RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva 86/613/KEE

10.5.2010 - (17279/3/2009 – C7‑0075/2010 – 2008/0192(COD)) - ***II

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteur: Astrid Lulling


Proċedura : 2008/0192(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0146/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva 86/613/KEE

(17279/3/2009 – C7‑0075/2010 – 2008/0192(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17279/3/2009 – C7-0075/2010),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0636),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 141(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0341/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1],

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0146/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(4) Il-Parlament Ewropew sejjaħ b’mod konsistenti lill-Kummissjoni biex tirrivedi d-Direttiva 86/613/KEE, b’mod partikolari biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-maternità ta' nisa li jaħdmu għal rashom u biex tittejjeb il-qagħda tal-konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom fl-agrikoltura.

(4) Il-Parlament Ewropew sejjaħ b’mod konsistenti lill-Kummissjoni biex tirrivedi d-Direttiva 86/613/KEE, b’mod partikolari biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-maternità ta' nisa li jaħdmu għal rashom u biex tittejjeb il-qagħda tal-konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom.

Ġustifikazzjoni

M’hemmx raġuni għaliex l-kamp ta' applikazzjoni għandu jiġi ristrett għall-qasam tal-agrikoltura biss. Din l-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 1 tal-ewwel qari adottat fis-6 ta' Mejju 2009.

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 4 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(4a) Il-Parlament Ewropew diġà ppreżenta l-pożizzjoni tiegħu f’dan il-qasam fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Frar 1997 dwar is-sitwazzjoni tal-konjuġi ta’ għajnuna ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom1.

 

1 ĠU C 85, 17.3.1997, p. 186.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirriproduċi s-sustanza tal-Emenda 2 tal-ewwel qari adottat fis-6 ta' Mejju 2009.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(16) Bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tan-negozju tal-familja, il-konjuġi jew, meta u sa fejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, li għandhom aċċess għal sistema għal protezzjoni soċjali, għandhom ikunu intitolati wkoll li jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex din il-protezzjoni soċjali tiġi organizzata f'konformità mal-liġi nazzjonali. B'mod partikolari, huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu jekk din il-protezzjoni soċjali għandhiex tiġi implimentata fuq bażi obbligatorja jew volontarja. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din il-protezzjoni soċjali tista' tkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-ħaddiem li jaħdem għal rasu u/jew il-livell ta' kontribuzzjoni. Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-aċċess għal skemi speċifiċi tal-protezzjoni soċjali, jew għal ċertu livell ta' protezzjoni, inklużi kondizzjonijiet speċjali tal-finanzjament, għal ċerti gruppi ta' ħaddiema jew professjonisti li jaħdmu għal rashom, sakemm jkun disponibbli l-aċċess għal xi skema ġenerali.

(16) Bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tan-negozju tal-familja, il-konjuġi jew, meta u sa fejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, li għandhom aċċess għal sistema għal protezzjoni soċjali, għandhom ikunu intitolati wkoll li jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex din il-protezzjoni soċjali tiġi organizzata f'konformità mal-liġi nazzjonali. B'mod partikolari, huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu jekk din il-protezzjoni soċjali għandhiex tiġi implimentata fuq bażi obbligatorja jew volontarja. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li din il-protezzjoni soċjali tista' tkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-ħaddiem li jaħdem għal rasu u/jew il-livell ta' kontribuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-intenzjoni li ma ddaħħalx dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li jiġi limitat l-aċċess għall-protezzjoni soċjali.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(17) Il-vulnerabbiltà ekonomika u fiżika ta’ nisa tqal li jaħdmu għal rashom u ta’ konjuġi tqal u, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, ta’ life partners tqal ta' persuni li jaħdmu għal rashom, tirriżulta fil-ħtieġa tagħhom li jingħataw id-dritt tal-benefiċċji tal-maternità. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jorganizzaw tali benefiċċji, inkluż l-istabbiliment tal-livell ta’ kontribuzzjonijiet u l-arranġamenti kollha li jikkonċernaw benefiċċji u ħlasijiet, sakemm jiġu mħarsa r-rekwiżiti minimi ta’ din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma jistgħu jiddeterminaw f'liema perijodu qabel u/jew wara t-twellid jingħata d-dritt għall-benefiċċji tal-maternità. Barra minn dan, is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna jew tal-familja inkwistjoni tista' tittieħed f'kont meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kontribuzzjonijiet u/jew il-benefiċċji.

(17) Il-vulnerabbiltà ekonomika u fiżika ta’ nisa tqal li jaħdmu għal rashom u ta’ konjuġi tqal u, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, ta’ life partners tqal ta' persuni li jaħdmu għal rashom, tirriżulta fil-ħtieġa tagħhom li jingħataw id-dritt tal-benefiċċji tal-maternità. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jorganizzaw tali benefiċċji, inkluż l-istabbiliment tal-livell ta’ kontribuzzjonijiet u l-arranġamenti kollha li jikkonċernaw benefiċċji u ħlasijiet, sakemm jiġu mħarsa r-rekwiżiti minimi ta’ din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma jistgħu jiddeterminaw f'liema perijodu qabel u/jew wara t-twellid jingħata d-dritt għall-benefiċċji tal-maternità.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-intenzjoni li ma ddaħħalx kriterju wiesa' wisq, bħal dak tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna jew tal-familja, kriterju li mhux karatteristiku tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-qasam soċjali.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 17 a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(17a) It-tul taż-żmien li matulu tingħata benefiċċji ta' lif tal-maternità ħaddiema li taħdem għal rasha jew il-mara jew sieħba, meta u sakemm din tkun rikonoxxuta mil-liġi nazzjonali, ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom għandu jkun simili għat-tul tal-lif tal-maternità għal impjegati li huwa attwalment fis-seħħ fl-UE. F'każ li d-dewmien tal-lif tal-maternità mogħti lil impjegati jiġi modifikat fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill billi tagħmel valutazzjoni dwar jekk għandux jiġi modifikat id-dewmien tal-benefiċċji ta' lif tal-maternità għal ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi jew sieħba msemmija fl-Artikolu 2.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-intenzjoni li tikkunsidra s-sitwazzjoni evoluttiva tal-protezzjoni tal-maternità għall-ħaddiema bi ħlas u li tagħmilha possibbli li jiġi modifikat it-tul ta' żmien tal-benefiċċji tal-maternità mogħtija lill-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom u lill-konjuġi nisa jew lil-life partners nisa tagħhom jekk rapport tal-Kummissjoni li jevalwa s-sitwazzjoni jagħmel proposta għal modifika f'dan is-sens.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(18) Biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi nisa jew, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners nisa ta' persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jingħataw aċċess, kemm jista’ jkun, għal kwalunkwe servizz eżistenti li jipprovdi sostituzzjoni temporanja li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba li qed irabbu t-tfal jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-aċċess għal dawk is-servizzi jista' jkun alternattiva għal, jew parti mill-allowance tal-maternità.

(18) Biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi nisa jew, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, il-life partners nisa ta' persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom jingħataw aċċess għal kwalunkwe servizz eżistenti li jipprovdi sostituzzjoni temporanja li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba li qed irabbu t-tfal jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-aċċess għal dawk is-servizzi jista' jkun alternattiva għal, jew parti mill-allowance tal-maternità.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal servizzi eżistenti li jipprovdu sostituzzjoni temporanja jew għal servizzi soċjali eżistenti fil-livell nazzjonali m’għandux ikun limitat minn kriterju li mhux preċiż jew identifikabbli.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(19) It-titjib fl-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ għajnuna soċjali, notevolment permezz ta’ inċentivi mtejba, amministrazzjoni u evalwazzjoni aħjar, u l-prijoritizzazzjoni ta’ programmi ta’ nfiq, sar kruċjali għas-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-mudelli soċjali Ewropej. Meta jkunu qed ifasslu l-miżuri meħtieġa biex tiġi implimentata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lit-titjib u l-iżgurar tal-kwalità u s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirriproduċi parzjalment is-sustanza tal-Emenda 8 tal-ewwel qari adottat fis-6 ta' Mejju 2009. Dan hu test ta’ natura ġenerali li ma jinsabx fit-testi leġiżlattivi l-oħra f'dan il-qasam.

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(20) Il-persuni li kienu suġġetti għal diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess għandu jkollhom mezzi xierqa ta’ protezzjoni legali. Biex tingħata protezzjoni aktar effettiva, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra għandhom jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom fi proċedimenti, kif jiddeċiedu l-Istati Membri, jew f'isem jew b'appoġġ għal kull vittima, bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta' proċedura dwar rappreżentazzjoni u difiża quddiem il-qrati.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(21) Il-protezzjoni ta' persuni li jaħdmu għal rashom u konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom u, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, mid-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess għandha tissaħħaħ bl-eżistenza ta’ korp jew korpi f'kull Stat Membru b' kompetenza li janalizzaw il-problemi involuti, jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u jagħtu assistenza prattika lill-vittmi. Il-korp jew korpi jistgħu jkunu l-istess bħal dawk b’responsabbiltà fuq livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi, jew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali.

(21) Il-protezzjoni ta' persuni li jaħdmu għal rashom u konjuġi ta' persuni li jaħdmu għal rashom u, meta u safejn huma rikonoxxuti bil-liġi nazzjonali, life partners ta' persuni li jaħdmu għal rashom, mid-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess għandha tissaħħaħ bl-eżistenza ta’ korp jew korpi f'kull Stat Membru b' kompetenza li janalizzaw il-problemi involuti, jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u jagħtu assistenza prattika lill-vittmi. Il-korp jew korpi jistgħu jkunu l-istess bħal dawk b’responsabbiltà fuq livell nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirriproduċi parzjalment is-sustanza tal-Emenda 9 tal-ewwel qari adottat fis-6 ta' Mejju 2009: il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem m’għandhomx jitħalltu mat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw mizuri fis-sens tal-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol li tkun immirata, pereżempju, għall-promozzjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw mizuri fis-sens tal-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol li tkun immirata, pereżempju, għall-promozzjoni ta' inizjattivi tal-intraprenditorija fost in-nisa.

Emenda  11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk il-protezzjoni soċjali msemmija fil-paragrafu 1 hijiex implimentat fuq bażi obbligatorja jew volontarja. F'konformità ma' dan, huma jistgħu jipprevedu li din il-protezzjoni soċjali tingħata biss fuq talba tal-konjuġi u l-life partners msemmijin fl-Artikolu 2(b).

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk il-protezzjoni soċjali msemmija fil-paragrafu 1 hijiex implimentat fuq bażi obbligatorja jew volontarja.

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 - paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2 ikunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jingħataw allowance tal-maternità adegwata li jippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba l-maternita' għal mhux inqas minn 14-il ġimgħa.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2 ikunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jingħataw allowance tal-maternità li tkun biżżejjed biex tippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba l-maternita' għal mhux inqas minn 14-il ġimgħa.

Ġustifikazzjoni

Allowance ''adegwata'' timplika ġudizzju soġġettiv, filwaqt li ''biżżejjed'' tfisser li l-Istat Membru vvaluta l-ispejjeż finanzjarji medji biex persuna ssir omm u biex tieqaf mill-attività ta' xogħol tagħha, u qed joffri allowance li tkopri dawn l-ispejjeż.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk l-allowance tal-maternità msemmija fil-paragrafu 1 hijiex mogħtija fuq bażi obbligatorja jew volontarja. F'konformità ma' dan, huma jistgħu jipprevedu li din l-allowance tingħata biss fuq talba ta' ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom u tal-konjuġi u l-life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk l-allowance tal-maternità msemmija fil-paragrafu 1 hijiex mogħtija fuq bażi obbligatorja jew volontarja.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 - paragrafu 3 - parti introduttorja

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. L-allowance imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jitqies adegwat jekk jiggarantixxi dħul għall-inqas ekwivalenti għal:

3. L-allowance imsemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li tkun biżżejjed jekk tiggarantixxi dħul għall-inqas ekwivalenti għal:

Ġustifikazzjoni

Allowance ''adegwata'' timplika ġudizzju soġġettiv, filwaqt li ''biżżejjed'' tfisser li l-Istat Membru vvaluta l-ispejjeż finanzjarji medji biex persuna ssir omm u biex tieqaf mill-attività ta' xogħol tagħha, u qed joffri allowance li tkopri dawn l-ispejjeż.

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2 ikollhom aċċess kemm jista’ jkun għal kwalunkwe servizz eżistenti li jipprovdi sostituzzjonijiet temporanji jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-aċċess għal dawk is-servizzi jkun alternattiva għal, jew parti mill-allowance imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li nisa li jaħdmu għal rashom u konjuġi u life partners nisa msemmijin fl-Artikolu 2 ikollhom aċċess għal kwalunkwe servizz eżistenti li jipprovdi sostituzzjonijiet temporanji jew għal kwalunkwe servizz soċjali nazzjonali eżistenti. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-aċċess għal dawk is-servizzi jkun alternattiva għal, jew parti mill-allowance imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal servizzi eżistenti li jipprovdu sostituzzjoni temporanja jew għal servizzi soċjali eżistenti fil-livell nazzjonali m’għandux ikun limitat minn kriterju li mhux preċiż jew identifikabbli.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għal korp jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ ta' trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess. Tali korpi jistgħu jifformaw parti minn aġenziji b’responsabbiltà fuq livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi, jew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE jkunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ ta' trattament ugwali tal-persuni kollha koperti min din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirriproduċi parzjalment is-sustanza tal-Emenda 9 tal-ewwel qari adottat fis-6 ta’ Mejju 2009 u tirreferi għall-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE li jistabbilixxi l-korpi għat-trattament ugwali.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Kummissjoni sa …*.

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Kummissjoni sa …*.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fil-qosor biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn ...**. Fejn ikun il-każ, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fil-qosor biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn ...**. Dan ir-rapport għandu jqis kwalunkwe bidla legali li tikkonċerna t-tul ta' żmien tal-lif tal-maternità għall-ħaddiema nisa b'salarju. Fejn ikun il-każ, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva.

___________

___________

* Nota lill-ĠU: daħħal id-data sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

* Nota lill-ĠU: daħħal id-data ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

** Nota lill-ĠU: daħħal id-data seba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

** Nota lill-ĠU: daħħal id-data sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bbażata fuq l-istess raġunijiet tal-emenda 25 tal-ewwel qari adottat fis-6 ta' Mejju 2009: il-perijodi ta' sitt snin u seba' snin rispettivement huma meqjusa twal wisq.

  • [1]  Testi adottati, 6.5.2009, P7_TA(2009)0364.

NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

Id-Direttiva tal-11 ta’ Diċembru 1986[1] kienet wisq limitata biex tilħaq l-objettivi tagħha. F’riżoluzzjonijiet u rapporti adottati fis-snin disgħin, il-Parlament Ewropew ripetutement talab li din id-direttiva tittejjeb.

Minkejja diversi tfakkiriet min-naħa tal-Parlament dwar dawn il-proposti konkreti ħafna biex ikun garantit trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa b’attività għal rashom, inklużi l-konjuġi ta’ għajnuna u l-imsieħba rikonoxxuti tagħhom, il-Kummissjoni stenniet sa Ottubru 2008 biex tipproponi li tiġi abrogata d-Direttiva 86/613/KEE u biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal direttiva[2] li l-bażi legali speċifika tagħha hi l-Artikolu 141 tat-Trattat KE (fil-preżent l-Artikolu 157 tat-Trattat FUE). Din tkopri biss l-aspetti li għadhom mhux koperti minn direttivi oħra adottati sadanittant li jimplimentaw il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa[3].

Il-proposta għal direttiva għamlet passi kbar ‘l quddiem biex tiggarantixxi trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jaħdmu għal rashom, inklużi l-konjuġi ta’ għajnuna tagħhom, bħall-proposta li jiġu attakkati l-ostakli għall-aċċess għan-nisa għal attività għal rashom fost affarijiet oħra billi jiġu previsti azzjonijiet pożittivi jew miżuri speċifiċi maħsuba biex jiffaċilitaw l-eżerċitar ta’ attività indipendenti mill-ġeneru sottorappreżentat; il-proposta dwar it-twaqqif ta’ kumpanija li tipprevedi miżuri kontraenti biex fil-liġi nazzjonali ma jibqax jiġi impedit it-twaqqif ta’ kumpanija bejn il-konjuġi jew l-imsieħba, il-protezzjoni tal-maternità tan-nisa li jkollhom attività għal rashom, kif ukoll tal-konjuġi nisa ta’ għajnuna jew l-imsieħba nisa rikonoxxuti (id-dritt għall-istess lif tal-maternità bħal dak previst fid-Direttiva 92/85/KEE, allowance għall-inqas ekwivalenti għall-allowance fil-każ ta’ mard, jekk din tkun prevista mil-liġi nazzjonali, il-possibilità ta’ aċċess għal servizzi ta’ sostituzzjoni temporanja bħala alternattiva għall-allowance); livell ta’ sigurtà soċjali għall-konjuġi ta’ għajnuna għall-inqas daqs dak tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal dawn tal-aħħar, imma madankollu filwaqt li tinżamm is-sistema ta’ adeżjoni tal-konjuġi tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom fuq bażi volontarja u kontributtiva.

L-ewwel qari tal-Parlament

Fl-ewwel qari tiegħu, il-Parlament Ewropew laqa’ l-proposta għal direttiva filwaqt li ressaq diversi emendi bl-intenzjoni li tissaħħaħ il-proposta tal-Kummissjoni lejn leġiżlazzjoni iktar kontraenti li tiffissa qafas ta’ garanziji minimi għall-konjuġi ta’ għajnuna.

B’hekk, f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din il-proposta għal direttiva, rispettivament il-konjuġi ta’ għajnuna jew l-imsieħba rikonoxxuti tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, b’kunsiderazzjoni tan-natura mhux omoġenja tat-tip ta’ xogħol, il-Parlament insista li l-applikazzjoni ma tkunx ridotta biss għall-persuni li jagħmlu attività bi qliegħ għal rashom fil-qasam tal-agrikoltura, għaliex anke jekk dan it-tip ta' xogħol hu fil-maġġoranza fl-agrikoltura, dan jinsab ukoll fl-artiġanat u fil-kummerċ, fl-impriżi ta' daqs żgħir u medju u fil-professjonijiet ħielsa (l-emendi 1 u 10 tal-PE). Fir-rigward tal-miżuri jew il-vantaġġi speċifiċi maħsuba biex jiffaċilitaw l-eżerċitar ta’ attività indipendenti mill-ġeneru sottorappreżentat, il-Parlament jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni, imma msaħħa bħala azzjoni pożittiva (l-emenda 4 tal-PE, il-premessa 10, l-Artikolu 4 tal-proposta għal direttiva).

F’dak li jikkonċerna l-istatus tal-konjuġi ta’ għajnuna, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri dawn mhux dejjem ikollhom status xieraq, peress li x-xogħol tagħhom mhuwiex rikonoxxut u peress li huma ma jibbenefikawx minn sigurtà soċjali indipendenti tal-konjuġi, imma permezz tad-drittijiet derivati, il-Parlament appoġġa l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut status tax-xogħol definit b'mod ċar u li jiġu determinati d-drittijiet tagħhom u għamel rakkomandazzjoni f'dan is-sens lill-Istati Membri (l-emendi 3 u 18 tal-PE). Marbut mill-qrib mar-rikonoxximent tax-xogħol tagħhom, il-Parlament appoġġa l-modifika b’konsegwenza tal-premessa 13 u tal-Artikolu 6 tal-proposta għal direttiva (l-emendi 14 u 40 tal-PE) biex l-ewwel nett tkun garantita l-possibilità ta' sħubija fis-sistema tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, biex ma tkunx permessa eżenzjoni, jiġifieri sħubija obbligatorja, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, peress li xorta trid tiġi prevista l-possibilità li l-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkolati fuq bażi ta’ ammont bażiku u biex ikun previst ukoll li dawn il-kontribuzzjonijiet soċjali jkunu jistgħu jitnaqqsu mit-taxxi billi jitqiesu pereżempju bħala spejjeż ta’ sfruttar. F’dak li jikkonċerna l-lif tal-maternità, il-Parlament appoġġa l-adattament tiegħu għas-sitwazzjoni speċjali tal-konjuġi ta' għajnuna, filwaqt li t-tul ta' żmien tiegħu ma jistax jaqbeż lil dak previst fid-Direttiva 92/85/KEE tal-Kunsill (l-emenda 15 tal-PE).

Fl-ewwel qari tiegħu l-Parlament qies li l-proposti tal-Kummissjoni (Artikolu 10), li jikkombinaw flimkien il-kompetenzi fil-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem u d-diskriminazzjonijiet imsejsa fuq il-ġeneru, huwa diffiċili li jiġu aċċettati. It-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa jikkonċerna l-popolazzjoni kollha, u mhux xi minoranzi diskriminati fuq xi bażi oħra, bħar-razza, ir-reliġjon, eċċ.. Din hija r-raġuni għaliex l-entità li tissorvelja l-implimentazzjoni tajba ta’ din id-direttiva għandha tkun l-istess waħda responsabbli għad-direttivi dwar it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa impjegati, iżda mhux entità għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (l-emenda 9 tal-PE).

Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirriproduċi parzjalment il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, xi kultant b’formulazzjoni ġdida jew struttura ġdida, billi għaxar emendi tal-PE fl-ewwel qari ġew aċċettati mill-Kunsill (l-emendi 4, 9 (parzjalment), 12, 13 u 39, 18, 22, 23, 27 u 28).

Dawn l-emendi jikkonċernaw b'mod speċjali l-kwistjonijiet marbuta mal-miżuri jew il-vantaġġi speċifiċi maħsuba biex jiffaċilitaw l-eżerċitar ta' attività indipendenti mill-ġeneru sottorappreżentat u msaħħa bħala azzjonijiet pożittivi, il-promozzjoni tal-imprenditorjat tan-nisa, billi l-proposta għandha l-intenzjoni li ma tirristrinġix it-twaqqif ta' kumpaniji bejn il-konjuġi jew l-imsieħba, id-dħul ta’ dispożizzjoni ġdida dwar l-integrazzjoni fil-politiki differenti tal-kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa eċċ.. Wieħed għandu jinnota li r-rakkomandazzjoni li jiġi rikonoxxut ix-xogħol tal-konjuġi jew tal-imsieħba rikonoxxuti ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom qed tinżamm b’formulazzjoni oħra fil-premessa 8 tal-pożizzjoni tal-Kunsill.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tvarja minn dik adottata fl-ewwel qari, fuq kollox f’dak li jikkonċerna l-protezzjoni soċjali tal-konjuġi jew imsieħba rikonoxxuti tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Il-Kunsill iqis li l-implimentazzjoni ta’ protezzjoni soċjali bħal din tista’ ssir fuq bażi obbligatorja jew volontarja mill-Istati Membri (l-Artikolu 7 il-ġdid tal-pożizzjoni tal-Kunsill). Fl-istess ħin, il-proposta tal-Kummissjoni meħuda mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu li tipprevedi livell ta’ protezzjoni għall-inqas l-istess għall-konjuġi jew imsieħba rikonoxxuti tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom ma nżammitx mill-Kunsill. Skontu, huma l-Istati Membri li għandhom jorganizzaw din il-protezzjoni soċjali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u, b’mod partikolari, jiddeċiedu li din il-protezzjoni soċjali tista’ tkun proporzjonali għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-ħaddiem li jaħdem għal rasu u/jew il-livell ta’ kontribuzzjonijiet tiegħu (il-premessa 16 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari).

F’dak li jikkonċerna l-lif tal-maternità, il-pożizzjoni tal-Kunsill tressaq il-possibilità, f'konformità mal-liġi nazzjonali, għan-nisa li jeżerċitaw attività indipendenti kif ukoll għall-konjuġi nisa jew il-life partners nisa rikonoxxuti, li jkollhom dritt għal allowance tal-maternità li tippermettilhom li jinterrompu l-attività tax-xogħol tagħhom minħabba t-tqala jew minħabba l-maternità għal mhux inqas minn 14-il ġimgħa. Il-proposta li jiġi ffissat limitu massimu bħal dak previst fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari (tul ta’ żmien li ma jistax jaqbeż dak previst mid-Direttiva 92/85/KEE tal-Kunsill) ma tteħditx peress li din titratta direttiva li tiffissa preskrizzjonijiet minimi. Il-pożizzjoni tal-Kunsill (l-Artikolu 8) iżżomm ukoll il-proposta tal-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna l-possibilità li jiġi previst aċċess għal servizzi li jipprovdu sostituzzjonijiet, bħala soluzzjoni ta’ alternattiva għall-allowance tal-maternità.

Bl-istess mod il-Kunsill iżomm il-proposta tal-Kummissjoni f’dak li jikkonċerna l-korpi li jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ din id-direttiva, billi jipprevedi li dawn il-korpi jistgħu jkunu l-istess korpi b’responsabilità għad-drittijiet tal-bniedem (il-premessa 21 u l-Artikolu 10 tal-pożizzjoni tal-Kunsill).

Il-proposta tar-rapporteur

Ir-rapporteur jinnota l-volontà tal-Kunsill li jagħmel passi 'l quddiem fit-titjib tal-protezzjoni soċjali mogħtija lill-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u, wkoll, il-protezzjoni tal-“konjuġi ta’ għajnuna” sabiex jiġi eliminat ix-xkiel għall-imprenditorjat tan-nisa.

Xi punti mressqa mill-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu jistgħu jiġu aċċettati, bħall-fatt li l-Kunsill ma jaċċettax li jimmodifika l-formulazzjoni eżistenti tad-Direttiva 86/613/KEE dwar il-ġestjoni tal-intrapriża bħala ġestjoni tal-impriża bħala sitwazzjoni li għaliha għandu japplika l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni (il-premessa 13 u l-Artikolu 4(1) tal-pożizzjoni tal-Kunsill bl-ewwel qari) jew meta l-Kunsill iqis li t-test għandu jkun allinjat fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttivi 2006/54/KE u 2004/113/KE dwar in-nuqqas ta’ użu tat-terminu "effikaċji" (l-Artikolu 9(1) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) jew ir-refernza għal "korp jew korpi", sabiex jidher ċar li l-korpi stipulati għandhom ikunu dawk stipulati fid-Direttivi 2004/113/KE u 2006/54/KE (l-Artikolu 11(2) tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) eċċ..

Ir-rapporteur tosserva li rigward il-protezzjoni soċjali tal-konjuġi tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom il-pożizzjoni tal-Kunsill tippreżenta differenzi f’paragun mal-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari, għaliex anke jekk il-Kunsill iqis li l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jorganizzaw din il-protezzjoni soċjali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-implimentazzjoni ta’ din għandha tkun f’idejn l-Istati Membri li jistgħu jiddeċiedu jekk din issirx fuq bażi obbligatorja jew volontarja u jekk din il-protezzjoni għandhiex tingħata biss fuq talba tal-konjuġi u tal-life partners.

Bl-istess mod, dwar il-protezzjoni tal-maternità tal-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom u, b’analoġija, tal-konjuġi nisa u tal-life partners nisa ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom, ir-rapporteur tqis il-passi ‘l quddiem li għamel il-Kunsill f’dak li jikkonċerna r-rikonoxximent tal-fatt li hu neċessarju li dawn jingħataw allowance li tippermettilhom li jinterrompu l-attività tagħhom matul perijodu suffiċenti biex ikun żgurat l-iżvolġiment tajjeb ta’ tqala normali u l-irkupru fiżiku tal-omm wara twellid normali. Il-pożizzjoni tal-Kunsill, li skontha n-nisa kkonċernati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, għandu jkollhom id-dritt għal allowance tal-maternità xierqa li tippermettilhom li jinterrompu l-attività tagħhom minħabba t-tqala jew il-maternità għal mill-inqas 14-il ġimgħa, tista' titqies bħala waħda li tippreżenta progressi f'paragun mas-sitwazzjoni eżistenti jekk wieħed jissottolinja li dan il-perijodu ta' 14-il ġimgħa jirrappreżenta minimu li jista' jittawwal mill-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tal-istatus differenti tagħhom, kif ukoll tal-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

Ir-rapporteur ma tqisx li hi ħaġa utli li jiġi aċċettat il-limitu dwar in-neċessità li titjieb is-sitwazzjoni tal-konjuġi ta’ għajnuna fis-settur tal-agrikoltura biss (il-premessa 4 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) jew ir-referenza għall-kwalità u għas-sostenibilità fit-tul tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali (il-premessa 19 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) għaliex is-sostenibilità tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali ma tidħolx fl-objettivi ta' din id-direttiva.

Ir-rapporteur tesprimi wkoll it-tħassib tagħha dwar id-dispożizzjoni li tipprevedi l-possibilità għall-Istati Membri li jżommu dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-aċċess għal sistemi speċifiċi ta' protezzjoni soċjali, jew għal ċertu livell ta' protezzjoni (il-premessa 16 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari) jew id-dispożizzjoni li skontha l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw jekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna jew tal-familja kkonċernata għandhiex titqies fl-ikkalkolar tal-kontribuzzjonijiet u/jew il-benefiċċji (il-premessa 17 tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari).

Bl-istess mod ir-rapporteur ma tistax taċċetta li l-korpi li jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta’ din id-direttiva jkunu dawk responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem (il-premessa 21 u l-Artikolu 10 tal-pożizzjoni tal-Kunsill), u tipproponi li tiġi riprodotta parzjalment is-sustanza tal-emenda 9 tal-ewwel qari tal-PE, għaliex mhux mixtieq li l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jitħalltu mat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Ir-rapporteur tesprimi l-fiduċja tagħha fil-possibilità li jinstabu soluzzjonijiet xierqa komuni u li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi eżistenti sabiex wieħed jasal għal test leġiżlattiv li jġib titjib reali għall-ħaddiema nisa li jaħdmu għal rashom u għall-konjuġi u l-life partners rikonoxxuti nisa b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-protezzjoni soċjali xierqa, indipendenti mill-konjuġi jew mill-imsieħba tagħhom.

  • [1]  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività, inkluża l-agrikoltura, b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal (ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56).
  • [2]  COM(2008)636 finali
  • [3]  79/7/KEE, 2004/113/KE, 2006/54/KE.

PROĊEDURA

Titolu

Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom

Referenzi

17279/3/2009 – C7-0075/2010 – 2008/0192(COD)

Data tal-ewwel qari tal-PE – Numru P

7.5.2009                     T6-0364/2009

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0636 - C6-0341/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

25.3.2010

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

25.3.2010

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Astrid Lulling

19.11.2008

 

 

Data tal-adozzjoni

4.5.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Silvia Costa, Tadeusz Cymański, Ilda Figueiredo, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Philippe Juvin, Astrid Lulling, Barbara Matera, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Eva-Britt Svensson, Marc Tarabella, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicole Kiil-Nielsen, Elisabeth Morin-Chartier, Norica Nicolai, Chrysoula Paliadeli, Rovana Plumb, Joanna Senyszyn, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ana Gomes, Alajos Mészáros