivitajiet ta’ dekummissjonar għaż-żarmar immedjat jistgħu jitkomplew mingħajr interruzzjoni. Fl-Unitajiet 3 u 4 l-possibilitajiet għal attivitajiet ta’ dekummissjonar huma limitati peress li għad hemm fjuwil użat fil-ġwiebi tal-ħażna. Bil-għan li tiżdied is-sikurezza tal-impjant u għall-prevenzjoni tal-operat mill-ġdid ta’ dawn iż-żewġ unitajiet, jeħtieġ li l-fjuwil użat jiġi ttrasferit mill-aktar fis għall-faċilità esterna ta’ ħżin intermedju u jibda ż-żarmar immedjat.

Huwa maħsub li l-ispejjeż finanzjarji tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, inklużi r-rimi tal-iskart u l-ħżin intermedju tal-fjuwil użat, se jammontaw għal 1800 miljun EUR. Dan l-ammont imbassar huwa komparabbli pereżempju mal-ispejjeż meħtieġa għal żewġ sistemi ta’ żewġ unitajiet magħmulin minn reatturi tal-istess tip fi Greifswald fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Mill-ispejjeż iddikjarati fil-każ ta’ Greifswald, wieħed jista’ jiddeduċi ammont ta’ 1780 miljun EUR għal erba’ reatturi, waqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet parzjalment differenti.

Għall-istadju li jmiss tad-dekummissjonar tal-erba’ reatturi, il-gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija oriġinarjament talab 202 miljun EUR. L-iffinanzjar propost mill-Kummissjoni għad-dekummissjonar bejn l-2010 u l-2013 huwa ta' EUR 180 miljun. Il-komunità internazzjonali (magħmula prinċipalment mill-UE), sal-2006 tat l-ammont ta’ EUR 340 miljun (PHARE), mill-2007 sal-2008 tat l-ammont ta’ EUR 253 miljun (EBRD) u għall-2009 tat l-ammont ta’ EUR 89.5 miljun. L-iffinanzjar totali provdut għad-dekummissjonar sal-2013 se jkun ta' EUR 860 miljun. Għalkemm il-porzjon tal-fondi mogħtija sal-2006 u għall-2009 għalissa mhuwiex magħruf preċiżament, wieħed għandu jassumi li ħafna mill-ispejjeż sal-2013 għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart radjoattiv, kif ukoll tal-ħżin temporanju tal-fjuwil użat, kif previsti sa issa, se jkunu bejn wieħed u ieħor koperti.

Jekk titqies il-kontribuzzjoni li se jkollha titħallas mir-Repubblika tal-Bulgarija stess, l-ammont ta’ EUR 180 miljun propost mill-Kummissjoni Ewropea għall-kumplament tad-dekummissjonar jista' jitqies bħala xieraq.

L-ispejjeż finanzjarji ta’ EUR 1800 miljun imsemmija hawn fuq ma jinkludux l-infiq meħtieġ biex jinstab post permanenti għall-fjuwil użat; lanqas l-assistenza finanzjarja ta’ EUR 300 miljun proposta mill-Kummissjoni ma tinkludi proġett relatat. Kif diġà ġie deskritt hawn fuq, l-istrateġija segwita attwalment mill-Bulgarija fir-rigward tal-ipproċessar mill-ġdid barra mill-Unjoni Ewropea mhix aċċettabbli għal raġunijiet ta’ sikurezza u ta’ sigurtà. Fit-tielet rapport dwar il-Konvenzjoni Konġunta, bħala raġunijiet għad-deċiżjoni favur l-ipproċessar mill-ġdid minflok l-iżmaltiment dirett jissemmew l-insuffiċjenza tal-fondi disponibbli u l-evitar tal-impożizzjoni ta’ piż intollerabbli fuq ġenerazzjonijiet futuri.

L-argument tal-piż impost fuq ġenerazzjonijiet futuri mhux loġiku. Bis-saħħa tal-ipproċessar mill-ġdid ma titneħħa l-ebda waħda mis-sustanzi li jirriżultaw mill-użu tal-enerġija nukleari, jiġifieri dawn se jgħaddu wkoll f’idejn ġenerazzjonijiet futuri.

Ikun xieraq li l-fondi neqsin jingħataw mill-UE bil-għan li jintemm mill-aktar fis l-ipproċessar mill-ġdid. M’għandhomx isiru kuntratti ġodda dwar proċessar mill-ġdid, u hemm bżonn li tiġi eżaminata l-possibilità li jiġu tterminati l-kuntratti eżistenti. Skont it-tagħrif mogħti mill-Kummissjoni, il-bini tal-faċilità ta’ ħżin intermedju kif ukoll ix-xiri tal-kontenituri CONSTOR meħtieġa għall-fjuwil kollu tal-Unitajiet 1 sa 4 huma ffinanzjati bil-fondi diġà approvati. Mill-baġit ta’ EUR 120 miljun allokat għall-ġestjoni tal-fjuwil użat sal-2013, għandhom jiġu ffinanzjati miżuri għad-disponibilità aċċelerata tal-kapaċità sħiħa ta’ ħażna intermedja u għat-twettiq bla dewmien tal-proċedura ta’ għażla tal-lokalità għall-faċilità tal-iżmaltiment finali, kif ukoll miżuri biex tiġi eżaminata l-adegwatezza ġeoloġika.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament fuq assistenza finanzjarja fil-qafas tal-“Programm Kozloduy” tinkludi wkoll sussidji għal proġetti tal-enerġija. Ir-rapporteur tiċħad dan is-suġġeriment.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija diġà rċeviet aktar minn EUR 259 miljun f'appoġġ għall-proġetti tal-enerġija mill-EBRD. Skont it-tagħrif mogħti mill-Kummissjoni, dawk kellhom x’jaqsmu prinċipalment mat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija li jistgħu jiġġeddu. B’hekk il-Bulgarija tqiegħdet f’pożizzjoni li fiha l-kapaċità tagħha tal-produzzjoni tal-elettriku twassal għall-iġġenerar ta’ inqas CO2 u inġenerali għal inqas ħsarat lill-ambjent. Iżda min-naħa tagħha l-Bulgarija ddeċidiet li tkabbar il-kapaċità tal-produzzjoni tal-elettriku bis-saħħa tal-użu tal-enerġija nukleari. Fil-każ ta’ pajjiż li fl-istess ħin jirrifjuta wkoll l-użu tal-faħam, dan jista’ jwassal għal tnaqqis, għalkemm limitat, tal-emissjonijiet tas-CO2, iżda li xorta waħda jfisser żieda fl-impatt fuq il-bniedem u l-ambjent mir-radjoattività kif ukoll żieda fir-riskju għas-sikurezza kkawżat minn inċidenti potenzjali. Iżda peress li kull ewro investit fl-effiċjenza tal-enerġija jnaqqas ħafna aktar malajr ammonti ħafna ikbar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra minn kull ewro investit fl-iżvilupp tal-enerġija nukleari, iż-żamma tal-istrateġija nukleari fir-realtà twassal għal emissjonijiet ogħla minn strateġiji oħrajn.

Diġà għaddew 8 snin minn mindu ngħalqu l-Unitajiet 1 u 2, u l-għeluq, aktar minn tliet snin ilu, tal-Unitajiet 3 u 4, twettaq biss 5 snin qabel iż-żmien ippjanat fil-bidu nett. Dan ifisser li kien hemm żmien suffiċjenti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ kapaċità ta’ sostituzzjoni kif ukoll il-possibbilità li dan isir realtà, bis-saħħa tal-assistenza finanzjarja b’fondi tal-EBRD. L-għoti ta’ sussidji addizzjonali jfisser tagħwiġ tal-kompetizzjoni għad-detriment ta’ pajjiżi jew produtturi oħrajn. Il-liġi tal-UE ma tippermettix dan.

Il-provvista tal-elettriku fil-Bulgarija kienet tkun żgurata mingħajr diffikultà matul is-snin, mill-2007 ’l quddiem (jiġifieri wara d-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy). Għaldaqstant fil-Bulgarija, il-ħarsien tas-sigurtà tal-provvista ma jitlobx is-sostituzzjoni tal-kapaċità mitlufa tal-produzzjoni. Fil-każ li t-terminu “reġjun” fil-proposta tal-Kummissjoni jirreferi anki għal żoni li jinsabu barra mill-Bulgarija, qabelxejn jinħtieġu investigazzjonijiet dwar il-provvista f’dawn il-pajjiżi. Peress li l-pajjiżi ġirien, bl-eċċezzjoni tar-Rumanija u l-Greċja, mhumiex membri tal-UE, jinħtieġ ukoll eżami dwar kemm huwa aċċettabbli l-iffaċilitar, b’dan il-mod, tal-provvista tagħhom permezz ta’ fondi tal-UE. Barra minn hekk, l-operaturi Bulgari tal-installazzjonijiet ta’ provvista tal-elettriku qegħdin jiksbu dħul mill-esportazzjoni. Din l-esportazzjoni m’għandhiex tiġi ffinanzjata b’fondi tal-UE.

Meta wieħed iqis l-għoti ta’ 120 miljun EUR għall-ġestjoni tal-fjuwil użat, il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-dekummissjonar tidher xierqa:

It-tkomplija tal-assistenza mogħtija mill-baġit tal-UE taqdi l-interessi tal-UE fir-rigward tas-sikurezza u tas-sigurtà fil-kuntest tal-użu tal-enerġija nukleari.

L-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja permezz tal-EBRD hija xierqa.

Mingħajr l-assistenza, ma jistax jiġi eskluż li jiġu operati mill-ġdid l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u dan ifisser riskji kbar ta’ inċidenti. L-impatt ta’ inċidenti gravi ma jaffettwax lir-Repubblika tal-Bulgarija biss.

Ir-Repubblika tal-Bulgarija s’issa m’għandhiex riżervi suffiċjenti għad-dekummissjonar. Mingħajr il-fondi tal-UE, x’aktarx mhix żgurata t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ dekummissjonar fil-livell meħtieġ għall-ħarsien tal-bniedem u l-ambjent.

Minħabba li attwalment m’hemmx fondi suffiċjenti, l-assistenza tal-UE tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sikurezza għall-ħarsien tal-bniedem u l-ambjent waqt l-attivitajiet ta’ dekummissjonar.

L-użu tal-fondi tal-UE għandu jiġi llimitat għad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u, f’dan il-qafas, għall-proġetti definiti kif ukoll għat-twettiq mingħajr dewmien tal-ħżin intermedju fin-niexef u tal-iżmaltiment finali tal-fjuwil użat. Il-modifiki u ż-żidiet proposti fil-premessi u l-artikoli jippreċiżaw l-użu tal-fondi, u jorbtuh mal-għanijiet prijoritarji tal-UE, iż-żamma ta’ standards għoljin tas-sikurezza u tas-sigurtà waqt id-dekummissjonar u t-twettiq tas-suq liberalizzat tal-enerġija billi jiġi evitat li fit-tul ikun hemm tagħwiġ tal-kompetizzjoni.

L-Artikolu 6 tar-Regolament għandu jippermetti kontroll effikaċi tal-użu tal-fondi tal-UE u tal-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom. Biex dan ikun jista’ jsir, ikun utli l-għarfien tal-istat attwali tal-proċedura tal-approvazzjoni. Barra minn dan għandu jiġi eżaminat b’mod regolari jekk l-użu tal-fondi tal-UE huwiex qed iwassal għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (8.4.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill fuq assistenza finanzjarja tal-Komunità dwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija - “Il-Programm Kozloduy”
(COM(2009)0581 – C7‑0289/2009 – 2009/0172(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Assistenza finanzjarja Komunitarja tingħata lil-Litwanja, is-Slovakkja, u l-Bulgarija bħala appoġġ għall-isforzi biex jimplimentaw l-impenn tagħhom li jagħlqu r-reatturi nukleari tal-ewwel ġenerazzjoni. L-appoġġ għall-Bulgarija kien s’issa regolat mit-Trattat dwar l-Adeżjoni u kellu jintemm fl-2009, filwaqt li dak għal-Litwanja u s-Slovakkja se jkompli sal-2013. Fi żmien in-negozjati dwar il-qafas finanzjarju multiannwali l-Bulgarija kienet għadha ma saritx Stat Membru tal-UE u barra minn hekk, iddeċidiet dwar iż-żarmar pjuttost tard. Għalhekk ma ġiet inkluża l-ebda dispożizzjoni fil-qafas finanzjarju multiannwali tal-2007-2013 għal finanzjament wara l-2009.

L-appoġġ finanzjarju pprovdut sal-2009 għad-dekummissjonar kien iddedikat prinċipalment għall-ħidma ta’ tħejjija. L-għan ewlieni ta’ din il-proposta ta’ kontinwazzjoni huwa li tiġi estiża l-assistenza għall-Bulgarija biex takkumpanja u taċċerta l-manutenzjoni u d-dekummissjonar sikur tal-impjant ta’ Kozloduy skont pjan approvat. Il-proposta tipprovdi wkoll għal iktar miżuri ta’ mitigazzjoni fis-settur tal-enerġija. Il-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa mill-Komunità se tkun ta’ total ta’ EUR 300 miljun fl-2010-2013. L-assistenza finanzjarja se tkun disponibbli bħala kontribuzzjoni Komunitarja għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy amministrat mill-BERŻ.

Il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għall-kontinwazzjoni tal-appoġġ għad-dekummissjonar ta’ Kozloduy f’Ottubru 2009, f’nofs il-proċedura tal-baġit għall-2010. Il-proposta baġitarja għas-sena 2010 ġiet inkluża fl-Ittra li temenda 2. Wara li waslet tard ħafna, il-proposta ħolqot sfida konsiderevoli għall-awtorità baġitarja, minħabba li l-ħtiġijiet baġitarji tad-dekummissjonar ta’ Kozloduy kellhom ikunu taħt l-Intestatura 1a, bħall-Pjan Ewropew ta’ Rkupru, li kien jeħtieġ finanzjament ta’ kważi EUR 2 biljuni fl-2010. Meta tqiesu l-impenji politiċi li saru waqt in-negozjati tal-adeżjoni, kif ukoll il-ħtieġa ċara għall-iżgurar taż-żarmar sikur tat-teknoloġija nukleari l-qadima, kien tqies meħtieġ li jsir finanzjament għal Kozloduy. Fl-aħħar, il-mezzi baġitarji ta’ EUR 75 miljun meħtieġa fl-2010, ġew ipprovduti billi ntuża l-Istrument ta’ Flessibbiltà.

Il-finanzjament sussegwenti ta’ EUR 225 miljun fl-2011-2013, għandu, fil-prinċipju, jinsab taħt l-Intestatura 1a. Il-Kummissjoni inkludiet l-ammonti meħtieġa fil-programmazzjoni finanzjarja għal dak il-perjodu. Flimkien mal-bidliet l-oħra previsti, il-marġni fl-Intestatura 1a qed jonqos bil-ħeffa u, fl-2012, se joqrob l-34 miljun. Il-marġni se jkun daqsxejn ikbar fl-2011 u l-2013. Fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża mal-proposta, il-Kummissjoni tammetti li jista’ jkun li l-proposta tkun teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-IIA. Skont il-Punt 38 tal-istess IIA, minħabba li dan il-programm mhuwiex soġġett għall-proċedura ta’ kodeċiżjoni, ir-referenza finanzjarja li l-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jinkludi mhijiex se taffettwa s-setgħat tal-awtorità baġitarja. L-ammonti għalhekk se jiġu deċiżi fil-proċedura baġitarja annwali.

Il-finanzjament ta’ dan il-programm ma għandux jipperikola l-programmi u l-prijoritajiet eżistenti taħt l-Intestatura 1a. Għalhek soluzzjoni sostenibbli u effettiva għall-finanzjament multiannwali tiegħu tista’ tinkiseb biss fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali attwali li l-modifika u r-reviżjoni tiegħu għandhom jiġu proposti sal-aħħar tal-ewwel terminu tal-2010.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Iqis li l-proposta għal regolament tal-Kunsill hija konformi mal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) għall-2007-2013 iżda jqis li l-marġni li jibqa’ fis-sottointestatura 1a għall-2011-2013 huwa limitat ħafna; jenfasizza li l-finanzjament għal attivitajiet ġodda ma jridx jostakola l-programmi u l-inizjattivi eżistenti taħt is-sottointestatura 1a;

Emenda  2

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 b (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1 b. Itenni t-talba tiegħu, għalhekk, għall-preżentazzjoni ta’ strateġija multiannwali għall-programm ta’ dekummissjonar ta’ Kozloduy, kif ukoll għal prijoritajiet politiċi oħra taħt is-sottointestatura 1a, fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-MFF attwali, flimkien ma’ proposti konkreti biex jiġi aġġustat u rrevedut qabel it-tmiem tal-ewwel semestru tal-2010 billi jintużaw il-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA tas-17 ta’ Mejju 2006), partikolarment dawk fil-punti 21 sa 23 tiegħu;

Emenda  3

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 c (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Jindika li l-ammont annwali allokat għall-programm ta’ dekummissjonar ta’ Kozloduy se jiġi stabbilit waqt il-proċedura baġitarja annwali skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006;

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ammont neċessarju tar-referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-programm Kozloduy għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 300 miljun.

1. L-ammont neċessarju tar-referenza finanzjarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 38 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, għall-implimentazzjoni tal-programm Kozloduy għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 300 miljun.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI TAL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

8.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Estelle Grelier, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Sergio Paolo Francesco Silvestris, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédéric Daerden, Riikka Manner

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (8.4.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill fuq assistenza finanzjarja tal-Komunità dwar id-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy fil-Bulgarija
(COM(2009)0581 – C7‑0289/2009 – 2009/0172(NLE))

Rapporteur: Antonyia Parvanova

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Skont l-Artikolu 30 tal-Protokoll għat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, il-Bulgarija rrispettat l-impenji tagħha u l-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy (KNPP) ingħalqu. Il-Bulgarija issa qed tmexxi bid-dekummissjonar ta’ dawn l-erba’ unitajiet.

Għal ragunijiet ekonomiċi u ta’ saħħa, fl-2006 l-Gvern Bulgaru ppropona strateġija ta’ żarmar immedjata biex tieħu post l-istrateġija ta’ żarmar differita, f’konformità mal-aħjar prattiki internazzjonali, li tirrikjedi finanzjament addizzjonali f’waqtu sabiex ikun garantit proċess ta’ żarmar sikur u effikaċi.

Il-bidla mwettqa fl-istrateġija ta’ żarmar u dekummissjonar u l-konsegwenzi li kellha fir-rigward tal-finanzjament meħtieġ, kif ukoll il-konformità u t-twettiq tal-impenji relatati mal-KNPP, jiġġustifikaw l-estensjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Komunità sabiex ikun żgurat l-ogħla livell ta’ standards għal dawk li huma sikurezza u ambjent matul l-attivitajiet ta' żarmar u dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4.

Barra minn hekk, Stati Membri oħra bħas-Slovakkja u l-Litwanja bbenefikaw minn programm ta' appoġġ simili għad-dekummissjonar ta' Impjanti Nukleari li fir-realtà se jibqa' għaddej sal-2013, filwaqt li l-appoġġ għall-Bulgarija ntemm fl-2009. L-applikazzjoni tal-prinċipji Komunitarji ta’ solidarjetà u ta’ trattament ugwali bejn l-Istati Membri tikkostitwixxi raġuni ulterjuri għall-estensjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-Komunità.

Fir-rigward tad-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-KNPP, l-appoġġ tal-Komunità għandu jkun orjentat lejn mira waħda: li tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sikura u f’waqtha tal-attivitajiet ta’ dekummissjonar, filwaqt li jkun garantit li jintlaħqu l-ogħla livelli ta’ trasparenza u ħarsien ambjentali.

Għalhekk għandha ssir enfasi partikolari fuq l-istandards marbuta mas-sikurezza u l-ambjent matul kull fażi tal-proċess ta’ dekummissjonar, f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti, bħad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli mir-radjazzjonijiet jonizzanti. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema involuti fl-attivitajiet ta' dekummissjonar, flimkien mal-kontroll tas-saħħa fuq medda twila ta’ żmien.

It-trasparenza wkoll hija element fundamentali biex tiggarantixxi l-fehim u l-involviment tal-pubbliku ġenerali fid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-proċess ta’ dekummissjonar, kif ukoll f’għażliet futuri marbuta ma’ dan il-proċess ta’ dekummissjonar, bħal pereżempju r-rimi finali tal-iskart radjuattiv. Il-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali, bħall-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998, li diġà jipprevedu r-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntest nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, hi għalhekk kruċjali biex tiggarantixxi aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza.

Filwaqt li tingħata ħarsa lejn id-dispożizzjonijiet fir-regolament propost, li jappoġġa l-miżuri fis-settur tal-enerġija biex inaqqsu l-effett tal-għeluq bikri tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-KNPP, jidher essenzjali li għandu jitqies il-fatt li l-piż fuq is-setturi tal-enerġija u tal-elettriku, kif ukoll tal-ambjent, huwa ogħla sew minn dak li kien mistenni. Pereżempju, hu stmat li t-telf tal-kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni minħabba l-għeluq bikri tal-erba’ reatturi se jwassal għal volum addizzjonali sinifikattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, 15 TWh għall-perjodu 2011-2013 b’emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 ta’ madwar 1,2 Gg/GWh, u se jwassal għal kważi 18000 Gg (jew 18000 kt) ta' effett addizzjonali ekwivalenti ta’ CO2 għall-Bulgarija, li se jirrikjedi tnaqqis ulterjuri ta' CO2.

Il-konsegwenzi ġenerali u fit-tul tal-għeluq bikri tal-erba’ reatturi ħolqot ksur tal-prinċipji ewlenin li fuqhom hija bbażata fil-preżent l-istrateġija tal-enerġija tal-Unjoni: is-sostenibilità u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-kompetittività tas-settur tal-enerġija. Il-kapaċità produttiva tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-KNPP kellha tiġi sostitwita b'mod sostanzjali permezz tal-importazzjoni ta' enerġija primarja u ta’ enerġija fossili importata u nazzjonali.

L-estensjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għas-settur tal-enerġija tal-Bulgarija għalhekk hija kruċjali sabiex ikun żgurat li l-konsegwenzi fit-tul tal-għeluq bikri tal-erba’ reatturi – fir-rigward tal-ambjent, l-ekonomija u s-sigurtà tal-provvista fir-reġjun – jiġu indirizzati sew. Filwaqt li jiġi assigurat li l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, strateġija aġġornata dwar il-miżuri ta' mitigazzjoni fis-settur tal-enerġija għalhekk għandha tiffoka fuq is-sigurtà u l-affidabilità tal-provvista tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-konsum tal-enerġija, il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-effiċjenza tal-enerġija.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tiżgura li l-għajnuna tal-Komunità tkun konformi mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni rigward dan it-tip ta' metodu ta’ ġestjoni baġitarja billi twettaq dik magħrufa bħala valutazzjoni fuq "erba’ pilastri" jew il-valutazzjoni tal-konformità dwar standards aċċettati internazzjonalment, għall-anqas, tal-kontabilità, il-verifika, il-kontroll intern u l-proċeduri ta’ akkwist tal-EBRD.

Il-konsistenza u l-koerenza mal-istrateġiji tal-ambjent u tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu żgurati sabiex l-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-Komunità twassal għal dekummissjonar effikaċi u ottimali tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-KNPP.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Bulgarija kkommettiet ruħha li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 u l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u 31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament u tagħmel tiddekummissjona dawn l-unitajiet. L-Unjoni Ewropea esprimiet ir-rieda tagħha li tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sal-2009 bħala estensjoni tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni ppjanata taħt il-programm Phare b’sapport għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija.

(1) Il-Bulgarija kkommettiet ruħha li tagħlaq l-Unitajiet 1 u 2 u l-Unitajiet 3 u 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy sal-31 ta’ Diċembru 2002 u 31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament u li wara tiddekummissjona dawn l-unitajiet. L-Unjoni Ewropea esprimiet ir-rieda tagħha li tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sal-2009 bħala estensjoni tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni ppjanata taħt il-programm Phare b’sapport għall-isforzi tad-dekummissjonar tal-Bulgarija. L-Unjoni Ewropea tat ukoll assigurazzjonijiet politiċi li l-kontinwazzjoni tal-għajnuna Komunitarja se titqies fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Prospetti Finanzjarji 2007-2013.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-prinċipji ta’ solidarjetà tal-Komunità u t-trattament ugwali jirrikjedu li, bħalma ġara fil-passat, issa jittieħed approċċ imparzjali għall-Istati Membri fil-bżonn ta’ għajnuna finanzjarja għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari, wara l-impenji li ħadu biex jagħlqu l-unitajiet tal-impjanti nukleari, kif stipulat fit-Trattati tal-Adeżjoni tagħhom jew fil-Protokolli annessi.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Huwa daqstant importanti li jintużaw ir-riżorsi stess tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, għax dan jikkontribwixxi biex ikun hemm l-expertise neċessarju u fl-istess ħin itaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-għeluq kmieni billi jitħaddem kontinwament l-istaff mill-impjant nukleari magħluq. L-għajnuna finanzjarja kontinwata hija għalhekk importanti biex iżżomm l-istandard meħtieġ għas-sikurezza.

(5) Huwa daqstant importanti li jintużaw ir-riżorsi stess tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, għax dan jikkontribwixxi biex ikun hemm il-kompetenza neċessarja, jitjiebu l-għarfien u l-ħiliet, u fl-istess ħin itaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-għeluq kmieni billi jitħaddem kontinwament l-istaff mill-impjant nukleari magħluq. L-għajnuna finanzjarja kontinwata hija għalhekk importanti biex iżżomm l-istandards meħtieġa għas-sikurezza, is-saħħa u l-ambjent.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Unjoni tagħraf ukoll il-bżonn għall-għajnuna finanzjarja biex timxi ‘l quddiem b’miżuri ta' taffija fis-settur tal-enerġija wara t-telf minħabba l-għeluq tal-unitajiet nukleari u l-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista fir-reġjun.

(6) L-Unjoni tagħraf ukoll il-bżonn għall-għajnuna finanzjarja biex timxi ‘l quddiem b’miżuri ta' taffija fis-settur tal-enerġija wara t-telf minħabba l-għeluq tal-unitajiet nukleari u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent, il-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi u s-sigurtà tal-provvista fir-reġjun, u dwar il-volum ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, minħabba li l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta' Kozloduy kellha tiġi kkumpensata b’mod sostanzjali permezz ta’ importazzjonijiet ta’ enerġija primarja u b’enerġija fossili importata u nazzjonali, u b’enfasi speċjali fuq il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u jiġi żviluppat is-settur tal-enerġija li tiġġedded.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) It-telf tal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni minħabba l-għeluq bikri tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy wassal għal volum addizzjonali sinifikattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, stmat għal 15 TWh għall-perjodu 2011-2013 b’emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 ta’ madwar 1,2 Gg/GWh, u wassal għal kważi 18000 Gg (jew 18000 kt) ta' effett addizzjonali ekwivalenti ta’ CO2 għall-Bulgarija, li se jirrikjedi tnaqqis ulterjuri ta' CO2.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Miżuri ta' mitigazzjoni biex jitnaqqas l-impatt soċjoekonomiku tal-għeluq tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta' Kozloduy, bħal programmi ta' taħriġ mill-ġdid għall-istaff milqut biex jużaw il-ħiliet tagħhom f'setturi oħra, pereżempju għar-riċerka industrijali jew għall-enerġija li tiġġedded, jistgħu jeħtieġu l-assistenza finanzjarja tal-UE.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għaldaqstant, għandu jkun jiġi pprovdut għas-somma ta’ EUR 300 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja d-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy matul il-perjodu mill-2010 sal-2013.

(7) Għaldaqstant, għandu jkun jiġi pprovdut għas-somma ta’ EUR 300 miljun mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja d-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u l-miżuri ta' mitigazzjoni fis-settur tal-enerġija matul il-perjodu mill-2010 sal-2013.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Recital 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-approprijazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għad-dekummissjonar m’għandhomx iwasslu għal tfixkil fil-kompetizzjoni tal-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija fis-suq tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-approprijazzjonijiet għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri li jikkompensaw it-telfien tal-kapaċità tal-produzzjoni skont l-acquis.

(8) L-approprijazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għad-dekummissjonar m’għandhomx iwasslu għal tfixkil fil-kompetizzjoni tal-kumpaniji li jipprovdu l-enerġija fis-suq tal-enerġija fl-Unjoni. Dawn l-approprijazzjonijiet għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri li jikkompensaw it-telfien tal-kapaċità tal-produzzjoni skont l-acquis, iħeġġu miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u jippromwovu l-enerġiji rinnovabbli.

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex tkun assiguratab l-ogħla effiċjenza possibbli, id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandu jitwettaq permezz tal-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-unitajiet li se jingħalqu.

(11) Sabiex tkun assigurata l-ogħla effiċjenza possibbli u jitnaqqsu l-konsegwenzi ambjentali eventwali, id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy għandu jitwettaq permezz tal-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u l-ispeċifikazzjonijiet teknoloġiċi tal-unitajiet li se jingħalqu.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa kollha matul id-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy biex ikunu rrispettati l-obbligi stipulati fil-konvenzjonijiet internazzjonali li diġà jipprovdu għar-rekwiżiti meħtieġa fil-kuntesti nazzjonali, internazzjonali jew transkonfinali, bħalma huma l-Konvenzjoni Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-attivitajiet relatati mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy se jsiru f’konformità mal-mira fundamentali li l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jkunu mħarsa mill-effetti dannużi tar-radjazzjonijiet jonizzanti, kif previst fil-leġiżlazzjoni eżistenti, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli mir-radjazzjonijiet jonizzanti1, u b'hekk ikun żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza u ħarsien għas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali.

 

---------------

1 ĠU L 159, 29.6.1996, p.1.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-Artikoli 53d, 108a u 165 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, u l-Artikoli 35 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej2 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati skont il-metodu ta' ġestjoni konġunta tal-implimentazzjoni tal-baġit.

 

------------

1 ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

2 ĠU L 357, 31.12.2002, p.1.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni hija intitolata li timplimenta l-baġit tagħha b’ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jekk dawn l-organizzazzjonijiet japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, tal-anqas fejn jidħlu l-kontabilità, il-verifika, il-kontroll intern u l-proċeduri ta’ akkwist tagħhom.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-każ ta’ Kozloduy għandu jservi ta’ eżempju, u l-Kummissjoni għandha tfassal baġit sħiħ u preċiż tad-dekummissjonar għall-analiżi u għall-previżjoni tal-ispejjeż fil-ġejjieni għad-dekummissjonar tal-impjanti nukleari.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm u jagħti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex jindirizza d-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u l-konsegwenzi tal-għeluq tagħhom fil-Bulgarija (hawn taħt imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”).

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm u jagħti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità biex jindirizza d-dekummissjonar tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy u l-konsegwenzi, fir-rigward tal-ambjent, l-ekonomija u s-sigurtà tal-provvista fir-reġjun, tal-għeluq tagħhom fil-Bulgarija (hawn taħt imsejjaħ “Il-Programm Kozloduy”).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-programm Kozloduy tingħata biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għal miżuri konnessi mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, miżuri għal titjib ambjentali skont l-acquis u għall-immodernizzar tal-kapaċità konvenzjonali tall-produzzjoni biex tissostitwixxi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-erba’ reatturi tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u miżuri oħra li jinbtu minn din id-deċiżjoni biex jingħalaq u jkun iddekommissjonat l-impjant u li jikkontribwixxu għal ristrutturazzjoni, it-titjib tal-ambjent u l-modernizzazzjoni neċessarji tas-setturi tal-produzzjoni , it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Bulgarija kif ukoll biex titkabbar is-sikurezza tal-provvista u tal-effiċjenza tal-enerġija fil-Bulgarija. .

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-programm Kozloduy tingħata biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għal miżuri konnessi mad-dekummissjonar tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, miżuri għal titjib ambjentali skont l-acquis u għall-immodernizzar tal-kapaċità konvenzjonali tal-produzzjoni biex tissostitwixxi l-kapaċità tal-produzzjoni tal-erba’ reatturi tal-Impjant Nukleari ta’ Kozloduy, u miżuri oħra li jinbtu minn din id-deċiżjoni biex jingħalaq u jkun iddekommissjonat l-impjant u li jikkontribwixxu għal ristrutturazzjoni, it-titjib tal-ambjent u l-modernizzazzjoni neċessarji tas-setturi tal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fil-Bulgarija kif ukoll biex titkabbar is-sikurezza tal-provvista u tal-effiċjenza tal-enerġija fil-Bulgarija, filwaqt li jitħeġġu miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u l-promozzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli. L-għajnuna finanzjarja tista' tingħata wkoll biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni soċjoekonomika fil-komunitajiet milquta, pereżempju permezz tal-iżvilupp ta' impjiegi u industriji ġodda sostenibbli.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ammont tal-approprijazzjonijiet allokati għall-Programm Kozloduy jista’ jkun revedut matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex jeżamina l-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-programm u jassigura li l-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi huma bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tal-ħlas u l-kapaċità tal-assorbiment.

3. L-ammont tal-approprijazzjonijiet allokati għall-Programm Kozloduy għandu jkun revedut kull sena matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 biex jitqiesu l-progress magħmul bl-implimentazzjoni tal-programm u l-impatti fuq medda twila ta’ żmien kif ukoll il-konsegwenzi għall-ambjent, l-ekonomija u s-sigurtà tal-provvista bl-għeluq bikri tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-Impjant ta’ Kozloduy, u jassigura li l-programm u l-allokazzjoni tar-riżorsi huma bbażati fuq il-ħtiġijiet reali tal-ħlas u l-kapaċità tal-assorbiment.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kommissjoni jista’ jkollha verifika tal-użu tal-assistenza mwettqa jew direttament mill-persunal tagħha stess jew minn xi awtorità kkwalifikata oħra barranija li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perjodu tal-ftehim bejn il-Komunità u l-EBRD fuq il-fondi tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy u għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u jista’ jkollha verifika tal-użu tal-assistenza mwettqa jew direttament mill-persunal tagħha stess jew minn xi awtorità kkwalifikata oħra barranija li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perjodu tal-ftehim bejn il-Komunità u l-EBRD fuq il-fondi tal-Komunità għall-Fond Internazzjonali ta’ Għajnuna għad-Dekummissjonar ta’ Kozloduy u għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal minn barra awtorizzat mill-Kummissjoni għandhom ikollhom dritt xieraq għall-aċċess, b’mod partikulari għall-uffiċiji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex jitmexxew dawn ir-reviżjonijiet.

2. Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal minn barra awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollhom dritt xieraq għall-aċċess, b’mod partikulari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex jitmexxew dawn ir-reviżjonijiet. Il-verifiki għandhom ikopru wkoll l-istat ta’ approvazzjoni li jkun intlaħaq fil-qafas tad-dekummissjonar.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tal-fondi kif ukoll it-titjib tal-kontroll tal-użu effikaċi tagħhom.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kommissjoni tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta f’intervalli regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għandha twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu, kif ipprovdut f’Artikolu 3(3).

Il-Kommissjoni tassigura l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post, kif ipprovdut fl-Artikolu 3(3) u tirrapportahom it-tnejn lill-Parlament Ewropew.

 

L-evalwazzjoni ex-post għandu jkollha baġit sħiħ u preċiż tal-ispejjeż għad-dekummissjonar tal-impjant nukleari sabiex tkun tista' tippjana għan-nefqa tad-dekummissjonar għall-ġejjieni. Għandha tanalizza wkoll l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u tiffoka fuq l-impatt tar-residwi tar-radjazzjoni ħielsa u l-konsegwenzi għas-sigurtà tal-provvista.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-konformità, fir-rigward tal-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, għall-anqas għal dawk li huma l-proċeduri tal-kontabilità, tal-verifika, tal-kontroll intern u tal-akkwist tal-EBRD.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni hija intitolata li timplimenta l-baġit tagħha b’ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jekk dawn l-organizzazzjonijiet japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati fuq livell internazzjonali, tal-anqas fejn jidħlu l-kontabilità, il-verifika, il-kontroll intern u l-proċeduri ta’ akkwist tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Julie Girling, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bill Newton Dunn, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Bart Staes, Michail Tremopoulos, Thomas Ulmer, Marita Ulvskog

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.4.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Christian Ehler, Lena Ek, Ioan Enciu, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Sajjad Karim, Arturs Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Rebecca Harms, Oriol Junqueras Vies, Ivailo Kalfin, Ivari Padar, Vladko Todorov Panayotov, Markus Pieper, Mario Pirillo, Vladimír Remek, Frédérique Ries, Theodoros Skylakakis, Silvia-Adriana Ţicău, Hermann Winkler