RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
6.5.2010 - (11962/2009 – C7‑0034/2010 – 2007/0286(COD)) - ***II
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Holger Krahmer
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni)
(11962/2009 – C7‑0034/2010 – 2007/0286(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11962/2009 – C7-0034/2010),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0844),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0002/296/2008),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1],
– Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],
– Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0145/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari kif stabbilita hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(2) Sabiex ikun hemm prevenzjoni u tnaqqis u sa fejn hu possibbli l-eliminazzjoni ta' tniġġis li jkun ġej minn attivitajiet industrijali, b'konformità mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-prinċipju tal-prevenzjoni tat-tniġġis, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas ġenerali għall-kontroll tal-attivitajiet industrijali ewlenin, billi tingħata prijorità lill-intervent f’ras il-għajn u tiġi żgurata l-ġestjoni prudenti tar-riżorsi naturali. |
(2) Sabiex ikun hemm prevenzjoni u tnaqqis u sa fejn hu possibbli l-eliminazzjoni ta' tniġġis li jkun ġej minn attivitajiet industrijali, b'konformità mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-prinċipju tal-prevenzjoni tat-tniġġis, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas ġenerali għall-kontroll tal-attivitajiet industrijali ewlenin, billi tingħata prijorità lill-intervent f’ras il-għajn, tiġi żgurata l-ġestjoni prudenti tar-riżorsi naturali u jitqiesu, fejn ikun meħtieġ, is-sitwazzjoni soċjoekonomika u l-karatteristiċi lokali speċifiċi tal-post fejn l-attività titwettaq. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li jiġi kkonsolidat l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ eċċezzjonijiet ġustifikati li diġà huma inklużi fil-pożizzjoni tal-Kunsill. | |
Emenda 2 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(3) Diversi modi ta’ kontroll tal-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija separatament jistgħu jħajru ċ-ċaqliq tat-tniġġis minn mezz ambjentali wieħed għal ieħor pjuttost milli jiġi protett l-ambjent kollu kemm hu. Jixraq għalhekk li jiġi pprovdut approċċ integrat għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, għall-immaniġġjar tal-iskart, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prevenzjoni tal-aċċidenti. |
(3) Diversi modi ta’ kontroll tal-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija separatament jistgħu jħajru ċ-ċaqliq tat-tniġġis minn mezz ambjentali wieħed għal ieħor pjuttost milli jiġi protett l-ambjent kollu kemm hu. Jixraq għalhekk li jiġi pprovdut approċċ integrat għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, għall-immaniġġjar tal-iskart, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prevenzjoni tal-aċċidenti, u li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni Ewropea billi jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni ambjentali għall-impjanti industrijali. |
Ġustifikazzjoni | |
Livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali mingħajr ma jinħolqu distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fl-UE jkun jista’ jintlaħaq biss meta l-impjanti industrijali madwar l-UE jissodisfaw l-istandards ambjentali bbażati fuq il-BAT. | |
Emenda 3 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 9 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(9) Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-regolamentazzjoni, il-permess għal installazzjoni koperta mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità m'għandux jinkludi valur limitu għall-emissjonijiet ta’ emissjonijiet diretti tal-gassijiet serra speċifikati fl-Anness I għal dik id-Direttiva għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis lokali sinifikanti jew meta installazzjoni tkun eskluża minn dik l-iskema. |
(9) Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-regolamentazzjoni, il-permess ta’ installazzjoni koperta mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra fi ħdan il-Komunità mhux rikjest li jinkludi valur limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis lokali sinifikanti jew meta installazzjoni tkun temporanjament eskluża minn dik l-iskema. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda bbażata fuq ir-Regola 66.2d bil-għan li (i) ikun hemm ċertezza legali billi, skont l-Artikolu 193 TFEU, il-liġijiet tal-Unjoni ma jżommux lill-Istati Membri milli japplikaw rekwiżiti nazzjonali aktar rigorużi dwar il-gassijiet serra, u (ii) sabiex dawk l-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw dawn ir-rekwiżiti jkunu jistgħu jagħmlu dan permezz tal-permess integrat maħruġ skont din id-Direttiva. Mill-ewwel qari fil-PE, ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Kummissjoni diġà taw interpretazzjonijiet legali differenti tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 9.1. | |
Emenda 4 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 9 a (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(9a) Skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, m’hemm xejn f’din id-Direttiva li ma jħallix lill-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar rigorużi, pereżempju r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-installazzjonijiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, sakemm dawn il-miżuri jkunu kompatibbli mat-Trattati u l-Kummissjoni tkun ġiet mgħarrfa. |
Ġustifikazzjoni | |
Mindu sar l-ewwel qari, kien hemm dibattiti pubbliċi f’diversi Stati Membri dwar l-adozzjoni ta’ regoli dwar l-emissjonijiet tas-CO2 minn impjanti termali tal-enerġija ġodda. Ġew espressi fehmiet diverġenti dwar il-kompatibilità ta’ dawn il-miżuri mal-liġi tal-UE. Għaldaqstant emenda biex tiċċara dan hija ġustifikata skont ir-Regola ta’ Proċedura 66.2(d) tal-Parlament “biex jitqiesu fatt ġdid jew sitwazzjoni legali ġdida li seħħew wara l-ewwel qari.” | |
Emenda 5 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 14 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(14) Huwa importanti li tiġi pprovduta flessibbiltà suffiċjenti lill-awtoritajiet kompetenti biex jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kondizzjonijiet normali ta' tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi limiti ta' emissjonijiet li jvarjaw mil-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli f'termini tal-valuri, il-perijodi ta' żmien u l-kondizzjonijiet ta' referenza applikati, dment li jista' jintwera', permezz tar-riżultati tal-monitoraġġ ta' emissjonijiet, li l-emissjonijiet ma qabżux il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. |
(14) Huwa importanti li tiġi pprovduta flessibbiltà suffiċjenti lill-awtoritajiet kompetenti biex jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kondizzjonijiet normali ta' tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permessi naturalment tirriżulta f'livelli operazzjonali taħt dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi limiti ta' emissjonijiet li jvarjaw mil-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli f'termini tal-valuri, il-perijodi ta' żmien u l-kondizzjonijiet ta' referenza applikati, dment li jista' jintwera', permezz tar-riżultati tal-monitoraġġ ta' emissjonijiet, li l-emissjonijiet ma qabżux il-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. |
Emenda 6 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 37 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(37) Sabiex jiġi pprevenut, imnaqqas u, safejn hu possibbli, jiġi eliminat it-tniġġis li ġej mill-attivitajiet industrijali bl-iktar mod kost-effettiv filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent b'mod sħiħ, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, jistgħu jiġu esplorati l-possibbiltajiet għal strumenti bbażati fuq is-suq, bħall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tal-kubrit. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-introduzzjoni ta’ strumenti bbażati fuq is-suq tkompli tikkomplika l-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu u ta’ dijossidu tal-kubrit għandhom impatti lokali u/jew reġjonali u għalhekk ma jistgħux ikunu suġġetti għal kummerċ fuq l-iskala tal-UE. Tħassir tat-test il-ġdid mill-Kunsill. | |
Emenda 7 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 38 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(38) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. |
(38) Skont l-Artikolu 291 TFUE, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, minħabba n-neċessità li tiġi adottata u implimentata kemm jista’ jkun malajr din id-Direttiva, il-kontroll min-naħa tal-Istati Membri għandu jiġi eżerċitat bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet jibqgħu kompatibbli mat-Trattati emendati. Ir-referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jiġu sostitwiti bir-referenzi għar-regoli u l-prinċipji stabbiliti fir-regolament il-ġdid hekk kif ir-regolament jidħol fis-seħħ. |
Emenda 8 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 39 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(39) Sabiex id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku abbażi tal-aħjar teknika disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adattament ta' ċerti partijiet tal-Annessi V, VI u VII għal dan il-progress xjentifiku u tekniku. Fil-każ tal-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u l-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, dan jista’ jinkludi l-ħolqien ta’ kriterji li jippermettu derogi mill-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta’ trab totali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tikkonsulta l-esperti matul il-ħidma preparatorja tagħha, f'konformità mal-impenji li saru fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(39) Sabiex id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku abbażi tal-aħjar teknika disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT u s-supplimentar jew l-emendar tal-valuri limitu tal-emissjonijiet u r-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità diġà stabbiliti skont din id-Direttiva. Fil-każ tal-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u l-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart, dan jista’ inter alia jinkludi l-ħolqien ta’ kriterji li jippermettu derogi mill-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta’ trab totali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell espert, tul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha inkluż inkluż f’livell ta' esperti. |
Ġustifikazzjoni | |
Barra mid-derogi mir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tat-trab mill-impjanti ta’ inċenerituri tal-iskart, għandhom jitqiesu derogi oħrajn basta f’termini ta’ ħarsien tal-ambjent. Dan jista’ jwassal għal riduzzjoni ulterjuri tal-oneru amministrattiv mhux neċessarju għall-SMEs li jintlaqtu bil-kbir bid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV billi dak il-kapitolu huwa soġġett għal livell minimu de minimis. Matul il-fażi preparatorja tal-adozzjoni tal-atti delegati huwa essenzjali li l-Kummissjoni tiżgura l-involviment wiesa’ ta' esperti mill-Istati Membri, mill-industrija, mill-NGOs, kif iddelineat inter alia f'Kapitolu 3.1 tal-COM (2007) 844 finali. | |
Emenda 9 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 39 a (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(39a) Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu supplimentati jew emendati bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti madwar l-UE tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE ħalli tkompli tikkjarifika l-kriterjili għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti meta jiġu stabbiliti, f’għadd limitat ta’ każijiet speċifiċi, valuri ta’ emissjonijiet anqas stretti għall-installazzjonijiet billi jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-qagħda ġeografika jew il-kundizzjonijiet ambjentali lokali ta' installazzjoni jew il-karatteristiċi tekniċi tagħha. Dawk il-valuri tal-emissjonijiet ma għandhomx b’danakollu jeċċedu r-rekwiżiti minimi tal-Unjoni għall-valuri limitu ta' emissjonijiet u r-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 10 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 39 b (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(39b) Inoltre, sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu supplimentati jew emendati bil-għan li jiġu żgurati implimentazzjoni konsistenti madwar l-UE tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta’ regoli li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-perjodi ta’ bidu u ta’ tmiem, id-data minn meta għandu jitwettaq il-kejl b’mod kontinwu tal-emissjonijiet fl-arja ta’ metalli tqal, dijossini u furani, u t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li l-Istati Memrbi għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni u kriterji oħrajn dwar l-istima tar-riskji ambjentali. |
Emenda 11 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 39 c (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(39c) Sabiex jiġu indirizzati t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern jew kwistjonijiet ambjentali sinifikanti, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki disponibbli minn ċerti attivitajiet jew tal-impatt ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-ambjent b’mod ġenerali, tippreżenta proposti għal rekwiżiti minimi għall-valuri limitu ta’ emissjonijiet u għal regoli dwar il-monitoraġġ jew il-konformità, għall-Unjoni kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 12 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – punt 14 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(14) 'operatur' tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla l-installazzjoni jew impjant ta' kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart kollha jew parti minnhom jew , fejn dan hu previst fil-legislazzjoni nazzjonali, li għaliha jkun ġie delegat poter deċiżiv ekonomiku fuq il-funzjonament tekniku tal-installazzjoni jew l-impjant; |
(14) 'operatur' tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla l-installazzjoni jew impjant ta' kombustjoni, impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jew , fejn dan hu previst fil-legislazzjoni nazzjonali, li għaliha jkun ġie delegat poter deċiżiv ekonomiku fuq il-funzjonament tekniku tal-installazzjoni jew l-impjant; |
Ġustifikazzjoni | |
Tħassir ta’ terminu ġdid introdott mill-Kunsill. | |
Emenda 13 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – punt 18 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(18) 'rapport ta' bażi' tfisser informazzjoni dwar il-qagħda tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan minn sustanzi rilevanti perikolużi; |
(18) 'rapport ta' bażi' tfisser informazzjoni kwantifikata dwar il-qagħda tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma tal-pjan minn sustanzi rilevanti perikolużi; |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 15 tal-ewwel qari. | |
Emenda 14 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – punt 22 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(22) 'tjur' tfisser it-tjur kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjonijiet ta' tjur u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi; |
(22) 'tjur' tfisser it-tjur kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjonijiet ta' tjur u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi1, ħlief għat-tjur tal-ispeċi tas-summien; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttiva tinkludi s-summien (0.25 kg) fil-kategorija tat-tjur, u tqabbel it-trobbija tas-summien mat-trobbija tat-tiġieġ (2 kg) jew tad-dundjani (10 kg), meta fil-fatt l-impatt ambjentali tagħha huwa ferm aktar baxx. Huwa għalhekk importanti ħafna li titqies in-natura speċjali tat-trobbija tas-summien meta din titqabbel ma' tipi oħrajn ta' trobbija tat-tjur. L-applikazzjoni tad-Direttiva għat-trobbija tas-summien hija sproporzjonata u ma tistax tiġi ġustifikata minħabba raġunijiet ambjentali. Jekk dawn id-distinzjonijiet jiġu injorati, hemm ir-riskju li t-trobbija tas-summien fl-Ewropa tintemm, b'hekk jintilfu mijiet ta' impjiegi. | |
Emenda 15 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – punt 26 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(26) 'sigħat ta' tħaddim' tfisser iż-żmien, espress f'sigħat, li matulu impjant ta' kombustjoni, kollu kemm hu jew parti minnu, qiegħed jiffunzjona u jitfa' emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perijodi tal-bidu u tal-għeluq; |
(26) 'sigħat ta' tħaddim' tfisser iż-żmien, espress f'sigħat, li matulu impjant ta' kombustjoni, kollu kemm hu jew parti minnu, qiegħed jiffunzjona u jitfa' emissjonijiet fl-arja, inklużi l-perijodi tal-bidu u tal-għeluq; |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda għal definizzjoni ġdida introdotta mill-Kunsill.Ikun hemm emissjonijiet sinifikanti waqt iż-żminijiet ta’ twaqqif u tal-għeluq. | |
Emenda 16 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – punt 46 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(46a) “regoli ġenerali vinkolanti” tfisser valuri limitu tal-emissjonijiet jew kundizzjonijiet oħrajn, definiti fil-leġiżlazzjoni ambjentali, mill-inqas fil-livell settorjali, li jiġu stipulati bl-intenzjoni li jintużaw direttament ħalli jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għal permess. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm bżonn ta’ definizzjoni ċara ta’ ‘regoli ġenerali vinkolanti’. Dħul mill-ġdid tal-Emenda 17 tal-ewwel qari. | |
Emenda 17 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Fejn il-ksur tal-kondizzjonijiet għal permess ikun ta' periklu immedjat t għas-saħħa tal-bniedem jew jhedded li jikkawża effett immedjat negattiv sinifikanti fuq l-ambjent , u sakemm ma jerġax ikun hemm konformità skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tħaddim tal- installazzjoni, l-impjant ta' kombustjoni, l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jew il-parti rilevanti tiegħu għandha tkun sospiża. |
Fejn il-ksur tal-kondizzjonijiet għal permess ikun ta' periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, u sakemm ma jerġax ikun hemm konformità skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tħaddim tal- installazzjoni, l-impjant ta' kombustjoni, l-impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart, l-impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart jew il-parti rilevanti tiegħu għandha tkun sospiża |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid parzjali tal-Emenda 21 tal-ewwel qari. | |
Emenda 18 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Meta l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn installazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fejn tidħol attività mwettqa f'din l-installazzjoni, il-permess m'għandux jinkludi valur limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta' dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis lokali sinifikanti. |
1. Meta l-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn installazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE fejn tidħol attività mwettqa f'din l-installazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux valur limitu tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta' dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis lokali sinifikanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda bbażata fuq ir-Regola 66.2d bil-għan li (i) ikun hemm ċertezza legali billi, skont l-Artikolu 193 TFEU, il-liġijiet tal-Unjoni ma jżommux lill-Istati Membri milli japplikaw rekwiżiti nazzjonali aktar rigorużi dwar il-gassijiet serra, u (ii) sabiex dawk l-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw dawn ir-rekwiżiti jkunu jistgħu jagħmlu dan permezz tal-permess integrat maħruġ skont din id-Direttiva. Mill-ewwel qari fil-PE, ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Kummissjoni diġà taw interpretazzjonijiet legali differenti tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 9.1. | |
Emenda 19 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
B'kont meħud tal-opinjoni tal-forum, il-gwida msemmija fil-punt (c) u (d) tat-tieni subparagrafu għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 75(2). |
B'kont meħud tal-opinjoni tal-forum, il-gwida msemmija fil-punt (c) u (d) tat-tieni subparagrafu għandha tiġi adottata b’mod konsistenti f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 75(2) u għandha tkun konsistenti mal-opinjoni tal-Forum. |
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-kumitat regolatorju jkun konsistenti mal-opinjoni tal-Forum. | |
Emenda 20 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha takkwista l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u għandha tqis din l-opinjoni għall-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 5. |
4. Il-Kummissjoni għandha takkwista u tagħmel disponibbli pubblikament l-opinjoni tal-forum dwar il-kontenut propost tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u għandha tqis din l-opinjoni għall-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 5. |
Emenda 21 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 5 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
5. Deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 75(2). |
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 76, deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 22 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 5 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
5a. Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT skont il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bżonn ta’ azzjoni tal-Unjoni permezz tal-iffissar ta’ rekwiżiti minimi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità fir-rigward ta’ attivitajiet fl-ambitu tal-konklużjonijiet tal-BAT ikkonċernati, abbażi tal-kriterji li ġejjin: |
|
(a) l-impatt tal-attivitajiet ikkonċernati fuq l-ambjent b’mod ġenerali; u |
|
(b) il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli għall-attivitajiet ikkonċernati. |
|
Il-Kapitolu III u l-Anness V għal din id-Direttiva għandhom jitqiesu li jagħtu r-rekwiżiti minimi għall-Unjoni kollha fil-każ ta’ impjanti kbar ta’ kombustjoni. |
|
Wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-forum imsemmi fil-paragrafu 3, u sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 23 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 5 b (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
5b. Meta r-rapport imsemmi fil-paragrafu 5a jidentifika l-ħtieġa ta’ rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni għall-valuri limitu tal-emissjonijiet jew regoli dwar l-valutazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-opzjonijiet għall-istabbilment ta’ tali rekwiżiti. Fejn ikun proprju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għar-rekwiżiti minimi fi żmien 18-il xahar mis-sottomissjoni tar-rapport li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 5a. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 24 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 6 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
6. Wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni skont il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli pubblikament id-dokument ta' referenza tal-BAT. |
6. Wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni skont il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli pubblikament id-dokument ta' referenza tal-BAT u tiżgura li l-konklużjonijiet tal-BAT tad-dokument ta’ referenza tal-BAT ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri. Fuq it-talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli d-dokument ta’ referenza tal-BAT kollu kemm hu fil-lingwa mitluba. L-aġġornar tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT għandu jiġi finalizzat sa mhux aktar tard minn 8 snin wara l-pubblikazzjoni tal-verżjoni preċedenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 25 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c – punt i | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(i) il-metodoloġija tal-kejl, il-frekwenza u l-proċedura ta' valutazzjoni; u |
(i) il-metodoloġija tal-kejl, il-frekwenza u l-proċedura ta' valutazzjoni jew metodi ekwivalenti; u |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 14(1) jgħid li l-permess għandu jinkludi l-kejl neċessarju kollu. Dan huwa aktar ċar f'Paragrafu 1 punt c(i). Irid jingħad ukoll, għall-finijiet ta’ kjarifika, li metodi oħrajn stabbiliti sew li jissodisfaw l-istandards ambjentali għoljin meħtieġa jistgħu jibqgħu jintużaw ukoll. Din l-emenda tista’ wkoll tagħmel possibbli metodi alternattivi, sabiex is-sistema Ġermaniża (ebda kejl fl-impriżi tat-trobbija tal-annimali, u minflok jintuża l-metodu fiss ta’ għadd tal-annimali) tkun tista’ tinżamm. | |
Emenda 26 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(d) regolarment u mill-anqas darba fis-sena obbligu biex l-awtorità kompetenti tkun fornuta bi: |
(d) regolarment u mill-anqas darba fis-sena obbligu biex l-awtorità kompetenti tkun fornuta bi: |
(i) informazzjoni abbażi ta' riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) u data oħra biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet għal permess; u |
(i) informazzjoni abbażi ta' riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (c) u data oħra rekjesta biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet għal permess ;. u and |
(ii) fejn jiġi applikat il-punt (b) tal-Artikolu 15(3), sommarju tar -riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet li jippermetti li jsir paragun mal-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli; |
(ii) fejn jiġi applikat il-punt (b) tal-Artikolu 15(3), sommarju tar -riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet li jippermetti li jsir paragun mal-livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli; |
|
L-awtorità kompetenti tista’ titlob l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) kull 24 xhar biss, sakemm ma jiġix identifikat xi ksur serju tal-kundizzjonijiet tal-permess waqt li tkun qed twettaq l-ispezzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tfittex kompromess rigward l-obbligu rikorrenti ta’ rappurtaġġ għall-operaturi lill-awtorità kompetenti. Hija tqis ukoll l-Emenda 20 tal-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament (rappurtaġġ tal-anqas kull sentejn – wara li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-ispezzjonijiet) u tiċċara li l-kundizzjonijiet tal-permess għandhom jippreskrivu biss il-preżentazzjoni tad-data li fil-fatt tinħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità. | |
Emenda 27 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 1 - subparagrafu 2 - punt f | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(f) miżuri relatati ma' kondizzjonijiet minbarra l-kondizzjonijiet normali ta' tħaddim bħall-bidu tat-tħaddim, tnixxijiet minħabba ħsara, waqfien momentarju, u waqfien definittiv tat-tħaddim; |
(f) miżuri relatati ma' kondizzjonijiet minbarra l-kondizzjonijiet normali ta' tħaddim bħall-bidu u t-tmien tat-tħaddim, tnixxijiet minħabba ħsara, waqfien momentarju, u waqfien definittiv tat-tħaddim; |
Emenda 28 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, l-awtorità kompetenti tista' tiġi permessa tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti għal permess minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, l-awtorità kompetenti tista' tiġi permessa tistabbilixxi kondizzjonijiet aktar stretti għal permess minn dawk li jistgħu jinkisbu bl-użu tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li bihom l-awtorità kompetenti tista’ tiffissa kondizzjonijiet aktar stetti. |
Emenda 29 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 – paragrafu 6 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
6. Fejn attività jew tip ta' proċess ta' produzzjoni imwettqa f'installazzjoni, mhumiex koperti minn kwalunkwe waħda mill-konklużjonijiet tal-BAT jew fejn dawk il-konklużjonijiet ma jindirizzawx l-effetti ambjentali potenzjali kollha tal-attività jew il-proċess , l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal permess abbażi ta l-aħjar metodi tekniċi disponibbli li hi tkun iddeterminat għall-attivitajiet jew il-proċessi kkonċernati, billi tikkunsidra b'mod speċjali l-kriterji elenkati fl-Anness III . |
6. Fejn attività jew tip ta' proċess ta' produzzjoni imwettqa f'installazzjoni, mhumiex koperti minn kwalunkwe waħda mill-konklużjonijiet tal-BAT jew fejn dawk il-konklużjonijiet ma jindirizzawx l-effetti ambjentali potenzjali kollha tal-attività jew il-proċess, l-awtorità kompetenti għandha b’konsultazzjoni mal-operatur tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal permess abbażi ta l-aħjar metodi tekniċi disponibbli li hi tkun iddeterminat għall-attivitajiet jew il-proċessi kkonċernati, billi tikkunsidra b'mod speċjali l-kriterji elenkati fl-Anness III . |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa l-operatur dak li jaf l-aħjar il-proċess tiegħu, u huwa għandu jkun involut fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permess li jistgħu jinkisbu permezz tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli. Dħul mill-ġdid parzjali tal-Emenda 30 tal-ewwel qari. | |
Emenda 30 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 15 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. B'deroga mit- tielet paragrafu, l-awtorità kompetenti tista', f'każijiet speċifiċi, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi billi jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata, il-pożizzjoni ġeografika tagħha u l-kondizzjonijiet ambjentali lokali, tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti mill-applikazzjoni tal-paragrafu 3. |
4 . B'deroga mit-tielet paragrafu u bla ħsara għall-Artikolu 18, l-awtorità kompetenti tista' f'numru limitat ta' każijiet speċifiċi, tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet anqas stretti. Tali deroga tista’ tapplika biss meta valutazzjoni turi li: |
|
a)il-lokazzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet ambjentali lokali tal-installazzjoni kkonċernata ma jippermettux l-implimentazzjoni, f’din l-installazzjoni jew f’parti minn din l-installazzjoni, tal-aħjar tekniki disponibbli deskritti fid-dokument ta’ referenza tal-BAT jew; |
|
b) għall-installazzjonijiet ġa eżistenti fiż-żmien tal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT, il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata jipprevjenu l-implimentazzjoni, in toto jew in parte, minn dik l-installazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli kif deskritt fid-dokument ta' referenza tal-BAT u; |
|
c) l-implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli kif jingħad fid-dokument ta’ referenza tal-BAT tkun twassal għal kostijiet sproporzjonatament għoljin għal dik l-installazzjoni pparagunat mal-benefiċċji għall-ambjent. Dawn l-ispejjeż għoljin b’mod sproporzjonat iridu jkunu spejjeż li ma kinux ġew meqjusa fl-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar tekniki disponibbli kif jingħad fl-Artikolu 13. |
L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu inkluż ir-riżultat tal-valutazzjoni u l-ġustifikazzjoni għall-kondizzjonijiet imposti. |
L-awtorità kompetenti għandha tiddokumenta f’anness għall-kondizzjonijiet għal permess, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu inkluż ir-riżultat tal-valutazzjoni u l-ġustifikazzjoni għall-kondizzjonijiet imposti u tinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. |
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet madankollu m'għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi V sa VIII, fejn applikabbli. |
Dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet madankollu m'għandhomx jaqbżu r-rekwiżiti minimi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 13(5b) jew, fejn applikabbli, fl-Annessi għal din id-Direttiva. |
|
L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx japplikaw dan il-paragrafu meta hemm ir-riskju li l-istandards ta’ kwalità ambjentali ma jiġux sodisfati u f’kull każ għandhom jiżguraw li kwalunkwe devjazzjoni ma twassalx għal impatt sinifikanti fuq l-ambjent lokali. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku kkonċernati jingħataw opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-għoti tad-deroga msemmija f’dan il-paragarafu. |
Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi gwida li tispeċifika l-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. |
Il-Kummissjoni tista' fejn ikun neċessarju, tikkjarifika aktar il-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, permezz tal-adozzjoni ta’ att iddelegati skont it-termini tal-Artikolu 76, fuq il-bażi tar-rapporti li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 72(1) u b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu bħala parti minn kull rikonsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu bħala parti minn kull rikonsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet għal permess skont l-Artikolu 21. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 31 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 15 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
4a. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw għat-tifrix ta’ demel tal-bhejjem barra s-sit tal-installazzjoni msemmi fil-punt 6.6 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni taż-żoni inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli1. |
|
ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 114 tal-ewwel qari. | |
Emenda 32 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 17 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Meta jiġu adottati regoli ġenerali vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw approċċ integrat u livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu ekwivalenti għal dak li jista' jinkiseb b'kondizzjonijiet għal permess individwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli ġenerali vinkolanti jkunu aġġornati skont l-iżviluppi fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli. |
1. Meta jiġu adottati regoli ġenerali vinkolanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw approċċ integrat u livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent kollu kemm hu ekwivalenti għal dak li jista' jinkiseb b'kondizzjonijiet għal permess individwali. |
Ġustifikazzjoni | |
Tħassir taż-żieda introdotta mill-Kunsill. B’rabta mal-Emenda tal-Artikolu 17, paragrafu 3a (ġdid). | |
Emenda 33 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Ir-regoli ġenerali vinkolanti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, bla ma jiġi preskritt l-użu ta’ xi teknika jew teknoloġija speċifika partikolari sabiex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 14 u 15. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 34 tal-ewwel qari. | |
Emenda 34 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 17 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli ġenerali vinkolanti jinżammu aġġornati skont l-iżviluppi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli sabiex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 21. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 35 tal-ewwel qari. | |
Emenda 35 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 17 – paragrafu 1 c (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1c. Ir-regoli ġenerali vinkolanti adottati skont il-paragrafi 1 sa 1b għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tat-test propost mill-Kummissjoni. | |
Emenda 36 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 19 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar metodi tekniċi disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe konklużjonijiet ġodda jew aġġornati tal-BAT. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti ssegwi jew tkun infurmata bl-aħjar metodi tekniċi disponibbli u bil-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe konklużjonijiet ġodda jew aġġornati tal-BAT, filwaqt li jinfurmaw ukoll lill-membri tal-pubbliku kkonċernati. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa utli li l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku kkonċernat dwar l-iżviluppi tal-konklużjonijiet tal-BAT. Dħul mill-ġdid tal-Emenda 36 tal-ewwel qari. | |
Emenda 37 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Ir-rikunsiderazzjoni għandha tqis il-konklużjonijiet kollha tal-BAT ġodda jew aġġornati li japplikaw għall-installazzjoni u li ġew adottati skont l-Artikolu 13(5) minn meta l-permess inħareġ jew ġie rrikunsidrat l-aħħar. |
3. Fi żmien erba' snin mill-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-BAT skont l-Artikolu 13(5), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li: |
(Dħul mill-ġdid parzjali tal-Emenda 37 tal-ewwel qari.) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-BREF huma r-riżultat ta' proċess twil u ladarba tittieħed deċiżjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT jeħtieġ li tkun implimentata aktar malajr sabiex ikun żgurat li jinżamm l-inċentiv għall-innovazzjoni ambjentali. Għalhekk il-perjodu ta' 4 snin propost wara l-pubblikazzjoni jirrappreżenta kompromess tajjeb bejn il-proposta tal-Kunsill u dik tal-Kummissjoni. It-test tal-Kunsill jista' jwassal għal implimentazzjoni differenti mill-Istati Membri billi l-awtoritajiet kompetenti jista' jkollhom interpretazzjoni differenti ta' x'inhi 'attività ewlenija', li twassal għal trattament differenti tal-industrija u għal kundizzjonijiet mhux indaqs. | |
Emenda 38 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta' sustanzi perikolużi rilevanti, u fir-rigward tal-possibbiltà ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan fuq is-sit tal-installazzjoni, l-operatur għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport ta' bażi qabel ma jibda jħaddem installazzjoni jew qabel ma permess għal installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara …*. |
2. Meta l-attività tinvolvi l-użu, il-produzzjoni jew ir-rilaxx ta' ammonti sinifikattivi ta’ sustanzi perikolużi rilevanti, u fir-rigward tal-possibbiltà ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan fuq is-sit tal-installazzjoni, l-operatur għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità kompetenti rapport ta' bażi qabel ma jibda jħaddem installazzjoni jew qabel ma permess għal installazzjoni jiġi aġġornat għall-ewwel darba wara … |
|
F'każijiet fejn dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-ilma u tal-ħamrija diġà jkunu qed jiġu implimentati f'livell nazzjonali, l-Istati Membri m'għandhomx ifasslu rapport ta' bażi. |
Emenda 39 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan minn sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni . Meta l-installazzjoni tkun ikkawżat tniġġis sinifikattiv tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan permezz ta' sustanzi perikolużi rilevanti meta mqabbel mal-qagħda stabbilita fir-rapport ta' bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dak it-tniġġis jiġi indirizzat biex b'hekk is-sit imur lura għal dak l-istat. Għal dak il-għan, tista' titqies il-fattibbiltà teknika ta' miżuri bħal dawn. |
3. Mal-waqfien definittiv tal-attivitajiet, l-operatur għandu jivvaluta l-istat tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan minn sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew rilaxxati mill-installazzjoni . Meta l-installazzjoni tkun ikkawżat tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan permezz ta' sustanzi perikolużi rilevanti meta mqabbel mal-qagħda stabbilita fir-rapport ta' bażi msemmi fil-paragrafu 2, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dak it-tniġġis jiġi indirizzat biex b'hekk is-sit imur lura għal dak l-istat. Għal dak il-għan, tista' titqies il-fattibbiltà teknika ta' miżuri bħal dawn. |
Ġustifikazzjoni | |
Test ta' emenda mdaħħal mill-Kunsill. | |
Emenda 40 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
F'każijiet fejn dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tal-ilma u tal-ħamrija diġà jkunu qed jiġu implimentati f'livell nazzjonali, l-Istati Membri m'għandhomx jobbligaw lill-operatur jivvaluta l-istat tal-ħamrija u tal-ilma li jkun ikkontaminati mis-sustanzi perikolużi rilevanti użati, prodotti jew merħija mill-installazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-responsabilitajiet burokratiċi addizzjonali amministrattivi u ta’ monitoraġġ involuta fil-ktib ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-ħamrija twassal għal ammont kbir ta' xogħol amministrattiv u spejjeż għoljin ħafna kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali. Dan ma għandu l-ebda rabta mal-valur intiż maħsub għall-protezzjoni ambjentali jew mal-għan tat-tnaqqis tal-ammont ta' burokrazija fid-Direttiva IPPC kollha. Huwa previst li r-rapport dwar il-qagħda tal-ħamrija għandu jiżgura l-protezzjoni tal-ilma u tal-ħamrija. B’danakollu, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-ilma huma soġġetti għal regolamentazzjoni f'livell Ewropew, filwaqt li l-protezzjoni tal-ħamrija hija soġġetta għal regolamentazzjoni f'livell nazzjonali abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Ir-regolamentazzjoni doppja għandha tkun evitata f'dan il-każ. | |
Emenda 41 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
4a. Dan l-Artikolu għandu jkun interpretat skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE. Barra minn, hekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali jkun infurmat kif xieraq filwaqt li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jitwettaq il-kontenut tiegħu. |
Emenda 42 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 23 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. Abbażi tal-pjani ta' spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tfassal programmi għal spezzjonijiet ambjentali ta' rutina , inkluża l-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għal tipi differenti ta' installazzjonijiet. |
4. Abbażi tal-pjanijiet ta' spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha regolarment tfassal programmi ta’ spezzjoni, u tiddetermina l-frekwenza taż-żjarat fuq is-siti għal tipi differenti ta' installazzjonijiet. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ persuni kkwalifikati b’mod xieraq disponibbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet. |
|
Dawn il-programmi għandhom jinkludu mill-inqas żjara għal għarrieda fuq is-sit kull tmintax-il xahar, għal kull installazzjoni. Din il-frekwenza għandha tiżdied għal mill-inqas kull sitt xhur jekk spezzjoni tidentifika każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-permess. |
Il-perijodu bejn żewġ żjarat fuq is-siti għandu jkun ibbażat fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati u m'għandux jaqbeż is-sena għall-installazzjonijiet tal-ogħla riskju u tliet snin għall-installazzjonijiet tal-anqas riskju. |
Meta dawn il-programmi jkunu bbażati fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati, il-frekwenza taż-żjarat fuq is-sit tista’ titnaqqas għal minimu ta’ darba kull 24 xahar. |
L-istima sistematika tar-riskji ambjentali għandha tkun ibbażata, mill-anqas, fuq il-kriterji li ġejjin: |
L-istima sistematika tar-riskji ambjentali għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi bħalma huma: |
(a) l-impatti potenzjali u reali tal-installazzjonijiet ikkonċernati fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent b'kont meħud tal-livelli u t-tipi ta' emissjonijiet, is-sensitività tal-ambjent lokali u r-riskju ta' aċċidenti; |
|
(b) ir-reġistru tal-konformità mal-kondizzjonijiet għal permess; |
(a) ir-reġistru tal-konformità tal-operatur mal-kondizzjonijiet għal permess; |
|
(b) l-impatti tal-installazzjoni fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem; jew |
(c) il-parteċipazzjoni fl-iskema tal-Unjoni għall-immaniġġar tal-ambjent u verifika (EMAS) |
(c) il-parteċipazzjoni tal-operatur fl-iskema tal-Unjoni għall-immaniġġar tal-ambjent u verifika (EMAS), skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/20091, jew l-implimentazzjoni ta’ sistemi ekwivalenti ta’ ekommaniġġjar. |
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 76, kriterji ulterjuri dwar l-istima tar-riskji ambjentali. |
|
1 Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 44 tal-ewwel qari (PE, l-ewwel qari, Artikolu 25 - paragrafu 4) | |
Emenda 43 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
L-abbozz ta' rapport għandu jintbagħat lill-operatur ikkonċernat u r-rapport finali għandu jsir pubblikament disponibbli skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali fi tliet xhur wara li ssir iż-żjara fuq il-post. |
Ir-rapport għandu jiġi notifikat lill-operatur ikkonċernat fi żmien xahrejn. Ir-rapport għandu jsir pubblikament disponibbli fuq l-Internet mill-awtorità kompetenti fi żmien erba’ xhur minn wara li ssir iż-żjara fuq il-post. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid parzjali tal-Emenda 46 tal-ewwel qari. | |
Emenda 44 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(ca) l-aġġornament ta’ permess jew tal-kondizzjonijiet għal permess għal installazzjoni meta tkun se tingħata deroga skont l-Artikolu 15(4). |
Ġustifikazzjoni | |
Part of compromise package | |
Emenda 45 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ, il-konsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta' permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku, inkluż permezz tal-internet fir-rigward tal-punti (a) u (b), i l-informazzjoni li ġejja: |
2. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ, il-konsiderazzjoni mill-ġdid jew l-aġġornament ta' permess, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-pubbliku, inkluż permezz tal-internet fir-rigward tal-punti (a) sa (f) u l-paragrafu 3, l-informazzjoni li ġejja: |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid parzjali tal-Emenda 54 tal-ewwel qari.Sabiex din l-informazzjoni ssir pubblika għandha tkun disponibbli permezz tal-internet. | |
Emenda 46 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt e | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(e) kif il-kondizzjonijiet għal permess, inklużi l-valuri limitu tal-emissjonijiet ikunu ġew determinati f'relazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati ; |
(e) kif il-kondizzjonijiet għal permess imsemmija fl-Artikolu 14 ikunu ġew determinati f'relazzjoni mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-livelli tal-emissjonijiet assoċjati kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT; |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 51 tal-ewwel qari. | |
Emenda 47 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt f | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(f) meta jiġi applikat l-Artikolu 15(4 ), ir-raġunijiet għal dik l-applikazzjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4); |
(f) meta tingħata deroga skont l-Artikolu 15(4), ir-raġunijiet speċifiċi għal dik id-deroga abbażi tal-kriterji stipulati f’dak il-paragrafu u l-kundizzjonijiet imposti; |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 48 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(fa) ir-riżultat tar-rikonsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet għal permessi kif imsemmi fl-Artikolu 21. |
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 53 tal-ewwel qari. | |
Emenda 49 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 28 – subparagrafu 2 – punt i | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(i) turbini tal-gass użati fuq pjattaformi lilhinn mill-kosta; |
(i) turbini tal-gass u magni tal-gass użati fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta; |
Ġustifikazzjoni | |
It-turbini tal-gass u l-magni tal-gass huma teknoloġiji li jikkompetu ma' xulxin fis-settur tas-suq tal-pjattaformi lil hinn mill-kosta. Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet ugwali għal dawn iż-żewġ teknoloġiji, il-magni tal-gass li jintużaw fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta għandhom jiġu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-direttiva. | |
Emenda 50 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Il-permessi kollha għal installazzjonijiet li jinkludu impjanti ta' kombustjoni li kienu ngħataw eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE u li jitħaddmu wara l-1 ta' Jannar 2016, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet fl-arja minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness V. |
Il-permessi kollha għal installazzjonijiet li jinkludu impjanti ta' kombustjoni li kienu ngħataw eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE u li jitħaddmu wara l-1 ta' Jannar 2016, għandhom jinkludu kondizzjonijiet li jiżguraw li l-emissjonijiet fl-arja minn dawn l-impjanti ma jaqbżux il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li dawn huma impjanti eżistenti, il-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli huma dawk għal impjanti eżistenti (Anness V, parti 1), mhux għal impjanti ġodda (Anness V, parti 2). | |
Emenda 51 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 30 – paragrafu 9 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
9. Għall-impjanti ta' kombustjoni li ġejjin, abbażi tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-ħtieġa li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet madwar l-Unjoni u biex jiġu emendati l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness V għal: |
imħassar |
(a) l-impjanti ta' kombustjoni msemmijin fil-paragrafu 8; |
|
(b) l-impjanti ta' kombustjoni fir-raffineriji li jtajru r-residwi ta' distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta' żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma' karburanti oħrajn, b'kont meħud tal-ispeċifiċità tas-sistemi ta' enerġija tar-raffineriji; |
|
(c) l-impjanti ta' kombustjoni li jarmu gassijiet minbarra gass naturali; |
|
(d) l-impjanti ta' kombustjoni fl-installazzjonijiet kimiċi li jużaw residwi ta' produzzjoni likwidi bħala karburant mhux kummerċjali għall-konsum proprju. |
|
Sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati ta' din ir-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati, jekk adatt, bi proposta leġislattiva. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Tħassar emenda mdaħħla mill-Kunsill. Mhuwiex xieraq li tkun prevista l-esklużjoni tar-raffineriji jew tal-industrija kimika mill-ambitu tal-valuri limitu fil-Kapitolu III. | |
Emenda 52 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 31 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Għall-impjanti ta' kombustjoni alimentati b'karburant solidu indiġenu, li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, imsemmi fl-Artikolu 30(2) u (3) minħabba l-karatteristiċi ta' dan il-karburant, l-Istati Membri jistgħu japplikaw minflok ir-rati minimi tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V, skont ir-regoli ta' konformità stabbiliti fil-Parti 6 ta' dak l-Anness. |
Għall-impjanti ta' kombustjoni alimentati b'karburant solidu indiġenu, li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, imsemmi fl-Artikolu 30(2) u (3) minħabba l-karatteristiċi ta' dan il-karburant, l-Istati Membri jistgħu minflok japplikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, ir-rati minimi tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V, skont ir-regoli ta' konformità stabbiliti fil-Parti 6 ta' dak l-Anness u b'validazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tar-rapport tekniku msemmi fl-Artikolu 72(4)(a). |
|
Il-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, għandha tevalwa jekk estensjoni tar-rati minimi ta' tneħħija ta' kubrit stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V tistax tingħata, filwaqt li jitqiesu b'mod partikulari l-aħjar tekniki disponibbli u l-benefiċċji miksuba minn emissjonijiet imnaqqsa ta' SO2. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda għal derogi ġodda mdaħħla mill-Kunsill. | |
Dawk l-Istati Membri li m'għandhomx impjanti li japplikaw ir-rata speċjali ta' tnaqqis ta' kubrit iridu jipprovdu ġustifikazzjoni teknika ta' nonfattibilità minħabba l-konformità mal-Valuri Limitu tal-Emissjonijiet regolari. | |
Emenda 53 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 32 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
|
|
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri jistgħu jfasslu u jimplimentaw pjan nazzjonali transitorju li jkopri impjanti ta' kombustjoni li ngħataw l-ewwel permess qabel is-27 ta' Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għal permess qabel dik id-data, sakemm l-impjant ma bediex jopera aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003. Għal kull impjant ta' kombustjoni kopert mill-pjan, il-pjan għandu jkopri emissjonijiet ta' waħda jew aktar mis-sustanzi li jniġġsu li ġejjin: ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u trab. Għat-turbini tal-gass, l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu biss għandhom ikunu koperti mill-pjan. |
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2019, l-Istati Membri jistgħu jfasslu u jimplimentaw pjan nazzjonali transitorju li jkopri impjanti ta' kombustjoni li ngħataw l-ewwel permess qabel is-27 ta' Novembru 2002 jew li l-operaturi tagħhom kienu ppreżentaw applikazzjoni kompluta għal permess qabel dik id-data, sakemm l-impjant ma bediex jopera aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003. Għal kull impjant ta' kombustjoni kopert mill-pjan, il-pjan għandu jkopri emissjonijiet ta' waħda jew aktar mis-sustanzi li jniġġsu li ġejjin: ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u trab. Għat-turbini tal-gass, l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu biss għandhom ikunu koperti mill-pjan. |
Il-pjan nazzjonali transitorju m'għandux jinkludi kwalunkwe mill-impjanti ta' kombustjoni li ġejjin: |
Il-pjan nazzjonali transitorju m'għandux jinkludi kwalunkwe mill-impjanti ta' kombustjoni li ġejjin: |
(a) dawk li għalihom japplika l-Artikolu 33(1); |
(a) dawk li għalihom japplika l-Artikolu 33(1); |
(b) dawk f'raffineriji li jtajru gassijiet kalorifiċi baxxi mill-gassifikazzjoni ta' residwi ta' raffineriji jew ir-residwi ta' distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta' żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma' karburanti oħrajn; |
(b) dawk f'raffineriji li jtajru gassijiet kalorifiċi baxxi mill-gassifikazzjoni ta' residwi ta' raffineriji jew ir-residwi ta' distillazzjoni u konverżjoni mir-raffinar ta' żejt mhux raffinat għall-konsum tagħhom stess, waħdu jew ma' karburanti oħrajn; |
(c) dawk li għalihom japplika l-Artikolu 35. |
(c) dawk li għalihom japplika l-Artikolu 35. |
|
(d) dawk li jingħataw eżenzjoni kif jingħad fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE. |
2. L-impjanti ta' kombustjoni koperti mill-pjan jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri għal-limitu ta' emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) għas-sustanzi li jniġġsu li huma suġġetti għall-pjan jew, fejn applikabbli, mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 33. |
2. L-impjanti ta' kombustjoni koperti mill-pjan jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri għal-limitu ta' emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) għas-sustanzi li jniġġsu li huma suġġetti għall-pjan jew, fejn applikabbli, mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 33. |
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab stabbiliti fil-permess tal-impjant ta' kombustjoni applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2015, skont b'mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu. |
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab stabbiliti fil-permess tal-impjant ta' kombustjoni applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2015, skont b'mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu. |
L-impjanti ta' kombustjoni b'input termiku kkwalifikat totali ta' aktar minn 500 MW li jaħraq karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta' Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V. |
L-impjanti ta' kombustjoni b'input termiku kkwalifikat totali ta' aktar minn 500 MW li jaħraq karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta' Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V. |
3. Għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu li huwa jkopri, il-pjan nazzjonali transitorju għandu jistabbilixxi limitu li jiddefinixxi l-emissjonijiet totali massimi ta' kull sena għall-impjanti kollha koperti mill-pjan abbażi tal-input termali kkwotat totali ta' kull impjant fil-31 ta' Diċembru 2010, is-sigħat tiegħu ta' tħaddim annwali attwali u l-użu tiegħu ta' karburant, bil-medja tal-aħħar għaxar snin ta' tħaddim sal-2010 u inkluża l-2010. |
3. Għal kull waħda mis-sustanzi li jniġġsu li huwa jkopri, il-pjan nazzjonali transitorju għandu jistabbilixxi limitu li jiddefinixxi l-emissjonijiet totali massimi ta' kull sena għall-impjanti kollha koperti mill-pjan abbażi tal-input termali kkwotat totali ta' kull impjant fil-31 ta' Diċembru 2010, is-sigħat tiegħu ta' tħaddim annwali attwali u l-użu tiegħu ta' karburant, bil-medja tal-aħħar għaxar snin ta' tħaddim sal-2010 u inkluża l-2010. |
Il-limitu għas-sena 2016 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri limitu ta' emissjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Annessi III sa VII għad-Direttiva 2001/80/KE jew, fejn applikabbli, abbażi tar-rati tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2001/80/KE. Fil-każ tat-turbini tal-gass, għandhom jintużaw il-valuri limitu ta' emissjonijiet għal tal-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti għal impjanti bħal dawn fil-Parti B tal-Anness VI għad-Direttiva 2001/80/KE. Il-limiti għas-snin 2019 u 2020 għandu jiġi kkalkulat skont il-valuri limitu ta' emissjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għal din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, ir-rati tat-tneħħija tal-kubrit rilevanti stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V għal din id-Direttiva. Il-limiti għas-snin 2017 u 2018 għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jipprovdu tnaqqis lineari tal-limiti bejn l-2016 u l-2019. |
Il-limitu għas-sena 2016 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-valuri limitu ta' emissjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Annessi III sa VII għad-Direttiva 2001/80/KE jew, fejn applikabbli, abbażi tar-rati tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2001/80/KE. Fil-każ tat-turbini tal-gass, għandhom jintużaw il-valuri limitu ta' emissjonijiet għal tal-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti għal impjanti bħal dawn fil-Parti B tal-Anness VI għad-Direttiva 2001/80/KE. Il-limitu għas-sena 2019 għandu jiġi kkalkulat skont il-valuri limitu ta' emissjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għal din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, ir-rati tat-tneħħija tal-kubrit rilevanti stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V għal din id-Direttiva. Il-limiti għas-snin 2017 u 2018 għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jipprovdu tnaqqis lineari tal-limiti bejn l-2016 u l-2019. |
Fejn impjant inkluż fil-pjan nazzjonali transitorju jingħalaq jew ma jaqax aktar fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu III, dan m'għandux jirriżulta f'żieda f'emissjonijiet totali annwali mill-impjanti li jifdal koperti mill-pjan. |
Fejn impjant inkluż fil-pjan nazzjonali transitorju jingħalaq jew ma jaqax aktar fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu III, dan m'għandux jirriżulta f'żieda f'emissjonijiet totali annwali mill-impjanti li jifdal koperti mill-pjan. |
4. Il-pjan nazzjonali transitorju għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar li jikkonformaw mar-regoli implimentattivi stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 41, kif ukoll il-miżuri previsti għal kull wieħed mill-impjanti sabiex tiġi żgurata konformità f'waqtha mal-valuri limitu tal-emissjonijiet li ser japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021. |
4. Il-pjan nazzjonali transitorju għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar li jikkonformaw mar-regoli implimentattivi stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 41, kif ukoll il-miżuri previsti għal kull wieħed mill-impjanti sabiex tiġi żgurata konformità f'waqtha mal-valuri limitu tal-emissjonijiet li ser japplikaw mill-1 ta' Lulju 2019. |
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali transitorji tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2013. |
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjani nazzjonali transitorji tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2013. |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-pjanijiet u, fejn il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi l-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-pjan tiegħu bħala wieħed li jkun ġie aċċettat. |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet għal dak li għandu x’jaqsam mal-objettivi tal-UE għall-kwalità tal-arja u d-diskriminazzjoni potenzjali fis-suq intern tal-elettriku u, fejn il-Kummissjoni ma tkun qajmet l-ebda oġġezzjoni fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi l-pjan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis il-pjan tiegħu bħala wieħed li jkun ġie aċċettat. |
Meta l-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jkunx skont ir-regoli implimentattivi stabbiliti f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 41, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li l-pjan tiegħu ma jistax jiġi aċċettat. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' verżjoni ġdida ta' pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perijodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun ta' sitt xhur. |
Meta l-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jkunx skont ir-regoli implimentattivi stabbiliti f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 41, hija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li l-pjan tiegħu ma jistax jiġi aċċettat. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' verżjoni ġdida ta' pjan li Stat Membru jikkomunika lill-Kummissjoni, il-perijodu ta' żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jkun ta' sitt xhur. |
6. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għall-pjan. |
6. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għall-pjan. |
Ġustifikazzjoni | |
Part of compromise package | |
Emenda 54 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 33 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
|
|
|
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2023, l-impjanti ta' kombustjoni jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31, fejn applikabbli, u mill-inklużjoni tagħhom fil-pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2020, l-impjanti ta' kombustjoni jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u mar-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 31, fejn applikabbli, u mill-inklużjoni tagħhom fil-pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
(a) l-operatur tal-impjant ta' kombustjoni jimpenja ruħu, f'dikjarazzjoni bil-miktub ippreżentata sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014 lill-awtorità kompetenti, li ma jħaddimx l-impjant għal aktar minn 20 000 siegħa ta' tħaddim, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 u jispiċċaw mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023; |
(a) l-operatur tal-impjant ta' kombustjoni jimpenja ruħu, f'dikjarazzjoni bil-miktub ippreżentata sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014 lill-awtorità kompetenti, li ma jħaddimx l-impjant għal aktar minn 12,500 siegħa ta' tħaddim, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 u jispiċċaw mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020; |
(b) kull sena l-operatur huwa meħtieġ jippreżenta lill-awtorità kompetenti reġistru tal-għadd ta' sigħat ta' tħaddim mill-1 ta' Jannar 2016; |
(b) kull sena l-operatur huwa meħtieġ jippreżenta lill-awtorità kompetenti reġistru tal-għadd ta' sigħat ta' tħaddim mill-1 ta' Jannar 2016; |
(c) il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab stabbiliti fil-permess tal-impjant ta' kombustjoni applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2015, skont b'mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu matul il-ħajja operattiva li jkun għad fadal tal-impjant ta' kombustjoni. L-impjanti ta' kombustjoni b'input termiku kkwalifikat totali ta' aktar minn 500 MW li jaħraq karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta' Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V; u |
(c) il-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u trab stabbiliti fil-permess tal-impjant ta' kombustjoni applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2015, skont b'mod partikolari r-rekwiżiti tad-Direttivi 2001/80/KE u 2008/1/KE, għandhom mill-inqas jinżammu matul il-ħajja operattiva li jkun għad fadal tal-impjant ta' kombustjoni. L-impjanti ta' kombustjoni b'input termiku kkwalifikat totali ta' aktar minn 500 MW li jaħraq karburanti solidi, li ngħataw l-ewwel permess wara l-1 ta' Lulju 1987, għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V; u |
(d) l-impjant ta' kombustjoni ma ngħatax eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE |
(d) l-impjant ta' kombustjoni ma ngħatax eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2001/80/KE |
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta' kwalunkwe impjant ta' kombustjoni li għalih japplika l-paragrafu 1, inkluż il-kapaċità termali kklassifikat totali tiegħu, it-tipi ta' karburanti użati u l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u trab. Għal impjanti suġġetti għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni reġistru tal-għadd ta' sigħat ta' tħaddim mill-1 ta' Jannar 2016. |
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista ta' kwalunkwe impjant ta' kombustjoni li għalih japplika l-paragrafu 1, inkluż il-kapaċità termali kklassifikat totali tiegħu, it-tipi ta' karburanti użati u l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli għad-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u trab. Għal impjanti suġġetti għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull sena lill-Kummissjoni reġistru tal-għadd ta' sigħat ta' tħaddim mill-1 ta' Jannar 2016. |
3. Fil-każ ta' impjant ta' kombustjoni, li fi...*, kien parti minn sistema iżolata żgħira u li f'dik id-data kien jammonta għal ta' mill-inqas 35% tal-provvista tal-elettriku f'dik is-sistema, li minħabba l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jistax jikkonforma mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fil-Artikolu 30(2), l-għadd ta' sigħat ta' tħaddim imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' 18 000, li jibda mill-1 ta' Jannar 2020 u li jispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, u d-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tkun l-1 ta' Jannar 2020. |
3. Fil-każ ta' impjant ta' kombustjoni, li fi..., kien parti minn sistema iżolata żgħira u li f'dik id-data kien jammonta għal ta' mill-inqas 35% tal-provvista tal-elettriku f'dik is-sistema, li minħabba l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jistax jikkonforma mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fil-Artikolu 30(2), l-għadd ta' sigħat ta' tħaddim imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun ta' 18 000, li jibda mill-1 ta' Jannar 2020 u li jispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, u d-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tkun l-1 ta' Jannar 2020. |
4. Fil-każ ta' impjant ta' kombustjoni b'input termiku kkwalifikat totali ta' aktar minn 1 500 MW li beda jitħaddem qabel il-31 ta' Diċembru 1986 u jaħraq karburant solidu indiġenu b'valur kalorifiku nett ta' inqas minn 5 800 kJ/kg, b'kontenut kalorifiku nett ogħla minn 45% bil-piż, b'kontenut ikkombinat ta' rtuba u rmied ogħla minn 60% bil-piż u kontenut tal-ossidu tal-kalċju fl-irmied akbar minn 10%, l-għadd ta' siegħat ta' tħaddim imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun ta' 32 000. |
4. Fil-każ ta' impjant ta' kombustjoni b'input termiku kkwalifikat totali ta' aktar minn 1 500 MW li beda jitħaddem qabel il-31 ta' Diċembru 1986 u jaħraq karburant solidu indiġenu b'valur kalorifiku nett ta' inqas minn 5 800 kJ/kg, b'kontenut kalorifiku nett ogħla minn 45% bil-piż, b'kontenut ikkombinat ta' rtuba u rmied ogħla minn 60% bil-piż u kontenut tal-ossidu tal-kalċju fl-irmied akbar minn 10%, l-għadd ta' siegħat ta' tħaddim imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun ta' 32 000. |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 55 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Sal-31 ta' Diċembru 2023, impjant ta' kombustjoni jista' jiġi eżentat mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u r-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 33a bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
1. Sal-31 ta' Diċembru 2019, impjant ta' kombustjoni jista' jiġi eżentat mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 30(2) u r-rati tat-tneħħija tal-kubrit imsemmijin fl-Artikolu 33a bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Parti mill-pakkett ta’ kompromess. | |
Emenda 56 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Għall-impjanti ta' kombustjoni ta' koinċinerazzjoni tal-iskart li jaħarqu karburant solidu indiġenu, u li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit, imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness VI minħabba l-karatteristiċi ta' dan il-karburant, l-Istati Membri minflok jistgħu japplikaw ir-rati minimi tat-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V, skont ir-regoli ta' konformità stabbiliti fil-Parti 6 ta' dak l-Anness. |
Ġustifikazzjoni | |
Skont id-Direttivi 200/76/KE u 2001/80/KE, il-koinċinerazzjoni tal-iskart huwa permess ukoll f'impjanti tal-kombustjoni li jużaw karburant indiġenu b'livell għoli ta' kubrit. Il-Pożizzjoni tal-Kunsill tipprovdi wkoll il-possibilità li jintuża faħam indiġenu b'livell għoli ta' kubrit, għalkemm mhux f'impjanti ta' koinċinerazzjoni. Għal raġunijiet ta' trattament ugwali u sabiex jitħarsu r-riżorsi, għandu jkun possibbli wkoll li l-faħam indiġenu b'livell għoli ta' kubrit jintuża f'impjanti ta' koinċinerazzjoni, b'konformità mal-kundizzjonijiet dwar it-tneħħija tal-kubrit stabbiliti fl-Anness V. | |
Emenda 57 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 48 – paragrafu 5 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
5. Hekk kif tkun disponibbli fl-Unjoni t-teknika adatta għall-kejl, għandha tiġi stabbilita d-data minn meta għandu jitwettaq il-kejl tal-emissjonijiet fl-arja ta' metalli tqal, diossini u furani skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 75(2). |
5. Hekk kif tkun disponibbli fl-Unjoni t-teknika adatta għall-kejl, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 76, id-data minn meta għandu jitwettaq il-kejl tal-emissjonijiet fl-arja ta' metalli tqal, diossini u furani. |
Emenda 58 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 72 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir disponibbli għall-Kummissjoni, mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-informazzjoni dwar data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, dwar l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli skont l-Artikoli 14 u 15 u dwar il-progress li sar rigward l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' metodi tekniċi emerġenti skont l-Artikolu 27. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f'format elettroniku. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir disponibbli għall-Kummissjoni, mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-informazzjoni dwar data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u effetti ambjentali oħra, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, dwar l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli skont l-Artikoli 14 u 15, b’mod partikolari dwar il-għoti ta’ eżenzjonijiet skont it-termini tal-Artikolu 15(4), u dwar il-progress li sar rigward l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' metodi tekniċi emerġenti skont l-Artikolu 27. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f'format elettroniku. |
Ġustifikazzjoni | |
Part of compromise package | |
Emenda 59 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 72 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. It-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 75(2). Dan għandu jinkludi d-determinazzjoni tal-attivitajiet speċifiċi u s-sustanzi li jniġġsu li għalihom għandha ssir disponibbli d-data msemmija fil-paragrafu 1 |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 76, rekwiżiti għat-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli skont il-paragrafu 1. Dan għandu jinkludi d-determinazzjoni tal-attivitajiet speċifiċi u s-sustanzi li jniġġsu li għalihom għandha ssir disponibbli d-data msemmija fil-paragrafu 1 |
Emenda 60 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 72 – paragrafu 4 – punt a | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(a) għall-impjanti ta' kombustjoni li għalihom japplika l-Artikolu 31, il-kontenut tal-kubrit tal-karburant solidu indiġenu użat u r-rata tat-tneħħija tal-kubrit miksuba, b'medja għal kull xahar; and |
(a) għall-impjanti ta' kombustjoni li għalihom japplika l-Artikolu 31, il-motivazzjoni teknika tan-nonfattibilità tal-konformità mal-Valuri Limitu tal-Emissjonijiet msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3), il-kontenut tal-kubrit tal-karburant solidu indiġenu użat u r-rata tat-tneħħija tal-kubrit miksuba, b'medja għal kull xahar; u |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda għal derogi ġodda mdaħħla mill-Kunsill. Dawk l-Istati Membri li m'għandhomx impjanti li japplikaw ir-rata speċjali ta' tnaqqis ta' kubrit iridu jipprovdu ġustifikazzjoni teknika ta' nonfattibilità minħabba l-konformità mal-Valuri Limitu tal-Emissjonijiet regolari. | |
Emenda 61 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt a – punt ii | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(ii) mit-trobbija intensiva tal-baqar; u |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Tħassir tat-test il-ġdid mill-Kunsill. | |
Emenda 62 Council position Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt a – sottopunt iii | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(iii) mit-tifrix ta' demel; u |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-test il-ġdid mill-Kunsill issa huwa kopert bl-Emenda dwar l-Artikolu 15, paragrafu 4a (ġdid). Tħassir tat-test il-ġdid mill-Kunsill. | |
Emenda 63 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 73 – paragrafu 2 – punt a – subpunti iii a – iii d (ġodda) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(iiia) mill-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness I, b'mod partikulari d-diossini u l-furani; |
|
(iiib) mill-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I, b'mod partikulari l-merkurju; |
|
(iiic) mill-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti 2.1. 2.2, 2.3, 2.4 tal-Anness I, b'mod partikulari l-metalli tqal u l-komposti tagħhom bħall-arseniku, il-kadmju, il-kromju, iċ-ċjanuri, iċ-ċomb, in-nikil, ir-ram; id-diossini u l-furani, il-perfluworokarbonji, il-fenoli, l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u l-eżafluworid tal-kubrit; u |
|
(iiid) mill-installazzjonijiet l-oħra kollha koperti bl-Anness I fejn ikun stabbilit fis-sena ta' rappurtaġġ Ewropea PRTR 2007, li attività partikulari tal-Anness I tikkontribwixxi għal tal-anqas [20%] tal-emissjonijiet totali mill-attivitajiet tal-Anness I. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda għal test ġdid imdaħħal mill-Kunsill. Ix-xibka ta' Sikurezza Ewropea tipprovdi salvagwardja minimali importanti kontra t-tkomplija ta' implimentazzjoni ħażina tal-BAT. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tivvaluta l-emissjonijiet totali kkawżati mill-attivitajiet tal-Anness I u li tipproponi proposti leġiżlattivi sabiex ikunu kkontrollati l-emissjonijiet minn dawk is-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għall-emissjonijiet totali, b'konformità mal-prinċipju tal-prevenzjoni tat-tniġġis. | |
Emenda 64 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 74 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Sabiex id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku abbażi tal-aħjar teknika disponibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 76 u fir-rigward tal-adattament tal-Partijiet 3 u 4 tal-Anness V, il-Partijiet 2, 6, 7 u 8 tal-Anness VI u l-Partijiet 5, 6, 7 u 8 tal-Anness VII għal dan il-progress xjentifiku u tekniku. |
1. Sabiex id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku abbażi tal-aħjar teknika disponibbli kif deskritt fid-dokumenti ta’ referenza tal-BAT ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mill-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT skont l-Artikolu 13, tissupplimenta jew temenda r-rekwiżiti minimi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u r-regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità diġà stabbiliti skont din id-Direttiva permezz ta’ atti delegati f'konformità mal-Artikolu 76. |
Ġustifikazzjoni | |
Part of compromise package | |
Emenda 65 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 74 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Qabel l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-organizzazzjonijiet tal-industrija u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi relevanti li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent u għandha tirrapporta dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet u dwar kif dawn ġew ikkunsidrati. |
Ġustifikazzjoni | |
Part of compromise package | |
Emenda 66 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 76 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 74 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat delegati mhux iktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 77. |
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 13(5), 15(3), 23(4), 41, 48(5), 72(2) u 74 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat delegati mhux iktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 77. |
Emenda 67 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 77 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 74 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 13 (5), 15(4), 23(4), 41, 48(5), 72(2) u 74 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Emenda 68 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 77 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn xahar qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal revoka. |
2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha ħalli tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka. |
Emenda 69 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 77 – paragrafu 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-revoka u għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 70 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 78 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f'perijodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika. |
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'perijodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jittawwal b’xahrejn. |
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx, l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih. |
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. |
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. |
Emenda 71 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – parti introduttorja – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Meta tiġi kkalkolata l-kapaċità termali kklassifikata totali tal-installazzjonijiet imsemmija fil-punt 1.1 għal impjanti ta' kombustjoni użati fi strutturi tal-kura tas-saħħa, il-kapaċità ta' funzjonament normali biss għandha tkun inkluża għall-finijiet ta' dan il-kalkolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġiet adottata mill-PE fl-ewwel qari. Tirrikonoxxi l-bżonn għal kapaċità standby sinifikanti fl-isptarijiet li hija kruċjali biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura tal-pazjenti f’każ ta' ħsara teknika. Hija tevita wkoll li l-isptarijiet ikunu penalizzati għall-potenzjal tagħhom għal emissjonijiet milli għall-emissjonijiet effettivi. | |
Emenda 72 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – parti introduttorja – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Meta tiġi kkalkolata l-kapaċità klassifikata totali tal-installazzjonijiet imsemmija fil-punt 1.1, l-impjanti ta' kombustjoni b'kapaċità termali taħt il-50 MW u li joperaw għal mhux aktar minn 500 siegħa fis-sena ma għandhomx jiġu inklużi għall-finijiet ta' dak il-kalkolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda terġa' tintroduċi t-test oriġinali tal-Kummissjoni u l-emenda 63 tal-PE mill-ewwel qari biex jiġu indirizzati il-kwistjonijiet tal-kapaċità ta' standby għall-ġeneraturi ta' emerġenza, bħal dawk użati fl-isptarijiet. Dawn l-installazzjonijiet ma jikkostitwixxux sors ta' emissjonijiet sinifikanti billi, fil-prinċipju, jaħdmu biss f'każ maġġuri li jinqata' d-dawl u/jew għal finijiet ta' ttestjar għal ftit sigħat fis-sena. Din l-emenda teskludi wkoll installazzjonijiet żgħar ħafna taħt it-3 MW li f'dan il-każ l-ispejjeż u l-piż amministrattiv li l-introduzzjoni tagħhom tinvolvi huma ferm ogħla mill-benefiċċji. | |
Emenda 73 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – punt 3.5 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3.5. Manifattura bin-nar ta' prodotti taċ-ċeramika, mod partikolari madum tal-bjut, knaten, katen ta' tip refrattorju, madum, oġġetti tal-ġebel jew porċellana b'kapaċità ta' produzzjoni li teċċedi l-75 tunnellata metrika kull jum u/ jew b'kapaċità ta' forn li teċċedi l-4 m3 u b'densità ta' ssettjar għal kull forn li teċċedi t-300 kg/m3 |
3.5. Manifattura bin-nar ta' prodotti taċ-ċeramika, mod partikolari madum tal-bjut, knaten, knaten ta' tip refrattorju, madum, oġġetti tal-ġebel jew porċellana b'kapaċità ta' produzzjoni li teċċedi l-75 tunnellata metrika kull jum u b'kapaċità ta' forn li teċċedi l-4 m3 u b'densità ta' ssettjar għal kull forn li teċċedi t-300 kg/m3 |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda terġa' tintroduċi parzjalment l-emenda 117 tal-ewwel qari u hija intiża biex tneħħi inċertezza billi tbiddel it-terminu "u/jew" ma' "u". | |
Emenda 74 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – punt 5.3 – punt b – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Meta l-unika attività ta' trattament tal-ilma li titwettaq hija d-diġestjoni anaerobika, il-limitu ta' kapaċità għal din l-attività għandu jkun ta' 100 tunnellata kull jum. |
imħassar |
Emenda 75 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness V – Taqsima 4 – punt 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom, jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kejl tindika li, għas-sigħat ta' tħaddim f'sena kalendarja, ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: |
1. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom, jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kejl tindika li, għas-sigħat ta' tħaddim f'sena kalendarja, ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: |
(a) l-ebda valur medju validat ta' xahar ma jeċċedi l-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
(a) l-ebda valur medju ġornaljier validat ta' xahar ma jeċċedi l-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
(b) l-ebda valur medju validat ta' jum ma jeċċedi l-110 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
|
(c) fil-każijiet ta' impjanti ta' kombustjoni magħmula biss minn bojlers li jużaw faħam b'kapaċità termali kkwalifikata totali taħt il-50 MW, l-ebda valur medju validat ta' jum ma jeċċedi l-150 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2; |
|
(d) 95 % tal-valuri medji validati fis-siegħa matul is-sena ma jeċċedux il-200 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2. |
(b) 95 % tal-valuri medji validati fis-siegħa matul is-sena ma jeċċedux il-200 % tal-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2. |
Il-valuri medji vvalidati huma ddeterminati kif stabbilit fil-punt 10 tal-Parti 3. |
Il-valuri medji vvalidati huma ddeterminati kif stabbilit fil-punt 10 tal-Parti 3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 30(5) u (6) u l-Artikolu 37 kif ukoll matul il-perijodi ta' bidu tat-tħaddim jew ta' tifi m'għandhomx jiġu kkunsidrati. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Dħul mill-ġdid tal-Emenda 77 tal-ewwel qari. Billi l-livelli BREF BAT jirriflettu livelli ta’ kuljum, l-Anness V jirrikjedi li l-ELV’s jintlaqu fuq bażi ta’ kull xahar. Barra minn hekk, il-valuri medji ta' ġurnata ma jistgħux jaqbżu l-110 % tal-valuri limitu tal-emissjonijiet u 95 % tal-medji ta' siegħa fuq perijodu ta' sena ma għandhomx jaqbżu aktar minn darbtejn il-valuri limitu tal-emissjonijiet. Il-proposta tal-Kummissjoni ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn l-impjanti ta' qabel l-2016 u dawk ta' wara d-data msemmija. Filwaqt li jinżammu l-istess regoli ta' konformità għal impjanti ġodda u dawk eżistenti, jeħtieġ li dawn ikunu allinjati mal-konklużjonijiet BAT tal-BREF li huma bbażati fuq medji ta' ġurnata u mhux fuq medji ta' xahar. | |
Emenda 76 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness VI – Parti 6 – punt 2.6 – parti introduttorja | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2.6. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li teħtieġ miżura waħda kull sentejn għal metalli tqal u miżura waħda fis-sena għad-diossini jew furani fil-każijiet li ġejjin: |
2.6. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li teħtieġ kejl wieħed biss fis-sena għal metalli tqal u għad-disjossini jew furani fil-każijiet li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dħul mill-ġdid tal-Emenda 78 fl-ewwel qari. Mhux aċċettabbli li jkunx permess li jsir kejl ta’ emissjonijiet ta’ metalli tqal, dijossini u furan fl-arja bbażat fuq rapporti mill-operaturi dwar il-kwalità tal-iskart. Ladarba l-immonitorjar jieqaf, tnejn mill-kundizzjonijiet isiru irrelevanti peress li l-informazzjoni tal-monitoraġġ mhix disponibbli biex tanalizza l-emissjonijiet. Neħtieġu sistema ta' monitoraġġ kontinwu għall-metalli tqali billi l-monitoraġġ kontinwu tal-metalli t-tqal kollha huwa l-uniku mezz li jiġu żgurati li l-emissjoni ta’ dawn is-sostanzi altament tossiċi, persistenti u bijoakkumulattivi jibqgħu taħt l-ELVs mandatorji. |
NOTA SPJEGATTIVA
I. SFOND
L-għan tad-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) tal-1996 huwa l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija mill-installazzjonijiet industrijali madwar l-Unjoni Ewropea. Biex jinkiseb dan l-objettiv, id-Direttiva IPPC għandha l-għan li tippromwovi l-implimentazzjoni tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT), jiġifier t-tekniki ekonomikament u teknikament vijabbli li huma l-aktar effettivi biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. L-aqwa tekniki disponibbli huma definiti fl-hekk imsejħa dokumenti ta’ referenza tal-BAT (BREF). Dawn huma dokumenti tekniċi mfassla permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni li jinkludi l-Kummissjoni, awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn (il-'Proċess ta’ Sevilja’).
Id-Direttiva IPPC tkopri madwar 52 000 installazzjoni industrijali, li huma responsabbli għal sehem kbir mit-tniġġis totali tal-arja fl-UE. Skont id-Direttiva IPPC, l-awtoritajiet tal-Istati Membri meħtieġa jqisu d-dokumenti tal-BREF waqt l-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali individwali u meta jkunu qed jistabbilixxu l-valuri tal-limitu ta' emissjoni (ELVs) għal installazzjonijiet partikulari. Barra li jniġġsu l-arja, l-attivitajiet industrijali jistgħu jniġġsu wkoll l-ilma u l-ħamrija jew jipproduċu skart u għalhekk jeħtieġu approċċ integrat sabiex jitqies l-impatt ġenerali fuq l-ambjent. Fl-2005, il-Kummissjoni għamlet reviżjoni tad-Direttiva IPPC, u dan wassal għal proposta għal Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali li rrevediet u għaqqdet f’Direttiva waħda, seba’ Direttivi separati dwar l-emissjonijiet industrijali. Il-proposta kellha l-għan li tiżgura implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, filwaqt li fl-istess ħin tissimplifika l-leġiżlazzjoni u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi żejda. Ir-Rapporteur tagħkom appoġġa b’mod ġenerali l-istrateġija tal-Kummissjoni, filwaqt li ffoka fuq:
- it-tmiem tal-implimentazzjonijiet u l-infurzar differenti fl-Istati Membri: id-disparitajiet fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti li jpoġġu f’riskju l-protezzjoni ambjentali u li jwasslu fit-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;
- is-salvagwardja possibbli tal-iskambju siewi ta informazzjoni permezz tal-‘Proċess ta’ Sevilja’;
- it-tnaqqis tal-burokrazija żejda.
II. L-EWWEL QARI FIL-PE
Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu fil-plenarja tal-10 ta’ Marzu 2009 b’maġġoranza wiesgħa: 402 vot favur u 189 kontra.
Kwistjoni importanti fl-istadju tal-ewwel qari kienet il-proposta mill-Kummissjoni biex il-valuri limitu tal-emissjonijiet jiġu stabbiliti direttament fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT. Fil-fehma tal-Parlament, dan ma kienx fattibbli fil-prattika. Ir-raġuni hija li dan kien iwassal għal influwenza politika mhux mixtieqa fuq il-Proċess ta’ Sevilja. Għalhekk, il-Parlament Ewropew ippropona bidla fundamentali billi pprovda għat-twaqqif ta’ kumitat ta’ komitoloġija suġġett għal skrutinju parlamentari, bil-kompitu li jistipula miżuri biex jiġu limitati l-emissjonijiet permezz ta’ rekwiżiti minimi. U mbagħad, ir-rekwiżiti minimi jiffurmaw netwerk ta’ sikurezza Ewropew li r-regoli tiegħu ma jistgħu jinkisru mill-ebda installazzjoni. Fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti fuq il-post, jiġu stipulati miżuri biex jiġu limitati l-emissjonijiet għal installazzjonijiet individwali mfassla biex iwasslu għal livelli ta’ emissjonijiet li fuq medja jilħqu r-rekwiżiti stipulati fid-dokument ta’ referenza tal-BAT, b’ċerta flessibilità sabiex jitqiesu b’mod xieraq iċ-ċirkostanzi lokali. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li titratta l-problema fejn matul l-operat normali jistgħu jseħħu żidiet f’daqqa fil-valuri tal-emissjonijiet li jistgħu jaqbżu l-livelli assoċjati mad-deskrizzjonijiet tal-aqwa metodi tekniċi disponibbli, pereżempju meta tinbeda installazzjoni. Madanakollu, il-livelli massimi imposti min-Netwerk tas-Sikurezza Ewropew ma jistgħu jinqabżu għall-ebda raġuni. Din il-proposta tilħaq bilanċ bejn l-introduzzjoni ta’ standards Ewropej relatati mal-ħruġ ta’ permessi għal installazzjonijiet industrijali u l-awtorizzazzjoni tal-flessibilità tant meħtieġa għall-Istati Membri biex ikunu jistgħu jqisu l-karatteristiċi tekniċi ta’ installazzjoni partikulari, il-lokalità ġeografika tagħha u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali.
III. IT-TIENI QARI
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar id-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali ġiet adottata fil-15 ta’ Frar 2010. Filwaqt li l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew kienet qed timmira għall-implimentazzjoni aħjar tad-Diretiva IPPC u għall-prevenzjoni tat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, fil-fehma tar-rapporteur uħud mid-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-pożizzjoni tal-Kunsill imorru fid-direzzjoni opposta. Il-pożizzjoni tal-Kunsill ma ħadmitx fuq l-idea ta’ Netwerk tas-Sikurezza Ewropew għall-valuri limitu tal-emissjonijiet, iżda introduċiet iktar flessibilità biex l-Impjanti Kbar ta’ Kombustjoni (LCPs) jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Annessi V sa VIII.
Ir-Rapporteur tagħkom jirrispetta l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-ewwel qari kemm jista’ jkun fir-rapport tiegħu dwar it-tieni qari, minħabba li l-pożizzjoni tal-ewwel qari ġiet adottata b’maġġoranza wiesgħa. Ħafna mill-emendi adottati fl-ewwel qari reġgħu ddaħħlu. Fir-rigward tan-Netwerk tas-Sikurezza Ewropew, ir-Rapporteur tagħkom għamel proposta ġdida, fejn żamm l-objettiv li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u biex jiġi rranġat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fl-Unjoni, ikkawżat bid-disparitajiet fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Ir-Rapporteur tagħkom jipproponi li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-Unjoni kollha u regoli dwar il-monitoraġġ u l-konformità abbażi tal-konklużjonijiet tal-BAT, iżda dan biss għal dawk l-attivitajiet fejn hemm bżonn ta’ azzjoni tal-Unjoni abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) L-impatt tas-settur ikkonċernat fuq l-ambjent b’mod ġenerali;
(b) Il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-BAT fis-settur ikkonċernat.
Min-naħa l-oħra, ir-rapporteur tagħkom inaqqas ħafna dispożizzjonijiet ġodda dwar id-derogi fil-pożizzjoni tal-Kunsill. Id-derogi għandhom ikunu possibbli f’każijiet straordinarji biss. L-hekk imsejjaħ Pjan Nazzjonali Transitorju, li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw biex jagħtu ħames snin iktar lill-Impjanti Kbar ta’ Kombustjoni biex jimplimentaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness V, jipprovdi wisq flessibilità. Dan jista’ jipprovoka tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fl-Unjoni minħabba li ċerti impjanti ta’ kombustjoni diġà investew sabiex jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha se jadottaw pjan nazzjonali transitroju. Barra minn hekk, id-‘deroga għal tul ta' ħajja limitat’ tista’ tipprovoka tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fl-Unjoni. L-impjanti ta’ kombustjoni b’tul ta’ ħajja limitat ta’ 20 000 siegħa operattiva m’għandhomx għalfejn jinvestu fl-aħjar metodi tekniċi disponibbli biex jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness V. Barra minn hekk, id-deroga għal tul ta' ħajja limitat se tipperikola l-‘Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġiż tal-Arja’ li għandha l-għan li tnaqqas il-livelli tal-emissjonijiet tal-SO2 bi 82% u l-emissjonijiet tal-NOx b’60% sal-2020 meta mqabbla mal-livelli tas-sena 2000. Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur tagħkom jipproponi wkoll li tiġi limitata d-data tal-għeluq tad-dsipożizzjoni dwar l-impjanti għat-tisħin tad-distretti, li m’għandhiex tkun aktar tard mill-2020.
Ir-Rapporteur tagħkom mhuwiex favur il-komplikazzjoni ulterjuri tal-leġiżlazzjoni bl-introduzzjoni ta’ strumenti bbażati fuq is-suq biex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' strumenti bbażati fuq is-suq bħalma huwa l-iskambju tal-emissjonijiet, flimkien mal-iffissar ta’ valuri limitu tal-emissjonijiet, se twasssal biss għal tnaqqis ulterjuri limitat tal-emissjonijiet bi spejjeż sproporzjonati.
PROĊEDURA
Titolu |
L-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (verżjoni riformulata) |
|||||||
Referenzi |
11962/3/2009 – C7-0034/2010 – 2007/0286(COD) |
|||||||
Data ta' l-ewwel qari tal-PE - Numru P |
10.3.2009 T6-0093/2009 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2007)0844 - C6-0002/2008 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
11.3.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 11.3.2010 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Holger Krahmer 21.2.2008 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
17.3.2010 |
|
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
4.5.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 13 4 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Glenis Willmott, Sabine Wils |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Tadeusz Cymański, Matthias Groote, Jiří Maštálka, Miroslav Mikolášik, Bill Newton Dunn, Renate Sommer, Bart Staes, Michail Tremopoulos, Marita Ulvskog, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Francesco Enrico Speroni |
|||||||