RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)

17.5.2010 - (COM(2009)0223 – C7‑0037/2009 – 2009/0070(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Norbert Glante


Proċedura : 2009/0070(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0161/2010
Testi mressqa :
A7-0161/2010
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)

(COM(2009)0223 – C7‑0037/2009 – 2009/0070(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0223),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0037/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titlu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 189 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010,

–   wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-5 ta' Mejju 2010 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0161/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif qiegħda mniżżla hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT[1]*

għall-proposta tal-Kummissjoni għal

REGOLAMENT (UE) Nru .../2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 189 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],

Billi:

(1)    Fil-laqgħa tiegħu tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 f’Gothenburg, il-Kunsill Ewropew qabel fuq strateġija għal żvilupp sostenibbli, biex isaħħaħ b’mod reċiproku l-politiki ekonomiċi, soċjali u ambjentali u żied dimensjoni ambjentali fil-proċess ta’ Lisbona.

(2)    Fir-Riżoluzzjoni dwar il-Politika Spazjali Ewropea[5] tal-21 ta’ Mejju 2007 adottata fir-raba’ laqgħa konġunta u konkomitanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Aġenzija Spazjali Ewropea f’livell ministerjali (il-“Kunsill Spazjali”, stabbilit skont l-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta’ Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea[6]), il-Kunsill għaraf il-kontribuzzjonijiet attwali u potenzjali permezz ta’ attivitajiet spazjali għall-Istrateġija ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, li jipprovdu teknoloġiji u servizzi favorevoli għas-soċjetà emerġenti Ewropea tal-għarfien u jikkontribwixxu għall-koeżjoni Ewropea, u enfasizza li l-ispazju huwa element sinifikanti tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli.

(2a)  Ir-Riżoluzzjoni tas-26 ta’ Settembru 2008, bit-titolu “Jitwettaq progress fil-Politika Spazjali Ewropea”, adottata fil-ħames laqgħa konġunta u konkomitanti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Aġenzija Spazjali Ewropea f’livell ministerjali enfasizzat il-ħtieġa li jiġu żviluppati strumenti adegwati tal-UE u skemi ta' finanzjament li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur spazjali, il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività ġenerali tagħha u dik tal-industrija tagħha u n-neċessità ta' struttura industrijali bilanċjata; u li jiġi permess investiment tal-Unjoni xieraq għal perjodu fit-tul fir-riċerka relatata mal-ispazju u għall-operazzjoni ta' applikazzjonijiet sostenibbli bbażati fuq l-ispazju għall-benefiċċju tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha, b'mod partikolari billi jiġu eżaminati l-konsegwenzi kollha relatati mal-politika spazjali fil-qafas tal-perspettiva finanzjarja li jmiss;

(2b)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar “Il-politika spazjali Ewropea: Kif nistgħu inqarrbu l-ispazju lejn id-dinja” enfasizzat il-ħtieġa li jinstabu strumenti u skemi ta' finanzjament tal-UE adegwati għall-Politika Spazjali Ewropea biex jissupplimentaw l-allokazzjonijiet mis-Seba' Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (2007-2013), sabiex l-atturi ekonomiċi differenti jkunu jistgħu jippjanaw l-azzjonijiet tagħhom għal perjodu ta’ żmien medju u twil u enfasizzat li l-qafas finanzjarju li jmiss għandu jqis strumenti u skemi ta' finanzjament tal-UE adegwati sabiex ikun jista’ jsir investiment tal-Unjoni għal perjodu ta’ żmien twil fir-riċerka marbuta mal-ispazju u għall-operazzjoni ta' applikazzjonijiet sostenibbli bbażati fuq l-ispazju għall-benefiċċju tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha.

(3)    Il-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) jikkonsisti f’inizjattiva ta’ monitoraġġ tad-Dinja mmexxija mill-Unjoni Ewropea u mwettqa bi sħubija mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. L-għan tiegħu hu li ▌jipprovdi, taħt il-kontroll tal-Unjoni Ewropea, servizzi ta’ informazzjoni, li jagħtu aċċess għal data u informazzjoni preċiżi fil-qasam tal-ambjent u s-sigurtà ▌u huma mfassla skont il-ħtiġijiet tal-utenti. B’dan il-mod, għandu jrawwem sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-osservazzjoni tad-Dinja. Il-GMES għandu jkun, inter alia, għodda ewlenija li tappoġġa l-bijodiversità, l-immaniġġjar tal-ekosistema u l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(4)    Sabiex jinkiseb l-għan tal-GMES fuq bażi sostenibbli, jinħtieġ li jiġu kkoordinati l-attivitajiet tad-diversi sħab involuti fil-GMES, u li tiġi żviluppata, stabbilita u mħaddma kapaċità ta’ servizz u osservazzjoni li tissodisfa l-eżiġenzi tal-utenti, bla ħsara għar-restrizzjonijiet rilevanti nazzjonali u Ewropej rigward is-sigurtà.

(4a)  F'dan il-kuntest, il-Kumitat GMES għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-GMES mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-aġenziji intergovernattivi, bl-aħjar użu tal-kapaċitajiet eżistenti u bl-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet li jridu jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni. Huwa għandu jgħin ukoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni koerenti tal-programm GMES, u jimmonitorja l-evoluzzjoni tal-politika u jipprovdi l-possibilità li jsiru skambji tal-prattika tajba fil-GMES.

(4b)  Il-GMES huwa programm immexxi mill-utent, u b'hekk jeħtieġ l-involviment kontinwu u effettiv tal-utenti, partikolarment rigward id-definizzjoni u l-validazzjoni ta' rekwiżiti tas-servizz. Sabiex jiżdied il-valur tiegħu għall-utenti, il-kontribut tagħhom għandu jiġi mfittex b'mod attiv permezz ta' konsultazzjoni regolari mal-utenti finali mis-setturi pubbliċi u privati. Għandu jiġi stabbilit ukoll Korp iddedikat (il-"User-Forum") sabiex jiffaċilita l-identifikazzjoni tal-ħtiġiet tal-utenti, il-verifika tal-konformità tas-servizz u l-koordinazzjoni tal-programm GMES mal-utenti pubbliċi tiegħu.

(4c)  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika tas-sigurtà tal-GMES, megħjuna mill-Kumitat tal-GMES. Għal dan il-għan għandha titwaqqaf konfigurazzjoni speċifika tal-Kumitat tal-GMES (il-"Bord tas-Sigurtà").

(4d)  Sabiex tipprovdi għal qafas li jiżgura aċċess sħiħ u miftuħ għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u d-data miġbura permezz ta' infrastruttura tal-GMES, filwaqt li tipprovdi għall-protezzjoni neċessarja tal-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u tad-data miġbura permezz tal-infrastruttura ddedikata tal-GMES, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u tal-liċenzjar għall-utenti tal-GMES u tal-kriterji għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-data u l-informazzjoni tal-GMES, filwaqt li tqis il-politiki dwar id-data u dwar l-informazzjoni tal-fornituri tad-data meħtieġa għall-GMES, u bla ħsara għar-regoli nazzjonali u l-proċeduri applikabbli għall-ispazju u l-infrastrutturi in situ taħt il-kontroll nazzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(4e)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament, is-setgħat tal-implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta, fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti mill-atti delegati, miżuri speċifiċi biex jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u għad-data miġbura permezz tal-infrastruttura dedikata tal-GMES, inklużi miżuri individwali li jqisu s-sensittività tal-informazzjoni u tad-data kkonċernata. Is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ukoll jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tikkoordina l-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Istati Membri u s-sinerġiji potenzjali ma’ inizjattivi rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali, sabiex tistabbilixxi r-rata massima ta' kofinanzjament għall-għotjiet, tadotta miżuri li jistipulaw ir-rekwiżiti tekniċi sabiex jiġu żgurati l-kontroll u l-integrità tas-sistema fi ħdan il-programm iddedikat tal-komponent spazjali tal-GMES u biex tikkontrolla l-aċċess għal, u l-immaniġġjar ta' teknoloġiji li jipprovdu sigurtà għall-programm iddedikat tal-komponent spazjali tal-GMES, u biex tadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-GMES.

         Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li għandhom x’jaqsmu mal-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b'regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, tibqa' tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[7], bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhix applikabbli.

(4f)   Billi l-GMES hija bbażata fuq sħubija bejn l-UE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tkompli d-djalogu li ġie stabbilit reċentement mal-ESA u l-Istati Membri li jippossjedu assi spazjali rilevanti.

(5)    Is-servizzi tal-GMES huma meħtieġa biex irawmu l-użu ta’ sorsi ta’ informazzjoni mis-settur privat fuq bażi kontinwa, u b’hekk jiffaċilitaw l-innovazzjoni minn fornituri ta’ servizzi b’valur miżjud, li ħafna minnhom huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

(6)    Il-GMES jinkludi kemm attivitajiet ta’ żvilupp kif ukoll operazzjonijiet. Fir-rigward tal-operazzjonijiet, fit-tielet orjentazzjoni tiegħu adottata fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ispazju fit-28 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill appoġġa approċċ maqsum f’diversi fażijiet għall-implimentazzjoni tal-GMES imsejjes fuq prijoritajiet identifikati b’mod ċar, billi jibda bl-iżvilupp ta’ tliet servizzi rapidi fil-qasam tar-rispons ta’ emerġenza, il-monitoraġġ tal-art u s-servizzi marittimi.

(7)    L-ewwel servizzi operattivi fil-qasam ta’ rispons ta’ emerġenza u ta’ monitoraġġ tal-art kienu ffinanzjati bħala azzjonijiet preparatorji skont l-Artikolu 49(6)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8] (“ir-Regolament Finanzjarju”).

(8)    Minbarra l-attivitajiet ta’ żvilupp iffinanzjati skont il-qasam tematiku spazjali, inklużi fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)[9] (is-“Seba’ Programm ta’ Qafas”), tinħtieġ azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu tal-2011-2013 biex tiżgura l-kontinwità mal-azzjonijiet preparatorji u biex tistabbilixxi servizzi operattivi fuq bażi aktar permanenti f’oqsma ta’ maturità teknika suffiċjenti b’potenzjal ippruvat għall-iżvilupp ta’ servizzi fil-livell suċċessiv ▌.

(9)    Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Novembru 2008 bit-titlu “Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES): għal qalbna dinja iżjed protetta”, il-Kummissjoni fissret l-approċċ tagħha għat-tmexxija u l-finanzjament tal-GMES u indikat l-intenzjoni tagħha li tiddelega l-implimentazzjoni teknika tal-GMES lil entitajiet speċjalizzati, inkluża l-ESA għall-komponent spazjali tal-GMES minħabba l-pożizzjoni unika u l-għarfien espert tagħha.

(9a)  Il-Kummissjoni għandha tafda l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni teknika tas-servizzi tal-GMES, fejn xieraq, lill-istituzzjonijiet kompetenti Ewropej jew intergovernattivi, bħall-Aġenzija Ambjentali Ewropea (EEA) u ċ-Ċentru Ewropew għat-Tbassir tat-Temp fuq tul ta’ Żmien Medju (ECMWF).

(10)  Is-servizzi operattivi fil-qasam tal-immaniġġjar tal-emerġenza u r-risponsi umanitarji huma neċessarji biex jikkoordinaw il-kapaċità eżistenti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex itejbu l-preparazzjoni, ir-rispons u l-irkupru wara diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, li ħafna drabi jkollhom ukoll impatt negattiv fuq l-ambjent. Billi t-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal żieda fl-emerġenzi, il-GMES se jkun essenzjali għall-appoġġ tal-miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima. Is-servizzi tal-GMES għandhom għalhekk jipprovdu informazzjoni ġeospazjali biex jappoġġaw ▌risponsi ta’ emerġenza u dawk umanitarji.

(11)  Is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art huma importanti għall-monitoraġġ tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, l-appoġġ tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-miżuri ta’ adattament u l-immaniġġjar ta’ firxa wiesgħa ta’ riżorsi u politiki, li ħafna minnhom huma marbuta mal-ambjent naturali: il-ħamrija, l-ilma, l-agrikoltura, il-foresti, l-enerġija u l-utilitajiet, iż-żoni mibnija, il-faċilitajiet ta’ rikreazzjoni, l-infrastruttura u t-trasport. Is-servizzi operattivi ta' monitoraġġ tal-art huma meħtieġa kemm fil-livell Eworpew kif ukoll f’dak globali, u jridu jiġu żviluppati b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-pajjiżi terzi fl-Ewropa u s-sħab barra mill-Ewropa u man-Nazzjonijiet Uniti.

(11a) Is-servizzi tal-GMES fil-qasam tal-ambjent tal-baħar huma importanti għall-appoġġ ta' kapaċità Ewropea integrata għat-tbassir u l-monitoraġġ tal-oċeani u l-provvista futura ta' Parametri Essenzjali tal-Klima (ECVs). Huma element essenzjali għall-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima, il-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar u l-appoġġ tal-politika tat-trasport.

(11b) Is-servizzi ta' monitoraġġ tal-atmosfera huma importanti għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, il-kimika u l-kompożizzjoni atmosferika. Huma element essenzjali għall-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima u l-provvista futura ta' ECVs. L-għoti ta' informazzjoni dwar l-istat tal-atmosfera huwa meħtieġ fuq bażi regolari u fil-livelli reġjonali u globali.

(11c) Is-servizzi tas-sigurtà jiffurmaw parti importanti fl-inizjattiva GMES. L-Ewropa ser tibbenefika mill-użu tal-ispazju u l-assi in situ bħala appoġġ tal-implimentazzjoni ta' servizzi li jirrispondu għall-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja fil-qasam tas-sigurtà, b’mod partikolari l-kontroll tal-fruntieri, is-sorveljanza marittima u l-appoġġ għall-azzjonijiet esterni tal-UE.

(11d) Il-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima għandu jippermetti l-adattament u l-mitigazzjoni tal-effetti tiegħu. Għandu b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-provvista ta' ECVs, l-analiżi tal-klima u projezzjonijiet fuq skala rilevanti għall-adattament u l-mitigazzjoni, u l-prestazzjoni tas-servizz rilevanti.

(12)  L-għoti ta’ servizzi operattivi ffinanzjati skont dan ir-Regolament jiddependi fuq l-aċċess għal data miġbura permezz ta’ infrastruttura spazjali kif ukoll faċilitajiet tal-ajru, tal-baħar u tal-art (“infrastruttura in situ”) u programmi ta’ stħarriġ. B’rispett sħiħ għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, għandu għalhekk jiġi assigurat l-aċċess għad-data meħtieġa u fejn ikun meħtieġ, jista’ jiġi appoġġat il-ġbir ta’ data in situ b’mod komplementari mal-attivitajiet eżistenti nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea. ▌Jeħtieġ li tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tal-ħtiġijiet ta’ infrastruttura in situ u tal-osservazzjoni spazjali sottostanti, inkluża infrastruttura spazjali żviluppata speċifikament għall-GMES fil-qafas tal-programm tal-komponent spazjali ESA GMES (il-missjonijiet tas-satelliti Sentinel). L-ewwel Sentinel se jibdew il-fażi operattiva inizjali tagħhom fl-2012.

(13)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp relatati mal-GMES skont is-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-kontribuzzjoni tal-UE għall-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, l-attivitajiet tas-sħab tal-GMES u l-istrutturi diġà eżistenti, bħaċ-Ċentri ta’ Data Ewropej.

(14)  L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom jiġu implimentati b’mod konsistenti ma’ politiki, strumenti u azzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent, is-sigurtà, il-kompetittività u l-innovazzjoni, il-koeżjoni, ir-riċerka, it-trasport, il-kompetizzjoni u l-politiki ta’ kooperazzjoni internazzjonali, il-programm Ewropew tas-Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS) u l-protezzjoni tad-data personali. Barra minn hekk, id-data tal-GMES għandha żżomm il-koerenza mad-data ta’ referenza spazjali tal-Istati Membri u tappoġġa l-iżvilupp tal-infrastruttura għall-informazzjoni spazjali fil-Komunità stabbilita mid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE)[10]. Il-GMES għandu wkoll jikkomplementa s-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS) u l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-rispons ta’ emerġenza.

(14a) Il-GMES u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni Ewropea għall-bini tas-Sistema tas-Sistemi Globali tal-Osservazzjoni tad-Dinja (GEOSS) żviluppata fil-qafas tal-Grupp fuq l-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEO).

(15)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Ftehimiet ta’ Qafas mal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jistipulaw il-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħra li mhumiex fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha ssir possibbli billi jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali għal dan l-għan.

(16)  Għat-tul kollu tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, għandu jiġi stabbilit pakkett finanzjarju ta’ EUR 107 miljun li jikkostitwixxi l-ewwel referenza, skont it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[11]. Huwa mbassar li dan il-pakkett finanzjarju se jiġi kkomplementat b’ammont ta’ EUR 209 miljun mit-tema spazjali tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka li jakkumpanjaw l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES li għandhom jiġu mmaniġġjati b’konformità mar-regoli u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet applikabbli fis-Seba' Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka. Dawn iż-żewġ sorsi ta' finanzjament għandhom jiġu mmaniġġjati b'mod koordinat sabiex jiġi żgurat progress konsistenti fl-implimentazzjoni tal-programm GMES.

(16a) Dan il-pakkett finanzjarju huwa kompatibbli mal-limitu għas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju 2007-2013, iżda l-marġni li jibqa’ fl-Intestatura 1a għall-2011-2013 huwa żgħir ħafna; jenfasizza li l-ammont annwali ser jiġi stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali, b’konformità mal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[12] (IIA).

(16b) Il-fond, jekk ikun possibbli, għandu jkompli jiżdied sabiex l-approprjazzjonijiet ta' impenn ikunu jistgħu jiġu allokati għall-komponent spazjali matul il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali (MFF). F'termini speċifiċi, dan jikkonċerna l-operazzjoni tas-serje A tas-satelliti Sentinel u t-tnedija tas-serje B u l-akkwist ta' komponenti kruċjali għas-serje C.

(16c) Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, fil-kuntest tar-reviżjoni intermedja tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) attwali, u qabel tmiem l-2010, teżamina l-possibbiltà ta' finanzjament addizzjonali għall-GMES, fi ħdan il-baġit globali tal-UE matul l-MFF 2007-2013.

(16d) L-allokazzjoni ta' kwalunkwe finanzjament addizzjonali għal dan ir-Regolament minbarra l-EUR 107 miljun diġà allokati għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tad-diskussjoni dwar il-futur tal-politika spazjali Ewropea, b’mod partikolari dwar l-akkwist u l-governanza.

(16e) Il-Kummissjoni għandha wkoll tissottometti strateġija ta' finanzjament fit-tul għall-MFF futur matul l-ewwel semestru tal-2011, bla ħsara għall-eżitu tan-negozjati dwar l-MFF 2014-2020.

(16f) Fl-ippjanar finanzjarju tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontinwità tad-data kemm waqt il-perjodu inizjali tal-operazzjoni tal-programm GMES (2011-2013) kif ukoll wara, u li s-servizzi jistgħu jintużaw mingħajr waqfien u mingħajr restrizzjonijiet.

(17)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, l-Istati Membri, il-pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi fuq il-bażi ta’ ftehimiet xierqa.

(18)  L-informazzjoni tal-GMES għandha tkun aċċessibbli b’mod sħiħ u miftuħ, bla ħsara għar-restrizzjonijiet rilevanti tas-sigurtà u għall-politiki tad-data tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet oħra li jikkontribwixxu data u informazzjoni lill-GMES. Dan hu meħtieġ biex jippromwovi l-użu u l-qsim ta’ data u informazzjoni tal-osservazzjoni tad-Dinja b’konformità mal-prinċipji tal-SEIS, INSPIRE u s-Sistema ta’ Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS). L-aċċess sħiħ u miftuħ għad-data għandu wkoll iqis il-provvista tad-data kummerċjali eżistenti u għandu jippromwovi swieq tal-osservazzjoni tad-Dinja aktar b'saħħithom fl-Ewropa, b'mod partikolari f'setturi downstream, biex jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi.

(18a) Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 bit-titlu “Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES): L-Isfidi u l-Passi li Jmiss għall-Komponent Spazjali", għandu jkun hemm politika ta’ aċċess sħiħ u miftuħ għal data għas-satelliti Sentinel permezz ta' skema bla ħlas ta’ liċenzji u ta’ aċċess online, suġġetta għal aspetti ta' sigurtà. Tali approċċ għandu l-għan li jimmassimizza l-użu vantaġġuż ta' data as-Sentinel għall-firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet u huwa maħsub biex jistimola l-adozzjoni ta' informazzjoni bbażata fuq data ta' osservazzjoni tad-Dinja għall-utenti finali.

(19)  L-azzjoni ffinanzjata skont dan ir-Regolament għandha tiġi mmonitorjata u vvalutata biex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti mill-ġdid.

(22)  Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa biex ma jitħallewx iseħħu irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa meta mhux dovuti jew użati ħażin, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[13] u (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra[14] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[15].

(23)  Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif tal-programm GMES u tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri għax l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES se jinkludu wkoll il-kapaċità pan-Ewropea u jiddependu fuq l-għoti kkoordinat ta’ servizzi fl-Istati Membri kollha li jrid jiġi kkoordinat fil-livell tal-Unjoni Ewropea u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, b’mod speċjali rigward ir-rwol tal-Kummissjoni bħala koordinatur tal-attivitajiet nazzjonali.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (Global Monitoring for the Environment and Security) (il-“programm GMES”) u ▌l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet inizjali tiegħu matul il-perjodu 2011-2013.

Artikolu 2

Il-programm GMES

1.      Il-programm GMES għandu jibni fuq l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (“is-Seba’ Programm ta’ Qafas”) u l-Programm tal-Komponent Spazjali tal-GMES tal-Aġenzija Spazjali Ewropea.

2.      Il-programm GMES għandu jinkludi dan li ġej:

         (a)    komponent tas-servizzi li jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni bħala appoġġ għall-oqsma ▌li ġejjin (mhux fl-ordni tal-prijorità):

                  ▌

                  -       monitoraġġ tal-atmosfera;

                  -       monitoraġġ tat-tibdil fil-klima bħala appoġġ għall-politiki ta’ adattazzjoni u ta’ mitigazzjoni;

                  -       ġestjoni tal-emerġenza;

                  -       monitoraġġ tal-art;

                  -       monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar;

                  -       sigurtà;

         (b)    komponent spazjali li jiżgura osservazzjonijiet sostenibbli tal-ispazju għall-oqsma tas-servizz msemmija fil-punt (a);

         (c)    komponent in situ li jiżgura osservazzjonijiet permezz ta’ stallazzjonijiet tal-ajru, tal-baħar u tal-art għall-oqsma tas-servizz imsemmija fil-punt (a).

Artikolu 3

L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013)

1.      L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom ikopru l-perjodu mill-2011 sal-2013 u jistgħu jinkludu azzjonijiet operazzjonali fl-oqsma li ġejjin:

         (1)     l-oqsma tas-servizz imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a);

         ▌

         (3)    miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi mill-utenti;

         (4)    aċċess għad-dejta ▌;

         (4a)  appoġġ għall-ġbir ta’ data in situ;

         (5)    il-komponent spazjali tal-GMES.

2.      L-għanijiet ▌tal-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma definiti fl-Anness.

         ▌

Artikolu 4

Arranġamenti ta’ organizzazzjoni

1.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni tal-programm GMES b’attivitajiet fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali bħal, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS). L-implimentazzjoni u l-operazzjoni tal-GMES għandha tkun ibbażata fuq sħubijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, b'konformità mar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-koordinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Istati Membri u s-sinerġiji potenzjali ma’ inizjattivi rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali għandhom jiġu implimentati b’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11 (3a).

2.      Il-Kummissjoni għandha timmaniġġja l-fondi allokati għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (“ir-Regolament Finanzjarju”) u l-proċedura ta’ mmaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 11(3). Hija għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-konsistenza tal-programm GMES ma’ politiki, strumenti u azzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni Ewropea, relatati b’mod partikolari mal-ambjent, is-sigurtà, il-kompetittività u l-innovazzjoni, il-koeżjoni, ir-riċerka (b’mod partikolari l-attivitajiet tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku marbuta mal-GMES, bla ħsara għad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/EC), it-trasport u l-kompetizzjoni, il-kooperazzjoni internazzjonali, il-programmi Ewropej tas-Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti (GNSS), il-protezzjoni tad-data personali u drittijiet eżistenti tal-proprjetà intellettwali, id-Direttiva 2007/2/KE (INSPIRE), is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS) u attivitajiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-rispons ta’ emerġenza

2a.    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, billi l-programm GMES huwa inizjattiva mmexxija mill-utent, l-ispeċifikazzjonijiet tas-servizz jaqblu mal-ħtiġijiet tal-utenti. Għal dak il-għan, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu trasparenti għall-involviment u l-konsultazzjoni regolari tal-utent, li jippermetti l-identifikazzjoni tal-ħtiġiet tal-utent fuq livell Ewropew u nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni ma' utenti rilevanti tas-settur pubbliku fl-Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Għandhom jiġu stabbiliti ħtiġiet tad-data tas-servizzi b'mod indipendenti mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Forum tal-Utenti.

3a.    Il-koordinazzjoni teknika u l-implimentazzjoni tal-komponent spazjali tal-GMES għandha tiġi ddelegata lill-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dawn għandhom jiddependu fuq l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Utilizzazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) fejn ikun meħtieġ.

3b.    Il-Kummissjoni għandha tafda l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni teknika tas-servizzi tal-GMES, fejn xieraq, lill-istituzzjonijiet kompetenti Ewropej jew intergovernattivi.

Artikolu 4a

Il-Prestazzjoni tas-Servizz

1.      Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva fil-provvista ta' servizzi GMES u biex tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-użu tal-produzzjoni tas-servizzi tal-GMES biex jiġi żviluppat is-settur downstream.

2.      Il-provvista ta' servizzi tal-GMES għandha tkun deċentralizzata, fejn xieraq, biex jiġu integrati fil-livell Ewropew l-inventarji tad-data ta’ referenza u in situ u l-kapaċitajiet spazjali eżistenti fl-Istati Membri, u b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni. L-akkwist ta' data ġdida li tidduplika sorsi eżistenti għandha tiġi evitata sakemm l-użu ta' settijiet ta' data eżistenti jew li tista’ tiġi aġġornata għal grad ogħla mhuwiex teknikament vijabbli jew effettiv meta mqabbel man-nefqa.

3.      Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Forum tal-Utenti, tista’ tiddefinixxi jew tivvalida proċeduri xierqa għaċ-ċertifikazzjoni tal-produzzjoni ta' data fil-qafas tal-programm GMES. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti u verifikabbli biex tiġi żgurata l-awtentiċità, it-traċċabilità u l-integrità tad-data lill-utent. Fl-arranġamenti kuntrattwali tagħha mal-operaturi tas-servizz tal-GMES, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk il-proċeduri jiġu implimentati.

4.      Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena dwar ir-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Forom ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea

1.      Il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea jista’ jieħu ▌l-forom legali li ġejjin:

         (-1)   ftehimiet ta’ delega;

         (1)    għotjiet;

         (2)    kuntratti ta’ akkwist pubbliku.

2.      Il-kompetizzjoni ġenwina, it-trasparenza u t-trattament ugwali għandhom jiġu żgurati fl-għoti ta' fondi mill-Unjoni Ewropea. F’każijiet ġustifikati, l-għotjiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu pprovduti f’forom speċifiċi, inkluż ftehim qafas ta’ sħubija, jew kofinanzjament ta’ għotjiet operattivi jew ta’ azzjoni. L-għotjiet operattivi lil entitajiet li jsegwu l-għanijiet ta’ interess ġenerali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis gradwali fir-Regolament Finanzjarju. Għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 11(3).

2a.    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-allokazzjoni ta' fondi tal-Unjoni Ewropea għal kull waħda mill-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 3(1) u dwar il-proċess ta' evalwazzjoni u r-riżultati tas-sejħiet għall-offerti ta' akkwist u tal-kuntratti konklużi fuq il-bażi ta' dan l-Artikolu, wara l-għoti tal-kuntratti.

Artikolu 6

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

Il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2:

(1)    il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(2)    il-pajjiżi kandidati, kif ukoll kandidati potenzjali inklużi fil-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni skont il-Ftehimiet ta’ Qafas, jew il-Protokoll għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni Ewropea, konklużi ma’ dawk il-pajjiżi;

(3)    il-Konfederazzjoni Svizzera, pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija fil-punti (1) u (2), u organizzazzjonijiet internazzjonali, skont il-ftehimiet konklużi mill-Unjoni Ewropea ma’ dawn il-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għall-involviment tagħhom.

Artikolu 7

Il-finanzjament

1.      Il-pakkett finanzjarju allokat għall-attivitajiet operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ta’ EUR 107 miljun.

2.      L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati kull sena mill-awtorità baġitarja fil-limiti stabbiliti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

3.      Il-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament addizzjonali għall-programm GMES.

         Il-fondi addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Politika ta’ Dejta u Informazzjoni tal-GMES

1.      Il-politika ta’ dejta u informazzjoni għal azzjonijiet iffinanzjati skont il-programm GMES għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:

         (a)    jitħeġġeġ l-użu u l-qsim ta’ informazzjoni u dejta tal-GMES;

         (b)    aċċess sħiħ u miftuħ għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u d-data miġbura permezz tal-infrastruttura tal-GMES, suġġett għal ftehimiet internazzjonali rilevanti, restrizzjonijiet ta’ sigurtà u kondizzjonijiet tal-liċenzjar, inklużi r-reġistrazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' liċenzji tal-utenti;

         (c)    it-tisħiħ tas-swieq ta’ osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa, b’mod partikolari s-settur fil-livell suċċessiv, bl-għan li jippermetti t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

         (d)    il-kontribuzzjoni lejn is-sostenibbiltà u l-kontinwità tal-għoti ta’ dejta u informazzjoni tal-GMES;

         (e)    l-appoġġ għall-komunitajiet Ewropej tar-riċerka, tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni.

2.      Sabiex tipprovdi għal qafas li jiżgura l-kisba tal-informazzjoni tal-GMES u l-objettiv tal-politika tad-data msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 filwaqt li tipprovdi għall-protezzjoni neċessarja tal-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u tad-data miġbura permezz tal-infrastruttura ddedikata tal-GMES, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 8a u suġġett għall-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 8b u 8c, il-miżuri li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-politiki tad-data u tal-informazzjoni tal-fornituri tad-data meħtieġa għall-GMES, u mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u l-proċeduri applikabbli għall-ispazju u infrastrutturi in situ taħt kontroll nazzjonali:

         (a)    miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u tal-liċenzjar għall-utenti tal-GMES;

         (b)    miżuri li jiddefinixxu l-kriterji ta’ restrizzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u għal data miġbura permezz tal-infrastruttura ddedikata tal-GMES .

Artikolu 8a

It-tħaddim tad-delega

1.      Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.      Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.      Is-setgħat għall-addozzjoni ta' atti delegati għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8b u 8c.

Artikolu 8b

Ir-revoka tad-delega

1.      Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 8(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.      L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega tas-setgħa, għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed deċiżjoni finali, b’indikazzjoni tad-delega tas-setgħat li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal dan.

3.      Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8c

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

1.      Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

         Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi estiż b’xahrejn.

2.      Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

         L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.      Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

Artikolu 8d

Miżuri ta' implimentazzjoni dwar il-politika tad-data u tal-informazzjoni u dwar il-governanza tas-sigurtà tal-komponenti u l-informazzjoni tal-GMES

1.      Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri speċifiċi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2), dwar ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u data miġbura permezz tal-infrastruttura dedikata tal-GMES.

2.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni ġenerali rigward is-sigurtà tal-komponenti tal-GMES u s-servizzi, filwaqt li tqis il-ħtieġa ta' monitoraġġ u integrazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-elementi kollha tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u l-proċeduri applikabbli għall-ispazju u infrastrutturi in situ taħt il-kontroll nazzjonali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri, b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2), li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi sabiex jiġu żgurati l-kontroll u l-integrità tas-sistema fi ħdan il-komponent spazjali tal-programm dedikat tal-GMES, u għall-kontroll tal-aċċess għal, u l-immaniġġar ta' teknoloġiji li jipprovdu sigurtà għall-komponent spazjali tal-programm dedikat tal-GMES.

Artikolu 9

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.      Il-Kummissjoni għandha timmonitorizza u tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

2.      Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ valutazzjoni interim sal-31 ta’ Diċembru 2012 kif ukoll rapport ta’ valutazzjoni ex-post sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 10

Miżuri implimentattivi

1.      Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma annwali skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 90 u 166 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002[16] skont il-proċedura ta’ mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 11(3).

2.      L-allokazzjoni finanzjarja għall-programm GMES tista’ tkopri wkoll spejjeż relatati ma’ attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, verifika u valutazzjoni li huma meħtieġa direttament għall-immaniġġjar tal-programm GMES u l-kisba tal-għanijiet tiegħu, u b’mod partikulari studji, laqgħat, azzjonijiet ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha għal għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni tista’ ġġarrab għall-immaniġġjar tal-programm GMES.

Artikolu 11

Il-Kumitat GMES

1.      Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (il-“Kumitat GMES”).

1a.    Il-Kumitat tal-GMES jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jindirizza kwistjonijiet konkreti, notevolment dawk relatati mas-sigurtà ("Bord tas-Sigurtà").

2.      Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.      Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura regolatorja ta’ mmaniġġjar imsemmija fl-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

         Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahrejn.

3a.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

         Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ikun ta' xahrejn.

Artikolu 11a

Forum tal-Utenti

1.      Il-Forum tal-Utenti huwa hawnhekk stabbilit bħala korp dedikat. Huwa għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni u l-validazzjoni tal-ħtiġiet tal-utent, u għall-koordinazzjoni tal-programm tal-GMES mal-utenti pubbliċi tiegħu.

2.      Il-Forum tal-Utenti għandu jkun presedut mill-Kummissjoni. Għandu jikkonsisti minn utenti tas-settur pubbliku tal-GMES maħtura mill-Istati Membri.

3.      Is-Segretarjat tal-Forum tal-Utenti għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

4.      Il-Forum tal-Utenti għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

5.      Il-Kumitat tal-GMES għandu jinżamm kompletament infurmat dwar il-parir tal-Forum tal-Utenti għall-implimentazzjoni tal-programm tal-GMES.

Artikolu 12

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

1.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti indebitament imħallsa u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

2.      Għall-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ffinanzjati skont dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni ta’ liġi tal-Unjoni Ewropea jew kull nuqqas ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku, li għandha jew se jkollha, l-effett li tippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, minn element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.

3.      Il-ftehimiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inklużi ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi terzi parteċipanti u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jipprovdu għas-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat minnha, kif ukoll verifiki li jsiru mill-Qorti tal-Awdituri, jekk ikun meħtieġ fuq il-post.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi

Għall-Parlament Ewropew                                                              Għall-Kunsill

Il-President                                                                        Il-President

ANNESS

L-għanijiet tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES (2011-2013)

L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet li ġejjin:

(1)    servizzi ta’ rispons ta’ emerġenza, imsejsa fuq attivitajiet eżistenti fl-Ewropa, għandhom jiżguraw li d-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja u l-prodotti derivati jkunu disponibbli għall-benefiċċju tal-parteċipanti fir-rispons ta’ emerġenza fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali għal tipi differenti ta’ diżastri, inklużi perikli meteoroloġiċi (inklużi maltempati, nirien u għargħar), perikli ġeofiżiċi (inklużi terremoti, tsunamis, żbroffi ta’ vulkani u żerżiq ta’ ġebel minn ġnub l-għoljiet), diżastri kkawżati mill-bniedem bi ħsieb jew b’mod aċċidentali u diżastri umanitarji oħra. Billi t-tibdil fil-klima jista’ jwassal għal żieda fl-emerġenzi, ir-rispons ta’ emerġenza tal-GMES se jkun essenzjali biex jappoġġja l-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima f’dan il-qasam bħala parti mill-attivitajiet ta’ prevenzjoni, preparazzjoni, rispons u rkupru fl-Ewropa;

(2)    is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art għandhom jiżguraw li d-dejta tal-osservazzjoni tad-Dinja u l-prodotti derivati jkunu disponibbli għall-benefiċċju tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali responsabbli għall-monitoraġġ ambjentali tal-bijodiversità, il-ħamrija, l-ilma, il-foresti u r-riżorsi nazzjonali, kif ukoll fl-implimentazzjoni ġenerali tal-politiki ambjentali, il-ġbir ta’ informazzjoni ġeografika, l-agrikoltura, l-enerġija, l-ippjanar urban, l-infrastruttura u t-trasport. Is-servizzi ta’ monitoraġġ tal-art għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-parametri tat-tibdil fil-klima;

(2a)  Is-servizzi ta' monitoraġġ tal-baħar għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-istat tal-ekosistemi fiżiċi tal-oċean u tal-baħar għaż-żoni reġjonali Ewropej u dawk globali tal-oċeani. L-oqsma ta' applikazzjoni tas-servizzi tal-baħar tal-GMES jinkludu s-sigurtà marittima, l-ambjent tal-baħar u r-reġjuni kostali, ir-riżorsi tal-baħar kif ukoll it-tbassir meteoroloġiku staġonali u l-monitoraġġ tal-klima;

(2b)  Is-servizzi ambjentali tal-atmosfera għandhom jiżguraw il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fuq skala Ewropea u tal-kompożizzjoni kimika tal-atmosfera fuq skala globali. Huma għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni għas-sistemi ta' monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fuq l-iskali lokali sa nazzjonali, u għandhom jikkontribwixxu għall-monitoraġġ ta' parametri klimatiċi tal-kimika atmosferika;

(2c)  Is-servizzi tas-sigurtà għandhom jipprovdu informazzjoni utli li tappoġġa l-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja fil-qasam tas-sigurtà, notevolment il-kontroll tal-fruntieri, is-sorveljanza marittima u l-appoġġ għall-azzjonijiet esterni tal-UE;

(2d)  Il-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima għandu jippermetti l-adattament u l-mitigazzjoni tal-effetti tiegħu. Għandu b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-provvista ta' ECVs, l-analiżi tal-klima u projezzjonijiet fuq skala rilevanti għall-adattament u l-mitigazzjoni, u l-prestazzjoni tas-servizz rilevanti;

(3)    il-miżuri biex jappoġġjaw l-użu tas-servizzi mill-utenti għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ interfaces tekniċi adattati għall-ambjent, it-taħriġ, il-komunikazzjoni u l-iżvilupp speċifiċi tal-utent tas-settur fil-livell suċċessiv;

(4)    l-aċċess għad-data ▌għandu jiżgura li d-data tal-osservazzjoni tad-Dinja minn firxa wiesgħa ta’ missjonijiet Ewropej u tipi oħra ta’ infrastruttura tal-osservazzjoni ▌jinġabru u jkunu disponibbli biex jinkisbu l-għanijiet tal-GMES ▌;

(4a)  il-komponent in situ għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-ġbir tad-data in situ u l-aċċess għad-data in situ għas-servizzi tal-GMES;

(5)    L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom jiżguraw l-operazzjonijiet u l-iżvilupp tal-komponent spazjali tal-GMES, li jikkonsisti f’infrastruttura spazjali ta’ osservazzjoni tad-Dinja u jimmira li jiżgura l-osservazzjoni ta’ subsistemi tad-Dinja (inklużi s-superfiċji terrestri, l-atmosfera u l-oċeani). L-operazzjonijiet inizjali tal-GMES għandhom ikunu msejsa fuq infrastruttura spazjali nazzjonali u Ewropea ppjanata u fuq infrastruttura spazjali żviluppata fil-Programm tal-Komponent Spazjali GMES.

  • [1] *          Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [2]        L-Opinjoni tal-20 ta’ Jannar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
  • [3]        Opinjoni ta’ ….. (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
  • [4]        Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ...
  • [5]        ĠU C 136, 20.6.2007, p. 1.
  • [6]        ĠU L 261, 6.8.2004, p. 64.
  • [7]  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
  • [8]        ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [9]        ĠU L 400, 30.12.2006, p 1.
  • [10]        ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
  • [11]       ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [12]       ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [13]       ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
  • [14]       ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
  • [15]       ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
  • [16]       ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

L-inizjattiva tal-osservazzjoni tad-Dinja tal-GMES hija proġett importanti għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. Bħall-programm tan-navigazzjoni bis-satellita Galileo, il-GMES tinvolvi l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-Unjoni Ewropea stess, u dan jippermetti l-immaniġġjar aħjar tal-ambjent u t-titjib tas-sigurtà għaċ-ċittadini. B'differenza mill-Galileo, il-GMES qed tiġi ffinanzjata mill-bidu nett permezz tar-riżorsi pubbliċi. L-akkwist pubbliku għandu jkun il-proċedura ta' finanzjament normali użata għall-iżvilupp tas-sistema. Ir-rapporteur huwa konxju mill-fatt li l-iżvilupp tal-GMES jinvolvi spejjeż kbar, li jestendu lil hinn mill-fażi operattiva inizjali u fil-prospettiva finanzjarja li jmiss li tibda fl-2014, iżda jqis li dawn huma ġġustifikati mill-benefiċċji enormi tal-proġett għas-soċjetà.

Qafas finanzjarju maħsub bir-reqqa huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-GMES, għall-provvista ta’ data u servizzi u għall-użu tagħhom. Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li fondi suffiċjenti jiġu pprovduti f’waqthom, kemm waqt l-operazzjonijiet tal-bidu u kemm wara tmiem din il-fażi, sabiex id-data u s-servizzi offruti jkunu disponibbli b'mod affidabbli u mingħajr waqfien. Ikun tajjeb jekk il-fondi maħsuba għall-fażi operattiva inizjali fil-proposta tal-Kummissjoni jiżdiedu, billi dan jippermetti li jsiru approprjazzjonijiet ta' impenn f'dak l-istadju għal oqsma addizzjonali tal-komponent spazjali. Permezz ta’ dan jistgħu jiġu konklużi l-kuntratti u tiġi żgurata ċ-ċertezza fir-rigward tal-ippjanar finanzjarju. Dan huwa importanti ħafna, b'mod partikolari, għall-bidu tas-serje B u x-xiri ta' komponenti importanti għas-serje C tas-satelliti Sentinel, peress li mhux biss jiżgura l-bidu tal-proġett imma jiżgura wkoll li l-satelliti jinbnew bl-istess mod. Peress li l-finanzjament għandu jiġi pprovdut xorta waħda, dan ma jinvolvix żieda fl-ispejjeż, iżda jiżgura l-użu effiċjenti tal-finanzjament u l-impenn tal-fondi fi stadju aktar bikri. Dan jiffranka spejjeż ogħla fil-perjodu finanzjarju li jmiss, li jitħallsu mit-taxxi taċ-ċittadini.

Iċ-ċittadini u l-azjendi kollha tal-UE għandu jkollhom aċċess ħieles għad-data u s-servizzi offruti mill-GMES, sabiex jiżviluppa suq downstream, speċjalment fost l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Għan ieħor tal-GMES, flimkien ma' aspetti ambjentali u tas-sigurtà, huwa l-promozzjoni tal-progress u l-innovazzjoni. L-aċċess miftuħ għandu jkun possibbli wkoll għall-kumpaniji barra l-Unjoni Ewropea, suġġett għar-reċiproċità li tiżgura aċċess għal data mhux Ewropea għaċ-ċittadini Ewropej privati u d-ditti Ewropej.

Il-Kummissjoni se taġixxi bħala amministratur u tieħu f'idejha r-responsabbiltà għall-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett. L-Aġenzija Spazjali Ewropea, li għandha l-għarfien rilevanti, se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni teknika. L-ESA għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni teknika tal-komponent tal-ispazju fuq il-bażi ta' ftehim ta' delega, li permezz tiegħu se tiġi ċċarata r-responsabilità u tiġi żgurata trasparenza akbar.

L-għanijiet segwiti mill-proposta għal regolament, li huma stabbiliti fl-Anness, huma element essenzjali tar-regolament. Ir-rapporteur għalhekk iqis li dawn m'għandhomx jinbidlu bl-użu tal-proċedura ta' komitoloġija, iżda biss taħt il-proċedura leġiżlattiva normali. Peress li dan huwa qasam b’firxa wiesgħa li għandu impatt fuq il-baġit, il-Parlament ma għandux jirrinunzja r-rwol tiegħu bħala l-entità responsabbli għall-iskrutinju. Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 Diċembru 2009 ifisser li l-proċedura tal-komitoloġija għandha tiġi aġġustata. Dan jista' jwassal għal dewmien li ma jkunx ta' ġid għall-proġett.

17.3.2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (1.3.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew għall-osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013)
(COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Vittorio Prodi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-regolament dwar il-monitoraġġ globali għall-ambjent u għas-sigurtà (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu huwa l-aktar element reċenti ta’ strateġija pluriennali mmirata biex l-Ewropa jkollha l-kapaċità tosserva d-Dinja fl-oqsma ambjentali u ta’ sigurtà. Minħabba li l-konklużjonijiet reċenti esiġew monitoraġġ aħjar tal-impatti tat-tibdil fil-klima, is-siwi ta’ din il-proposta qed jiġi enfasizzat aktar. Fil-fatt ir-riżultati tad-data minn monitoraġġ preċedenti kienu jew mhux kompleti biżżejjed (fejn jidħlu l-parametri), jew ma kinux disponibbli b'mod kontinwu.

Sabiex dan iseħħ, il-GMES huwa magħmul minn tliet komponenti ewlenin.

1. Spazju

Dan jikkonsisti minn infrastruttura ta’ osservazzjoni mill-ispazju li tindirizza l-ħtiġijiet tas-servizzi tad-data, b’mod aktar speċifiku, permezz ta' parametri tal-art, tal-atmosfera u tal-baħar. Dan il-komponent għandu l-għan li jiżviluppa u jimplimenta numru ta’ missjonijiet b’satelliti magħrufa bħala “Sentinel”, u se jkun jiddependi mill-koordinazzjoni tal-ESA.

2. In Situ (inklużi l-osservazzjonijiet mill-art permezz ta’ telerilevament).

Dan jiddependi minn numru ta’ faċilitajiet, strumenti u għodod li huma ta’ proprjetà nazzjonali, reġjonali u intergovernattiva u li jitħaddmu f’dawn il-livelli.

3. Servizzi.

Dawn jiżguraw aċċess għal informazzjoni dwar għadd ta’ oqsma tematiċi, mill-adattament u t-taffija tat-tibdil fil-klima, għas-sigurtà u l-monitoraġġ tal-art, tal-baħar u tal-atmosfera.

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni bħala għodda importanti biex tiġi sodisfatta l-ħtieġa akbar tar-riċerka u tal-protezzjoni ċivili, minħabba l-effetti serji tat-tisħin globali fuq l-ambjent. Dan ir-regolament huwa l-ewwel parti tal-fażi operattiva tal-programm GMES u jagħtina mezz li bih tinġabar data preċiża tat-tibdil fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru. Fost l-eżempji ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu hemm elementi bħas-salinità tal-baħar jew l-indewwa tal-bijomassa, u l-livelli tal-baħar. Barra minn hekk, hemm effetti tajbin fejn tidħol il-kapaċità tagħna biex nevitaw u nimmaniġġaw diżastri kbar, bħalma huma t-tixrid taż-żejt, in-nirien tal-foresti, l-għargħar u ċ-ċaqliq tal-art. Il-GMES huwa wkoll element importanti għall-ġestjoni tal-ETS u għall-kontroll tal-emissjonijiet. Kien jeħtieġ li l-istrateġija finanzjarja tiġi prijorizzata mit-tliet komponenti tal-programm, u wieħed irid iżomm f’moħħu li l-istruttura tal-finanzjament tipprevedi l-intervent tal-gvernijiet nazzjonali u korpi pubbliċi u privati oħra, l-aktar għall-komponenti in situ u s-servizzi.

Element ieħor ta’ apprezzament ġej mill-benefiċċji potenzjali tal-programm għat-tkabbir tal-SMEs, b’mod speċjali fis-settur tar-riċerka, f’mument ta’ kriżi ekonomika. Barra minn hekk, l-industriji Ewropej huma dawk li jiffissaw l-istandards għall-GMES, b’effetti ċari li jibbenefikaw il-kompetittività tagħhom fis-suq globali.

Mil-lat ta’ kooperazzjoni internazzjonali, għandha tissemma sew fit-test tar-regolament il-GEOSS (is-Sistema ta’ Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja), meta wieħed iqis li parti mill-finanzjament mitlub għall-implimentazzjoni tal-GMES tmur bħala kontribut għal din is-sistema ta’ monitoraġġ tad-dinja, li l-UE uffiċjalment tifforma parti minnha.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li fil-proposta tagħha l-Kummissjoni tenfasizza xi aspetti tat-teknoloġija tal-informatika, meta wieħed iqis ir-rilevanza partikulari għat-teknoloġija satellitari u r-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, rigward, b'mod partikulari, ir-rwol tagħha fil-koordinament tal-ħtiġijiet tal-utenti (l-awtoritajiet pubbliċi).

Fl-aħħarnett, tqajjem tħassib serju fl-istruttura tal-finanzjament tal-komponent tal-ispazju: dan ir-regolament ikopri biss il-bżonnijiet finanzjarji għall-perjodu bejn l-2011 u l-2013. Madankollu, l-impenji tal-ESA għat-tnedija tas-satelliti “Sentinel” teħtieġ preparazzjoni preċiża u f’waqtha, u timplika spejjeż kbar għat-tnedija nnfisha li hija ppjanata li sseħħ bejn il-perjodu 2014 u 2017. Għal dan il-perjodu, id-deċiżjonijiet rigward il-perspettivi finanzjarji għadhom ma ttiħdux. Għaldaqstant il-proġett se jkollu jħabbat wiċċu ma' inċertezzi fil-fażi tranżizzjonali (Jannar - Diċembru 2014) li matulha mhux se jiġu allokati fondi, filwaqt li l-industriji spazjali involuti madankollu se jkollhom iħallsu għas-servizzi mogħtija. Ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiffaċċjaw din il-problema u biex isibu soluzzjoni xierqa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) komponent tas-servizzi li jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni li tkopri l-oqsma tematiċi li ġejjin:

(a) komponent tas-servizzi li jiżgura l-aċċess għall-informazzjoni li tkopri l-oqsma tematiċi li ġejjin:

 

- l-adattament u t-taffija tat-tibdil fil-klima;

- monitoraġġ tal-art;

- monitoraġġ tal-art, tal-ambjent marittimu u tal-atmosfera;

- ġestjoni tal-emerġenza;

- ġestjoni tal-emerġenza;

- sigurtà;

- sigurtà;

- monitoraġġ tal-ambjent marittimu;

 

- monitoraġġ tal-atmosfera;

 

- adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

 

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġu enfasizzati t-tibdil fil-klima u l-effetti tagħha bħala l-ewwel punt fokali tal-attivitajiet tal-GMES, għalhekk il-kliem għandu jinbidel u tinbidel ukoll il-pożizzjoni fil-lista.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni tal-programm GMES b’attivitajiet fil-livell nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali.

1.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koordinazzjoni tal-programm GMES b’attivitajiet fil-livell nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali bħal, pereżempju, bis-Sistema ta’ Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS).

Ġustifikazzjoni

Il-GEOSS għandha tissemma b’mod ċar minħabba l-kontribut li tagħtiha l-Ewropa permezz tal-GMES.

Emenda3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija Spazjali Ewropea għandha tingħata l-kompitu tal-implimentazzjoni tal-komponent spazjali tal-GMES, billi tiddependi fuq l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Utilizzazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) fejn ikun meħtieġ.

L-Aġenzija Spazjali Ewropea għandha tingħata l-kompitu tal-implimentazzjoni tal-komponent spazjali tal-GMES, billi tiddependi fuq l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Utilizzazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) fejn ikun meħtieġ, filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) għandu jkollha r-rwol li tikkoordina l-komponent in situ, biex tiġbor flimkien il-ħtiġijiet tal-utenti u tikkontribwixxi għall-ġestjoni tas-servizz.

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-EEA għandu jiġi enfasizzat fl-implimentazzjoni tal-GMES.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013)

Referenzi

COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.7.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Vittorio Prodi

9.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

2.12.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.2.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Elena Oana Antonescu, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Catherine Soullie, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Veronica Lope Fontagné, Anna Záborská, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.3.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu
(COM(2009)0223 – C7‑0037/2009 – 2009/0070(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Damien Abad

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li ħoloq bażi legali ġdida għall-politika spazjali, kif ukoll bil-preżentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni l-ġdida kif ippreżentati mill-President Barroso lill-Parlament Ewropew, il-politika spazjali se tkun wieħed mis-setturi ewlenin fil-futur tal-Unjoni Ewropea.

Minn perspettiva politika, il-programm GMES joffri opportunità tripla għall-Unjoni Ewropea.

L-ewwel nett, dan jista’ jservi bħala eżempju tal-impenn li tiġi stabbilita strateġija industrijali Ewropea ta’ vera bbażata fuq proġetti konkreti. Fil-fatt, il-programm GMES juri l-valur miżjud li l-UE tista' tipprovdi għall-ġestjoni ta’ proġetti kbar b’ambizzjoni globali li jagħmlu lill-Ewropa wieħed mill-mexxejja tal-industrija spazjali.

Barra minn hekk, minħabba li huwa s-simbolu ta’ politika industrijali proattiva, il-programm GMES jista' jipprovdi benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini Ewropej, f'termini ta’ impjiegi, kompetenza, sigurtà jew protezzjoni ambjentali. Barra minn hekk, huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-istrateġija "UE 2020" u mal-istrateġiji ta’ wara Kopenħagen.

Fl-aħħarnett, il-programm se jkollu sinerġiji pożittivi ma’ setturi ekonomiċi oħrajn bħal pereżempju s-settur tas-servizzi filwaqt li se joħloq ukoll opportunitajiet konsiderevoli ta’ dħul fis-suq għal għadd sinifikanti ta’ SMEs.

Il-kwistjoni tal-finanzjament tal-programm, li hija kruċjali biex jiġu żgurati l-istabilità u l-kontinwità tiegħu, għandha tiġi indirizzata fuq żewġ livelli:

1) Fuq perjodu ta’ żmien qasir, għandha tiġi żgurata t-tnedija tal-implimentazzjoni tal-programm

Il-proposta għal regolament tipprevedi l-ħolqien ta’ bażi legali li tiżgura l-kontinwità tal-azzjonijiet preparatorji stabbiliti fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Għaldaqstant, il-kwistjoni prinċipali fuq perjodu ta’ żmien qasir, fil-fehma tar-rapporteur tagħkom, hija li jiġi żgurat finanzjament li tal-inqas ikun biżżejjed għat-tnedija tal-fażi operattiva tal-programm.

Għal fini ta’ informazzjoni, il-programm GMES ilu għaddej għaxar snin bħala parti mis-7 Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (Programm Qafas RŻT) u ffinanzjat b’EUR 1.2 biljun għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-Aġenzija Spazjali Ewropea, min-naħa tagħha, tat EUR 1.6 biljun għall-iżvilupp tal-programm. Il-fażi ta’ żvilupp se tispiċċa fl-2011 (fir-rigward tal-parti l-kbira tal-komponenti tal-programm), u għalhekk għandu jinstab sors ieħor ta’ finanzjament komunitarju biex tiġi żgurata l-fażi operattiva tiegħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tipproponi li jinstab pakkett addizzjonali, indipendentement mis-7 Programm Qafas RŻT, ta’ EUR 107 miljun sabiex jiġu ffinanzjati ċerti operazzjonijiet tal-program (b’mod partikolari l-finanzjament tas-servizzi tal-GMES mmexxija minn organizzazzjonijiet privati, ċerti operazzjonijiet tas-Sentinelli A u x-xiri tal-informazzjoni meħtieġa għas-servizzi).

Madankollu, il-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013 ma jagħmel l-ebda dispożizzjoni għal din it-tieni fażi u għaldaqstant għandu jsir skrutinju profond tas-sorsi ta’ dan il-finanzjament.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tqis li r-regolament jeħtieġ “riprogrammar tal-intestatura relevanti tal-qafas finanzjarju”. Jekk ikun hemm bżonn ta’ riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet - b’mod partikolari l-approprjazzjonijiet mhux użati – għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet għal finanzjament addizzjonali. Barra minn hekk, skont l-estimi tal-Kummissjoni, il-marġni fl-intestatura 1a se jkun limitat ħafna għal waqt il-perjodu inkwistjoni. Minkejja li s-sena 2011 ma tidhirx li se tkun partikolarment problematika, dan ma jistax jingħad għall-2012 u l-2013. Fil-fatt, l-approprazzjonijiet għall-impenji għandhom jiżdiedu b’EUR 41 miljun għall-2012 u b’EUR 56 miljun għall-2013, u dan jirrapreżenta spiża żejda konsiderevoli għal intestatura li diġà tinsab mgħobbija żżejjed.

Fl-aħħarnett, huwa importanti wkoll li jiġu identifikati b'mod ċar il-ħtiġijiet mhux koperti, speċjalment fir-rigward tal-komponent spazjali tal-programm, li fir-rigward tiegħu il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda proposta finanzjarja u li l-ispejjeż tiegħu jafu jogħlew jekk ma jittiħdux deċiżjonijiet f’ħin xieraq. Dan jgħodd b'mod partikolari għall-bqija tal-operazzjonijiet tas-Sentinelli A (li l-ESA stmat li jammontaw għal EUR 30 miljun), l-illanċjar tas-satelliti Sentinelli B (EUR 165 miljun) u x-xiri inizjali tal-ħardwer tas-Sentinelli C (140 miljun EUR).

2) Fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul, għandha tiġi definita strateġija baġitarja tal-programm għal wara l-2013

Għandu jiġi stabbilit programm GMES komplut (u għalhekk linja baġitarja proprja) fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Kulħadd jaqbel li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-programm huma ikbar mill-approprjazzjonijiet mogħtija attwalment. Jidher li huwa iktar xieraq li ssir reviżjoni tal-ammonti neċessarji fil-qafas tat-tliet avvenimenti ewlenin fl-2010: l-istrateġija “UE 2020”; ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tas-7 Programm Qafas RŻT; ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju li għandu jinkludi b’mod partikolari l-finanzjament tal-politiki l-ġoddi previsti fit-Trattat ta’ Lisbona. L-użu tal-istrument ta’ flessibilità kif ukoll tal-arranġamenti ta’ flessibilità leġiżlattiva, previsti fl-Artikolu 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali, jikkostitwixxu wkoll għodda importanti.

Ir-rapporteur tagħkom jixtieq jenfasizza l-konnessjoni bejn l-aspetti tal-pjan fuq perjodu ta' żmien qasir u dawk fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul. Fil-fatt, il-kisba ta’ strateġija finanzjarja soda għall-perjodu 2014-2020 se tiddependi ħafna fuq dak li se jkun deċiż għall-perjodu 2011-2013. F’din il-proposta nsibu l-elementi kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit programm komunitarju: objettivi, metodi ta’ governanza, arranġamenti ta’ finanzjament u l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

Din l-istrateġija għandha tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin: is-sjieda tal-infrastruttura u l-politika fir-rigward tal-ġestjoni tad-data; il-politika tax-xiri fir-rigward tal-infrastruttura spazjali tal-GMES; il-politika dwar il-kooperazzjoni internazzjonali mal-pajjiżi terzi; l-impenn min-naħa tal-Istati Membri li jkomplu l-missjonijiet.

Jekk il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-ESA ħadmet b’suċċess matul il-fażi ta’ riċerka u żvilupp, il-proċess ta’ konsultazzjoni fil-fażi operattiva jeħtieġ li jitwessa’. F'dan is-sens, it-twaqqif ta’ Bord tal-Imsieħba, li l-kompetenzi tiegħu għandhom jikkomplementaw il-Kumitat GMES previst fil-proposta għal regolament, jikkostitwixxi soluzzjoni adattata biex, fuq naħa tiġi żgurata koerenza ġenerali tal-governanza tal-programm u, fuq in-naħa l-oħra, tiġi stabbilita strateġija baġitarja komuni fuq ħafna livelli.

Fl-aħħarnett, jidher għalhekk essenzjali li jiġu pprovduti riżorsi addizzjonali permezz ta’ reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-GMES li jeħtieġ impenn reali min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti adegwati dwar dak li jikkonċernaha, bħala parti minn reviżjoni ambizzjuża ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju skont id-dikjarazzjoni Nru 1 annessa mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Iqis li l-pakkett finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a fil-qafas finanzjarju 2007-2013, iżda l-marġni li jibqa' fl-Intestatura 1a għall-2011-2013 huwa żgħir ħafna; jenfasizza li l-ammont annwali se jiġi ddeterminat waqt il-proċedura baġitarja annwali, skont il-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006. Jenfasizza li jeħtieġ li jinstab finanzjament xieraq għall-kompetenzi l-ġodda tal-UE skont it-Trattat ta' Lisbona, bħall-politika spazjali; għandu jiġi żgurat il-finanzjament neċessarju għall-programmi tal-GMES u b'mod partikolari għall-komponent spazjali tiegħu; Il-Kummissjoni għandha tippreżenta strateġija finanzjarja ta' nofs it-terminu għall-GMES fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali flimkien ma’ proposti konkreti biex jiġi aġġustat u rivedut qabel it-tmiem tal-ewwel simestru billi jintużaw il-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, b'mod partikolari l-punti 21 sa 23. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll strateġija ta' finanzjament għal perjodu twil ta' żmien għall-qafas finanzjarju pluriennali sal-31 ta' Diċembru 2010.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għat-tul kollu tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, għandu jiġi stabbilit pakkett finanzjarju ta’ EUR 107 miljuni li jikkostitwixxi l-ewwel referenza, skont it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda. Huwa mbassar li dan il-pakkett finanzjarju se jiġi kkomplementat b’ammont ta’ EUR 43 miljun mit-tema spazjali tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka li jakkumpanjaw l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES.

(16) Għat-tul kollu tal-operazzjonijiet inizjali tal-GMES, għandu jiġi stabbilit pakkett finanzjarju ta’ EUR 107 miljuni li jikkostitwixxi l-ewwel referenza, skont it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda. Huwa mbassar li dan il-pakkett finanzjarju se jiġi kkomplementat b’ammont ta’ EUR 209 000 000 miljun mit-tema spazjali tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka li jakkumpanjaw l-operazzjonijiet inizjali tal-GMES. Dawn iż-żewġ sorsi ta’ finanzjament għandhom jiġu mmaniġġjati b’mod ikkoordinat sabiex jiġi żgurat progress reali fl-implimentazzjoni tas-servizzi tal-GMES. Il-fondi mis-Seba' Programm ta' Qafas għandhom jintużaw f'konformità sħiħa mal-objettivi u l-kriterji stabbiliti mill-Programm ta' Qafas.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed isemmi l-pakkett baġitarju kollu disponibbli taħt l-FP7 għall-GMES, jiġifieri kemm l-EUR 43 miljun mit-tema "Spazju", li jridu jiġu riallokati, kif ukoll l-EUR 166 miljun diġà disponibbli taħt il-linja baġitarja GMES tal-FP7. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi enfasizzata l-importanza ta’ ġestjoni koordinata bejn dawn iż-żewġ pakketti baġitarji.

Emenda          3

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Fl-ippjanar finanzjarju tagħha, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi l-kontinwità tad-data kemm waqt il-perjodu inizjali tal-operazzjoni tal-programm GMES (2011-2013) kif ukoll wara, u li s-servizzi jistgħu jintużaw mingħajr waqfien u mingħajr restrizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Għandu akkost ta’ kollox jiġi evitat li jkun hemm qtugħ fil-kontinwità tad-data, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jużaw is-servizzi b’mod affidabbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta strateġija finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul għall-programm GMES, b’mod partikolari l-komponent spazjali tiegħu, jiġifieri l-operazzjonijiet pendenti tas-Sentinelli A, l-illanċjar tas-satelliti Sentinelli B u x-xiri inizjali tal-ħardwer tas-Sentinelli C. L-istrateġija għandha teżamina u tevalwa l-possibilitajiet kollha ta’ finanzjament għall-GMES. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Bord tal-Imsieħba qabel ma tippreżenta l-istrateġija finali.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġu evalwati l-mezzi kollha ta' finanzjament għall-GMES, kemm fil-qafas finanzjarju 2007-2013 kif ukoll wara li dan jiskadi, u jeħtieġ ukoll li tiġi stabbilita strateġija fit-tul wara li jiġi kkonsultat il-Bord tal-Imsieħba. Huwa importanti wkoll li jiġu speċifikati r-rekwiżiti li għadhom mhux koperti, b'mod partikolari l-komponent spazjali tal-programm, kif indikat fil-COM(2009)0589 “Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES): L-Isfidi u l-Passi li Jmiss għall-Komponent Spazjali”, u li fir-rigward tiegħu, il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda proposta ta' finanzjament.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Bord tal-Imsieħba.

 

Il-Bord tal-Imsieħba għandu jkun il-korp ewlieni għall-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Huwa għandu jikkomplementa s-setgħat u r-responsabilitajiet tal-Kumitat tal-GMES imsemmi fl-Artikolu 11 u għandu jiggarantixxi l-koerenza ġenerali tal-programm GMES.

 

Partijiet interessati rilevanti oħrajn jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi.

 

Il-Bord tal-Imsieħba għandu jkun responsabbli b’mod partikolari għall-kompiti li ġejjin:

 

- li jiddefinixxi qafas ġenerali tal-GMES u jiżgura l-iżvilupp tiegħu,

 

- li jieħu nota tal-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba fir-rigward tad-disponibilità tad-data, il-prodotti u l-infrastruttura tagħhom,

 

- li jassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta' strateġija finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul tal-programm GMES, kif stipulat fl-Artikolu 9a.

Il-Bord tal-Imsieħba għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-Kumitat tal-GMES, stipulat fl-Artikolu 11 tal-proposta għal regolament, huwa limitat għall-implimentazzjoni tal-baġit GIO. Għandu jiġi stabbilit forum permanenti għall-koordinazzjoni, b’mod partikolari, iżda mhux biss, bejn ir-rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-operat tajjeb tal-GMES jiddependi fuq struttura ta’ governanza ċara, strateġija fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul definita kif suppost u kooperazzjoni effikaċi bejn il-parteċipanti kollha kkonċernati.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-għotjiet Komunitarji jistgħu jiġu pprovduti f’forom speċifiċi, inkluż ftehim qafas ta’ sħubija, jew kofinanzjament ta’ għotjiet operattivi jew ta’ azzjoni. L-għotjiet operattivi lil entitajiet li jsegwu l-għanijiet ta’ interess ġenerali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis gradwali fir-Regolament Finanzjarju. Għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 11(3).

2. L-akkwist pubbliku għandu jkun l-istrument ta’ finanzjament ippreferut għall-implimentazzjoni tal-programm GMES. Fejn ikun ġustifikat, l-għotjiet Komunitarji jistgħu jiġu pprovduti f’forom speċifiċi, inkluż ftehim qafas ta’ sħubija, jew kofinanzjament ta’ għotjiet operattivi jew ta’ azzjoni. L-għotjiet operattivi lil entitajiet li jsegwu l-għanijiet ta’ interess ġenerali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis gradwali fir-Regolament Finanzjarju. Għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għandha tiġi adottata skont il-proċedura tal-Artikolu 11(3).

Ġustifikazzjoni

Il-kuntratti pubbliċi għandhom ikunu l-proċedura normali ta’ finanzjament. F’każijiet ġustifikati l-finanzjament għandu jingħata permezz ta’ għotjiet, bl-użu ta' proċeduri pubbliċi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Il-Kummissjoni, fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u l-aġġustament u r-reviżjoni tiegħu, għandha tippreżenta proposta għall-finanzjament ulterjuri tal-programm GMES, b'mod partikolari għall-komponent spazjali tiegħu, qabel it-tmiem tal-ewwel simestru 2010.

 

Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Bord tal-Imsieħba, għandha tistabbilixxi wkoll strateġija ta' finanzjament għal perjodu twil ta' żmien għall-programm GMES għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss sal-31 ta' Diċembru 2010.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) (2011–2013)

Referenzi

COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.7.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Damien Abad

21.10.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

17.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Alexander Alvaro, Francesca Balzani, Reimer Böge, Andrea Cozzolino, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Carl Haglund, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Vladimír Remek, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Daniël van der Stoep, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Herczog, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis

PROĊEDURA

Titolu

Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013)

Referenzi

COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.5.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.7.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.7.2009

ENVI

14.7.2009

LIBE

14.7.2009

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

10.5.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Norbert Glante

16.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

28.9.2009

12.10.2009

2.12.2009

27.1.2010

 

18.3.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.5.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Jorgo Chatzimarkakis, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Lena Ek, Ioan Enciu, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Edit Herczog, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Rachida Dati, Marek Józef Gróbarczyk, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Mario Pirillo, Lambert van Nistelrooij, Hermann Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder

Data tat-tressiq

17.5.2010