RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

17.5.2010 - (COM(2009)0139 – C7‑0103/2009 – 2009/0047(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur għal opinjoni: Evžen Tošenovský


Proċedura : 2009/0047(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0160/2010
Testi mressqa :
A7-0160/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

(COM(2009)0139 – C7‑0103/2009 – 2009/0047(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0139),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0103/2009),

-    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

-    wara li kkundisra l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

-    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1]

-    wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0160/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni għal

REGOLAMENT (UE) Nru .../2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

▌ li jistabbilixxi Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],

Billi:

(1)    Il-politika Ewropea ta' radjunavigazzjoni bis-satellita hija bħalissa implimentata permezz tal-programmi ta' EGNOS u ta' Galileo.

(1a)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita [5], ▌stabbilixxa aġenzija Komunitarja msejħa l-Awtorità ta' Viġilanza tal-GNSS Ewropea (minn hawn 'il quddiem ''l-Awtorità'').

(3)    Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) [6] jiddefinixxi l-qafas il-ġdid għall-governanza pubblika u l-finanzjament tal-programmi Galileo u EGNOS. Huwa jistabbilixxi l-prinċipju tad-diviżjoni stretta tar-responsabbiltajiet bejn il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn hawn 'il quddiem ''ESA''), li jagħti lill-Kummissjoni r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-programmi u jattribwilha l-kompiti mogħtija oriġinarjament lill-Awtorità. Huwa jipprevedi wkoll li l-Awtorità, meta twettaq il-kompiti fdati lilha, ser tiżgura li r-rwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi jkun rispettat u li l-Awtorità ser taġixxi f'konformità mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni.

(3a)  Fir-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta sabiex l-istrutturi tat-tmexxija tal-programmi EGNOS u Galileo kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 jiġu jaqblu formalment mar-rwoli l-ġodda tal-Kummissjoni u tal-Awtorità kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 683/2008.

(5)    Minħabba l-limitazzjoni tal-attività tagħha, l-Awtorità m’għandhiex tibqa’ tissejjaħ ''Awtorità ta' Viġilanza tal-GNSS Ewropea'' iżda ''l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea'' (minn hawn 'il quddiem ''l-Aġenzija''). Minkejja dan, il-kontinwità tal-attivitajiet tal-Awtorità, inkluża l-kontinwità fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi, l-istaff u l-validità ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda, għandha tiġi żgurata taħt l-Aġenzija.

(6)    L-għanijiet u l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għandhom ikunu aġġustati wkoll sabiex jirriflettu l-fatt li l-Aġenzija m’għadhiex responsabbli għall-ġestjoni tal-interessi pubbliċi relatati mal-programmi tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) Ewropej u li tirregola tali programmi.

(6a)  L-istatus legali tal-Awtorità għandu jkun tali li jippermettilha li taġixxi bħala persuna ġuridika fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

(7)    Huwa importanti wkoll li jiġu mmodifikati l-kompiti tal-Aġenzija u, f'dan ir-rigward, li l-kompiti tagħha jkunu definiti b’konformità ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, inkluża l-possibbiltà li l-Aġenzija twettaq attivitajiet oħrajn li jistgħu jiġu fdati lilha mill-Kummissjoni, sabiex tappoġġja lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-GNSS. B’konformità mal-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [7], tali attivitajiet jistgħu jinkludu pereżempju:

-       segwitu tal-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ koordinazzjoni u konsultazzjoni fi kwistjonijiet ta’ sigurtà;

-       twettiq ta’ riċerka li tkun ta’ benefiċċju għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSS;

         -       provvediment ta’ appoġġ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett pilota tas-Servizz Pubbliku Regolat (PRS).

(7a)  Fl-ambitu tagħha, l-għanijiet tagħha u fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha tikkonforma b'mod partikolari mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(7b)  Fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tagħha tal-programm Galileo previst għall-2010 kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Kummissjoni għandha wkoll tindirizza l-kwistjoni tal-governanza tal-programm fil-fażi operattiva u ta' esplojtazzjoni u r-rwol tal-Aġenzija f'dan il-kuntest.

(8)    Sabiex jiġi rifless it-titolu ta’ dan ir-Regolament u l-isem il-ġdid tal-Aġenzija, għandhom jiġu emendati d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 li jikkwotaw l-isem preċedenti tal-Aġenzija.

(9a)  Sabiex jiġi żgurat b'mod effettiv it-twettiq tal-kompiti tal-Awtorità, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati fuq Bord Amministrattiv fdat bil-poteri meħtieġa sabiex jagħmel il-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċedura tax-xogħol trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Aġenzija, japprova l-programm tagħha ta' xogħol u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv.

(9b)  Huwa xieraq ukoll li jiġi inkluż rappreżentant tal-Parlament Ewropew ▌fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bħala membru mingħajr dritt għall-vot, minħabba l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 683/2008 enfasizza l-utilità tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. ▌

(10)  Sabiex jiġi żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha waqt li tirrispetta r-rwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi, u f'konformità mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni, huwa importanti wkoll li ▌jiġi ddikjarat espliċitament li l-Aġenzija għandha titmexxa minn Direttur Eżekuttiv ▌taħt is-sorveljanza tal-Bord Amministrattiv, u f'konformità mal-linji gwida pprovduti lill-Aġenzija mill-Kummissjoni. Huwa importanti wkoll li jkun speċifikat li l-Kummissjoni għandu jkollha ħames rappreżentanti fuq il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u li d-deċiżjonijiet rigward għadd limitat ta' kompiti tal-Bord ma jistgħux jiġu adottati mingħajr il-kunsens tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

(10a) Il-funzjonament mingħajr problemi tal-Aġenzija jitlob li d-Direttur Eżekuttiv tagħha jkun maħtur fuq il-bażi ta' mertu u kapaċitajiet amministrattivi u ta' tmexxija dokumentati, kif ukoll kompetenza u esperjenza rilevanti, u li hu/hi jaqdi d-dmirijiet tiegħu/tagħha b'indipendenza u flessibilità totali f'dak li għandu x'jaqsam mal-organizzazzjoni tal-funzjonament intern tal-Aġenzija. Ħlief fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet u miżuri relatati mal-akkreditazzjoni tas-sigurtà, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara u jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżgura li l-programm ta' ħidma tal-Aġenzija jiġi kompletat kif jixraq, għandu jipprepara kull sena abbozz ta' rapport ġenerali li għandu jiġi sottomess lill-Bord Amministrattiv, għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni ta' estimi ta' dħul u nfiq tal-Aġenzija u għandu jimplimenta l-baġit.

(10b) Il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jingħata s-setgħa li jieħu kwalunkwe deċiżjoni li tista' tiżgura li l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompitu tagħha bl-eċċezzjoni tal-kompiti ta' akkreditazzjoni, li għandhom jiġu fdati f'idejn il-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà, u li fir-rigward tagħhom il-Bord Amministrattiv se jwettaq biss id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-materji ta' riżorsi u baġit. Governanza tajba tal-programmi teħtieġ ukoll li l-kompiti tal-Bord Amministrattiv ikunu konformi mal-missjonijiet il-ġodda assenjati lill-Aġenzija bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, speċjalment fir-rigward tal-funzjonament taċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sigurtà u l-istruzzjonijiet mogħtija f'konformità mal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/552/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar aspetti tal-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita li jaffetwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea[8].

(11a) Il-proċeduri li bihom karigi f'uffiċju jkunu maħtura għandhom ikunu trasparenti.

(12)  Barra minn hekk, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti fdati f'idejn l-Aġenzija, li jinkludu l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku tal-Aġenzija għandu jitneħħa u l-Kumitat tas-Sigurtà u tas-Sikurezza tas-Sistema għandu jiġi sostitwit minn Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tas-sistemi tal-GNSS Ewropej li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà u jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-"RGħ") u l-ESA għandu jkollhom rwol ta' osservatur.

(13)  L-attivitajiet tal-akkreditazzjoni għandhom jitwettqu indipendentement mill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi, b'mod partikolari l-Kummissjoni, il-korpi l-oħra tal-Aġenzija, l-ESA kif ukoll entitajiet oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward is-sigurtà. Sabiex jiġu żgurati tali indipendenzi, għandu jiġi stabbilit Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej bħala l-awtorità ta' akkreditazzjoni ▌tas-sigurtà għas-sistemi kif ukoll għar-riċevituri li fihom it-teknoloġija tal-PRS. Huwa għandu jkun, fl-Aġenzija, korp awtonomu li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'mod indipendenti.

(14)  Peress li l-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tmexxi l-aspetti kollha relatati mas-sistema tas-sigurtà, u biex jiġu żgurati governanza effiċjenti tal-aspetti tas-sigurtà u konformità mal-prinċipju ta' diviżjoni stretta tar-responsabbiltajiet previst f'dak ir-Regolament, huwa essenzjali li l-attivitajiet tal-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jkunu strettament limitati għall-attivitajiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi u taħt l-ebda ċirkustanza ma għandhom jirkbu fuq il-kompiti fdati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

(14a) Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skont il-proċeduri li jinvolvu l-Kumitat għall-Programmi tal-GNSS Ewropej mhuma se jaffettwaw bl-ebda mod ir-regoli eżistenti dwar kwistjonijiet baġitarji jew il-kompetenza speċifika tal-Istati Membri dwar kwisjonijiet ta' sigurtà.

(14b) F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, f’każijiet meta s-sigurtà tal-Unjoni jew l-Istati Membri tista' tiġi affetwata bl-operazzjoni tas-sistema Ewropea tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK. B’mod partikolari, fil-każ ta’ theddida għas-sigurtà tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tirriżulta mill-operazzjoni jew l-użu tas-sistema jew fil-każ ta’ theddida għall-operazzjoni tas-sistema, partikolarment bħala riżultat ta’ kriżi internazzjonali, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament jista’ jiddeċiedi dwar l-istruzzjonijiet neċessarji għall-Aġenzija u l-Kummissjoni. Kwalunkwe Membru tal-Kunsill, ir-RGħ jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu diskussjoni tal-Kunsill sabiex ikun hemm qbil dwar tali istruzzjonijiet.

(14c) Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, b'segwitu għall-proċess iddefinit fl-istrateġija għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà, għandhom ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-Istati Membri rispettivi.

(14d) Sabiex iwettaq l-attivitajiet kollha tiegħu b’mod mgħaġġel u effikaċi, il-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun jista’ jistabbilixxi korpi sekondarji li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant għandu jistabbilixxi "Panel" biex jassistih fil-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu u "Awtorità tad-Distribuzzjoni Kriptografika", għall-ġestjoni u l-preparazzjoni ta’ kwsitjonijiet ta’ materjal kriptografiku, inkluża Unità dwar "Kodiċi Elettroniċi tar-Rotta" ddedikata għal kodiċi operattivi tar-rotot għall-illanċjar, kif ukoll korpi oħrajn, jekk ikun neċessarju, biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi. Meta dan ikun qed isir, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali fir-rigward tal-kontinwità neċessarja tal-ħidma f’dawn il-korpi.

(15)  Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni jkunu kkoordinati mal-ħidma tal-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-programmi kif ukoll entitajiet oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà. ▌

(16)  Minħabba n-natura speċifika u l-kumplessità tas-sistemi, huwa essenzjali li l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni jitwettqu f'kuntest ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-UE u l-Istati Membri, billi jsiru sforzi biex jintlaħaq kunsens u billi jiġu involuti l-partijiet kollha b'interess fis-sigurtà, u għal ▌monitoraġġ tar-riskju permanenti ▌. Huwa wkoll imperattiv li l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni teknika jiġu fdati f'idejn professjonisti, kwalifikati sew fil-qasam tas-sistemi kumplessi tal-akkreditazzjoni u b'livell adegwat ta' awtorizzazzjoni tas-sigurtà.

(17)  Sabiex jiġi żgurat li l-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu, għandu jkun previst ukoll li l-Istati Membri għandhom ifornu lill-Bord bi kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa, jagħtu aċċess għal informazzjoni klassifikata u għal kwalunkwe żona li tinsab fil-ġurisdizzjoni tagħhom, lill-persuni awtorizzati, u li għandhom ikunu responsabbli fil-livell lokali għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà ta' żoni li jinsabu fit-territorju tagħhom.

(19)  Is-sistemi stabbiliti fil-qafas tal-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita huma infrastrutturi li l-użu tagħhom jestendi ferm lil hinn mill-konfini nazzjonali tal-Istati Membri, u huma infrastrutturi stabbiliti bħala netwerks trans-Ewropej f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, is-servizzi pprovduti permezz ta' tali sistemi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fl-oqsma tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija.

(19a) Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implikazzjonijiet baġitarji tal-finanzjament tal-Aġenzija għall-intestarura tan-nefqa kkonċernata. Abbażi tal-informazzjoni u bla ħsara għall-proċedura leġiżlattiva rilevanti, jeħtieġ li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jiksbu, fil-qafas tal-kooperazzjoni baġitarja, ftehim f’waqtu dwar l-iffinanzjar tal-Aġenzija. Il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni hija applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni li trid titħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri skont it-Titolu VIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(19b) L-Aġenzija għandha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti u dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' informazzjoni personali. Għandha wkoll tkun konformi mal-prinċipji tas-sigurtà li japplikaw għall-Kunsill u għas-servizzi tal-Kummissjoni.

(19c) Għandu jkun possibbli għall-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-Aġenzija, sakemm ikunu kkonkludew ftehim minn qabel mal-Unjoni f'dan ir-rigward, b'mod partikolari meta dawn il-pajjiżi kienu involuti fil-fażijiet preċedenti tal-programm permezz tal-kontribut tagħhom għall-programm Galileosat tal-ESA.

(19d) Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta’ aġenzija responsabbli, b’mod partikolari, għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi tal-GNSS Ewropej, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jeċċedix dak li hu neċessarju biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(19e) Ir-Regolament (KE) Nru 863/2008 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 ġie emendat preċedentement. Meta wieħed iqis l-emendi li qed jiġu introdotti issa, huwa xieraq, għal finijiet ta’ ċarezza, li jitħassar dak ir-Regolament u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Suġġett, kompiti, korpi

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja, imsejħa l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenzija").

Artikolu 2

Kompiti

Il-kompiti tal-Aġenzija għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

Artikolu 3

Korpi

Il-korpi tal-Aġenzija għandhom ikunu l-Bord Amministrattiv, il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej u d-Direttur Eżekuttiv. Huma għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità mal-linji gwida mogħtija mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

Artikolu 4

Status legali, uffiċċji lokali

1.      L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Hi għandu jkollha personalità ġuridika.

2.      F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti minn proċedimenti legali.

3.      L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi uffiċċji lokali fi Stati Membri suġġett għall-kunsens tagħhom, jew f’pajjiżi oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-programm f'konformità mal-Artikolu 20.

4.      L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, soġġett għall-Artikolu 9b, il-paragrafu 9.

Artikolu 5

Bord Amministrattiv

1.      B'dan huwa stabbilit Bord Amministrattiv sabiex iwettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 6.

2.      Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru, ħames rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni u rappreżentant wieħed mingħajr dritt għall-vot maħtur mill-Parlament Ewropew. It-tul tal-mandat tal-membri tal-Bord għandu jkun ta’ ħames snin. Il-mandat jista' jiġġedded għal massimu ta’ ħames snin. Rappreżentant tar-RGħ u rappreżentant tal-ESA għandhom jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Amministrattiv bħala osservaturi.

3.      Meta jkun adatt, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti minn pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet ta’ din għandhom ikunu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 20.

4.      Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Deputat President minn fost il-membri tiegħu. Id-Deputat President għandu awtomatikament jieħu post il-President jekk ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu. Il-mandat tal-President u tad-Deputat President għandu jkun ta’ sentejn u nofs u għandu jiskadi meta ma jibqgħux membri tal-Bord Amministrattiv. Il-mandati jistgħu jiġu mġedda darba.

5.      Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

         Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu normalment jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-President ma jiddeċidix kontra.

         Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu laqgħa ordinarja darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, hu għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

         Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna, li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur. ▌Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

         Is-segretarjat tal-Bord Amministrattiv għandu jkun ipprovdut mill-Aġenzija.

6.      Dment li ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

7.      Kull rappreżentant tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 6(b) u (e) m'għandhomx jiġu adottati mingħajr vot pożittiv tar-rappreżentant tal-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija ma għandux jivvota.

         Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti iktar dettaljati tal-votazzjoni, b’mod partikolari l-kondizzjonijiet sabiex membru jaġixxi f’isem membru ieħor.

Artikolu 6

Kompiti tal-Bord Amministrattiv

Il-Bord Amministrattiv għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-ħidma fdata lilha, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u għandu jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal dan il-għan. Fir-rigward tal-kompiti tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà u d-deċiżjonijiet previsti fil-Kapitolu II, il-Bord Amministrattiv għandu jkun responsabbli biss għal materji ta' riżorsi u dawk baġitarji. Il-Bord Amministrattiv għandu wkoll:

(a)    jaħtar id-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 7(2);

(b)    jadotta, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għas-sena li jmiss ▌;

(c)    iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’konnessjoni mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 10 u 11;

(d)    jissorvelja l-operazzjoni taċ-ċentru ta' sigurtà tal-Galileo,(minn hawn 'il quddiem iċ-"Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo" jew "il-GSMC") kif insemmi fl-Artikolu 16(a)(ii) tar- Regolament (KE) Nru 683/2008;

(e)    jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;

(f)     jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 18;

(g)    jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet u l-prospetti tal-Aġenzija u jibagħtu, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju, lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri; l-Aġenzija għandha tibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni;

(h)    jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

Artikolu 7

Direttur Eżekuttiv

1.      L-Aġenzija għandha tiġi amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jwettaq dmirijietu taħt is-sorveljanza tal-Bord Amministrattiv ▌.

2.      Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u l-esperjenza rilevanti, minn lista ta' mill-anqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta’ kompetizzjoni miftuħa, wara li jkun deher avviż ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu.

         Is-setgħa tat-tkeċċija tad-Direttur Eżekuttiv għandha tkun f’idejn il-Bord Amministrattiv, skont l-istess proċedura.

         Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Din il-kariga tista’ tiġġedded darba għal ħames snin oħra.

3.      Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur Eżekuttiv biex jippreżenta rapport dwar il-prestazzjoni tad-doveri tiegħu, u jagħmel dikjarazzjoni quddiem dawn l-istituzzjonijiet.

Artikolu 8

Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv:

(a)    għandu jkun responsabbli li jirrappreżenta lill-Aġenzija, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet u d-deċiżjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikoli tal-Kapitoli II u III, u għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tagħha;

(b)    għandu jħejji l-ħidma tal-Bord Amministrattiv. Huwa għandu jipparteċipa, mingħajr ma jkollu d-dritt li jivvota, fil-ħidma tal-Bord;

(c)    għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija taħt il-kontroll tal-Bord Amministrattiv;

(d)    għandu jieħu l-passi meħtieġa kollha, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura li l-Aġenzija tiffunzjona f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(e)    għandu jfassal estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 11, u għandu jimplimenta l-baġit f'konformità mal-Artikolu 12;

(f)     għandu jħejji abbozz ta’ rapport ġenerali kull sena u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv;

(fa)   għandu jiżgura li l-Aġenzija, bħala l-operatur tal-GSMC, tkun kapaċi tirrispondi għal struzzjonijiet previsti taħt l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK;

(g)    għandu jiddefinixxi l-istruttura tal-organizzazzjoni tal-Aġenzija u jissottomettiha lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;

(h)    għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal, is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 16;

(i)     jista’ jadotta, wara l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv, il-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxi uffiċċji lokali fi Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 4;

(ia)   għandu jiżgura li jkunu provvduti s-segretarjat u r-riżorsi meħtieġa kollha għall-funzjonament xieraq tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà u għall-korpi mwaqqfa taħt l-awtorità tiegħu msemmija fl-Artikolu 9b, paragrafu 11.

Kapitolu II

Aspetti relatati mas-sigurità tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha

Artikolu 9

Azzjoni Konġunta

1.      F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha tista' tiġi affetwata bl-operazzjoni tas-sistemi, għandhom japplikaw il-proċeduri mniżżlin fl-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK.

2.      Id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà meħuda f'konformità mal-Kapitolu III, kif ukoll ir-riskji residwi identifikati, għandhom jiġu komunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill għall-informazzjoni.

Kapitolu III

Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-Sistemi tal-GNSS Ewropej

Artikolu 9a

Prinċipji ġenerali

L-attivitajiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà msemmija f'dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

-       l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà jittieħdu f'kuntest ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

-       għandhom isiru sforzi biex id-deċiżjonijiet jittieħdu bil-kunsens u bl-involviment tal-partijiet rilevanti kollha li għandhom interess fi kwistjonijiet tas-sigurtà;

-       il-kompiti għandhom jitwettqu b'osservanza tar-regoli tas-sigurtà rilevanti applikabbli għall-Kunsill u l-Kummissjoni[9];

-       proċess ta' monitoraġġ permanenti għandu jiżgura li r-riskji tas-sigurtà jkunu magħrufa, il-miżuri tas-sigurtà jkunu definiti biex jitnaqqsu tali riskji sa livell aċċettabbli f'konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi jiġu stabbiliti fir-regoli tas-sigurtà applikabbli għall-Kunsill u l-Kummissjoni u li dawn il-miżuri jiġu applikati f'konformità mal-kunċett ta' difiża fil-fond. L-effettività ta' tali miżuri għandha tiġi evalwata kontinwament;

-       id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà, b'segwitu għall-proċess iddefinit fl-istrateġija għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà,għandhom ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà rispettivi tal-Istati Membri;

-       l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà teknika għandhom ikunu fdati f'idejn professjonisti, kwalifikati kif dovut fil-qasam tal-akkreditazzjoni ta' sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta' awtorizzazzjoni ta' sigurtà, li jaġixxu b’mod oġġettiv;

-       id-deċiżjonijiet tal-akkreditazzjoni għandhom jittieħdu b'mod indipendenti mill-Kummissjoni, mingħajr ħsara għall-Artikolu 3, u għall-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi. Bħala riżultat, awtorità tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej għandha tkun korp awtonomu, fi ħdan l-Aġenzija, li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'mod indipendenti;

-       l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jitwettqu b'rispett għar-rekwiżit għal indipendenza u l-ħtieġa għal koordinazzjoni adegwata, bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà.

Artikolu 9

Bord għall-Akkreditazzjoni tas-sigurtà

1.      Fi ħdan l-Aġenzija għandu jiġi stabbilit Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-sistemi tal-GNSS Ewropej (minn hawn 'il quddiem "il-Bord "). Fir-rigward tas-sistemi tal-GNSS Ewropej, dan il-korp għandu jkollu l-kompiti tal-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà, kif imsemmi fir-regoli rilevanti dwar is-sigurtà applikabbli għall-Kunsill u l-Kummissjoni.

2.      Il-Bord għandu jwettaq il-kompiti fdati lill-Aġenzija fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà skont l-Artikolu 16(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 u jieħu "deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà" kif previst fl-Artikolu preżenti, b'mod partikolari dwar l-approvazzjoni ta' lanċjar ta' satellita, l-awtorizzazzjoni li jitħaddmu s-sistemi fil-konfigurazzjonijiet differenti tagħhom u għad-diversi servizzi, l-awtorizzazzjoni li jopera l-istazzjonijiet tal-art u b'mod partikolari l-istazzjonijiet sensuri li qegħdin fi Stati terzi, kif ukoll l-awtorizzazzjoni li jiġu manifatturati r-riċevituri li għandhom teknoloġija PRS u l-komponenti tagħhom.

3.      L-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi mill-Bord għandha tikkonsisti mill-istabbiliment tal-konformità tas-sistemi mar-rekwiżiti ta' sigurtà msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 u f'konformità mar-regoli u regolamenti rilevanti dwar is-sigurtà applikabbli għall-Kunsill u l-Kummissjoni.

4.      Abbażi tar-rapporti dwar ir-riskju msemmija fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, il-Bord għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tiegħu u jipprovdi parir lill-Kummissjoni dwar għażliet għat-trattament ta' riskju residwu għal deċiżjoni partikolari tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà.

5.      Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Bord kontinwament infurmat dwar l-impatt ta’ kwalunkwe deċiżjoni li l-Bord ikun qed jipprevedi dwar it-twettiq sew tal-programmi u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet għat-trattament ta' riskju residwu. Il-Bord għandu jieħu nota ta’ kwalunkwe tali opinjoni tal-Kummissjoni.

6.      Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni.

7.      Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni u ieħor mir-RGħ. Għandu jiġi mistieden rappreżentant tal-ESA biex jattendi l-laqgħat tal-Bord bħala osservatur.

8.      Il-Bord għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu u għandu jaħtar il-President tiegħu.

9.      Il-President tal-Kumitat għandu jkun responsabbli biex jirrappreżenta l-Aġenzija dment li d-Direttur Eżekuttiv, skont l-Artikolu 8, ma jkunx responsabbli.

10.    Il-Bord għandu jkollu aċċess għar-riżorsi umani u materjali kollha meħtieġa biex jipprovdi funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv adegwat u biex ikun jista', flimkien mal-korpi msemmija fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu, iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti, b'mod partikolari meta jittratta fajls, jagħti bidu għal u jissorvelja l-implimentazzjoni ta' proċeduri tas-sigurtà u jwettaq verifiki tas-sigurtà ta' sistema, iħejji deċiżjonijiet u jorganizza l-laqgħat tiegħu.

11.    Il-Bord għandu jwaqqaf korpi speċjali, taħtu stess, li jindirizzaw kwistjonijiet speċjali u li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu. B’mod partikulari, filwaqt li jiżgura l-kontinwità neċessarja tal-ħidma, għandu jwaqqaf:

         -       Panel biex iwettaq reviżjonijiet ta' analiżi tas-sigurtà u testijiet biex jiġu prodotti r-rapporti rilevanti dwar riskju sabiex jassistih fil-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu;

         -       Awtorità tad-Distribuzzjoni Kriptografika (CDA) biex tassisti lill-Kumitat, b'mod partikolari għal kwistjonijiet relatati mal-kodiċi elettroniċi tar-rotot.

12.    Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens skont il-prinċipji ġenerali msemmijin fl-Artikolu 9a, il-Bord għandu jieħu d-deċiżjonijiet abbażi ta' votazzjoni ta' maġġoranza, kif previst fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u bla ħsara għall-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni u r-rappreżentant tar-RGħ m'għandhomx jivvotaw. Il-President tal-Bord għandu jiffirma, f'isem il-Bord, id-deċiżjonijiet adottati minn dan il-Bord.

13.    Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill infurmati, mingħajr dewmien bla bżonn, dwar l-impatt tal-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ akkreditazzjoni fuq it-tmexxija bla xkiel tal-programmi. Jekk il-Kummissjoni tqis li deċiżjoni meħuda mill-Bord jista' jkollha effett sinifikanti fuq it-twettiq sew tal-programmi, pereżempju fir-rigward ta' spejjeż u skeda, hija għandha urġentement tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

14.    B'kont meħud tal-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,li għandhom jiġu espressi fi żmien xahar, il-Kummissjoni tista' tadotta kwalunkwe miżura adegwata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 683/2008.

15.    Il-Bord Amministrattiv għandu jiġi informat regolarment dwar l-iżvilupp tal-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

14.    L-iskeda ta' żmien għall-ħidma tal-Bord għandha tirrispetta l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar il-GNSS.

Artikolu 9c

Rwol tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom:

-       jgħaddu lill-Bord l-informazzjoni kollha li huma jikkunsidraw rilevanti għall-finijiet tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà;

-       jippermettu li persuni awtorizzati kif dovut maħturin mill-Bord ikollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni klassifikata u żoni/siti relatati mas-sigurtà tas-sistemi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom, u mingħajr kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità , inkluż għall-finijiet tal-verifiki u t-testijiet tas-sigurtà kif deċiż mill-Bord;

-       ikunu responsabbli, kull wieħed minnhom, għat-tħejjija ta' mudell għall-kontroll tal-aċċess, jiġifieri, deskrizzjoni jew lista ta' żoni/siti li għandhom jiġu akkreditati, u li għandha tkun maqbula minn qabel bejn l-Istati Membri u l-Bord, biex b'hekk jiġi żgurat li l-istess livell ta' aċċess qed jiġi pprovdut mill-Istati Membri kollha;

-       ikunu responsabbli, fil-livell lokali, għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà taż-żoni li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jagħmlu parti miż-żona tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi tal-GNSS Ewropej, u jirrapportaw, għal dan il-għan, lill-Bord;

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet baġitarji u finanzjarji

Artikolu 10

Baġit

1.      Mingħajr preġudizzju għal riżorsi u ħlasijiet oħra li għad iridu jiġu definiti, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi sussidju tal-Unjoni miżjud fil-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.

2.      L-infiq tal-Aġenzija għandu jkopri l-infiq għall-persunal, għall-amministrazzjoni u għall-infrastruttura, l-ispejjeż operazzjonali u l-infiq assoċjat mal-funzjonament tal-Bord, inkluż kwalunkwe korp speċjali stabbilit biex jassistih, u l-kuntratti u l-ftehimiet konklużi mill-Aġenzija biex twettaq il-kompiti li ġew fdati lilha.

3.      Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi ta' dħul u nfiq tal-Aġenzija għas-sena suċċessiva u għandu jibagħtu lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma' abbozz ta' pjan ta' stabbiliment.

4.      Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bbilanċjati.

5.      Kull sena l-Bord Amministrattiv, abbażi tal-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' dħul u nfiq, għandu jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi ta' dħul u nfiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja suċċessiva.

6.      Din id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment flimkien mal-programm ta' ħidma proviżorju, għandha tintbagħat sal-31 ta' Marzu mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet f'konformità mal-Artikolu 20.

7.      Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem "l-awtorità baġitarja") flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

8.      Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tikkunsidra meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li għandu jidħol fil-baġit ġenerali, li hi għandha tressaq quddiem l-awtoritá baġitarja f'konformità mal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

9.      L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.

10.    Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Huwa għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn adatt, huwa għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

11.    Il-Bord Amministrattiv għandu, mill-aktar fis possibbli, jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikattivi għall-finanzjament tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett relatat mal-kiri jew ix-xiri ta' bini. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

12.    Fejn fergħa tal-awtoritá baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hi għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 11

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.      Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.      Sal-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati f'konformità mal-Artikolu 128 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

3.      Sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.      Meta jaslu l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbilità tiegħu/tagħha stess u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.

5.      Il-Bord Amministrattiv għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

6.      Id-Direttur Eżekuttiv, sal-1 ta' Lulju ta' wara kull sena finanzjarja, għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.

7.      Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8.      Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat din it-tweġiba lill-Bord Amministrattiv ukoll.

9.      Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

10.    Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2 jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija ghandhom jigu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Huma ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10] ħlief meta tali tbegħid ikun speċifikament meħtieġ għall-operat tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

Kapitolu V

Disposizzjonijiet mixxelanji

Artikolu 13

Miżuri kontra l-frodi

1.      Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)fn shall apply without restriction.

2.      L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[11] u għandha toħroġ, mingħajr dewmien, dispożizzjonijiet adatti applikabbli għall-persunal kollu tal-Aġenzija.

3.      Id-deċiżjonijiet relatati mal-finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom għandhom jistipolaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, fejn meħtieġ, jagħmlu kontrolli fuq il-post fuq dawk li jirċievu finanzjament tal-Aġenzija u l-aġenti responsabbli li jallokawh.

Artikolu 14

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.

Artikolu 15

Persunal

1.      Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati konġuntament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonjiet ta' impjieg, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija. Il-Bord Amministrattiv, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli dettaljati meħtieġa ta' applikazzjoni.

2.      Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-poteri konferiti fuq l-awtorità nominanti mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-persunal tagħha.

3.      Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn ħaddiema reklutati mill-Aġenzija kif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, iżda jista' jinkludi wkoll uffiċjali, bl-awtorizzazzjoni adatta li jkunu ġew assenjati jew issekondati mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri fuq bażi temporanja.

3a.    Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-persunal tal-GSMC.

Artikolu 16

Responsabbiltà

1.      Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi rregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni li tagħti sentenza skont kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tkun f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

2.      Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-ħaddiema tagħha fit-twettiq ta' dmirijiethom.

3.      Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwalunkwe tilwim relatat ma' kumpens għal ħsara kif imsemmi f'paragrafu 2.

4.      Ir-responsabbiltà personali lejn l-Aġenzija tal-ħaddiema tagħha għandha tkun irregolata bid-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet ta' impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 17

Lingwi

1.      Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea[12] għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2.      Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Aċċess għal dokumenti u protezzjoni ta' data ta' natura personali

1.      Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[13] għandu japplika għal dokumenti miżmumin mill-Aġenzija.

2.      Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.      Deċiżjonijiet meħudin mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE rispettivament.

4.      Meta tkun qed tipproċessa data relatata ma' individwi, l-Aġenzija għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data[14].

Artikolu 19

Regoli ta' sigurtà

L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji ta' sigurtà li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. Dan għandu jkopri, fost oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, it-trattament u l-ħażna ta' informazzjoni klassifikata.

Artikolu 20

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1.      L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward.

2.      Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura tal-parteċipazzjoni, safejn jistgħu jipparteċipaw u l-mod li bih ser jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal.

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 20a

Emenda

Fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 kollu, il-kliem

"Awtortità Superviżorja Ewropea GNSS" u "Awtorità" għandhom jiġu sostitwiti b’"Aġenzija tal-GNSS Ewropea" u "Aġenzija" rispettivament.

Artikolu 20b

Tħassir u validità tal-miżuri meħuda

Ir-Regolament 1321/2004 huwa hawnhekk imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Kwalunkwe miżura adottata fuq il-bażi tar-Regolament 1321/2004 għandha tibqa’ valida.

Artikolu 20c

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ dan ir-regolament sa mhux aktar tard mill-2012, partikolarment fir-rigward tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Aġenzija u tissottometti proposti jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi

Għall-Parlament Ewropew                                                   Għall-Kunsill

Il-President                                                             Il-President

  • [1]  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 103
  • [2] *       Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]           ĠU C 317, 23.12.2009, p.103.
  • [4]        Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … 2010.
  • [5]           ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.
  • [6]           ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
  • [7]        ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [8]        ĠU L 246, 20.7.2004, p. 30.
  • [9]        Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE li tadotta r-regolament tas-sigurtà tal-Kunsill (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24). Dan it-test ser jiġi sostitwit bil-"Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE" (doc. 13885/1/09 REV 1, OJ L, p .). Ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (ĠU L 317, 31.12.2001, p. 1), kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).
  • [10]        ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [11]       ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
  • [12]       ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.
  • [13]       ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
  • [14]       ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) iddefinixxa l-qafas il-ġdid għall-governanza pubblika u l-finanzjament tal-programmi Galileo u EGNOS. Dan ir-Regolament stabbilixxa l-prinċipju tad-diviżjoni stretta tar-responsabilitajiet bejn il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘ESA’), filwaqt li ta lill-Kummissjoni r-responsabilità tal-ġestjoni tal-programmi. Huwa ppreveda wkoll li l-Awtorità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Aġenzija b’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni), meta tkun qed twettaq tali kompiti fdati lilha, se tiżgura li r-rwol tal-Kummissjoni bħala ġestjonarja tal-programmi jkun rispettat u li l-Awtorità se taġixxi b'konformità mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni.

B’riżultat ta’ dan, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 għandhom jiġu allinjati ma’ dawk tar-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha filwaqt li tirrispetta r-rwol ta' ġestjonarja tal-programmi li għandha l-Kummissjoni u skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni, huwa importanti li, l-ewwelnett jiġi stipulat espliċitament li l-Aġenzija hija mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv tagħha taħt is-superviżjoni tal-Bord Amministrattiv u skont il-linji gwida pprovduti lill-Aġenzija mill-Kummissjoni, u t-tieni li jkun previst li r-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu 30% tal-voti tal-bord. Minħabba li l-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, dan it-terz tad-drittijiet tal-vot se jippermetti li l-Kummissjoni, mill-inqas bl-appoġġ ta' Stat Membru wieħed, tkun tista’ tibblokka kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Bord Amministrattiv li tmur kontra l-linji gwida tal-Kummissjoni.

Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 enfasizza l-utilità tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Fid-dawl ta' tali importanza, jeħtieġ ukoll li l-Parlament Ewropew ikun jista’ jiġi rappreżentat fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, b’żewġ siġġijiet minn tletin. Sabiex ma jiġux kompromessi l-funzjonijiet leġiżlattivi u ta’ kontroll tal-Parlament Ewropew, l-ebda Membru tal-Parlament Ewropew m’għandu jkun membru tal-Bord Amministrattiv.

L-attivitajiet u d-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni tas-sigurtà għandhom jittieħdu f'kuntest ta' responsabilità kollettiva għas-sigurtà tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha. L-attivitajiet tal-akkreditazzjoni għandhom jitwettqu indipendentement mill-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi, b'mod partikulari l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-ESA, kif ukoll l-entitajiet l-oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sigurtà. B’riżultat ta’ dan, il-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà (il-kelma ‘Kumitat’ ġiet sostitwita bil-kelma ‘Bord’ biex jiġi evitat li jkun hemm konfużjoni mal-arranġamenti ta’ Komitoloġija) għas-sistemi tal-GNSS Ewropej għandu jkun entità awtonoma li tadotta d-deċiżjonijiet ta’ akkreditazzjoni b’mod indipendenti fi ħdan l-Aġenzija. Il-membri tal-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess pubbliku, u m’għandhomx ifittxu jew isegwu istruzzjonijiet politiċi.

Il-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jadotta d-deċiżjonijiet b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri. Kull rappreżentant għandu jkollu vot wieħed minħabba li l-opinjonijiet dwar l-akkreditazzjoni għandhom ikunu tekniċi u m’għandhomx isegwu istruzzjonijiet politiċi.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni jista' jkollha effett sinifikanti fuq it-twettiq xieraq tal-programmi, pereżempju f’sens ta' spejjeż u skeda, għandha tinnotifikaha lill-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà. Il-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għandu jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil kwalunkwe notifika tal-Kummissjoni filwaqt li għandu jagħti r-raġunijiet dwar kif ħa inkonsiderazzjoni l-kummenti tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tiegħu. Din il-proċedura tevita kwlaunkwe stadju tal-Komitoloġija u b’hekk iżżid l-effiċjenza u żżid ir-responsabilità tal-Bord tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà. Il-kontroll politiku ta’ dan it-tip ta' deċiżjonijiet huwa żgurat ukoll minħabba li l-Kummissjoni meħtieġa tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tal-adozzjoniji tad-deċiżjonijiet ta' akkreditazzjoni fuq it-tħaddim bla xkiel tal-programmi.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (4.3.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita
(COM(2009)0139 – C7‑0103/2009 – 2009/0047(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rwol u l-kompiti tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza GNSS (Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita), aġenzija Komunitarja inkarigata mill-ġestjoni tal-fażijiet tal-bidu tal-użu u operazzjonali tal-programm GALILEO, kienu suġġetti għal modifika sostanzjali minħabba r-Regolament (KE) Nru 683/2008 li ddefinixxa qafas ġdid għall-governanza pubblika u l-finanzjament tal-programmi Galileo u EGNOS, u li daħal fis-seħħ fil-25 ta' Lulju, 2008.

Dan ir-regolament jistabbilixxi l-prinċipju ta' diviżjoni stretta tar-responsabilitajiet bejn il-Komunità Ewropea (issa l-Unjoni), irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Aġenzija Spazjali Ewropea, u jagħti lill-Kummissjoni r-responsabilità għall-ġestjoni tal-programmi. Huwa jnaqqas mill-kompiti tal-Awtorità, li se tkun responsabbli b'mod partikulari li tiżgura s-sigurtà tas-sistema (speċjalment billi toħroġ akkreditazzjonijiet tas-sigurtà) u li tikkontribwixxi fit-tħejjija għall-kummerċjalizzazzjoni tas-sistemi GNSS Ewropej. Jistabbilixxi wkoll li l-Awtorità se twettaq il-kompiti li jkunu ġew fdati lilha filwaqt li tirrispetta l-irwol tal-Kummissjoni bħala maniġer tal-programmi u skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni.

Sabiex tkun żgurata l-kompatibilità mal-qafas legali l-ġdid, hu meħtieġ li jkun immodifikat ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita. Għalhekk qed titressaq il-proposta tal-Kummissjoni.

L-isem tal-aġenzija se jinbidel għall-Aġenzija GNSS (l-Aġenzija). L-istruttura tagħha se tinbidel (b'mod partikolari permezz tat-twaqqif ta' Kumitat tal-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tas-Sistemi GNSS Ewropej flimkien mal-Bord Amministrattiv u d-Direttur Eżekuttiv).

Il-Parlament Ewropew, li kien diġà qiegħed fir-riserva parti mill-allokazzjonijiet u l-postijiet tal-Awtorità fl-2009, fl-istennija li l-proposti tal-Kummissjoni jqisu l-modifiki tar-rwol u l-kompiti tal-Awtorità, għandu, fil-prinċipju, jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni.

Mill-perspettiva baġitarja, waqt li mhux faċli li jitkejjel l-impatt reali tal-bidliet fil-kompiti tal-aġenzija f'termini ta' finanzjament u staff, il-proposta tal-Kummissjoni tidher raġonevoli, għaliex tipprevedi tnaqqis żgħir fis-sovvenzjoni tal-Unjoni lill-aġenzija u fl-istaff tagħha. Il-proposta hija, barra minn hekk, kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju.

Għalhekk, l-emendi proposti mir-rapporteur jikkonċernaw il-ħtieġa li jkun hemm djalogu interistituzzjonali dwar il-finanzjament ta' din l-aġenzija sostanzjalment ġdida, skont il-punt 47 tat-IIA[1], il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv (li għandu jibqa' mandat ta' ħames snin li jista' jiġġedded darba ) u l-ħtieġa li jiġi żgurat li ċ-ċentru tas-sigurtà jibqa' Brussell fil-bini eżistenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 2 a (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

2a. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 se japplikaw għar-regolament (li bħalissa qiegħed fil-fażi tal-adozzjoni) li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita; jenfasizza li, jekk ir-regolmant propost ikun adottat, il-Parlament se jibda negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorita baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim f'waqtu dwar l-iffinanzjar tal-aġenzija GNSS b'konformita mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-IIA;

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Jeħtieġ ukoll li l-Parlament Ewropew jitħalla jiġi rappreżentat fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bħala osservatur, minħabba l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 683/2008 enfasizza l-utilità tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Jeħtieġ ukoll li sabiex ikun hemm governanza tajba tal-programmi, it-tul tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv għandu jitnaqqas minn ħames għal erba' snin.

(11) Jeħtieġ ukoll li l-Parlament Ewropew jitħalla jiġi rappreżentat fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bħala osservatur, minħabba l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 683/2008 enfasizza l-utilità tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 punt 2

Regolament (KE) Nru 1321/2004

Artikolu 2 – punt a – punt ii a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

iia) Iċ-ċentru tas-sigurtà se jkun ibbażat fi Brussell f'infrastruttura u bini diġà eżistenti biex l-impatt tal-adattament jiġi llimitat;

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 9

Regolament (KE) Nru 1321/2004

Artikolu 7 – paragrafu 2 – l-aħħar subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

''Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Din il-kariga tista’ tiġġedded darba għal erba' snin oħra.''

Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Din il-kariga tista’ tiġġedded darba għal ħames snin oħra;

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt -13 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1321/2004

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-13) L-Artikolu 11(1) jinbidel b'dan li ġej:

.

1. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi u ħlasijiet oħra li għad iridu jiġu definiti, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi sussidju Komunitarju mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-iffinanzjar tal-Aġenzija hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif previst fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda. Il-proċedura tal-baġit tal-Unjoni għandha tkun applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni u għal kull sovvenzjoni li trid titħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

PROĊEDURA

Titolu

L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita

Referenzi

COM(2009)0139 – C6-0103/2009 – 2009/0047(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.10.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

1.9.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

4.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Reimer Böge, Giovanni Collino, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Estelle Grelier, Jutta Haug, Jiří Havel, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Dominique Riquet, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Roberto Gualtieri, Edit Herczog, Giovanni La Via, Riikka Manner, Paul Rübig, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Jeggle, Hans-Peter Mayer, Vladko Todorov Panayotov, Marit Paulsen, Ivo Strejček

  • [1]  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda, tas-17 ta’ Mejju 2006.

PROĊEDURA

Titolu

L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita

Referenzi

COM(2009)0139 – C6-0103/2009 – 2009/0047(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.3.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.10.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.10.2009

CONT

19.10.2009

TRAN

19.10.2009

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

1.10.2009

TRAN

21.7.2009

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Evžen Tošenovský

17.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

28.9.2009

12.10.2009

2.12.2009

27.1.2010

 

4.2.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.5.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Lena Ek, Ioan Enciu, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Edit Herczog, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Rachida Dati, Marek Józef Gróbarczyk, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Mario Pirillo, Lambert van Nistelrooij, Hermann Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder