RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv
17.5.2010 - (11069/5/2009 – C7‑0043/2010 – 2008/0247(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Marian-Jean Marinescu
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv
(11069/5/2009 – C7‑0043/2010 – 2008/0247(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11069/5/2009 – C7‑0043/2010),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0852),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-509/2008),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwl qari[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294 (7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[2],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0000/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(4) Il-ftuħ tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija għamilha possibbli għal operaturi ġodda li jidħlu fin-netwerk tat-trasport ferrovjarju. Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tan-netwerk u tiġi żgurata l-affidabbiltà tiegħu, huwa utli li jiġu introdotti proċeduri addizzjonali sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni dwar l-allokazzjoni ta' mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali għall-ferroviji tal-merkanzija bejn il-ġesturi tal-infrastruttura. |
(4) Għalkemm il-ftuħ tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija għamilha possibbli għal operaturi ġodda li jidħlu fin-netwerk tat-trasport ferrovjarju, il-mekkaniżmi tas-suq, la kienu u lanqas huma suffiċjenti, biex jorganizzaw, jirregolaw u jiżguraw it-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija. Sabiex jiġi ottimizzat l-użu tan-netwerk u tiġi żgurata l-affidabbiltà tiegħu, huwa utli li jiġu introdotti proċeduri addizzjonali sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni dwar l-allokazzjoni ta' mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali għall-ferroviji tal-merkanzija bejn il-ġesturi tal-infrastruttura. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 2 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 5 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(5) Il-Kunsill , f'laqgħa fis-7 u t-8 ta' April 2008, ikkonkluda li għandha tingħata preferenza għall-użu effikaċi tal-infrastruttura u, jekk ikun il-każ, jitjiebu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja b'miżuri meħuda fuq livell Ewropew u nazzjonali, u b'mod partikolari permezz ta' atti legali. |
imħassar |
Emenda 3 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 8 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(8) Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-ġesturi tal-infrastruttura stipulati fid-Direttiva 91/440/KEE u d-Direttiva 2001/14/KE u, fejn rilevanti, għall-korpi ta' allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE. Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ, inkluż f'dawk li huma dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kurituri tal-merkanzija, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt tal-ġesturi tal-infrastruttura li jiċħdu jew jaċċettaw applikazzjonijiet għall-kapaċità minn entitajiet ġuridiċi li mhumiex impriżi ferrovjarji. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-premessa hija superfluwa fir-rigward tal-validità tad-direttivi preċedenti. Barra minn hekk, dan joħloq konfużjoni fir-rigward tal-possibilità li tiġi applikata għal applikanti awtorizzati li ma jkunux impriżi ferrovjarji. | |
Emenda 4 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 8 a (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(8a) It-twaqqif ta’ kuritur tal-merkanzija għandu jqis, fejn ikun il-każ, il-ħtieġa ta’ interkonnessjonijiet aħjar mal-infrastruttura ferrovjarja ta’ pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 5 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 8 b (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(8b) Il-ħolqien ta' kuritur tal‑merkanzija għandu jissodisfa kriterji li jiggarantixxu l-kontinwità tal-kuritur, filwaqt li jkunu żgurati l-interkonnessjonijiet neċessarji bejn l-infrastrutturi ferrovjarji differenti eżistenti u li jallokaw il-kapaċitajiet meħtieġa għar-rotta kollha tal-kuritur tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li l-kontinwità tkun iggarantita billi jkunu żgurati l-interkonnessjonijiet meħtieġa bejn l-infrastrutturi ferrovjarji differenti eżistenti u billi jiġu allokati l-kapaċitajiet neċessarji għat-totalità tar-rotta tal-kuritur tal-merkanzija. | |
Emenda 6 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 9 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(9) Il-kurituri ferrovjarji internazzjonali għal netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv għandhom jiġu stabbiliti b'mod konsistenti man-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ("TEN-T") u/jew mal-kurituri tas-Sistema ta' Tmexxija tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew ("ERTMS"). Għal dak il-għan, huwa meħtieġ żvilupp koordinat tan-netwerks, u b'mod partikolari għal dik li hija l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija mat-TEN-T eżistenti u mal-kurituri tal-ERTMS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni regoli armonizzati relatati ma' dawk il-kurituri tal-merkanzija. Jekk ikun meħtieġ, il-ħolqien ta' dawk il-kurituri għandu jiġi appoġġat finanzjarjament fil-qafas tal-programmi TEN-T, tal-programmi ta' riċerka u tal-programmi Marco Polo, u fil-qafas ta' linji politiċi u fondi oħrajn tal-Unjoni, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond ta' Koeżjoni. |
(9) L-implimentazzjoni ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija li jiffurmaw netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv għandha titwettaq b'mod konsistenti man-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ("TEN-T") u/jew mal-kurituri tas-Sistema ta' Tmexxija tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew ("ERTMS"). Għal dak il-għan, huwa meħtieġ żvilupp koordinat tan-netwerks, u b'mod partikolari għal dik li hija l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija mat-TEN-T eżistenti u mal-kurituri tal-ERTMS. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni regoli armonizzati relatati ma' dawk il-kurituri tal-merkanzija u jiġu inkuraġġiti proġetti tal-ferrovija tal-merkanzija silenzjużi. Jekk ikun meħtieġ, il-ħolqien ta' dawk il-kurituri għandu jiġi appoġġat finanzjarjament fil-qafas tal-programmi TEN-T, tal-programmi ta' riċerka u tal-programmi Marco Polo, u fil-qafas ta' linji politiċi u fondi oħrajn tal-Unjoni, bħall-Bank Ewropew għall-Investiment, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond ta' Koeżjoni. |
Emenda 7 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 12 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(12) Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ġesturi tal-infrastruttura, għandha tiġi stabbilita struttura ta' tmexxija adatta għal kull kuritur tal-merkanzija, li tqis il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' strutturi ta' tmexxija diġà eżistenti. |
(12) Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-ġesturi tal-infrastruttura u l-operaturi ferrovjarji, u sabiex ikun hemm kontinwità ma’ tul il-kuritur, għandha tiġi stabbilita struttura ta' tmexxija adatta għal kull kuritur tal-merkanzija, li tqis il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' strutturi ta' tmexxija diġà eżistenti; |
Emenda 8 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 15 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(15) Biex tiġi żgurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur tal-merkanzija, l-investiment fil-kuritur tal-merkanzija għandu jiġi kkoordinat bejn l-Istati Membri u l-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati, u jiġi ppjanat skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur tal-merkanzija. L-iskeda għat-twettiq tal-investiment għandha tkun ippubblikata biex jiġi żgurat li l-applikanti li jistgħu joperaw fil-kuritur ikunu infurmati sewwa. L-investiment għandu jinkludi proġetti relatati mal-iżvilupp ta' sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji. |
(15) Biex tiġi żgurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur tal-merkanzija, l-investiment fil-kuritur tal-merkanzija għandu jiġi kkoordinat bejn l-Istati Membri, il-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati, kif ukoll, jekk ikun il-każ, bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, u jiġi ppjanat skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur tal-merkanzija. L-iskeda għat-twettiq tal-investiment għandha tkun ippubblikata biex jiġi żgurat li l-impriżi ferrovjarji li jistgħu joperaw fil-kuritur ikunu infurmati sewwa. L-investiment għandu jinkludi proġetti relatati mal-iżvilupp ta' sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 9 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 21 a (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(21a) Biex jiġi żgurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fil-kuritur tal-merkanzija, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji jew il-gruppi tagħhom għandhom ikunu jistgħu jitolbu għal kapaċitajiet tal-infrastruttura, filwaqt li għandha tingħata prijorità lill-impriżi ferrovjarji jew lill-gruppi tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li tingħata prijorità lill-impriżi ferrovjarji jew lill-gruppi tagħhom, sabiex tkun iggarantita l-kontinwità ma’ tul il-kuritur kollu tal-ferroviji tal-merkanzija. | |
Emenda 10 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 25 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(25) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport kompetittiv tal-merkanzija magħmul minn kurituri tal-merkanzija, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom u għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan. |
(25) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport kompetittiv tal-merkanzija magħmul minn kurituri tal-merkanzija, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom u għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan. |
Emenda11 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 27 a (ġdida) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(27a) L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li tittejjeb l-effiċjenza tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija meta mqabbel ma’ modijiet oħra tat-trasport. Għandu jiġu żgurat li jkun hemm koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ġesturi tal-infrastruttura sabiex jiġi ggarantit li jkun hemm tħaddim l-aktar effiċjenti tal-kurituri tal-merkanzija. Biex dan iseħħ, għandhom jittieħdu miżuri operazzjonali id f’id ma’ investimenti fl-infrastruttura u f’tagħmir tekniku bħall-ERTMS li għandu jkollhom l-għan li jżidu l-kapaċità u l-effiċjenza tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 12 Pożizzjoni tal-Kunsill Premessa 29 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(29) Addizzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adattament tal-Anness II. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tikkonsulta esperti matul ix-xogħol preparatorju tagħha, skont l-impenji li saru fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
(29) Addizzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tikkonsulta esperti matul ix-xogħol preparatorju tagħha, skont l-impenji li saru fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
Emenda 13 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għat-twaqqif u l-organizzazzjoni ta' kurituri ferrovjarji internazzjonali għal netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv. Huwa jistabbilixxi regoli għall-għażla, l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-kurituri tal-merkanzija. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għat-twaqqif u l-organizzazzjoni ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija kompetittiv (minn hawn ’il quddiem insibuhom bħala “kurituri tal-merkanzija”) bil-għan li jiġi żviluppat Netwerk Ferrovjarju Ewropew għat-Trasport Kompetittiv tal-Merkanzija. Huwa jistabbilixxi regoli għall-għażla, l-organizzazzjoni, it-tmexxija u l-ippjanar tal-investimenti, tal-kurituri tal-merkanzija. |
Emenda 14 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tmexxija u l-użu ta' infrastruttura ferrovjarja fil-kurituri tal-merkanzija. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tmexxija u l-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja inkluża fil-kurituri tal-merkanzija. |
Emenda 15 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(a) "kuritur tal-merkanzija" tfisser il-linji ferrovjarji kollha denominati fl-Istati Membri u, fejn meħtieġ, fil-pajjiżi terzi Ewropej, li jgħaqqdu terminali matul ir-rotta prinċipali tal-kuritur tal-merkanzija, inklużi l-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha, l-istazzjonijiet għat-tqassim tal-merkanzija u l-faċilitajiet ta' formazzjoni għall-ferroviji u, fejn meħtieġ, ir-rotot ta' devjazzjoni; |
(a) "kuritur tal-merkanzija" għandha tfisser il-linji ferrovjarji kollha, inklużi l-linji ta’ trasbord ferrovjarju, denominati fit-territorju tal-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, u, fejn meħtieġ, fil-pajjiżi terzi Ewropej, li jgħaqqdu żewġ terminali jew aktar, matul ir-rotta prinċipali u, fejn ikun il-każ, rotot alternattivi u meded ta’ diversjoni li jikkollegawhom, inkluża l-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/14/KE; |
Emenda 16 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(ca) “punt ta’ waqfa waħda” tfisser l-entità konġunta mwaqqfa mill-bord ta’ tmexxija ta’ kull kuritur tal-merkanzija li toffri lill-applikanti l-opportunità biex jitolbu f’post wieħed u permezz ta’ operazzjoni waħda mogħdija ferrovjarja għal vjaġġ li jaqsam tal-anqas fruntiera waħda. |
Emenda 17 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. L-Istati Membri msemmijin fl-Anness I għandhom jistabbilixxu sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-kurituri tal-merkanzija matul ir-rotot prinċipali mniżżlin f'dak l-Anness. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-kurituri tal-merkanzija. |
1. L-Istati Membri msemmijin fl-Anness I għandhom jibdew iħaddmu sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-kurituri tal-merkanzija matul ir-rotot prinċipali imniżżlin f’dak l-Anness. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-kurituri tal-merkanzija. |
Emenda18 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. L-Istati Membri msemmija fl-Anness I għandhom ifasslu, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-pjan ta' implimentazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija msemmija fl-Anness I, skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Il-pjan ta’ implimentazzjoni, imfassal mill-bord tat-tmexxija, għandu jinkludi wkoll l-iffissar tar-rotot tal-kurituri skont l-Artikolu 2(2)(a), wara li jiġu kkonsultati l-gruppi konsultattivi msemmija fl-Artikolu 7(6) u l-Artikolu 7(6a). |
Emenda 19 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. B'deroga mill-paragrafu 1 il-kurituri tal-merkanzija matul ir-rotot prinċipali stabbiliti fil-punti 3, 5 u 8 tal-Anness I għandhom jiġu stabbiliti sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
imħassar |
Emenda 20 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
2a. Wara li tikseb l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri dwar it-twaqqif ta’ kurituri tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 20, 21 u 22, tadotta deċiżjoni li tikkonċerna netwerk inizjali ta’ kurituri tal-merkanzija, inklużi l-kurituri approvati fl-Anness I sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-twaqqif tal-kurituri tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 21 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 3 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
2b. In-netwerk ta’ kurituri tal-merkanzija msemmi fil-paragrafu 2a għandu jiġi modifikat b’mod progressiv u ssupplimentat fuq bażi ta’ proposti għall-ħolqien jew il-modifika ta’ kurituri tal-merkanzija, u wara li tiġi adottata deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 20, 21 u 22. Il-proposti mill-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1). |
Emenda 22 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Kull Stat Membru bi fruntiera ferrovjarja ma' Stat Membru ieħor, għandu jieħu sehem fl-istabbiliment ta' mill-inqas kuritur tal-merkanzija wieħed, ħlief jekk dan l-obbligu diġà ġie ssodisfatt taħt l-Artikolu 3. |
1. L-għażla u l-modifika tal-kurituri tal-merkanzija għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin: |
2. Irrispettivament mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, fuq talba minn Stat Membru, jieħdu sehem fl-istabbiliment tal-kuritur tal-merkanzija kif imsemmi f'dak il-paragrafu jew fit-titwil ta' kuritur eżistenti, sabiex jippermettu li Stat Membru viċin jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt dak il-paragrafu. |
(a) Il-qsim permezz tal-kuritur tal-merkanzija tat-territorju ta' mill-anqas tliet Stati Membri, jew ta' mill-anqas żewġ Stati Membri jekk id-distanza bejn it-terminali ferrovjarji moqdija mill-kuritur tal-merkanzija propost tkun ta' aktar minn 500 kilometru; |
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/440/KEE, meta Stat Membru jqis li l-istabbiliment ta' kuritur tal-merkanzija ma jkunx fl-interess tal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur tal-merkanzija jew ma jġibx benefiċċji soċjoekonomiċi sinifikanti jew jikkawża piż sproporzjonat, l-Istat Membru kkonċernat m'għandux ikun obbligat jipparteċipa kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, soġġett għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2). |
(b) Il-konsistenza tal-kuritur tal-merkanzija mal-kurituri tat-TEN-T, tal-ERTMS u /jew il-kurituri definiti minn RailNetEurope; |
4. Stat Membru m'għandux ikun obbligat jipparteċipa kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 jekk huwa għandu netwerk ferrovjarju li għandu track gauge li jkun differenti minn dak tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni. |
(c) L-integrazzjoni ta' proġetti prijoritarji tat-TEN-T fil-kuritur tal-merkanzija; |
5. Sabiex jissodisfaw l-obbligu taħt il-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipproponu b'mod konġunt lill-Kummissjoni li jiġu stabbiliti kurituri tal-merkanzija wara konsultazzjoni tal-ġesturi tal-infrastruttura u l-applikanti kkonċernati sa..., b'kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II. |
d) Analiżi li tiġġustifika l-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi li joriġinaw mill-istabbiliment tal-kuritur tal-merkanzija; |
6. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti għall-istabbiliment ta' kuritur(i) tal-merkanzija msemmijin fil-paragrafu 5 u, b'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(3), tadotta deċiżjoni dwar il-konformità ta' tali proposta ma' dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-preżentazzjoni tal-proposta. |
e) L-eżistenza ta’ pjan ta’ implimentazzjoni; |
7. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-kuritur tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 6. |
f) Il-konsistenza tal-kurituri tal-merkanzija kollha proposti mill-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv; |
8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ adattamenti għall-Anness I. Meta tkun qed tħejji l-atti delegati msemmija f’dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/14/KE u d-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid ) u għandha tikkunsidra, b’mod partikolari, il-pjan ta’ implimentazzjoni relatat mas-sistemi interoperabbli, l-evoluzzjoni tas-sistema ferrovjarja u t-TEN-T u b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-ERTMS, kif ukoll l-iżviluppi tas-suq ferrovjarju, inkluża l-interazzjoni ma’ mezzi oħra ta’ trasport. |
g) L-iżvilupp ta’ traffiku ferrovjarju tal-merkanzija u ta’ flussi ewlenin ta’ kummerċ u ta’ traffiku ta’ merkanzija ma’ tul il-kuritur; |
Għall-atti delegati msemmija f’dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22. |
h) Jekk ikun il-każ, interkonnessjonijiet aħjar bejn Stati Membri u pajjiżi terzi ġirien; |
|
(i) L-interess tal-applikanti fil-kuritur tal-merkanzija; |
|
j) L-eżistenza ta' interkonnessjonijiet tajbin ma' modijiet oħra tat-trasport, b'mod partikolari permezz ta' netwerk adegwat ta' terminali, inkluż fil-portijiet marittimi u dawk interni; |
|
2. Il-kuritur tal-merkanzija jista’ jinkludi xi elementi tan-netwerk ferrovjarju ta’ pajjiżi terzi Ewropej. Jekk ikun il-każ, dawn l-elementi għandhom jaqblu mal-politika tat-TEN-T. |
|
3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu huma li jipproponu l-ħolqien jew il-modifika ta’ kuritur tal-merkanzija. Għal dan il-għan, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni ittra ta’ intenzjoni, li tinkludi proposta mfassla wara konsultazzjoni mal-ġesturi tal-infrastruttura u l-applikanti kkonċernati, b’kunsiderazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-Paragrafu 1. |
|
4. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru bi fruntiera ferrovjarja ma’ Stat Membru ieħor għandu jipparteċipa fl-istabbiliment ta’ mill-inqas kuritur tal-merkanzija wieħed, sakemm dan l-obbligu ma jkunx intlaħaq diġà skont l-Artikolu 3. |
|
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ħolqien jew il-modifika ta’ kuritur(i) tal-merkanzija msemmi(ja) fil-paragrafu 3. |
|
6. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti għall-istabbiliment ta’ kuritur(i) imsemmi(ja) fil-paragrafu 3 u, f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22, tadotta deċiżjoni dwar il-konformità ta’ tali proposti ma’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara li jiġu prreżentati l-proposti rispettivi. |
|
7. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibdew joperaw l-kuritur tal-merkanzija mhux aktar tard minn sentejn wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6. |
|
8. Irrispettivament mill-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom, fuq talba minn Stat Membru, jieħdu sehem fl-istabbiliment tal-kuritur tal-merkanzija kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew fil-prolongazzjoni tal-kuritur eżistenti, sabiex jippermettu li Stat Membru ġar jissodisfa l-obbligu tiegħu taħt dak il-paragrafu. |
|
9. Bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/440/KEE, meta Stat Membru, wara li jkun wettaq analiżi soċjoeknomika, iqis li l-istabbiliment ta' kuritur tal-merkanzija ma jkunx fl-interess tal-applikanti li aktarx jużaw il-kuritur tal-merkanzija jew ma jġibx benefiċċji soċjoekonomiċi sinifikanti jew li jikkawża piż sproporzjonat, l-Istat Membru kkonċernat m'għandux ikun obbligat jipparteċipa kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu, soġġett għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li taġixxi skont l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22. |
|
10. Meta żewġ Stati Membri kkonċernati jew aktar ma jaqblux dwar l-istabbiliment jew il-modifika ta’ kuritur tal-merkanzija, u b’kunsiderazzjoni għall-infrastruttura ferrovjarja li tinsab fit-territorju tagħhom, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għandha tikkonsulta lill-kumitat msemmi fl-Artikolu 19 dwar din il-kwistjoni. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw din l-opinjoni sabiex isibu soluzzjoni u għandhom jieħdu deċiżjoni abbażi ta' kunsens reċiproku. |
Emenda 23 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 5 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Artikolu 5
Modifika tal-kurituri tal-merkanzija |
imħassar |
1. Il-kurituri tal-merkanzija msemmijin fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jiġu modifikati abbażi ta' proposta konġunta mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-ġesturi tal-infrastruttura u l-applikanti kkonċernati. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(3), tadotta deċiżjoni dwar il-proposta, b'kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II. |
|
Emenda 24 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 6 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Artikolu 6
Rikonċiljazzjoni |
imħassar |
Meta żewġ Stati Membri jew aktar ikkonċernati ma jaqblux dwar l-istabbiliment jew il-modifika ta' kuritur tal-merkanzija, u dwar l-infrastruttura ferrovjarja li tinsab fit-territorju tagħhom, il-Kummissjoni, fuq talba ta' wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għandha tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 dwar dan is-suġġett. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw din l-opinjoni sabiex isibu soluzzjoni u għandhom jieħdu deċiżjoni abbażi ta' kunsens reċiproku. |
|
Emenda 25 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 - paragrafu - 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
(1a) L-Istati Membri u l-gesturi tal-infrastruttura li għandhom x’jaqsmu ma’ kuritur tal-merkanzija għandhom jikkooperaw fil-bords imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiżguraw li l-kuritur tal-merkanzija jiżviluppa skont il-pjan ta’ implimentazzjoni tiegħu. |
Emenda 26 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Għal kull kuritur tal-merkanzija, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu bord eżekuttiv responsabbli għad-definizzjoni tal-objettivi ġenerali tal-kuritur tal-merkanzija, is-sorveljanza u t-teħid ta' miżuri kif previst espressament fl-Artikoli 8, 10 u 20. Il-bord eżekuttiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati. |
1. Għal kull kuritur tal-merkanzija, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu bord eżekuttiv responsabbli għad-definizzjoni tal-objettivi ġenerali tal-kuritur tal-merkanzija, is-sorveljanza u t-teħid ta' miżuri kif previst espressament fl-Artikoli 8 u 10. Il-bord eżekuttiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-bord ta’ tmexxija li ma jikkonċernawx l-Istati Membri kollha (partikolarment rigward titjib operattiv intern). Kif tissuġġerixxi d-Direttiva 2001/14/KE, huwa xieraq li l-ġesturi tal-infrastruttura jżommu ċerta indipendenza u marġni ta’ manuvra. | |
Emenda 27 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Għal kull kuritur tal-merkanzija, il-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati u, fejn rilevanti, il-korpi ta' allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, għandhom jistabbilixxu bord ta' tmexxija responsabbli biex jieħu l-miżuri kif espressament previsti fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8, 10, 12(1), 13(2), (5) u (6), 15(1), 16 u 17(2) u (3) ta' dan ir-Regolament. Il-bord ta' tmexxija għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-ġesturi tal-infrastruttura. |
2. Għal kull kuritur tal-merkanzija, il-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati u, fejn rilevanti, il-korpi ta' allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, għandhom jistabbilixxu bord ta' tmexxija responsabbli biex jieħu l-miżuri kif espressament previsti fil-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8 sa 16 ta' dan ir-Regolament. Il-bord ta' tmexxija għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-ġesturi tal-infrastruttura. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 28 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. Il-bord ta' tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu, inklużi deċiżjonijiet rigward l-istatus ġuridiku tiegħu, ir-riżorsi u l-persunal, abbażi ta' kunsens reċiproku tal-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati. |
4. Il-bord ta' tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu, inklużi deċiżjonijiet rigward l-istatus ġuridiku tiegħu, it-twaqqif tal-istruttura organizzazjonali tiegħu, ir-riżorsi u l-persunal, abbażi ta' kunsens reċiproku tal-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati. Il-bord ta’ tmexxija għandu jkun entità legali indipendenti. Jista’ jieħu l-forma ta’ grupp Ewropew ta’ interess ekonomiku fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta’ Lulju 2985 dwar il-Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku (EEIG). |
Emenda 29 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 6 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
6. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi grupp konsultattiv magħmul minn ġesturi u sidien tat-terminali tal-kuritur tal-merkanzija. Dan il-grupp konsultattiv jista' joħroġ opinjoni dwar kwalunkwe proposta tal-bord ta' tmexxija li għandha konsegwenzi diretti għall-investiment u t-tmexxija tat-terminali. Il-grupp konsultattiv jista' wkoll joħroġ opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Il-bord ta' tmexxija għandu jieħu kont ta' kwalunkwe waħda minn dawn l-opinjonijiet. |
6. Il-bord ta’ tmexxija għandu jistabbilixxi grupp konsultattiv magħmul minn ġesturi u sidien tat-terminali tal-kuritur tal-merkanzija, inklużi portijiet marittimi u fl-ilmijiet interni. Dan il-grupp konsultattiv jista' joħroġ opinjoni dwar kwalunkwe proposta tal-bord ta' tmexxija li għandha konsegwenzi diretti għall-investiment u t-tmexxija tat-terminali. Huwa jista' wkoll joħroġ opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Il-bord ta' tmexxija għandu jieħu kont ta' kwalunkwe waħda minn dawn l-opinjonijiet. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija trid tittieħed mill-bord ta' tmexxija. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-bord ta’ tmexxija u l-grupp konsultattiv, dan tal-aħħar jista’ jirreferi il-kwistjoni lill-bord eżekuttiv. Il-bord eżekuttiv għandu jaġixxi fil-kwalità ta’ medjatur u jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien utli. |
Emenda 30 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
6a. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi grupp konsultattiv magħmul minn impriżi ferrovjarji interessati li jużaw il-kuritur tal-merkanzija. Il-grupp konsultattiv jista’ joħroġ opinjoni dwar kwalunkwe proposta tal-bord ta' tmexxija li għandha konsegwenzi diretti fuq dawn l-impriżi. Il-grupp konsultattiv jista' wkoll joħroġ opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Il-bord ta' tmexxija għandu jieħu kont ta' kwalunkwe waħda minn dawn l-opinjonijiet. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija trid tittieħed mill-bord ta' tmexxija. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-bord ta’ tmexxija u l-grupp konsultattiv, dan tal-aħħar jista’ jirreferi il-kwistjoni lill-bord eżekuttiv. Il-bord eżekuttiv għandu jaġixxi fil-kwalità ta’ medjatur u jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien utli. |
Emenda 31 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 7 - paragrafu 6 b (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
6b. Il-bord ta’ tmexxija għandu jobbliga lill-ġesturi tal-infrastruttura li għandhom x’jaqsmu mal-kuritur tal-merkanzija biex jużaw applikazzjonijiet interoperabbli tal-informatika jew soluzzjonijiet alternattivi disponibbli fil-futur, biex jiġu trattati t-talbiet għal mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali u t-tħaddim tat-traffiku internazzjonali fil-kuritur. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-ġesturi tal-infrastruttura fir-rigward tal-iskedar tas-sigħat ta' servizz, iżda wkoll fil-qafas tal-ġestjoni tat-traffiku, il-bord ta' tmexxija għandu jobbliga lill-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati li jirrikorru għal soluzzjonijiet tekniċi. | |
Emenda 32 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt b | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
(b) l-elementi essenzjali tal-istudju dwar it-trasport u t-traffiku msemmi fil-paragrafu 3; |
(b) l-elementi essenzjali tal-istudju msemmi fil-paragrafu 3; |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 33 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Il-bord ta' tmexxija għandu jwettaq perjodikament studju dwar it-trasport u t-traffiku fir-rigward tal-bidliet osservati u dawk mistennija fit-traffiku tal-kuritur tal-merkanzija, li jkopri t-tipi differenti ta' traffiku, kemm fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija kif ukoll tat-trasport ta' passiġġieri. |
3. Il-bord ta' tmexxija għandu jwettaq studju dwar is-suq tat-trasport – u jaġġornah pubblikament – fir-rigward tal-bidliet osservati u dawk mistennija fit-traffiku tal-kuritur tal-merkanzija, b’konsegwenza tat-twaqqif tiegħu, li jkopri t-tipi differenti ta' traffiku, kemm fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija kif ukoll tat-trasport ta' passiġġieri. |
|
Dan l-istudju għandu janalizza wkoll l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi li joriġinaw mit-twaqqif tal-kuritur tal-merkanzija; |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 34 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
3a. Għandu jitfassal programm għad-definizzjoni u t-titjib tal-prestazzjoni fil-kuritur tal-merkanzija. Dan il-programm jinkludi b’mod partikolari l-għanijiet komuni, l-għażliet tekniċi u l-kalendarju għall-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha biex jiġu implimentati l-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 17. Dawn il-miżuri għandhom jevitaw jew inaqqsu kemm jista’ jkun ir-restrizzjonijiet li jolqtu l-kapaċità ferrovjarja. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 35 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 8 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. Il-pjan ta' implimentazzjoni għandu jqis l-iżvilupp ta' terminali biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tat-tħaddim ta' ferroviji tal-merkanzija tul il-kuritur tal-merkanzija. |
4. Il-pjan ta' implimentazzjoni għandu jqis l-iżvilupp ta' terminali biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tat-tħaddim ta' ferroviji tal-merkanzija tul il-kuritur tal-merkanzija, b’mod partikulari billi jaġixxu bħala nodi intermodali ma’ tul il-kurituri tal-merkanzija. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali. Huwa għandu jikkunsidra wkoll l-applikazzjoni ta' miżuri xierqa ta' sigurtà għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 36 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 9 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Il-bord ta' tmexxija għandu jintroduċi mekkaniżmi ta' konsultazzjoni bil-ħsieb tal-partiċipazzjoni adegwata tal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur tal-merkanzija. B'mod partikolari, huwa għandu jiżgura li l-applikanti jiġu kkonsultati qabel ma l-pjan ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8 jiġi ppreżentat lill-bord eżekuttiv. |
Il-bord ta' tmexxija għandu jintroduċi mekkaniżmi ta' konsultazzjoni bil-ħsieb tal-partiċipazzjoni adegwata tal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur tal-merkanzija. B'mod partikolari, huwa għandu jiżgura li l-applikanti u l-entitajiet rappreżentattivi tagħhom jiġu kkonsultati qabel ma l-pjan ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8 jiġi ppreżentat lill-bord eżekuttiv. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 37 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 9 - paragrafu ġdid | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-bord ta’ tmexxija u l-applikanti, dawn tal-aħħar jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 18. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 38 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 10 - paragrafu 1 - parti introduttorja | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-bord ta' tmexxija għandu jfassal u jirrevedi perjodikament pjan ta' investiment u għandu jippreżentah lill-bord eżekuttiv għall-approvazzjoni. Dan il-pjan għandu jinkludi: |
1. Il-bord ta' tmexxija għandu jfassal u jirrevedi perjodikament pjan ta' investiment, inkluż investiment indikattiv fuq żmien medju u fit-tul fl-infrastruttura fil-kuritur tal-merkanzija, u għandu jippreżentah lill-bord eżekuttiv għall-approvazzjoni. Dan il-pjan għandu jinkludi: |
Emenda 39 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Il-pjanijiet ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu strateġija għat-tkabbir tal-kapaċità tal-ferroviji tal-merkanzija li jistgħu jivjaġġaw mill-kuritur tal-merkanzija, jiġifieri, it-tneħħija ta’ partijiet identifikabbli fejn jinġema’ t-traffiku, titjib tal-infrastruttura eżistenti u l-bini ta’ infrastruttura ġdida. L-istrateġija tista’ tinkludi miżuri biex jiżdiedu t-tul, il-wisa’ bejn il-linji ferrovjarji, id-daqs tat-tagħbija tal-vetturi ferrovjarji, l-amministrazzjoni tal-veloċità, it-tagħbija li tiġi rmonkata jew it-tagħbija tal-fus awtorizzata għal ferroviji li jużaw il-kuritur tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 40 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 10 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1b. Il-pjanijiet ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fid-dokument imsemmi fl-Artikolu 16 u aġġornati regolarment. Dawn jagħmlu parti mill-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 41 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 11 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Il-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkoordinaw u jippubblikaw, b'mod u f'perijodu ta' żmien adatti, l-iskeda ta' żmien tagħhom għat-twettiq tax-xogħol kollu fuq l-infrastruttura u t-tagħmir tagħha li jista' jillimita l-kapaċità disponibbli fil-kuritur tal-merkanzija. |
Il-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jikkoordinaw u jippubblikaw, b'mod u f'perijodu ta' żmien adatti u f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/14/KE, il-kalendarju tagħhom għat-twettiq tax-xogħol kollu fuq l-infrastruttura u t-tagħmir tagħha li jista’ jillimita l-kapaċità disponibbli fil-kuritur tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 42 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-bord ta' tmexxija għal kuritur tal-merkanzija għandu jinnomina u jistabbilixxi korp konġunt u/jew sistema ta' informazzjoni permezz ta' kollaborazzjoni bejn ġesturi ta' infrastruttura li toffri lill-applikanti l-opportunità li jirrikjedu, f'post wieħed u b'operazzjoni waħda, kapaċità ta' infrastruttura għal ferroviji tal-merkanzija li jaqsmu mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur tal-merkanzija (il-"punt ta' waqfa waħda"). |
1. Il-bord ta' tmexxija għal kuritur tal-merkanzija għandu jinnomina u jistabbilixxi korp konġunt li joffri lill-applikanti l-opportunità li jagħmlu talbiet u li jirċievu tweġibiet, f'post wieħed u b'operazzjoni waħda, dwar kapaċità ta' infrastruttura għal ferroviji tal-merkanzija li jaqsmu mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur tal-merkanzija (il-"punt ta' waqfa waħda"). |
Emenda 43 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Il-punt ta' waqfa waħda għandu jipprovdi wkoll informazzjoni bażika rigward l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' infrastruttura, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16. |
2. Huwa għandu juri l-kapaċità ta’ infrastruttura disponibbli fil-ħin tat-talba u l-karatteristiċi tagħha skont parametri pre-definiti, bħall-veloċità, it-tul, id-daqs tat-tagħbija jew it-tagħbija tal-fus awtorizzata, għal ferroviji li jużaw il-kuritur tal-merkanzija. |
Emenda 44 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
2a. Il-punt ta’ waqfa waħda għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal mogħdijiet tal-ferroviji tal-merkanzija speċifikati fl-Artikolu 13(3) u għall-kapaċità ta’ riserva msemmija fl-Artikolu 13(5). Għandu jinforma lill-ġesturi kompetenti tal-infrastruttura dwar dawn l-applikazzjonijiet u dwar id-deċiżjoni meħuda, mingħajr dewmien. |
Emenda 45 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 12 – paragrafu 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Il-punt ta' waqfa waħda għandu jibgħat kwalunkwe applikazzjoni għal kapaċità ta' infrastruttura mingħajr dewmien lill-ġesturi tal-infrastruttura kompetenti u, fejn hu rilevanti, il-korpi ta' allokazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, li għandhom jieħdu deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva. |
3. Għal kwalunkwe kapaċità tal-infrastruttura li ma tistax tiġi sodisfata skont il-paragrafu 2a, il-punt ta' waqfa waħda għandu jibgħat kwalunkwe applikazzjoni għal kapaċità ta' infrastruttura mingħajr dewmien lill-ġesturi tal-infrastruttura kompetenti u, fejn hu rilevanti, il-korpi ta' allokazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, li għandhom jieħdu deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva u jgħarrfu b’dan lill-punt ta’ waqfa waħda sabiex dan jipproċessa ulterjorment. |
Emenda 46 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 12 – paragrafu 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
4. L-attivitajiet tal-punt ta' waqfa waħda għandhom jitwettqu f'kondizzjonijiet trasparenti u mhux diskriminatorji. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll tal-korpi regolatorji f'konformità mal-Artikolu 18. |
4. L-attivitajiet tal-punt ta' waqfa waħda għandhom jitwettqu b’mod trasparenti. Għal dan l-iskop, għandu jinħoloq reġistru li fih jitliżżlu d-dati tat-talbiet, l-ismijiet tal-applikanti, u d-dettalji tad-dokumenti ppreżentati u s-segwitu li jkun ingħata. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-atturi kollha interessati sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll tal-korpi regolatorji f'konformità mal-Artikolu 18. |
Emenda 47 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 12 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Artikolu 12a Kategoriji standard ta’ mogħdijiet ferrovjarji fil-kurituri |
|
1. Il-bord ta’ tmexxija għandu jiddefinixxi u jaġġorna perjodikament il-kategoriji standard tal-mogħdijiet tal-ferroviji tal-merkanzija, li għandhom ikunu validi tul il-kuritur tal-merkanzija. Mill-inqas waħda minn dawn il-kategoriji (imsejħa “trasport tal-merkanzija ffaċilitat”) għandha tinkludi mogħdija ferrovjarja b’ħin ta’ trasport effiċjenti u b’puntwalità ggarantita.
|
|
2. Il-kriterji ta’ definizzjoni tal-kategoriji tat-tip ta’ traffiku tal-merkanzija għandhom jiġu adottati mill-bord tat-tmexxija wara konsultazzjoni mal-applikanti li x'aktarx jużaw il-kuritur tal‑merkanzija, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 48 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw biex jiddefinixxu l-qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità ta' infrastruttura fil-kuritur tal-merkanzija skont il-kompetenzi tagħhom kif dispost fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2001/14/KE. |
1. Il-bord ta’ tmexxija tal-kuritur tal-merkanzija u l-grupp ta’ konsulenti msemmi fl-Artikolu 7(6) għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw l-aħjar koordinazzjoni tal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u l-kapaċità tat-terminali. |
Emenda 49 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Il-bord ta' tmexxija għandu jevalwa l-ħtieġa għal kapaċità li għandha tiġi allokata lill-ferroviji tal-merkanzija li jgħaddu mill-kuritur tal-merkanzija b'kont meħud tal-istudju dwar it-trasport u t-traffiku msemmi fl-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament, it-talbiet għall-kapaċità ta' infrastruttura relatati mal-iskedi ta' xogħol tal-imgħoddi u ta' issa u l-ftehimiet qafas. |
2. Il-bord ta' tmexxija għandu jevalwa l-ħtieġa għal kapaċità li għandha tiġi allokata lill-ferroviji tal-merkanzija li jgħaddu mill-kuritur tal-merkanzija b'kont meħud tal-istudju dwar is-suq tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament, it-talbiet għall-kapaċità ta' infrastruttura relatati mal-iskedi ta' xogħol tal-imgħoddi u ta' issa u l-ftehimiet qafas. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 50 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Abbażi tal-evalwazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-ġesturi tal-infrastruttura tal-kuritur tal-merkanzija għandhom konġuntament jiddefinixxu u jorganizzaw mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali maqbulin minn qabel għal ferroviji tal-merkanzija billi jsegwu l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/14/KE filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa għal kapaċità ta' tipi oħrajn ta' trasport, inkluż it-trasport ta' passaġġieri. Dawn il-mogħdijiet maqbulin minn qabel għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar minn tliet xhur qabel id-data finali għall-preżentazzjoni ta' talbiet għal kapaċità msemmija fl-Anness III għad-Direttiva 2001/14/KE. Il-ġesturi tal-infrastruttura ta' diversi kurituri tal-merkanzija jistgħu, jekk meħtieġ, jikkoordinaw mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali rranġati minn qabel li joffru kapaċità fuq il-kurituri tal-merkanzija kkonċernati. |
Abbażi tal-evalwazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-ġesturi tal-infrastruttura tal-kuritur tal-merkanzija għandhom konġuntament jiddefinixxu u jorganizzaw mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali maqbulin minn qabel għal ferroviji tal-merkanzija billi jsegwu l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/14/KE filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa għal kapaċità ta' tipi oħrajn ta' trasport, inkluż it-trasport ta' passaġġieri. Fost dawn il-mogħdijiet ferrovjarji maqbulin minn qabel, bi qbil mal-kapaċità disponibbli, għandu jkun hemm għadd ta’ rotot ta’ trasport iffaċilitat tal-merkanzija. Dawn il-mogħdijiet maqbulin minn qabel għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar minn tliet xhur qabel id-data finali għall-preżentazzjoni ta' talbiet għal kapaċità msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2001/14/KE. Il-ġesturi tal-infrastruttura ta' diversi kurituri tal-merkanzija jistgħu, jekk meħtieġ, jikkoordinaw mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali rranġati minn qabel li joffru kapaċità fuq il-kurituri tal-merkanzija kkonċernati. |
Emenda 51 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 - paragrafu 5 - subparagrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
5. Il-ġesturi tal-infrastruttura għandhom, jekk dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa tas-suq u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jiddefinixxu konġuntament il-kapaċità ta' riżerva għal ferroviji internazzjonali tal-merkanzija li jgħaddu mill-kurituri tal-merkanzija filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa għal kapaċità ta' tipi oħrajn ta' trasport, inkluż it-trasport ta' passaġġieri u jżommu din ir-riżerva disponibbli fl-iskedi ta' żmien finali tagħhom biex ikunu jistgħu jwieġbu malajr u b'mod adatt għal talbiet ad hoc għal kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-kapaċità għandha tkun riżervata sal-limitu ta' żmien qabel iż-żmien skedat tagħha kif deċiż mill-bord ta' tmexxija. Dan il-limitu ta' żmien m'għandux jeċċedi d-90 jum. |
5. Il-ġesturi tal-infrastruttura għandhom, jekk dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa tas-suq u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jiddefinixxu konġuntament il-kapaċità ta' riżerva għal ferroviji internazzjonali tal-merkanzija li jgħaddu mill-kurituri tal-merkanzija filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa għal kapaċità ta' tipi oħrajn ta' trasport, inkluż it-trasport ta' passaġġieri u jżommu din ir-riżerva disponibbli fl-iskedi ta' żmien finali tagħhom biex ikunu jistgħu jwieġbu malajr u b'mod adatt għal talbiet ad hoc għal kapaċità kif imsemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-kapaċità għandha tkun riservata sad-data ta’ skadenza qabel iż-żmien skedat tagħha kif deċiż mill-bord ta' tmexxija. Dan il-limitu ta' żmien m'għandux jeċċedi t-30 jum. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 52 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 - paragrafu 5 - subparagrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Il-kapaċità ta' riżerva għandha tkun determinata abbażi tal-evalwazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2. Din il-kapaċità ta' riżerva għandha tkun disponibbli biss bil-kondizzjoni li jkun hemm ħtieġa reali fis-suq. |
imħassar |
Emenda 53 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
6a. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jinkludu fil-kondizzjonijiet tagħhom tal-użu, ħlas għall-mogħdijiet li jkunu ġew allokati imma mbagħad ma jintużawx. L-ammont ta' dan il-ħlas għandu jkun xieraq, dissważiv u effettiv. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 54 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 7 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
7. Ħlief fil-każ ta' force majeure, mogħdija ferrovjarja allokata għal operazzjoni tal-merkanzija taħt dan l-Artikolu ma tistax titħassar inqas minn xahar qabel iż-żmien previst tagħha fl-iskeda ta' żmien stabbilita sakemm l-applikant ikkonċernat ma jkunx ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali tħassir. F'tali każ il-ġestur tal-infrastruttura kkonċernat għandu jagħmel sforz biex jipproponi lill-applikant mogħdija ferrovjarja ta' kwalità u affidibbiltà ekwivalenti li l-applikant għandu d-dritt li jaċċetta jew li jirrifjuta. Din id-disposizzjoni għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt li l-applikant jista' jkollu taħt ftehim bħal dak imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2001/14/KE. |
7. Ħlief fil-każ ta' force majeure, u f’każ ta’ għeluq tal-binarji għal raġunijiet ta’ sigurtà jew xogħlijiet meħtieġa li jsiru fuq avviż ta’ qasir żmien fuq l-istruttura tal-linji tal-ferrovija, mogħdija ferrovjarja allokata għal operazzjoni ta’ trasport faċilitat tal-merkanzija skont dan l-Artikolu ma tistax titħassar inqas minn tliet xhur qabel iż-żmien previst tagħha fl-iskeda ta' żmien stabbilita jekk l-applikant ikkonċernat ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għal tali tħassir. F'tali każ il-ġestur tal-infrastruttura kkonċernat għandu jagħmel sforz biex jipproponi lill-applikant mogħdija ferrovjarja ta' kwalità u affidibbiltà ekwivalenti li l-applikant għandu d-dritt li jaċċetta jew li jirrifjuta. Din id-disposizzjoni għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt li l-applikant jista' jkollu taħt ftehim bħal dak imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2001/14/KE. Fi kwalunkwe każ, l-applikant jista’ jirreferi l-każ lill-korp regolatorju. |
Emenda 55 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 – paragrafu 8 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
8. Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-kuritur tal-merkanzija u l-grupp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7(6) għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw l-aħjar koordinazzjoni tal-allokazzjoni ta' kapaċità bejn il-ġesturi tal-infrastruttura, kemm għal talbiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) kif ukoll għal talbiet ippreżentati lill-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati. Dan għandu jqis wkoll l-aċċess għat-terminali. |
Il-bord tat-tmexxija tal-kuritur tal-merkanzija u l-gruppi konsultattivi msemmija fl-Artikolu 7(6) u 7(6a) għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw l-aħjar koordinazzjoni tal-allokazzjoni ta' kapaċità bejn il-ġesturi tal-infrastruttura, kemm għal talbiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) kif ukoll għal talbiet ippreżentati lill-ġesturi tal-infrastruttura kkonċernati. Dan għandu jqis wkoll l-aċċess għat-terminali. |
Emenda 56 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 13 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Artikolu 13a |
|
Applikanti awtorizzati |
|
Minkejja l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-gruppi internazzjonali li dawn jikkostitwixxu jistgħu jitolbu mogħdijiet ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija meta dawn tal-aħħar jikkonċernaw diversi meded tul il-kuritur tal-merkanzija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 57 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-kuritur tal-merkanzija għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-koordinazzjoni tat-tmexxija tat-traffiku tul il-kuritur tal-merkanzija u jistgħu jistabbilixxu proċeduri għall-koordinazzjoni tat-tmexxija tat-traffiku tul diversi kurituri tal-merkanzija. |
1. Il-bord ta’ tmexxija tal-kuritur tal-merkanzija għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-koordinazzjoni tat-tmexxija tat-traffiku tul il-kuritur tal-merkanzija. |
Emenda 58 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu ġdid | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Il-bords ta’ tmexxija ta’ kurituri tal-merkanzija konnessi għandhom jimplimentaw proċeduri biex jikkoordinaw it-traffiku tul għadd ta’ kurituri tal-merkanzija. |
Emenda 59 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-bord ta' tmexxija għandu jadotta miri komuni għal-puntwalità u/jew linji gwida għat-tmexxija tat-traffiku fil-każ ta' tfixkil tal-movimenti ta' ferrovija fil-kuritur tal-merkanzija. |
1. Il-bord ta’ tmexxija għandu jfassal u jippubblika fid-dikjarazzjoni tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/14/KE u l-Anness I tagħha, ir-regoli ta’ prijorità bejn it-tipi differenti ta’ traffiku fil-każ ta’ tfixkil fir-rigward tat-traffiku fil-kuritur tal-merkanzija. |
Emenda 60 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Kull ġestur tal-infrastruttura kkonċernat għandu jfassal regoli prijoritarji għat-tmexxija bejn it-tipi differenti ta' traffiku fil-parti tal-kuritur tal-merkanzija li huma r-responsabbiltà ta' dak il-ġestur tal-infrastruttura skont il-miri komuni u/jew il-linji gwida msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli prijoritarji għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjoni tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
imħassar |
Emenda 61 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
3. Il-prinċipji għall-istabbiliment tar-regoli prijoritarji għandhom mill-inqas jipprevedu li l-mogħdija ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 13(3) u (5) allokata għall-ferroviji tal-merkanzija li jikkonformaw mal-ħin skedat tagħhom fl-iskeda ta' żmien stabbilita m'għandhomx jiġu modifikati, safejn possibbli. Il-prinċipji għall-istabbiliment tar-regoli prijoritarji għandhom jimmiraw li jimminimizzaw il-ħin ta' rkupru ġenerali tan-netwerk fir-rigward tal-ħtieġa ta' kull tip ta' trasport. Għal dan il-għan, il-ġesturi ta' infrastruttura jistgħu jikkoordinaw it-tmexxija bejn it-tipi differenti ta' traffiku tul diversi kurituri tal-merkanzija. |
3. Il-prinċipji għall-istabbiliment tar-regoli prijoritarji għandhom mill-inqas jipprevedu li l-mogħdija ferrovjarja msemmija fl-Artikolu 12a (1) allokata għall-ferroviji tal-merkanzija li jikkonformaw mal-ħin skedat tagħhom fl-iskeda ta’ żmien stabbilita m’għandhomx jiġu modifikati, sa fejn possibbli. Il-prinċipji għall-istabbiliment tar-regoli prijoritarji għandhom jimmiraw li jimminimizzaw il-ħin ta' rkupru ġenerali tan-netwerk fir-rigward tal-ħtieġa tat-tipi kollha ta' trasport. Għal dan il-għan, il-ġesturi ta' infrastruttura jistgħu jikkoordinaw it-tmexxija bejn it-tipi differenti ta' traffiku tul diversi kurituri tal-merkanzija. |
Emenda 62 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 16 - punt c | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
c) l-informazzjoni rigward il-proċeduri msemmijin fl-Artikoli 13(8) u 14(2); kif ukoll |
c) l-informazzjoni rigward il-proċeduri msemmijin fl-Artikoli 12, 13, 13a, 14 u 15; kif ukoll |
Emenda 63 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 17 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-ġesturi tal-infrastruttura tal-kuritur tal-merkanzija għandhom jippromwovu l-kompatibbiltà bejn l-iskemi ta' prestazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE. |
1. Il-bord ta’ tmexxija tal-kuritur tal-merkanzija għandu jiżgura li jkun hemm koerenza bejn l-iskemi ta’ prestazzjoni tul il-kuritur tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-koerenza għandha tkun ikkontrollata mill-korpi regolatorji, li għandhom jikkooperaw f'dan il-kontroll b’konformità mal-Artikolu 18(1). |
Emenda 64 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Sabiex jitkejlu l-kwalità tas-servizz u l-kapaċità ta’ servizzi internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-kuritur tal-merkanzija, il-bord ta’ tmexxija u l-grupp konsultattiv imsemmija fl-Artikolu 7(6) għandhom jiddefinixxu l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kurituri tal-merkanzija u jippubblikawhom tal-inqas darba f’sena. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għal dawn l-indikaturi għandhom jiġu stipulati, fejn ikun applikabbli, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(3). |
Emenda 65 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu ġdid | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Il-bord ta’ tmexxija u partijiet terzi oħra involuti fl-allokazzjoni tal-kapaċità internazzjonali huma obbligati jipprovdi lill-korpi regolatorji kkonċernati, l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa dwar il-mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali u l-kapaċità li huma responsabbli għaliha, mingħajr dewmien. |
Emenda 66 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 18 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
1a. Il-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE għandhom jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għall-kuritur u għandhom jikkostitwixxu l-istanzi tal- appell previsti fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/14/KE. Għall-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ħielsa u leali fis-suq tat-trasport ferrovjarju fl-Ewropa, għandu jiġi stabbilit livell komparabbli ta’ kontroll fuq skala Ewropea. Il-korpi regolatorji għandhom ikunu aċċessibbli faċilment għall-atturi ekonomiċi. Huma għandhom ikunu f’pożizzjoni li jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom b’mod indipendenti u effikaċi. Għandu jkollhom disponibbli riżorsi finanzjarji u riżorsi umani kompetenti biżżejjed biex ikunu jistgħu jinvestigaw l-ilmenti kollha fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni relevanti kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Standards ta’ kontroll differenti jiffavorixxu kompetenza żleali fis-suq ferrovjarju. Biex ikun iggarantit aċċess mhux diskriminatorju fil-kuritur ferrovjarju, għandu jiġi stabbilit livell komparabbli ta’ kontroll fl-Istati Membri kollha. | |
Emenda 67 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Fil-każ li jkun hemm ilment lil korp regolatorju minn applikant rigward servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, jew fil-qafas ta' investigazzjoni b'inizjattiva tiegħu stess, dan il-korp regolatorju għandu jikkonsulta lill-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali tal-ferroviji tal-merkanzija u jitlobhom l-informazzjoni kollha meħtieġa qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu. |
2. F’każ li jkun hemm ilment minn applikant rigward servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija bil-ferrovija, jew fil-qafas ta’ inkjesta ta’ rutina, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jikkonsulta lill-korp regolatorju ta’ xi Stat Membru ieħor li jkollu l-kuritur tal-merkanzija għaddej mit-territorju tiegħu u jitolbu l-informazzjoni meħtieġa qabel ma jieħu d-deċizjoni tiegħu. Il-korpi ta’ kontroll l-oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li huma stess għandhom id-dritt jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Jekk ikun il-każ, il-korp regolatorju li jirċievi l-ilment jew li jkun beda l-inkjesta ta’ rutina għandu jittrasferixxi l-każ lill-korp regolatorju responsabbli sabiex jieħu miżuri fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva 2001/14/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 68 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat delegati mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni ta’ setgħa tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 21. |
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2a), 3(2b), 4(5), 4(6) u 4(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-setgħat delegati mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni ta’ setgħa tiġġedded awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 21. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 69 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 70 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tirrevokax id-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn xahar qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka u r-raġunijiet għal revoka. |
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tirrevokax id-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 71 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 1 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. |
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 72 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu ġdid | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jittawwal b’xahrejn. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 73 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 2 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
2. Jekk, meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlement Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel dik id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx, l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih. |
2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 74 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu ġdid | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda ġġib it-test għall-proċedura tal-atti delegati f’konformità mal-kliem li kien hemm qbil dwaru bejn l-istituzzjonijiet f’fajls oħra. | |
Emenda 75 Pożizzjoni tal-Kunsill Artikolu 24 a (ġdid) | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
Artikolu 24a |
|
Reviżjoni |
|
Jekk, fejn il-linji gwida tat-TEN-T jiġu riveduti f’konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun xieraq li jiġi adattat dan ir-Regolament għal dawk il-linji gwida, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta li temenda konsegwentement dan ir-Regolament. Bl-istess mod, ċerti deċiżjonijiet meħudin skont dan ir-Regolament jistgħu jinvolvu l-ħtieġa li l-linji gwida tat-TEN-T jiġu rriveduti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan tal-emenda huwa li terġa’ tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. | |
Emenda 76 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – punt 4 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Sines-Lisbona/Leixões |
Sines-Lisbona/Leixões |
-Madrid-San Sebastian- Bordeaux-Pariġi-Metz
|
-Madrid-Bilbao-San Sebastian-Bordeaux-Pariġi/Le Havre/Metz |
Sines-Elvas/Algeciras |
Sines-Elvas/Algeciras |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-importanza tal-port ta’ Le Havre għat-traffiku tal-containers (63% tal-containers issirilhom manutenzjoni fil-portijiet Franċiżi) u l-interess li tissaħħaħ il-koordinazzjoni interportwali tat-tliet portijiet il-kbar fuq ix-xmara Seine (Pariġi-Rouen-Le Havre), iż-żieda ta’ Le Havre tippermetti li ssir promozzjoni ta’ żvilupp koerenti tal-attivitajiet ekonomiċi u li jitwessa’ il-“hinterland” ta’ din l-arterja. Dan huwa konformi mal-emenda 16 tar-rapporteur, mal-pożizzjoni tal-Kunsill u mar-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu ta’ inizjattiva dwar il-ġejjieni tal-politika tat-TEN-T. | |
Emenda 77 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – punt 5 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Gdynia-Katowice-Ostrava/Zilina-Vjenna-Trieste/ Koper |
Gdynia - Varsavja -Katowice-Ostrava/Zilina-Bratislava/Vjenna- Graz - Klagenfurt - Udine- Venezja/ Trieste /Koper/Bolonja/Ravenna |
Ġustifikazzjoni | |
Diġà kien ġie ppreparat proġett preliminari għal kuritur ferrovjarju tal-merkanzija Nru 5 fil-livell ministerjali fl-2006 skont il-kuritur Baltiku-Adrijatiku, il-Kuritur VI pan-Ewropew u TEN-T PP 23 u 25 (ara l-ittra ta’ interess mehmuża ffirmata mill-ministri). L-Anness I għall-pożizzjoni tal-Kunsill ma jsemmix xi bliet importanti fis-sezzjoni bejn Vjenna u Trieste u diġà inklużi fl-itinerarju bl-ittra tal-ministri. | |
Emenda 78 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – punt 6 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
Almería-Valencia/Madrid-Zaragoza/Barċellona-Marsilja-Lyon-Turin-Udine-Trieste/ Koper-Ljubljana-Budapest-Zahony (fruntiera Ungerija -Ukrajna) |
Almería-Valencia/ Madrid-Zaragoza/Barċellona-Marsilja-Lyon-Turin - Milan-Verona - Padova/Venezja - Trieste/Koper-Lubljana-Budapest-Zahony (fruntiera Ungerija -Ukrajna) |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija Nru 6, li huwa bbażat fuq it-TEN-T PP 6, fih interruzzjoni fis-sezzjoni bejn Turin u Trieste, filwaqt li l-PP 6 għandu itinerarju aktar preċiż li jaqsam it-Tramuntana tal-Italja. | |
Emenda 79 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – punt 8 | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
DE, NL, BE, PL, LT Bremerhaven/Rotterdam/Anversa-Aachen/Berlin-Varsavja-Terespol (fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarus)/Kaunas - |
DE, NL, BE, PL, LT, LV, EST Bremerhaven/ Rotterdam/Anversa-Aachen/ Berlin-Varsavja-Terespol (fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarus)/Kaunas-Riga-Tallinn |
Emenda 80 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness I – nota 1 f’qiegħ il-paġna | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
1"/" tfisser rotot alternattivi |
1"/" tfisser rotot alternattivi. Bi qbil mal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T, ir-rotot 4 u 6 għandhom, fil-ġejjieni, jiġu kkompletati mill-proġett Nru 16 fuq l-assi ferrovjarju tal-merkanzija Sines/Algeciras-Madrid-Pariġi, li jinkludi r-rotta ċentrali li taqsam il-Pirenej permezz ta’ mina ta’ altitudini baxxa. |
Emenda 81 Pożizzjoni tal-Kunsill Anness II | |
Pożizzjoni tal-Kunsill |
Emenda |
|
L-Anness jitħassar |
- [1] Testi Adottati, 23.4.2009, P6_TA(2009)0285.
- [2] Opinjoni tal-15 ta' Lulju 2009.
- [3] Opinjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-politiki Ewropej fil-qasam tat-trasport, f’dawn l-aħħar għaxar snin, kienu kkaratterizzati minn liberalizzazzjoni li dejjem qed tiżdied. B’mod parallel, it-tkabbir fit-trasport kien wieħed kostanti, speċjalment fis-settur tal-merkanzija. Iżda, minkejja r-rikonoxximent tal-irwol prinċipali tat-trasport bil-ferrovija fil-qafas Ewropew tat-trasport mill-Kummissjoni fil-White Paper tagħha ppubblikata fl-2001 “Politika Ewropea għall-2010: Żmien ta’ Deċiżjoni”, is-sehem tas-suq ferrovjarju naqas b’mod kontinwu fit-trasport tal-merkanzija: fl-2005 irrappreżenta biss 10% tas-suq tat-trasport tal-merkanzija, meta mqabbel ma’ iktar minn 20% fis-sebgħinijiet. Il-kuntest li nbidel fis-settur tat-trasport fl-aħħar għaxar snin, jista’ jispjega b’mod parzjali dawn id-diffikultajiet, bil-ftuħ ta’ iktar swieq ferrovjarji nazzjonali bi tliet pakketti ferrovjarji mingħajr armonizzazzjoni biżżejjed u sinerġiji bejn is-sistemi ferrovjarji nazzjonali. Is-suq tal-merkanzija bil-ferrovija issa jkollu jiffaċċja l-isfida tat-titjib tal-kwalità tas-servizzi tiegħu, minħabba n-nuqqas ta’ konformità man-nuqqasijiet fil-kompetizzjoni tiegħu ma’ mezzi ta’ trasport oħra fis-settur tat-trasport tal-merkanzija.
Il-proposta tal-Kummissjoni biex toħloq kurituri tal-merkanzija Ewropej
Sabiex tiffaċċja din l-isfida, il-Kummissjoni ppromwoviet l-idea li tittratta aħjar it-trasport tal-prodotti, billi f’Diċembru 2008 ipproponiet regolament li joħloq netwerk ferrovjarju kompetittiv għal merkanzija kompetittiva. Il-proposta tal-Kummissjoni, kellha l-għan li torganizza u tiddetermina r-regoli għall-kurituri internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, speċjalment fir-rigward tal-għażla tagħhom u l-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom. Din ippreżentat il-kriterji għall-għażla tal-kurituri tal-merkanzija mill-Istati Membri u ddefiniet il-korpi ta’ tmexxija tagħhom. Tal-inqas żewġ Stati Membri, ser ikunu konnessi u l-kuritur ser ikun parti mit-TEN-T. Dawn il-kurituri għandhom jimmiraw li jippermettu żvilupp sinifikanti fit-traffiku tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, fuq bażi ta’ analiżi soċjoekonomika.
Ippromwoviet ukoll it-tmexxija armonizzata bejn il-ġesturi tal-infrastruttura fir-rigward tal-allokazzjoni tal-mogħdijiet, il-ġestjoni tat-traffiku u l-investimenti tul dan il-kuritur. Ipproponiet ir-regoli u l-istrumenti relatati mat-tmexxija tal-kuritur tal-merkanzija, bħal pereżempju l-ħolqien ta’ punt ta’ waqfa waħda għat-talbiet għal mogħdijiet ferrovjarji. Kategorija speċifika msejħa “trasport ta’ merkanzija bi prijorità” għal prodotti li fir-rigward tagħhom iż-żmien huwa importanti, kellha tiġi definita wkoll mill-korp ta’ tmexxija. Regoli għall-ġestjoni tat-traffiku, speċjalment regoli ta’ prijorità għat-“trasport ta’ merkanzija bi prijorità” fil-każ ta' tfixkil tat-traffiku, ġew imfassla u ppubblikati mill-ġesturi tal-infrastruttura.
Il-Parlament Ewropew, adotta l-ewwel qari tiegħu dwar din il-proposta f’April 2009, li b’mod ġenerali kienet tappoġġja l-objettiv tal-Kummissjoni li toħloq netwerk ta’ trasport tal-merkanzija bil-ferrovija kompetittiv permezz ta’ kurituri madwar l-Unjoni Ewropea. It-terminu “trasport ta’ merkanzija bi prijorità” inbidel u ġiet introdotta iktar flessibilità fil-funzjonament tar-regoli ta’ prijorità u fl-allokazzjoni ta’ mogħdijiet ferrovjarji, biex ikun hemm konformità mal-ħtiġijiet tas-suq u mal-prinċipji ta’ regolazzjoni stabbiliti mill-korp ta’ tmexxija. Il-Parlament introduċa wkoll ċertu tibdil fl-organizzazzjoni tal-korpi ta’ tmexxija tal-kurituri bil-parteċipazzjoni ta’ operaturi ferrovjarji fuq bażi konsultattiva u l-ħolqien ta’ bord eżekuttiv b’membri nazzjonali.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari
Intlaħaq qbil politiku fil-Kunsill f’Ġunju 2009 u dan ġie adottat formalment fit-22 ta’ Frar 2010. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, diversi dispożizzjonijiet li kien hemm fit-test kellhom jiġu adattati fir-rigward tal-komitoloġija.
Il-bidla prinċipali fl-abbozz tar-Regolament, li dwarha kien hemm qbil fil-Kunsill, tikkonċerna l-istabbiliment ta’ kurituri tal-merkanzija inizjali elenkati f’anness ġdid mat-test l-iktar tard tliet snin, jew f’każ eċċezzjonali ħames snin, wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ġew proposti wkoll proċeduri għall-ħolqien ta’ kurituri addizzjonali jew għall-modifikazzjoni jew it-titwil ta’ kurituri eżistenti
Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tipprova tikkonċilja r-riżerva tal-kapaċità għall-ferroviji tal-merkanzija mat-trasport normali tal-passiġġieri, billi ssemmi l-ħtieġa għal kapaċità tat-trasport tal-passiġġieri f’abbozz ta’ Regolament li jittratta t-trasport tal-merkanzija.
It-test tal-Kunsill ħassar id-dritt tal-applikanti li mhumiex operaturi ferrovjarji, li jitolbu mogħdijiet ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija, u jippermetti li dan isir biss jekk dawn il-mogħdijiet jinsabu fi Stati Membri fejn il-liġi nazzjonali taċċetta dawk it-talbiet.
Fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-kurituri, il-Kunsill ippropona li jaqsam il-korp ta’ tmexxija li jimmaniġġja l-kuritur f’bord ta’ tmexxija, magħmul minn ġesturi tal-infrastruttura, u bord eżekuttiv, magħmul minn rappreżentanti minn Stati Membri, b’setgħat addizzjonali meta mqabbla mal-ewwel qari tal-Parlament. Il-kompetenzi ta’ punt ta’ waqfa waħda huma mdgħajfin sinifikattivament, u jirriduċu l-irwol tiegħu għal wieħed ta’ informazzjoni.
L-opinjonijiet tar-Rapporteur
Ir-rapporteur tiegħek jipproponi rakkomandazzjoni li jkollha l-għan li timmodifika l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari billi tittieħed kunsiderazzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament. Ċerti aspetti tal-pożizzjoni Komuni huma kompatibbli mal-ewwel qari tal-Parlament, bħal pereżempju l-ħolqien ta’ bord eżekuttiv, li diġà kien ġie propost mill-Parlament Ewropew.
Ir-rapporteur tiegħek prova jintroduċi mill-ġdid emendi parlamentari fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar il-parteċipazzjoni ta’ operaturi ferrovjarji fil-bord ta’ tmexxija, il-pjanijiet ta’ investiment, u l-aċċess ta’ applikanti awtorizzati għall-kurituri. Iktar importanti minn hekk, ir-rapporteur tiegħek introduċa mill-ġdid xi referenzi għall-kategorija speċifika tal-merkanzija, (“merkanzija ffaċilitata”) li kienet imħassra mill-Kunsill, kif ukoll xi emendi tal-Parlament dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità għall-mogħdijiet ferrovjarji, li dwarhom għandu jkun hemm deċiżjoni skont evalwazzjoni preliminari.
Fl-aħħar nett ir-raporteur tiegħek ippropona xi kliem ġdid fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari:
- Fir-rigward tal-punt ta’ waqfa waħda, ir-rapporteur tiegħek jikkunsidrah bħala dispożizzjoni prinċipali fir-Regolament u tipproponi ċertu kliem biex issaħħaħ l-użu tiegħu fil-proċess ta’ allokazzjoni għall-mogħdijiet ferrovjarji;
- Fir-rigward tal-għażla tal-kurituri, ċerti adattamenti jsiru mal-preżentazzjoni tal-kriterji, li jiġu trasferiti mill-Anness II għal Artikolu ġdid. Il-validazzjoni tal-lista ta’ kurituri u l-għażla ta’ iktar kurituri għandhom isiru skont skeda iktar qasira bħal dik proposta mill-Kunsill, biex tkun tista’ ssir implimentazzjoni iktar malajr tar-Regolament;
- L-abbozz ta’ rakkomandazzjoni jinkludi wkoll ċertu kliem dwar l-adattament tal-proċeduri ta’ komitoloġija preċedenti għall-atti delegati, kif stipulat fit-Trattat ta’ Lisbona.
PROĊEDURA
Titolu |
Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv |
|||||||
Referenzi |
11069/5/2009 – C7-0043/2010 – 2008/0247(COD) |
|||||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
23.4.2009 T6-0285/2009 |
|||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2008)0852 - C6-0509/2008 |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-wasla tal-pożizzjoni komuni |
25.2.2010 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 25.2.2010 |
|||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Marian-Jean Marinescu 1.9.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
5.10.2009 |
1.3.2010 |
23.3.2010 |
3.5.2010 |
||||
Data tal-adozzjoni |
4.5.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 2 4 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Alvarez, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Mathieu Grosch, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hella Ranner, Vilja Savisaar, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Thomas Ulmer, Dominique Vlasto, Artur Zasada |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philip Bradbourn, Spyros Danellis, Michel Dantin, Derk Jan Eppink, Nathalie Griesbeck, Dominique Riquet, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Joachim Zeller, Janusz Władysław Zemke |
|||||||
Data tat-tressiq |
17.5.2010 |
|||||||