Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli nazzjonali ta' superviżjoni waqgħu lura meta mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri u joffru servizzi finanzjarji lil negozji u konsumaturi. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.
|
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli ta' superviżjoni bbażati nazzjonalment waqgħu lura meta mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 1 a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(1a) Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà qiegħed jappella regolarment għat-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet tassew ekwi għall-atturi kollha fil-livell Ewropew filwaqt li jiġbed l-attenzjoni dwar fallimenti importanti fis-superviżjoni min-naħa tal-Unjoni ta’ swieq finanzjarji dejjem aktar integrati (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni1, tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea2, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar politika dwar is-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper3, tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata4, tad-9 ta’ Ottubru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza5, tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II)6 u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu7).
|
|
________________________________
1 ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
2 ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.
3 ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx.
4 ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.
5 ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.
6 Testi adottati, P6_TA(2009)0251.
7 Testi adottati, P6_TA(2009)0279.
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-sorveljanza ta’ gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-Suq Intern. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista’ jkollha rwol b’saħħtu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
|
(4) Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li titwaqqaf Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-sorveljanza ta’ gruppi transkonfinali, tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fis-suq intern u tiżgura armonizzazzjoni xierqa tal-kriterji u tal-metodoloġija biex ikunu jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti biex jevalwaw ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) jista’ jkollha rwol b’saħħtu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
|
Ġustifikazzjoni |
Għandhom jiġu proposti standards tekniċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-proċess ta’ reviżjoni tas-superviżuri u evalwazzjoni komuni tar-riskju permezz ta’ armonizzazzjoni adegwata tal-kriterji u l-metodoloġiji biex ikunu jistgħu jiġu applikati mis-superviżuri nazzjonali biex jevalwaw ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(6) Sabiex is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji taħdem effikaċjament, huma meħtieġa tibdiliet fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-operat tat-tliet Awtoritajiet. Dawn it-tibdiliet jikkonċernaw id-definizzjoni tal-ambitu ta' ċerti setgħat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, l-integrazzjoni ta' ċerti setgħat fi proċessi eżistenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti u emendi li jiżguraw il-funzjonament bla intoppi u effikaċi fil-kuntest tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji.
|
(6) Sabiex is-SESF taħdem effikaċjament, huma meħtieġa tibdiliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-operat tat-tliet Awtoritajiet. Dawn it-tibdiliet jikkonċernaw id-definizzjoni tal-ambitu ta' ċerti setgħat tal-ASE, l-integrazzjoni ta' ċerti setgħat stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u emendi li jiżguraw il-funzjonament bla intoppi u effikaċi fil-kuntest tas-SESF.
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(7) L-istabbiliment tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għandu jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta’ sett uniku ta' regoli armonizzati ħalli tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament aktar effikaċi tas-Suq Intern. Ir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu li Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jistgħu jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni relevanti, li għandhom jitressqu għand il-Kummissjoni għall-adozzjoni permezz ta' Regolamenti jew Direttivi. Il-leġiżlazzjoni relevanti għandha tiddefinixxi dawk l-oqsma fejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom is-setgħa li jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi.
|
(7) L-istabbiliment tat-tliet ASE għandu jkun akkumpanjat, inter alia, mill-iżvilupp ta’ ktieb tar-regoli uniku ħalli jkunu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament aktar effikaċi tas-suq intern.
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 7 a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(7a) Ir-regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu li, fl-oqsma stipulati speċifikamenti fil-leġiżlazzjoni relevanti, l-ASE jistgħu jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi, li għandhom jitressqu għand il-Kummissjoni għall-adozzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni.
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 7 b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(7b) Il-leġiżlazzjoni relevanti għandha tiddefinixxi dawk l-oqsma fejn l-ASE għandhom is-setgħa li jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi u kif dawn għandhom ikunu adottati. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni relevanti għandha tistabbilixxi l-elementi, il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif spjegati fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ atti delegati, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jirrigwardaw il-mekkaniżmi għall-kontroll għandhom jiġu definiti minn qabel skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ atti għall-implimentazzjoni.
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(8) L-identifikazzjoni tal-oqsma għall-istandards tekniċi għandha ssib bilanċ xieraq bejn il-ħolqien ta' sett uniku ta' regoli armonizzati, mingħajr ma tikkomplika bla bżonn ir-regolamentazzjoni. Għandhom jintgħażlu biss dawk l-oqsma fejn regoli tekniċi konsistenti jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja, għall-protezzjoni tad-depożituri, ta' min għandu polza u tal-investituri, għall-effiċjenza u l-integrità tas-suq, u biex jitneħħew tagħwiġiet fil-kompetizzjoni u r-riskji ta' arbitraġġ regolatorju.
|
(8) L-identifikazzjoni tal-oqsma għall-istandards tekniċi għandha ssib bilanċ xieraq bejn il-ħolqien ta' sett uniku ta' regoli armonizzati, mingħajr ma tikkomplika bla bżonn ir-regolamentazzjoni u l-infurzar. Għandhom jintgħażlu biss dawk l-oqsma fejn regoli tekniċi konsistenti jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u effikaċi biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni relevanti, filwaqt li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet dwar il-politiki jittieħdu mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni skont il-proċeduri normali tagħhom.
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(9) Kwistjonijiet soġġetti għal standards tekniċi għandhom ikunu ġenwinament tekniċi, fejn l-iżvilupp tagħhom jitlob l-għarfien espert ta' esperti superviżorji. L-istandards tekniċi għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-regoli inklużi l-istrumenti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u, fejn applikabbli, fil-miżuri għall-implimentazzjoni li tieħu tal-Kummissjoni mingħajr ma jemendaw elementi mhux essenzjali f'dawk l-atti, fost l-oħrajn billi jiddelegaw xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-att billi jiżdiedu xi elementi mhux essenzjali ġodda. Għalhekk l-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu għażliet politiċi. Fil-każ fejn l-istandards tekniċi jkunu mfassla sabiex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' miżura tal-implimentazzjoni li tieħu l-Kummissjoni, huma għandhom jiġu żviluppati biss la darba l-miżura tal-implimentazzjoni li tieħu l-Kummissjoni tiġi adottata. F'ċerti każijiet fejn attwalment il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta miżuri tal-implimentazzjoni f'konformità mal-proċeduri ta' kumitat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni u l-kontenut ta' dawn il-miżuri tal-implimentazzjoni huwa limitat għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-regoli inklużi fl-istrumenti bażiċi, li ma jeħtiġux li jiġu ssupplimentati aktar, għal raġunijiet ta' konsistenza jixraq li tiddaħħal il-proċedura għall-adozzjoni tal-istandards tekniċi prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru …/…[ABE], Nru …/… [AETS], u Nru …/… [AEAPX].
|
(9) Kwistjonijiet soġġetti għal standards tekniċi għandhom ikunu ġenwinament tekniċi, fejn l-iżvilupp tagħhom jitlob l-għarfien espert ta' esperti superviżorji. L-istandards tekniċi adottati bħala atti delegati (miżuri tal-Livell 2) għandhom jiżviluppaw, jispeċifikaw u jiddeterminaw ulterjorment il-kundizzjonijiet għall- armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli inklużi l-istrumenti bażiċi adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jissuplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Min-naħa l-oħra, standards tekniċi adottati bħala atti għall-implimentazzjoni ma għandhom jemendaw ebda element tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. Għalhekk l-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu għażliet politiċi.
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 9 a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(9a) Fil-każ ta’ atti delegati jixraq li, għal raġunijiet ta’ konsistenza, tiddaħħal il-proċedura għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi provduta fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru …/2010 [ABE], Regolament (KE) Nru …/2010 [AETS], u Regolament (KE) Nru …/2010 [AEAPX]. Fil-każ fejn l-istandards tekniċi jkunu mfassla biex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' miżura tal-Livell 2, huma għandhom jiġu żviluppati biss jekk il-miżura tal-Livell 2 tkun ġiet adottata.
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 9 b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(9b) Skont il-prinċipju prekawzjonarju dwar is-superviżjoni, l-istandards tekniċi vinkolanti ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli jesiġu informazzjoni addizzjonali jew milli jimponu rekwiżiti addizzjonali jew iktar stretti minn dawk speċifikati fl-atti leġiżlattivi relevanti li jiżviluppaw, meta jippermettu din id-diskrezzjoni prudenzjali.
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(11) Ir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni relevanti teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, fuq it-talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim fil-limitu taż-żmien stipulat mill-Awtorità Superviżorja Ewropea li jqis kwalunkwe limitu ta' żmien fil-leġiżlazzjoni relevanti u l-urġenza u l-komplessità tan-nuqqas tal-qbil. Fil-każ li dan in-nuqqas ta' qbil jippersisti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jistgħu jaqtgħu l-kwistjoni huma.
|
(11) Ir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF jipprovdu għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma speċifikati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru .../2010 [ABE], ir-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS] u r-Regolament (KE) Nru .../2010 [AEAPX], fejn il-leġiżlazzjoni relevanti teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-ASE, fuq it-talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tkun tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim fil-limitu taż-żmien stipulat mill-ASE li jqis kwalunkwe limitu ta' żmien fil-leġiżlazzjoni relevanti u l-urġenza u l-komplessità tan-nuqqas tal-qbil. Fil-każ li dan in-nuqqas ta' qbil jippersisti, l-ASE għandhom ikunu jistgħu jaqtgħu l-kwistjoni huma.
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(12) Ġeneralment, id-dispożizzjoni li tipprovdi l-possibblità li tilwimiet jissolvew fir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF ma jeħtiġux tibdiliet konsegwenzjonali fil-leġiżlazzjoni relevanti. Madankollu, f'dawk l-oqsma fejn diġà hemm il-possibbiltà ta' xi forma ta' proċess ta' medjazzjoni mhux vinkolanti, jew fejn hemm limiti ta' żmien għal deċiżjonijiet konġunti li għandhom jittieħdu minn awtorità nazzjonali kompetenti, ser ikunu meħtieġa emendi biex tkun żgurta ċ-ċarezza u l-anqas xkiel fil-proċess biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta, iżda wkoll fejn xieraq, Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jistgħu jsolvu huma n-nuqqas ta' qbil.
|
(12) Ġeneralment, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [ABE], ir-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS] u r-Regolament (KE) Nru .../2010 [AEAPX], li jipprovdi l-possibblità li tilwimiet jissolvew fir-Regolamenti li jistabbilixxu s-SESF ma jeħtiġux tibdiliet konsegwenzjonali fil-leġiżlazzjoni relevanti. Madankollu, f'dawk l-oqsma fejn diġà hemm il-possibbiltà ta' xi forma ta' proċess ta' medjazzjoni mhux vinkolanti, jew fejn hemm limiti ta' żmien għal deċiżjonijiet konġunti li għandhom jittieħdu minn awtorità nazzjonali kompetenti, ser ikunu meħtieġa emendi biex tkun żgurata ċ-ċarezza u l-anqas xkiel fil-proċess biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta, iżda wkoll fejn xieraq, l-ASE jistgħu jsolvu huma n-nuqqas ta' qbil. Il-proċedura vinkolanti għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil hija maħsuba biex issolvi sitwazzjonijiet meta superviżuri kompetenti ma jkunux jistgħu jsolvu bejniethom kwistjonijiet proċedurali jew sostantivi li jirrigwardaw il-konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 12 a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(12a) Din id-Direttiva għandha għalhekk tidentifika sitwazzjonijiet fejn kwistjoni proċedurali jew sostantiva ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni tista’ teħtieġ li tkun riżolta u s-superviżuri jistgħu ma jkunux kapaċi li jirriżolvu l-kwistjoni waħedhom. F’sitwazzjoni bħal din, wieħed mis-superviżuri involuti għandu jkun kapaċi li jqajjem il-kwistjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea kompetenti. Dik l-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi skont il-proċedura stipulata f'din id-Direttiva. Għandha tkun tista’ tesiġi li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni u jiżguraw konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
|
|
F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relevanti tikkonferixxi diskrezzjoni fuq l-Istati Membri, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità Superviżorja Ewropea ma għandhomx jissostitwixxu l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
Ġustifikazzjoni |
Biex ikun hemm konformità mal-każistika tal-ECJ (C –9/56 u 10/56, Meroni v Awtorità Għolja, Ġabra [1958]. 133 u 157), huwa importanti li d-deċiżjonijiet meħuda mill-ASE ma jissostitwixxux l-eżerċitar legali ta’ sentenzi ta’ superviżuri nazzjonali. Skont Meroni, istituzzjoni ma tistax tiddelega setgħat li ma jkollhiex. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(13) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [traduzzjoni mhux uffiċjali] tipprovdi għal medjazzjoni jew deċiżjonijiet konġunti fir-rigward tad-determinazzjoni ta' fergħat sinifikanti għall-għanijiet ta' sħubija fil-kulleġġi superviżorji, il-validazzjoni tal-mudelli u l-valutazzjoni tar-riskju ta' grupp. F'dawn l-oqsma kollha, emenda għandha tiddikjara li fil-każ ta' nuqqas ta' qbil matul il-perjodu ta' żmien speċifikat, l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' ssolvi n-nuqqas ta' qbil billi tuża l-proċess spjegat fir-Regolament .../... [ABE]. Dan l-approċċ jagħmilha ċara li n-nuqqasijiet ta' qbil jistgħu jiġu solvuti u tissaħħaħ il-kooperazzjoni qabel tittieħed jew tinħareġ deċiżjoni finali lil xi istituzzjoni.
|
(13) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [traduzzjoni mhux uffiċjali] tipprovdi għal medjazzjoni jew deċiżjonijiet konġunti fir-rigward tad-determinazzjoni ta' fergħat sinifikanti għall-għanijiet ta' sħubija fil-kulleġġi superviżorji, il-validazzjoni tal-mudelli u l-valutazzjoni tar-riskju ta' grupp. F'dawn l-oqsma kollha, emenda għandha tiddikjara li fil-każ ta' nuqqas ta' qbil matul il-perjodu ta' żmien speċifikat, l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' ssolvi n-nuqqas ta' qbil billi tuża l-proċess spjegat fir-Regolament (KE) Nru .../2010 [ABE]. Dan l-approċċ jagħmilha ċara li, filwaqt li ma għandux ikun possibbli għall-Awtorità Bankarja Ewropea li tibdel id-deċiżjonijiet diskrezzjonali tal-awtoritajiet kompetenti, in-nuqqasijiet ta' qbil jistgħu jiġu solvuti u tissaħħaħ il-kooperazzjoni qabel tittieħed jew tinħareġ deċiżjoni finali lil xi istituzzjoni.
|
Ġustifikazzjoni |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, f’oqsma ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-kontrolluri finanzjarji nazzjonali, l-abilità tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li jgħinu ħalli jintlaħaq ftehim, ma għandhiex tkun estiża biex tieħu post is-sentenzi diskrezzjonali tal-kontrolluri nazzjonali. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 14 a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(14a) L-allinjament tal-proċeduri ta' komitoloġija għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 290 u 291 tiegħu, għandu isiru pass wara pass. Din id-Direttiva għandha tadatta d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttivi emendati msemmija fil-Premessa 20 għall-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-ASE l-ġodda u biss sal-punt li jkollhom x'jaqsmu mal-istandards tekniċi. Dak l-allinjament, kif ukoll l-allinjamenti ulterjuri ta' dispożizzjonijiet oħra tal-komitoloġija previsti fid-Direttivi emendati, ma għandhomx ikunu limitati għal miżuri li diġà ġew indirizzati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju, iżda għandhom ikopru l-miżuri xierqa kollha ta' ambitu ġenerali indipendentement mill-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew tal-komitoloġija applikabbli għalihom qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, l-allinjament ulterjuri mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE ta' proċeduri oħra tal-komitoloġija previsti fid-Direttivi emendati msemmija fil-Premessa 20 għandu jsiru b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 15 a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
L-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li qabel kienu impjegati mal-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazjoni.
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 18
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(18) F'dawk l-oqsma fejn l-Awtoritajiet għandhom l-obbligu li jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi, dawk l-abbozz ta' standards tekniċi għandhom jitressqu għand il-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-ħolqien tal-Awtoritajiet.
|
(18) F'dawk l-oqsma fejn l-ASE għandhom l-obbligu li jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi, dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi għandhom jitressqu għand il-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-ħolqien tal-ASE sakemm ma tiġix stabbilita skadenza oħra mir-regolament relevanti.
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva – att li emenda
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
(19) Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib fil-funzjonament tas-Suq Intern permezz tal-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri, l-investituri u l-benefiċjarji u b'hekk in-negozji u l-konsumaturi, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-ilħiq ta’ dawk l-għanijiet.
|
(19) Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib fil-funzjonament tas-suq intern permezz tal-iżgurar ta’ livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri, l-investituri u l-benefiċjarji u b'hekk in-negozji u l-konsumaturi, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà u tas-sostenibilità tas-sistema finanzjarja, il-konservazzjoni tal-ekonomija reali, is-salvagwardja tal-finanzi pubbliċi u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-ilħiq ta’ dawk l-għanijiet.
|
Emenda 20
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 1998/26/KE
Artikolu 6 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
3. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 għandu immedjatament jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq stabbilita bir-Regolament…/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandu jikkomunika lil tal-aħħar l-informazzjoni kollha essenzjali sabiex jeżegwixxi l-kompiti tiegħu.
|
3. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 għandu immedjatament jinnotifika lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (KE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandu jikkomunika lil tal-aħħar l-informazzjoni kollha essenzjali sabiex jeżegwixxi l-kompiti tiegħu.
|
|
|
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 1998/26/KE
Artikolu 10 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) L-artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 10:
|
|
|
"Artikolu 10a
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq meta jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 22
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 1 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 1998/26/KE
Artikolu 10 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2b) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 10a:
|
|
|
“Artikolu 10b
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha biex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 17 – punt a a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) Fil-punt 17 tal-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
|
“ (aa) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (KKASE);”
|
|
|
|
|
|
Emenda 24
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 – punt b
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika lista ta' konglomerati finanzjarji identifikati u jżommha aġġornata.
|
3. Il-KKASE għandu jippubblika fil-websajt tiegħu lista ta' konglomerati finanzjarji identifikati u jżommha aġġornata. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink għal kull wieħed mill-websajts tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.
|
|
|
|
|
|
Emenda 25
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1a) Fl-Artikolu 9(2), għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
|
“(ca) l-iżvilupp ta’ sistema dettaljata għas-soluzzjonijiet, li għandha tiġi aġġornata regolarment u riveduta tal-anqas kull sena, u li tinkludi mekkaniżmu strutturat ta’ intervent bikri, azzjonijiet korrettivi f’waqthom u pjan ta’ kontinġenza għall-fallimenti.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 26
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Taqsima 3 – titolu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1b) It-titolu tat-Taqsima III għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“MIŻURI BIEX TIĠI FFAĊILITATA S-SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI U EWROPEA”
|
|
|
|
|
|
Emenda 27
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 c (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu -10
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1c) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal fit-Taqsima 3 qabel l-Artikolu 10:
|
|
|
"Artikolu -10
|
|
|
1. Il-konglomerati finanzjarji għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza supplimentari u Ewropea mill-KKASE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
|
|
|
2. Il-KKASE għandu jeżerċita s-superviżjoni Ewropea tal-konglomerati finanzjarji, sabiex tiġi żgurata konformità transettorjali u transkonfinali koerenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
|
|
|
Il-KKASE għandu jaġixxi permezz ta' koordinatur maħtur mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni supplimentari, li għandu jaġixxi wkoll f'isem il-KKASE.
|
|
|
3. Il-koordinaturi tal-konglomerati finanzjarji tal-UE għandhom ikunu soġġetti għal koordinazzjoni ġenerali u transkonfinali mill-KKASE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 28
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 d (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1d) L-Artikolu 10(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplimentari kif imiss tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, koordinatur wieħed, responsabbli għall-koordinament u l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati, inklużi dawk l-Istati Membri li fihom il-kumpanija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. Il-ħatra tal-koordinatur għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-KKASE."
|
|
|
|
|
|
Emenda 29
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 e (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1e) Fl-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplimentari fuq bażi legali wiesgħa, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, u fejn meħtieġ awtoritajiet kompetenti oħra konċernati, għandu jkollhom jaħdmu arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti relevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3, 4, 5(4), 6, 12(2), 16 u 18, u għal koperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti. Il-KKASE għandu jiżviluppa linji gwida għall-arranġamenti tal-koordinazzjoni."
|
|
|
|
|
|
Emenda 30
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 f (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1f) Fl-Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"1. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, [...] l-awtorità kompetenti maħtura bħala koordinatur għal dak il-konglomerat finanzjarju u l-KKASE għandhom jikkoperaw fil-qrib ma’ xulxin. Mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorjali relevanti, dawn l-awtoritajiet, sew jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jekk le, għandhom jipprovdu lil xulxin b’kull informazzjoni li hija essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont ir-regoli settorjali u din id-Direttiva. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti, [...] il-koordinatur u l-KKASE għandhom jikkomunikaw fuq talba l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 31
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 g (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1g) Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, b’linja mad-dispożizzjonijiet preskritti fir-regoli settorjali: banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 32
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 h (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 12 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1h) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 12:
|
|
|
"Artikolu 12a
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-KKASE meta jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva."
|
|
|
|
|
|
Emenda 33
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 i (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 12 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1i) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 12a:
|
|
|
“Artikolu 12b
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-KKASE u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha sabiex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 34
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 j (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1j) L-Artikolu 14(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm ebda impedimenti legali fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li tipprevjeni li l-persuni naturali jew ġuridiċi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari, sew jekk entità regolata jew le, li jiskambjaw bejniethom u mal-KKASE kull informazzjoni li tista’ tkun relevanti għall-għanijiet ta’ superviżjoni supplementari.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 35
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 k (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1k) It-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(2), il-KKASE u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu liema miżuri jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 36
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 1 l (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 16 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1l) It-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-awtoritajiet kompetenti involuti, inklużi l-koordinatur u l-KKASE, għandhom fejn xieraq jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 37
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 2
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 5(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk entitajiet regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Komunità, humiex soġġetti għal superviżjoni minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik prevista fid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li kienet tkun il-koordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta' xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fil-Komunità jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra, u għandha tqis kwalunkwe gwida applikabbli preparata permezz tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 21a(2). Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Kumitat Konġunt qabel ma tieħu deċiżjoni.
|
Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 5(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk entitajiet regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Unjoni, humiex soġġetti għal superviżjoni minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik prevista fid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li kienet tkun il-koordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta' xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra, u għandha ssegwi kwalunkwe gwida applikabbli preparata permezz tal-KKASE skont l-Artikolu 21a(2). Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-KKASE qabel ma tieħu deċiżjoni.
|
|
|
|
|
|
Emenda 38
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 18 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) Fl-Artikolu 18, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"1a. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li pajjiż terz għandu superviżjoni li hija ekwivalenti kuntrarjament għall-opinjoni ta’ awtorità kompetenti relevanti oħra, il-KKASE jista’ jirrevoka d-deċiżjoni meta d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli tkun ibbażata fuq assunzjonijiet foloz jew l-istandard ta’ superviżjoni fil-pajjiz terz ikun naqas minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 39
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2b) L-Artikolu 19(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-KKASE, il-Kumitat Bankarju Ewropew, il-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat ta’ Konglomerati Finanzjarji, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 40
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 3
Direttiva 2002/87/KE
Kapitolu III – Titolu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
SETGĦAT KONFERITI U PROĊEDURI TAL-KUMITAT
|
SETGĦAT DELEGATI
|
|
|
|
|
|
Emenda 41
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3a) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati l-adattazzjonijiet [...] li għandhom isiru għal din id-Direttiva fiż-żoni li ġejjin:
|
|
|
(a) formulazzjoni iktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjari permezz tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;
|
|
|
(b) formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex tiġi assigurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni;
|
|
|
(c) l-allinjament ta’ terminoloġija u l-iffurmar ta’ definizzjonijiet fid-Direttiva skont atti sussegwenti tal-Unjoni dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati;
|
|
|
(d) definizzjoni iktar preċiża tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness I sabiex tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u t-tekniċi prudenzjali;
|
|
|
(e) koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II għall-inkoraġġiment ta’ armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi fl-Unjoni.
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-KKASE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 42
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 4
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 20 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(4) Fl-Artikolu 20(1) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:
|
imħassar
|
|
"Dawk il-miżuri ma għandhomx jinkludu d-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li huma s-suġġetti tal-punti elenkati fl-Artikolu 21a."
|
|
|
|
|
|
|
Emenda 43
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 4 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(4a) L-Artikolu 21(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 20(1) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal żmien indeterminat.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 44
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 4 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(4b) Fl-Artikolu 21, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2a. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 45
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 4 c (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(4c) Fl-Artikolu 21, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2b. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 21a u 21b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 46
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 4 d (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(4d) L-Artikolu 21(3) għandu jitħassar.
|
|
|
|
|
|
Emenda 47
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 4 e (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(4e) L-Artikolu 21(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Il-KKASE għandu jagħti gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni supplementari ta' awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi x'aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif previst f'din id-Direttiva, b'relazzjoni mal-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu barra l-Unjoni. Il-KKASE [...] għandu jeżamina regolarment din il-gwida u għandu jqis kwalunkwe tibdiliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti relevanti.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 48
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 5 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5a) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 21:
|
|
|
"Artikolu 21a
|
|
|
Revoka tad-delega
|
|
|
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20(1) tista’ tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
|
|
|
2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tħabrek biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni.
|
|
|
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 49
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 5 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5b) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 21a:
|
|
|
“Artikolu 21b
|
|
|
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
|
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
|
|
|
2. Jekk, ladarba jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. Jekk il-Parlament Ewropew joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ.
|
|
|
3. Sabiex titħaffef l-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, skont proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni fi stadju bikri u f’każijiet ġustifikati, li jnaqqsu l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, wara talba tal-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 50
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 6
Direttiva 2002/87/KE
Article 21a – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
1. Sabiex tkun żgurta l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, l-Awtoritajiet superviżori Ewropej, skont l-Artikoli 42 tar-Regolament ../... [ABE], ir-Regolament …/… [AEAPX], u r-Regolament …/… [AETS] jistgħu jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi fir-rigward ta':
|
1. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, skont l-Artikoli 42 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [ABE], ir-Regolament (KE) Nru .../2010 [AEAPX], u r-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS] għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi fir-rigward ta’:
|
|
|
|
|
|
Emenda 51
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 2 – punt 6
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
2. Il-Kumitat konġunt jista' jagħti gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni supplementari ta' awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi x'aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif previst f'din id-Direttiva, b'relazzjoni mal-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu barra l-Komunità.
|
2. Il-KKASE għandu jagħti gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni supplementari ta' awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi x'aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif previst f'din id-Direttiva, b'relazzjoni mal-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu barra l-Unjoni.
|
|
|
|
|
|
Emenda 52
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 1 – punt 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) Fl-Artikolu 1, il-punt 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"5. ‘Prattiki aċċettati tas-suq’ għandhom ifissru prattiki li huma raġjonevolment mistennija f’suq finanzjarju wieħed jew iktar u huma aċċettati mill-awtorità kompetenti skont il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura tal-atti delegati [...] stabbilita fl-Artikoli 17, 17a u 17b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 53
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 a (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Sabiex tqis l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati, miżuri li jikkonċernaw il-punti 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri [...] għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 17, 17a u 17b.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 54
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 b (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 6 – paragrafu 10 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1b) Fl-Artikolu 6(10), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
Dawn il-miżuri [...] għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 17, 17a u 17b.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 55
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 c (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 8
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1c) L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Il-projbizzjonijiet previsti f’din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal kummerċ f’ishma proprji fi programmi “buy back” jew għall-istabbilizzazzjoni ta’ strument finanzjarju sakemm dan il-kummerċ hu mwettaq skont atti delegati. Dawn il-miżuri [...] għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 17, 17a u 17b.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 56
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 d (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punti h a sa h d (ġodda)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1d) Fl-Artikolu 12(2), għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
|
(ha) jiġi pprojbit l-istrument finanzjarju kkonċernat;
|
|
|
(hb) jiġi limitat id-daqs ta’ impenn biex jinbiegħ jew jinxtara ammont partikolari ta’ assi finanzjarji;
|
|
|
(hc) jintalab il-pussess ta’ assi ta’ bażi bħala prekundizzjoni għan-negozjar; u
|
|
|
(hd) jiġu stabbiliti limiti kwalitattivi.
|
|
|
|
|
|
Emenda 57
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 e (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 14 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1e) L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 17, 17a, 17b, il-Kummissjoni għandha, għall-informazzjoni, tfassal lista tal-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tipproduċi linji gwidi biex tippermetti lill-Kummissjoni tiġbor il-lista.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 58
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 f (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 14 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1f) L-Artikolu 14(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tista' tiżvela lill-pubbliku kull miżura jew sanzjoni li tiġi imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm dan l-iżvelar ma jipperikolax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw il-miżuri jew is-sanzjonijiet kollha lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fl-istess waqt. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tinkludi din l-informazzjoni fir-rekords rispettivi fil-bażijiet ta’ data Ewropej relevanti tal-parteċipanti tas-suq reġistrati."
|
|
|
|
|
|
Emenda 59
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt -1 g (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 16 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1g) L-Artikolu 16(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kull meta neċessarju għall-iskop li jitwettqu d-dmirijiet tagħhom, u jsir użu mill-poteri tagħhom kemm jekk stabbiliti f’din id-Direttiva kemm jekk fil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkoperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 60
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 1
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 226 tat-Trattat, awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fuq it-talba tagħha għal informazzjoni fi żmien raġonevoli jew li t-talba tagħha għal informazzjoni tiġi rrifjutata tista' ġġib dak in-nuqqas ta' konformità għall-attenzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tista' taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak ir-Regolament.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fuq it-talba tagħha għal informazzjoni fi żmien raġonevoli jew li t-talba tagħha għal informazzjoni tiġi rrifjutata għandha ġġib dak in-nuqqas ta' konformità għall-attenzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (KE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għandha taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak ir-Regolament.
|
|
|
|
|
|
Emenda 61
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1a) Fl-Artikolu 16, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2a. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (KE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tista’ titlob, b'inizjattiva tagħha stess, kull informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 62
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 2
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Mingħajr preġudizzju għad-dispsoizzjonijiet tal-Artikolu 226 tat-Trattat, awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fi żmien raġonevoli jew tiġi rrifjutata l-applikazzjoni tagħha għall-ftuħ ta' inkjesta jew li t-talba tagħha għal awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tista' ġġib dak in-nuqqas ta' konformità għall-attenzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq li tista' taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak mir-Regolament.../... [AETS].
|
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fi żmien raġonevoli jew tiġi rrifjutata l-applikazzjoni tagħha għall-ftuħ ta' inkjesta jew li t-talba tagħha għal awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor għandha ġġib dak in-nuqqas ta' konformità għall-attenzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq li għandha taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS].
|
|
|
|
|
|
Emenda 63
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 – subparagrafu 1
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 16 – paragrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
5. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2 u 4, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-twettiq tat-talbiet għall-iskambju tal-informazzjoni u l-ispezzjonijiet transkonfinali.
|
5. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2 u 4, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-twettiq tat-talbiet għall-iskambju tal-informazzjoni u l-ispezzjonijiet transkonfinali.
|
|
|
|
|
|
Emenda 64
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 17 – paragrafu 2a
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3a) L-Artikolu 17(2a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"2a. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 6(10), l-Artikolu 8, l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16(5) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal żmien indeterminat.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 65
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 17 – paragrafu 2a a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3b) Fl-Artikolu 17, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2aa. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 66
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 c (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 17 – paragrafu 2a b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3c) Fl-Artikolu 17, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2ab. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 67
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 d (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 17 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3d) L-Artikolu 17(3) għandu jitħassar.
|
|
|
|
|
|
Emenda 68
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 e (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 17 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3e) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 17:
|
|
|
"Artikolu 17a
|
|
|
Revoka tad-delega
|
|
|
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 6(10), l-Artikolu 8, l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16(5) tista’ tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
|
|
|
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tħabrek biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni.
|
|
|
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 69
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 3 – punt 3 f (ġdid)
Direttiva 2003/6/KE
Artikolu 17 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3f) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 17a:
|
|
|
“Artikolu 17b
|
|
|
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
|
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
|
|
|
2. Jekk, ladarba jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. Jekk il-Parlament Ewropew joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ.
|
|
|
3. Sabiex titħaffef l-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, skont proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni fi stadju bikri u f’każijiet ġustifikati, li jnaqqsu l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, wara talba tal-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 70
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) Fl-Artikolu 9(1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"(a) l-istituzzjoni tkun irreġistrata fir-reġistru nazzjonali mill-awtorità kompetenti superviżjorja jew awtorizzata; fil-każ tal-attivitajiet bejn il-fruntieri msemmija fl-Artikolu 20, ir-reġistru għandu jindika wkoll l-Istati Membri li fih l-istituzzjoni tkun topera; dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, li għandha tippubblikaha fil-websajt tagħha;”
|
|
|
|
|
|
Emenda 71
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt -1 a (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 9 – paragrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) L-Artikolu 9(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"5. Fil-każ ta’ attività bejn il-fruntieri kif imsemmija fl-Artikolu 20, il-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni tal-istituzzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini. Meta jagħtu din l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 72
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 1 – punt (b)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
2. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-direttiva, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xoghol stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
2. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tad-direttiva, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xoghol stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 73
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 14 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1a) Fl-Artikolu 14(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Kull deċiżjoni li tipprojbixxi l-attivitajiet ta’ istituzzjoni għandha tiġi sostnuta b’raġunijiet preċiżi u nnotifikata lill-istituzzjoni inkwistjoni. Din għandha tkun innotifikata wkoll lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 74
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 1 b (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 15 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1b) Fl-Artikolu 15(6), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"6. Bil-ħsieb ta’ aktar armonizzazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw il-kalkolazzjoni ta’ provvisti tekniċi li jistgħu jkunu ġġustifikati – b’mod partikolari r-rati ta’ mgħax u assunzjonijiet oħra li jinfluwenzaw il-livell ta’ provvisti tekniċi – l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha, kull sentejn jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, toħroġ rapport dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-iżvilupp ta’ attivitajiet bejn il-fruntieri.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 75
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 1 c (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 15 – paragrafu 6 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1c) Fl-Artikolu 15, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"6a. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi dwar il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi. L-Awtorità għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi u rapporti lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Ġunju 2011.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [AEAPX].”
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
Skont l-Artikolu 15 para. 6 tad-Direttiva IORP, diġà hemm ftehim dwar l-għan għal aktar armonizzazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi, sabiex jiġu protetti aħjar il-konsumaturi. Hekk kif id-Direttiva IORP tarmonizza r-regoli nazzjonali differenti fuq grad baxx biss, l-irbit ta’ standards tekniċi jkollu importanza partikolari. |
Emenda 76
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 1 d (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 20 – paragrafu 10 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(1d) Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"10a. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tfassal abbozzi ta’ standards tekniċi għall-proċeduri ta’ approvazzjoni u ta’ notifikazzjoni, il-metodi għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi kif ukoll il-proċeduri ta’ informazzjoni u ta’ pubblikazzjoni.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [AEAPX].”
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
L-Artikolu 15(6) tad-Direttiva tal-Fondi tal-Pensjonijiet diġà jistabbilixxi b’mod espliċitu l-għan ta’ armonizzazzjoni ulterjuri tal-metodi għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi, għall-benefiċċju tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra l-effetti ta’ arbitraġġ regolatorju transkonfinali. Invista tal-fatt li s’issa d-Direttiva tal-Fondi tal-Pensjonijiet tinkludi biss dispożizzjonijiet armonizzati minimalment, f’dan il-punt huma ta’ importanza partikulari l-istandards tekniċi komuni. |
Emenda 77
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 2
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 20 – paragrafu 11 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
11. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-direttiva, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tiżviluppa abbozz ta' listi ta' standards tekiniċi għad-dispożizzjonijiet ta' natura prudenzjali ta' kull Stat Membru relevanti għal qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet tax-xogħol li mhumiex koperti mir-referenza għal-liġi nazzjonali soċjali u dik tax-xogħol fil-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
11. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tad-direttiva, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi dwar il-metodi għall-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u għandha tipprepara rapporti b'listi ta' dispożizzjonijiet oħrajn ta’ natura prudenzjali ta’ kull Stat Membru relevanti għall-qasam tal-iskemi tal-pensjonijiet tax-xogħol li mhumiex koperti mir-referenza għal-liġi nazzjonali soċjali u dik tax-xogħol fil-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi sal-1 ta' Jannar 2014 u dawn ir-rapporti sal-1 ta' Ġunju 2011 lill-Kummissjoni.
|
|
|
|
|
|
Emenda 78
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 21 – titolu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) It-titolu tal-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Koperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kummissjoni”
|
|
|
|
|
|
Emenda 79
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2b) L-Artikolu 21(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, għandhom jassiguraw, b’mod xieraq, l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva permezz tal-applikazzjoni ta’ standards komuni tekniċi dwar l-awtorizzazzjoni, in-notifika, ir-regoli dwar il-kalkolu ta’ dispożizzjonijiet tekniċi, l-informazzjoni u l-proċeduri tal-iżvelar, skambji regolari ta’ informazzjoni u esperjenza u kooperazzjoni eqreb, u permezz ta’ dan, jipprevienu tagħwiġ fil-kompetizzjoni u joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal sħubija mingħajr problemi bejn il-fruntieri u l-portabilità tat-talbiet għall-pagamenti annwali.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 80
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 2 c (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2c) L-Artikolu 21(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkollaboraw fil-qrib bil-ħsieb li jiffaċilitaw is-superviżjoni tal-operazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali u fejn ikun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lil awtoritajiet kompetenti oħra l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha biex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 81
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 2 d (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2d) L-Artikolu 21(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol b’xi diffikultajiet kbar li tista’ toħloq l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
|
|
|
Il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw dawk id-diffikultajiet kemm jista’ jkun malajr sabiex tinstab soluzzjoni addattata.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 82
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 4 – punt 2 e (ġdid)
Direttiva 2003/41/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2e) L-Artikolu 22(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 83
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 1 – paragrafu 3 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"3a. Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jikkonċernaw l-aġġustament tal-limiti msemmija fil-punti (h) u (j) tal-Artikolu 1(2).
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 84
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 2 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) L-Artikolu 2(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, id-definizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1, inkluż l-aġġustamenti taċ-ċifri użati għad-definizzjonijiet tal-SMEs, filwaqt li jitqiesu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u r-rakkommandazzjonijiet kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 85
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1b) L-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri [...] li jirrigwardaw il-paragrafi 1(b), 1(c), 2(c) u 2(d), notabbilment fejn tidħol it-tifsira tal-ekwivalenza.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jitfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 86
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1c) Fl-Artikolu 4, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"3a. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-eżenzjonijiet li jikkonċernaw il-paragrafi 1(a), 1(d), 1(e), 2(a), 2(b), 2(e), 2(f), 2(g), 2(h), partikolarment fir-rigward tat-tifsira ta' ekwivalenza.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija f'dan il-paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS]."
|
|
|
|
|
|
Emenda 87
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 d (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1d) L-Artikolu 5(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"5. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw il-format tal-prospett jew il-prospett bażi u s-supplimenti.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 88
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 e (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1e) Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"5a. Sabiex tikseb l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jistabbilixxu:
|
|
|
(a) il-kontentut dettaljat u l-forma speċifika tad-dokument ta’ informazzjoni ewlieni msemmi fil-paragrafi 2 u 3;
|
|
|
(b) il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tad-dokument ta’ informazzjoni ewlieni fir-rigward ta’:
|
|
|
(i) titoli strutturati u prospetti bażi;
|
|
|
(ii) ishma; u
|
|
|
(iii) bonds.
|
|
|
Dawk l-atti delegati għandhom ikunu adottati mill-...*.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
____________
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva."
|
|
|
|
|
|
Emenda 89
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 f (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1f) Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2a. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-responsabilità marbuta mal-prospett.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS]."
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom prattiki differenti u jirrikjedu lill-emittent u l-offerent jieħdu r-responsabilità jew, skont it-tip ta’ kwistjoni, waħda minn dawn il-persuni. Dan joħloq inċertezza fis-sistema ta’ responsabilità tal-prospett speċjalment meta dan il-prospett jibbenefika minn passaport. Jinħtieġu speċifikazzjonijiet ulterjuri għal din il-kwistjoni. |
Emenda 90
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 g (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1g) L-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. L-atti delegati dettaljati li jirrigwardaw it-tagħrif speċifiku li jrid jiġi inkluż fi prospett, bl-evitar tad-duplikazzjoni tat-tagħrif meta prospett ikun mibni fuq dokumenti separati, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 24, 24a u 24b. L-ewwel sett ta’ atti delegati għandu jiġi adottat sal-1 ta’ Lulju 2004.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 91
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 h (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1h) L-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. L-atti delegati riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu msejsa fuq l-istandards fil-kamp tat-tagħrif finanzjarju u mhux finanzjarju dikjarat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, u b’mod partikolari mill-IOSCO u dwar l-Annessi indikattivi ma’ din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 92
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt -1 i (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1i) L-Artikolu 8(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri li jirrigwardaw il-paragrafu 2.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 93
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 1
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 8 – paragrafu 4 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
5. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2 u biex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi ħalli tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni għall-miżuri tal-implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
5. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2 u biex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ħalli tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [AETS].
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura għall-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
|
|
|
|
|
|
Emenda 94
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) L-Artikolu 11(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw it-tagħrif li għandu jiġi inkorporat b’referenza.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 95
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 2 – punt b a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 13 – paragrafu 7
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(ba) L-Artikolu 13(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet li skont huma jistgħu jiġu aġġustati l-limiti taż-żmien.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 96
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) L-Artikolu 14(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. Ġaladarba approvat, il-prospett għandu jiġi inkartat għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew mill-persuna li titlob għall-ammisjoni għall-kummerċ f’suq regolat malajr kemm prattikabbli u f’kull każ, fi żmien raġjonevoli bil-quddiem tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, u l-iktar tard sal-bidu ta’ dawn. B’żieda ma’ dan, fil-każ ta’ offerta tal-bidu lill-pubbliku ta’ klassi ta’ ishma li jkunu għadhom ma ġewx ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li tkun sejra tiġi ammessa għall-kummerċ għall-ewwel darba, il-prospett għandu jkun disponibbli mill-inqas sitt ijiem tax-xogħol qabel it-tmiem tal-offerta.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 97
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 14 – paragrafu 8
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3a) L-Artikolu 14(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"8. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri li jirrigwardaw il-paragrafi 1, 2, 3 u 4. L-ewwel sett ta’ atti delegati għandu jiġi adottat sal-1 ta’ Lulju 2004.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 98
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 15 – paragrafu 7
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3b) L-Artikolu 15(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri li jirrigwardaw it-tixrid tar-riklami li jħabbru l-intenzjoni li jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, b’mod partikolari qabel ma l-prospett ikun intgħamel disponibbli lill-pubbliku jew qabel il-ftuħ tas-sottoskrizzjonijiet, u li jirrigwardaw il-paragrafu 4. L-ewwel sett ta’ atti delegati se jiġi adottat mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2004.
|
|
|
L-abbozzi ta’ atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 99
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 4
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din l-Artikolu u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligi li jingħata suppliment għall-prospett f'każ ta' fattur ġdid sinifikanti, żball jew inakkuratezza materjali marbuta mal-informazzjoni inkluża fil-prospett. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
3. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiddetermina x’jikkostitwixxi fattur sinifikanti ġdid, żball jew nuqqas ta’ preċiżjoni tal-materjal imsemmija f’paragrafu 1 u għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni, fosthom il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti, tal-obbligi li jingħata suppliment għall-prospett. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 100
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 5
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta offerta lill-pubbliku jew dħul għal negozju f’suq regolat jingħata fi Stat Membru jew iktar, jew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru tad-domiċilju u kwalunkwe suppliment ta’ miegħu għandhom ikunu validi għall-offerta pubblika jew għad-dħul għal negozju f’kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, sakemm l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 18. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhom japprovaw jew iwettqu l-ebda proċeduri amministrattivi marbuta ma' prospetti.
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, meta offerta lill-pubbliku jew dħul għal negozju f’suq regolat jingħata fi Stat Membru jew iktar, jew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju, il-prospett approvat mill-Istat Membru tad-domiċilju u kwalunkwe suppliment ta’ miegħu għandhom ikunu validi għall-offerta pubblika jew għad-dħul għal negozju fi kwalunkwe għadd ta’ Stati Membri ospitanti, sakemm l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 18. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx japprovaw jew iwettqu proċeduri amministrattivi marbuta ma' prospetti.
|
|
|
|
|
|
Emenda 101
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 5 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 17 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5a) L-Artikolu 17(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Jekk ikun hemm fatturi ġodda, żbalji jew ineżattezzi materjali sinifikanti, kif riferit fl-Artikolu 16, li jinħolqu minn meta jiġi approvat il-prospett, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post għandha teħtieġ li tiġi approvata l-pubblikazzjoni ta’ suppliment kif ipprovdut fl-Artikolu 13(1). L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-Istat Membru tal-post rigward il-ħtieġa ta’ kull tagħrif ġdid.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 102
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 6
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 18 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni marbuta mal-proċeduri għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-kopja tal-prospett, it-traduzzjoni tas-sommarju u kwalunkwe suppliment għall-prospett.
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni marbuta mal-proċeduri għan-notifika taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, il-kopja tal-prospett, it-traduzzjoni tas-sommarju u kwalunkwe suppliment għall-prospett.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [AETS]."
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura għall-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 103
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 6 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 20 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6a) L-Artikolu 20(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri biex tistabbilixxi kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza, imsejsa fuq ir-rekwiżiti stipolati fl-Artikoli 5 u 7.
|
|
|
L-abbozz tal-atti delegati għandu jkun imfassal mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
|
|
|
Abbażi dawn il-kriterji, il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, tiddikjara li pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ma’ din id-Direttiva tal-prospetti mfassla f’dan il-pajjiż, għar- raġuni illi l-liġijiet jew il-prattiki jew il-proċeduri nazzjonali tiegħu jkunu msejsa fuq l-istandards internazzjonali ffissati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istandards tal-iżvelar tal-IOSCO. ”
|
|
|
|
|
|
Emenda 104
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 6 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6b) Fl-Artikolu 21, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 1:
|
|
|
"1a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq meta jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 105
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 6 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 21 – paragrafu 1 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6c) Fl-Artikolu 21, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"1b. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lil awtoritajiet kompetenti oħra l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha biex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 106
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 7 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 21 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(7a) Fl-Artikolu 21(4), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
"Spezzjonijiet fuq il-post skont il-punt (d) jistgħu jitwettqu f’kollaborazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 107
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 – punt a
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 22 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
3. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti mill-iskambjaw informazzjoni konfidenzjali jew milli jittrażmettu informazzjoni konfidenzjali lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. L-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandha tkun koperta minn obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li qabel kienu impjegati mal-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazjoni.
|
3. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni konfidenzjali jew milli jittrażmettu informazzjoni konfidenzjali lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku suġġett għal restrizzjonijiet marbuta ma’ informazzjoni speċifika għall-kumpanija u l-effetti fuq pajjiżi terzi kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS] u r-Regolament (KE) Nru .../2010 [BERS] rispettivament. L-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandha tkun koperta minn obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li qabel kienu impjegati mal-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazjoni.
|
|
|
|
|
|
Emenda 108
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 – punt (b)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 22 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2 u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi biex tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard għal dawn il-kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni.
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2 u jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi biex tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard għal din il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni.
|
|
|
|
|
|
Emenda 109
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 23 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8a) L-Artikolu 23(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, min joħroġ it-titoli jew l-istituzzjoni finanzjarja responsabbli mill-offerta pubblika jippersistu li jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji relevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri approprjati kollha sabiex tipproteġi lill-investituri. Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom ikunu informati dwar miżuri bħal dawn mill-aktar fis possibbli.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 110
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Kapitolu VII – Titolu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8b) It-titolu tal-Kapitolu VII għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“IS-SETGĦAT DELEGATI U L-MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI”
|
|
|
|
|
|
Emenda 111
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – Titolu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8c) It-titolu tal-Artikolu 24 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Id-delega tas-setgħat u l-proċedura tal-Kumitat”
|
|
|
|
|
|
Emenda 112
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 d (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 2a
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8d) L-Artikolu 24(2a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"2a. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(3a), l-Artikolu Artikolu 2(4), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(5a), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 20(3) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal żmien indeterminat.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 113
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 e (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 2a a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8e) Fl-Artikolu 24, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2aa. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 114
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 f (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 2a b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8f) Fl-Artikolu 24, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2ab. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24a u 24b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 115
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 g (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8g) L-Artikolu 24(3) għandu jitħassar.
|
|
|
|
|
|
Emenda 116
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 h (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8h) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24:
|
|
|
"Artikolu 24a
|
|
|
Revoka tad-delega
|
|
|
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 1(3a), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(5a), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 20(3) tista’ tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
|
|
|
2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna bl-għan li tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni.
|
|
|
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 117
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 5 – punt 8 i (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8i) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24a:
|
|
|
“Artikolu 24b
|
|
|
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
|
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
|
|
|
2. Jekk, ladarba jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. Jekk il-Parlament Ewropew joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ.
|
|
|
3. Sabiex titħaffef l-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, skont proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni fi stadju bikri u f’każijiet ġustifikati, li jnaqqsu l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, wara talba tal-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 118
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 2 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) L-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, rigward l-eżenzjonijiet (c) (i), u (k), tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta attività trid tiġi kkunsidrata bħala anċillari għall-kummerċ ewlieni fil-livell ta’ grupp kif ukoll sabiex tistabbilixxi meta tiġi pprovduta attività f’manjiera inċidentali.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 119
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt -1 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2 – subparagrafu 2 – test introduttorju
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) Fl-Artikolu 4(1), it-test introduttorju tat-tieni subparagrafu tal-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tistabbilixxi:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 120
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt -1 b (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1b) L-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex jiġu determinati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni dwar l-elementi differenti tad-definizzjonijiet stabbiliti f’paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll l-elementi differenti tad-definizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’Awissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-obbligi taż-żamma tar-rekords għall-kumpaniji tal-investiment, ir-rappurtar tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni ta’ strumenti finanzjarji fil-kummerċ, u termini definiti għall-iskopijiet ta’ dik id-Direttiva1 u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-ħidma għall-kumpaniji tal-investiment u termini definiti għall-iskopijiet tad-Direttiva2. L-Awtorità għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta dan l-abbozz ta' standards tekniċi permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 121
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 1
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 5 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tal-kumpaniji kollha tal-investiment. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata l-kumpanija tal-investiment. Għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari.
|
3. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-kumpaniji kollha tal-investiment li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet fi ħdan l-isfera tal-awtorità tagħhom. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata l-kumpanija tal-investiment. Għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.
|
|
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tistabbilixxi lista tal-kumpaniji kollha tal-investiment fil-Komunità. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandha tippubblika dik l-lista u għandha żżomma aġġornata.
|
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tistabbilixxi reġistru tal-kumpaniji kollha tal-investimenti fl-Unjoni. Ir-reġistru għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata l-kumpanija tal-investiment u għandu jkun aġġornat regolarment. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandha tkun aċċessibbli pubblikament u r-reġistru għandu jkun ippubblikat fil-websajt tagħha.
|
|
|
Jekk Awtorità kompetenti tirtira awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 8(b) sa (d), l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perjodu ta’ ħames snin.
|
|
|
|
|
|
Emenda 122
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 2
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu u tal-Artikoli 7, 9(2)-(4), 10(1)-(2), u 12, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri għal din l-awtorizzazzjoni kif stabbilit f'dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7, 9(2)-(4), 10(1)-(2) u 12.
|
4. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 5(4), l-Artikolu 9(2) sa (4), l-Artikolu 10(1) u (2), u l-Artikolu 12, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi:
|
|
|
(a) biex tispeċifika r-rekwiżiti li jirrigwardaw l-uffiċċju prinċipali skont l-Artikolu 5(4);
|
|
|
(b) biex tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(2);
|
|
|
(c) biex tiddetermina l-informazzjoni u tiżviluppa formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika stipulata fl-Artikolu 9(2);
|
|
|
(d) biex tispeċifika r-rekwiżiti u l-kriterji skont l-Artikoli 9(2) sa 9(4) u l-Artikoli 10(1) u (2); u
|
|
|
(e) biex tispeċifika r-rekwiżit tal-kapital inizjali skont l-Artikolu 12.
|
|
|
L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
|
|
|
Emenda 123
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) Fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
“Kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 124
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 10a – paragrafu 8 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
8. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni marbuta mal-lista tal-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni ta' akwiżizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u l-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet komponenti relevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10(4). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
8. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni marbuta mal-lista tal-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni ta' akwiżizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-kriterji għall-oġġezzjoni tal-akwiżizzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 4 u l-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet komponenti relevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10(4). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 125
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 10b – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3a) Fl-Artikolu 10b(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“ Sabiex jitqiesu [...] l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tadotta miżuri li jaġġustaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 126
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 13 – paragrafu 10
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3b) L-Artikolu 13(10) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"10. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 18(1) u (2) ta’ dan id-Direttiva, u l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287//2006/KE kif ukoll l-Artikoli 16 sa 20 u 51 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 127
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 c (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3c) L-Artikolu 15(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq b’kull diffikultà ġenerali li d-ditti tal-investiment tagħhom jiltaqgħu magħhom meta jistabblixxu lilhom infushom jew jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu x-xogħol ta’ attivitajiet ta’ investiment f’kull pajjiż terz.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 128
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 d (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3d) L-Artikolu 15(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Kull meta jidher lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif sottomess lilha skont il-paragrafu 1, li pajjiż terz ma jikkonċedix lid-ditti tal-Unjoni tal-investiment aċċess effettiv għas-suq imqabbel ma’ dak konċess mill-Unjoni lid-ditti tal-investiment minn dan il-pajjiż terz, il-Kummissjoni, filwaqt li ssegwi l-gwida maħruġa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, għandha tisottometti proposti lill-Kunsill għal mandat approprjat għan-negozjati bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet kompetittivi komparabbli għad-ditti tal-investiment tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.
|
|
|
Il-proposti għandhom jiġu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew għal skopijiet ta’ informazzjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 129
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 e (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3e) Fl-Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Fiċ-ċirkustanzi riferiti fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, f’kull waqt u b’żieda mal-ftuħ tan-negozjati, li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jillimitaw jew jissospendu l-ishma mill-impriżi ewliena direttament jew indirettament irregolati bil-liġijiet tal-pajjiż terz fil-kwistjoni. Dawn il-limitazzjonijiet jew sospensjonijiet ma jistgħux jiġu applikati għall-istabbiliment ta’ sussidjarji mid-ditti tal-investiment dovutament awtorizzati fl-Unjoni jew mis-sussidjarji tagħhom, jew għall-kisba tal-ishma fid-ditti tal-Unjoni ta’ investiment minn dawn id-ditti jew sussidjarji. It-tul taż-żmien ta’ dawn il-miżuri ma jistax jaqbeż it-tliet xhur.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 130
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 f (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3f) Fl-Artikolu 15(3), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“ Qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur riferit fit-tieni subparagrafu u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, li testendi dawn il-miżuri”
|
|
|
|
|
|
Emenda 131
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 g (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3g) Fl-Artikolu 16(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“ L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tfassal linji gwida li jirrigwardaw il-metodi ta’ monitoraġġ imsemmija f'dan l-Artikolu.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 132
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 h (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3h) Fl-Artikolu 18(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 133
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 i (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3i) Fl-Artikolu 18(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 134
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 j (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 19 – paragrafu 6 – inċiż 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3j) Fl-Artikolu 19(6), l-ewwel inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“– is-servizzi ta’ hawn fuq għandhom x’jaqsmu mal-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, l-istrumenti tas-swieq tal-flus, il-kambjali jew għamliet oħra ta’ dejn issekurizzat (bl-esklużjoni ta’ dawk il-kambjali jew dejn issekurizzat li fihom tiġi mdeffsa derivattiva), l-UCITS u strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi. Is-suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq irregolat jekk jikkonforma mal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti taħt it-Titolu III. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista ta’ dawn is-swieq li jridu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti. Din il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament,”
|
|
|
|
|
|
Emenda 135
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 k (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 19 – paragrafu 10 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3k) Fl-Artikolu 19(10), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
|
"10. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni meħtieġa tal-investituri, l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 35 sa 39 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 136
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 l (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 21 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3l) Fl-Artikolu 21(6), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"6. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni meħtieġa tal-investituri, l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 44 sa 46 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 137
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 m (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3m) Fl-Artikolu 22(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni meħtieġa tal-investituri, l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 31 sa 46 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 138
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 n (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3n) Fl-Artikolu 23(3) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lid-ditti tal-investiment li jaħtru aġenti marbuta għandhom jibagħtu lista aġġornata b’mod sistematiku tal-aġenti kollha marbutin lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. L-Awtorità Ewropea għandha tistabbilixxi reġistru pubbliku tal-aġenti marbuta kollha fl-Unjoni, li għandu jiġi aġġornat u ppubblikat fl-Internet għal konsultazzjoni bla ħlas."
|
|
|
|
|
|
Emenda 139
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 o (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3o) Fl-Artikolu 23(3), il-ħames subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"Għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun ippubblikat fuq l-Internet u jkun disponibbli għall-konsultazzjoni.
|
|
|
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tistabbilixxi lista tal-aġenti marbuta maħtura kollha tad-ditti tal-investiment fl-Unjoni. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tippubblika dik il-lista fil-websajt tagħha u għandha żżommha aġġornata."
|
|
|
|
|
|
Emenda 140
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 p (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 24 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3p) Fl-Artikolu 24(5), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"5. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 3 u 4 fid-dawl tal-prattika tinbidel tas-suq u sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma effettiva tas-suq waħdieni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiddefinixxi:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 141
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 q (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 24 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3q) Fl-Artikolu 24(5), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 142
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 r (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 25 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3r) L-Artikolu 25(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/6/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar il-kummerċ minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-suq, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-miżuri approprjati jkunu f’posthom sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u f’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 143
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 s (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 25 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3s) L-Artikolu 25(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment iżommu għad-dispożizzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u tal-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, l-informazzjoni relevanti li jkollha x’taqsam mat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, sewwa akkont tagħhom infushom u sewwa f’isem klijent. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistrazzjonijiet għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħieġ skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 144
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 t (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 25 – paragrafu 7
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3u) L-Artikolu 25(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"7. Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri tal-protezzjoni tal-integrità tas-suq jiġu mmodifikati sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiddefinixxi l-metodi u l-arranġamenti sabiex jirrappurtaw it-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-għamla u l-kontenut ta’ dawn ir-rapporti u l-kriterji sabiex jiddefinixxu s-suq relevanti skont il-paragrafu 3.
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 145
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 u (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 27 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3v) L-Artikolu 27(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. L-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif iddefinita fl-Artikolu 25 għal kull sehem għandha tistabbilixxi għall-inqas kull sena, fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku tal-ordnijiet imwettqa fis-suq rigward dan is-sehem, il-klassi tal-ishma li għalih jappartjieni. Dan it-tagħrif għandu jintgħamel pubbliku lill-parteċipanti kollha tas-suq u jiġi trażmess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-websajt tagħha."
|
|
|
|
|
|
Emenda 146
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 v (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3w) Fl-Artikolu 27(7), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli 21 sa 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 147
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 w (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 28 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3x) Fl-Artikolu 28(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 27 sa 30 u 32 sa 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 148
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 x (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3y) Fl-Artikolu 29(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 17 sa 20, 29 sa 30 u 32 sa 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 149
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 y (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3z) Fl-Artikolu 30(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 27 sa 30 u 32 sa 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 150
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 3 z (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3aa) Fl-Artikolu 31(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Fil-każijiet meta ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-ditta tal-investiment għandha tikkomunika, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitatur u fi żmien raġjonevoli, l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta tal-investiment ikun beħsiebha tuża f’dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitatur jista’ jagħmel dan it-tagħrif pubbliku u għandu jittrażmetti dan it-tagħrif lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 151
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 4
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 31 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
7. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din l-Artikolu u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligi li l-informazzjoni tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2 u 4 u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 6, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
7. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din l-Artikolu u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligi li l-informazzjoni tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2 u 4 u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 6, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
|
|
|
|
|
Emenda 152
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 32 – paragrafu 10 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
10. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din l-Artikolu u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni fir-rigward tal-obbligi li l-informazzjoni tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2 u 4 u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni skont il-paragrafi 3, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
10. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ din l-Artikolu u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni fir-rigward tal-obbligi li l-informazzjoni tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2 u 4 u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni skont il-paragrafi 3, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
|
|
|
|
|
Emenda 153
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 36 – paragrafu 5 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5a) Fl-Artikolu 36, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"5a. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiġi nnotifikata b’kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 154
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 b (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 39 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5b) Fl-Artikolu 39, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"1a. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-punt (d). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [AETS].”
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
L-applikazzjoni uniformi tal-Mifid sabiex tiżviluppa kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd għandha tiġi ffaċilitata permezz tal-abbozz tal-istandards tekniċi mill-AETS. |
Emenda 155
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 c (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 40 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5c) Fl-Artikolu 40(6), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"6. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 156
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 d (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 40 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5d) Fl-Artikolu 40(6), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 157
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 e (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 41 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5e) L-Artikolu 41(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Awtorità kompetenti li titlob li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument finanzjarju mill-kummerċ f’suq irregolat jew iktar għandha tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha u tgħarraf lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Għajr meta jkunu jistgħu jikkawżaw ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitolbu li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ dan l-istrument finanzjarju mill-kummerċ fis-swieq irregolati u l-MTFs li joperaw taħt l-awtorità tagħhom.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 158
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 f (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 42 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5f) Fl-Artikolu 42(6), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Is-suq irregolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tiegħu u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq l-Istat Membru li fih ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post għandha tikkomunika, fi żmien xahar, din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq irregolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 159
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 g (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 42 – paragrafu 7 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5g) Fl-Artikolu 42, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"7a. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament .../.... [AETS]."
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
L-applikazzjoni uniformi tal-Mifid sabiex tiżviluppa kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd għandha tiġi ffaċilitata permezz tal-abbozz tal-istandards tekniċi mill-AETS. |
Emenda 160
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 h (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5h) Fl-Artikolu 44(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 17 sa 20, 29 sa 30 u 32 sa 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 161
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 5 i (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 45 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(5i) Fl-Artikolu 45(3), il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jiġi pprovvdut il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji, sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafi minn 1 sa 2 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll tal-Artikoli minn 27 sa 30 u 32 sa 34 tar-Regolament tal-Kummissjoni 2006/1287/KE. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a, u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 162
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 7 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 51 – paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(7a) Fl-Artikolu 51, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2a. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq dwar il-miżuri jew is-sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2."
|
|
|
|
|
|
Emenda 163
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 8 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 54 – paragrafu 5 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8a) Fl-Artikolu 54, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"5a. Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali jew milli jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. L-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali, li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li qabel kienu impjegati mal-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni."
|
|
|
|
|
|
Emenda 164
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 8 b (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 56 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8b) L-Artikolu 56(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kull meta meħtieġ bl-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva sewwa jekk iddikjarati f’din id-Direttiva jew fil-liġijiet nazzjonali u sewwa jekk le.
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u jikkoperaw f’kull investigazzjoni jew attivitajiet tas-sorveljanza.
|
|
|
Sabiex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-kopeazzjoni, u b’mod iktar partikolari għall-iskambju tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħdiena bħala punt ta’ kuntatt għall-għan ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jiġu nnominati sabiex jirċievu talbiet għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-koperazzjoni skont dan il-paragrafu.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 165
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 8 c (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 56 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8c) L-Artikolu 56(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor, imwettqa minn entitajiet mhux bla ħsara għas-sorveljanza tagħha, għandha tinnotifika dan f’manjiera speċifika kemm jista’ jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. L-awtorità tal-aħħar għandha tieħu l-azzjoni approprjata. Għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti notifikatur u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn u sakemm possibbli, bl-iżviluppi sinifikanti interim. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-tagħrif.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 166
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 8 d (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 56 – paragrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8d) L-Artikolu 56(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"5. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 64, 64a u 64b, tiddefinixxi l-modalitajiet għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u jistabbilixxu l-kriterji li fuqhom jistgħu jiġu kkunsidrati l-operati ta’ suq irregolat fi Stat Membru ospitatur bħala ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f’dan l-Istat Membru ospitatur [...]."
|
|
|
|
|
|
Emenda 167
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 8 e (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 56 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(8e) Fl-Artikolu 56(5), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 168
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 9
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 56 – paragrafu 6
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
6. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2 l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni marbuta mal-obbligi li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw skont il-paragrafu 1 u għal kontenut tal-ftehimiet tal-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
6. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2 l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni marbuta mal-obbligi li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw skont il-paragrafu 1 u għal kontenut tal-ftehimiet tal-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [AETS].
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura għall-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
|
|
|
|
|
|
Emenda 169
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 10 – punt a
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 57 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(a) It-test eżistenti għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 1.
|
(a) Fl-Artikolu 57, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jew awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ titlob il-koperazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attività tas-sorveljanza jew ta’ verifika fuq il-post jew f’investigazzjoni. Fil-każ tad-ditti tal-investiment li jkunu membri remoti ta’ suq irregolat, l-awtorità kompetenti tas-suq irregolat tista’ tagħżel li tindirizzahom direttament, f’liema każ għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post bil-membru remot kif jixraq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 170
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 10 – punt b
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
2. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.
|
2. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.
|
|
|
|
|
|
Emenda 171
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 11 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 58 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-a) Fl-Artikolu 58, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"1a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lil awtoritajiet kompetenti oħra l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha biex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 172
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 11 – punt a
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 58 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligu għall-iskamju tal-informazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
4. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tistabbilixxi proċeduri komuni għall-iskambju tal-informazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ formoli jew mudelli standard.
|
|
|
|
|
|
Emenda 173
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 11 a (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 59 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(11a) Fl-Artikolu 59, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Fil-każ ta’ dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kif jixraq, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista’ jkun.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 174
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 12
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 60 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligu li jiġu kkonsultati awtoritajiet kompetenti oħra qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-obbligu li jiġu kkonsultati awtoritajiet kompetenti oħra qabel l-għoti ta' awtorizzazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' formoli jew mudelli standard.
|
|
|
|
|
|
Emenda 175
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 14 a (ġdid) – test introduttorju u punt a
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 64 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(14a) L-Artikolu 64 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
|
(a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4, l-Artikolu 10b(1), l-Artikolu 13(10), l-Artikoli 15, 18, 19, 21, 22, 24, 25, 27, 28, 29, 30, 40, 44, 45 u l-Artikolu 56(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 176
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 14 a (ġdid) – punt b
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 64 – paragrafi 2 a u 2 b (ġodda)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(b) Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
|
|
|
"2a. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
|
2b. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 64a u 64b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 177
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 14 a (ġdid) – punt c
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 64 – paragrafu 2a
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(c) Il-paragrafu 2a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2c. L-ebda att delegat li jkun appruvat ma jista’ jbiddel id-dispożizzjonijiet essenzjali tad-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 178
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 14 a (ġdid) – punt d
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 64 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(d) Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.
|
|
|
|
|
|
Emenda 179
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 14 b (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 64 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(14b) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 64:
|
|
|
"Artikolu 64a
|
|
|
Revoka tad-delega
|
|
|
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2 u 4, l-Artikolu 10b(1), l-Artikolu 13(10), l-Artikoli 15, 18, 19, 21, 22, 24, 25, 27, 28, 29, 30, 40, 44, 45 u l-Artikolu 56(2) tista’ tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
|
|
|
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tħabrek biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni.
|
|
|
3. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 180
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 6 – punt 14 c (ġdid)
Direttiva 2004/39/KE
Artikolu 64 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(14c) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 64a:
|
|
|
“L-Artikolu 64b
|
|
|
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
|
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
|
|
|
2. Jekk, ladarba jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. Jekk il-Parlament Ewropew joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ.
|
|
|
3. Sabiex titħaffef l-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, skont proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni fi stadju bikri u f’każijiet ġustifikati, li jnaqqsu l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, wara talba tal-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 181
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta atti delegati u miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-definizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 182
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu stipulati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 183
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 b (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1b) Fl-Artikolu 2(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 184
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 c (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1c) Fl-Artikolu 4(2), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
|
|
"(aa) żvelar pajjiż b’pajjiż tal-kontijiet annwali;"
|
|
|
|
|
|
Emenda 185
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 d (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 4 – paragrafu 6
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1d) L-Artikolu 4(6) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"6. [...] sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha b’mod partikolari tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-mod kif rapport finanzjarju annwali pubblikat, inkluż ir-rapport tal-verifika, għandu jibqa’ disponibbli għall-pubbliku. Fejn xieraq, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tista’ tadatta wkoll il-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament .../.... [AETS]."
|
|
|
|
|
|
Emenda 186
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 e (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1e) Fl-Artikolu 5(6), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"6. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta atti delegati sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 187
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 f (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1f) Fl-Artikolu 5(6), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) [...] għandhom jiġu stipulati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 188
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 g (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1g) Fl-Artikolu 5(6), ir-raba' subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll il-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ att delegat skont l-Artikoli 27, 27a u 27b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 189
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 h (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 4 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1h) Fl-Artikolu 5(6), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 190
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 i (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1i) Fl-Artikolu 9(7), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 191
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 j (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1j) Fl-Artikolu 9(7), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"Il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll it-tul massimu taċ-"ċiklu qasir ta' ħlas" imsemmi fil-paragrafu 4, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta' kontroll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini permezz ta'atti delegati skont l- Artikoli 27, 27a u 27b."
|
|
|
|
|
|
Emenda 192
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt -1 k (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 4 (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1k) Fl-Artikolu 9(7), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 193
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 1 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 12 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-a) Fil-paragrafu 8, il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
|
|
"8. Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 194
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 1 – punt a a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 12 – paragrafu 8 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(aa) Fil-paragrafu 8, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 195
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 1 – punt b
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 12 – paragrafu 8 a (ġdid) – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
9. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi ħalli tistabbilixxi formola standard armonizzata li għandha tintuża meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).
|
9. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ħalli tistabbilixxi formola standard li għandha tintuża meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).
|
|
|
|
|
|
Emenda 196
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-a) Fl-Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. Din għandha b’mod partikolari tiddetermina:"
|
|
|
|
|
|
Emenda 197
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 – punt a a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(aa) Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu għandu jitħassar.
|
|
|
|
|
|
Emenda 198
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 – punt a b (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(ab) Fl-Artikolu 13(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 199
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 – punt b – paragrafu 1
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid) - subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
3. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi ħalli tistabbilixxi formola standard armonizzata li għandha tintuża meta tiġi nnotifikata informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 jew meta tinħażen informazzjoni skont l-artikolu 19(3).
|
3. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ħalli tistabbilixxi formola standard armonizzata li għandha tintuża meta tiġi nnotifikata informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 jew meta tinħażen informazzjoni skont l-artikolu 19(3).
|
|
|
|
|
|
Emenda 200
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 14 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 201
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 17 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2b) L-Artikolu 17(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3. Din għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħhom azzjonista jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji tiegħu provduti fil-paragrafu 2(c).
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 202
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 c (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 18 – paragrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2c) L-Artikolu 18(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 4. Din għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha d-detentur ta’ titolu ta’ debitu jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(c).
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 203
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 d (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 19 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2d) L-Artikolu 19(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3 [...].
|
|
|
Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika l-proċedura skont l-emittent, id-detentur ta' ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni ma' l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini taħt il-paragrafi 1 jew 3, rispettivament, sabiex:
|
|
|
(a) ikunu jistgħu jagħmlu l-preżentata permezz ta' mezzi elettroniċi fl-Istat Membru tal-oriġini;
|
|
|
(b) tikkoordina l-preżentata tar-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva mal-preżentata tal-informazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 204
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 e (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2e) L-Artikolu 21(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3.
|
|
|
Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tispeċifika:
|
|
|
(a) standards minimi għat-tixrid ta’ informazzjoni regolata, kif imsemmi fil-paragrafu 1;
|
|
|
(b) standards minimi għall-mekkaniżmu ta’ ħażna ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu 2.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika u taġġorna wkoll lista ta’ mezzi għat-tixrid ta’ informazzjoni lill-pubbliku.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 205
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 f (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2f) Fl-Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida xierqa u josservaw il-linji gwida tal-AETS bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-pubbliku għal informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE u din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 206
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 g (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 22 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2g) L-Artikolu 22(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi, b’mod regolari, ir-riżultati miksuba u tista’, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tiffaċilita l-konformità mal-Artikoli 19 u 21.
|
|
|
|
|
|
Emenda 207
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 h (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2h) Fl-Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"1. Fejn l-uffiċċju rreġistrat tal-emittent jkun f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-oriġini, billi tosserva l-linji gwida tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, tista’ teżenta lill-emittent minn rekwiżiti skont l-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikoli 12(6), 14, 15 u 16 sa 18, kemm-il darba l-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti jew sakemm dan l-emittent jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ pajjiż terz li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-oriġini tikkunsidra bħala ekwivalenti.
|
|
|
F’dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bl-eżenzjoni mogħtija.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 208
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 i (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2i) L-Artikolu 23(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri:
|
|
|
(i) li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment tal-ekwivalenza tal-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji, meħtieġa skont il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż terz;
|
|
|
(ii) li jistabbilixxu li, skont il-liġi, r-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skont il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti f'din id-Direttiva.
|
|
|
Fil-kuntest tal-punt (ii) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-istandards relevanti għal dawk li joħorġu t-titoli minn iktar minn pajjiż wieħed.
|
|
|
[...]
|
|
|
Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza tal-istandards tal-kontabilità li huma użati minn emittenti ta’ pajjiż terz taħt il-kondizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3) mhux aktar tard minn ħames snin mid-data msemmija fl-Artikolu 31. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards tal-kontabilità ta' pajjiż terz mhumiex ekwivalenti, tista' tippermetti lill-emittenti konċernati sabiex ikomplu jużaw dawn l-istandards tal-kontabilità matul perjodu transitorju xieraq.
|
|
|
Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha wkoll, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ standards ta’ responsabbiltà relevanti għal dawk li joħorġu t-titoli minn iktar minn pajjiż wieħed.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 209
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 j (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2j) L-Artikolu 23(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"5. Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri li jiddefinixxu t-tip ta’ informazzjoni żvelata f’pajjiż terz li hija ta’ importanza għall-pubbliku fl-Unjoni.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 210
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 k (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 7
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2k) L-Artikolu 23(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"7. Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq fis-finanzjarji u sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw li, permezz tal-liġi, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu, pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti ta’ indipendenza previsti taħt din id-Direttiva u l-atti delegati adottati skont din id-Direttiva.
|
|
|
Il-Kummissjoni għandha wkoll, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tistipula miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.
|
|
|
[...]
|
|
|
L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 211
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2l (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2l) Fl-Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"1. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bħala l-awtorità amministrattiva kompetenti ċentrali responsabbli għat-twettiq tar-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva huma applikati. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont dan.”
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
Emenda 212
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 m (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 24 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2m) L-Artikolu 24(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kwalunkwe arranġament magħmul fir-rigward ta' delega ta' kompiti, inklużi l-kundizzjonijiet preċiżi li jirregolaw id-delega."
|
|
|
|
|
|
Emenda 213
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 2 n (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 25 – paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2n) Fl-Artikolu 25, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq meta jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha sabiex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva b'inizjattiva tagħhom stess jew wara talba tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq."
|
|
|
|
|
|
Emenda 214
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 25 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3a) L-Artikolu 25(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. L-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdi għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi ta’ pajjiżi terzi li għandhom is-setgħa permezz tal-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom li jaqdu kwalunkwe dmir mogħti b’din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 24. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq meta jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal garanziji ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għallinqas għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intiż għat-twettiq ta’ xogħol ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Fejn l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista tiġi komunikata mingħajr il-ftehim espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 215
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 26 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3b) L-Artikolu 26(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, jew minħabba li dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, l-emittent jew id-detentur tat-titoli jibqgħu jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regulatorji relevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, tieħu, skont l-Artikolu 3(2), il-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri. Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom ikunu informati dwar miżuri bħal dawn mill-aktar fis possibbli.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 216
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 c (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Kapitolu VI (wara l-Artikolu 26) – titolu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3c) It-titolu tal-Kapitolu VI għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“ATTI DELEGATI U MIŻURI TAL-IMPLIMENTAZZJONI”
|
|
|
|
|
|
Emenda 217
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 d (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 – paragrafu 2a
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3d) L-Artikolu 27(2a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"2a. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 23(7) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal żmien indeterminat.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 218
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 e (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 – paragrafu 2a a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3e) Fl-Artikolu 27, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2aa. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
|
|
|
|
|
|
Emenda 219
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 f (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 – paragrafu 2a b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3f) Fl-Artikolu 27, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2ab. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 220
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 g (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3g) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
|
|
|
"Artikolu 27a
|
|
|
Revoka tad-delega
|
|
|
1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 23(7) tista’ tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
|
|
|
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tħabrek biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni.
|
|
|
Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 221
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 7 – punt 3 h (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(3h) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 27a:
|
|
|
“Artikolu 27b
|
|
|
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
|
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
|
|
|
2. Jekk, ladarba jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. Jekk il-Parlament Ewropew joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ.
|
|
|
3. Sabiex titħaffef l-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, skont proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni fi stadju bikri u f’każijiet ġustifikati, li jnaqqsu l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, wara talba tal-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 222
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt -1 a (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1a) L-Artikolu 11(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. L-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, lill-ASE u lill-Kummissjoni dwar każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 jew f’sitwazzjonijiet oħra li jissodisfaw il-kriterji tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 40(1)(b).”
|
|
|
|
|
|
Emenda 223
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt -1 b (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1b) L-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-ASE u lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn iqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b). L-ASE għandhom jippubblikaw il-lista tal-pajjiżi ekwivalenti fil-websajts tagħhom."
|
|
|
|
|
|
Emenda 224
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt -1 c (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 28 – paragrafu 7
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1c) L-Artikolu 28(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"7. L-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, lill-ASE u lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn huma jqisu li pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 jew 5.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 225
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt -1 d (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 31 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1d) L-Artikolu 31(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. “L-Istati Membri, l-ASE u l-Kummissjoni għandhom javżaw lil xulxin dwar il-każijiet fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa taħt l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fejn tkun tista’ tittieħed azzjoni koordinata sabiex tinstab soluzzjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 226
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 1
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 31 – paragrafu 3 a (ġdid) – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol jistgħu jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi skont l-Artikoli 42 tar-Regoalment .../..., ir-Regolament .../... u r-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ħalli jiddeterminaw it-tip ta' miżuri addizzjonali msemmija fl-Artikolu 31(3) u l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
|
4. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, jekk ikunu kkonsultati qabel mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu stabbilit fl-Artikolu 41, għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi skont l-Artikoli 42 tar-Regolament .../..., ir-Regolament .../... u r-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ħalli jiddeterminaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmija fl-Artikolu 31(3) u l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
|
|
|
|
|
|
Emenda 227
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 37 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:
|
|
|
"Artikolu 37a
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ASE meta jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-ASE u lil awtoritajiet kompetenti oħra l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha sabiex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 228
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Kapitolu VI – titolu (qabel l-Artikolu 40)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2b) It-titolu tal-Kapitolu VI għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“ATTI DELEGATI”
|
|
|
|
|
|
Emenda 229
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 c (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2c) Fl-Artikolu 40(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"1. Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu u sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-implementazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha [...] tadotta l-miżuri [...] li ġejjin:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 230
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 d (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2d) Fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Il-miżuri [...] għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 41, 41a u 41b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 231
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 e (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2e) Fl-Artikolu 40(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-ASE fil-qafas tal-KKASE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 232
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 f (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2f) Fl-Artikolu 40(3), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Il-miżuri [...] għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 41, 41a u 41b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 233
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 g (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2g) Fl-Artikolu 40(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-ASE fil-qafas tal-KKASE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 234
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 h (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2h) L-Artikolu 40(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“Fejn il-Kummissjoni ssib li pajjiż terz ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(1) jew (2), fl-Artikolu 28(3), (4) jew (5), jew fil-miżuri stabbiliti skont il-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 16(1)(b), jew li l-liġi ta’ dak il-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1), hija għandha tadotta deċiżjoni li tiddikjara dan permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 41, 41a u 41b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 235
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 i (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2i) Fl-Artikolu 40(4), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
“L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-ASE fil-qafas tal-KKASE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 236
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 j (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 41 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2j) Fl-Artikolu 41(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8 tagħha u bil-kundizzjoni li l-miżuri [...] adottati skont din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva."
|
|
|
|
|
|
Emenda 237
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 k (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 41 – paragrafu 2a
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2k) L-Artikolu 41(2a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"2a. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 40 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal żmien indeterminat."
|
|
|
|
|
|
Emenda 238
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 l (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 41 – paragrafi 2 b u 2 c (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2l) Fl-Artikolu 41, għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
|
|
|
"2b. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
|
2c. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 41a u 41b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 239
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 m (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 41 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2m) L-Artikolu 41(3) għandu jitħassar.
|
|
|
|
|
|
Emenda 240
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 n (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 41 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2n) Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:
|
|
|
"Artikolu 41a
|
|
|
Revoka tad-delega
|
|
|
1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 40 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
|
|
|
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tħabrek biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni.
|
|
|
Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 241
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 8 – punt 2 o (ġdid)
Direttiva 2005/60/KE
Artikolu 41 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2o) L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 41a:
|
|
|
"Artikolu 41b
|
|
|
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
|
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
|
|
|
2. Jekk, ladarba jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih. Jekk il-Parlament Ewropew joġġezzjona għal att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ.
|
|
|
3. Sabiex titħaffef l-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu, skont proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni fi stadju bikri u f’każijiet ġustifikati, li jnaqqsu l-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, wara talba tal-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 242
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(-1) L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 sa 12, għandhom jistipolaw ir-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikawhom lill-ABE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 243
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 1
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita bir-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri għal din l-awtorizzazzjoni kif stabbilit f'dan l-Artikoli 7, 8, 10, 11 u 12, għajr għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 11(1).
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita bir-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri għal din l-awtorizzazzjoni kif stabbilit f'dan l-Artikoli 7, 8, 10, 11 u 12, għajr għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 11(1).
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
|
|
|
|
|
Emenda 244
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 2
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 14 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
L-isem ta’ kull istituzzjoni ta' kreditu li tkun ingħatatilha awtorizzazzoni għandu jiddaħħal f’lista. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tippubblika dik l-lista u għandha żżomma aġġornata.
|
L-isem ta’ kull istituzzjoni ta' kreditu li tkun ingħatatilha awtorizzazzjoni għandu jiddaħħal f’lista. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tippubblika dik il-lista fuq il-websajt tagħha u għandha żżommha aġġornata.
|
|
|
|
|
|
Emenda 245
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 17 – punt e a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2a) Fl-Artikolu 17(1) għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
|
"(ea) ksur serju u sistematiku ta’ obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali fir-rigward tal-ABE u l-awtoritajiet kompetenti."
|
|
|
|
|
|
Emenda 246
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 17 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(2b) L-Artikolu 17(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Għandhom jingħataw raġunijiet għal kull irtirar tal-awtorizzazzjoni, u dawk ikkonċernati għandhom ikunu informati dwarhom. Tali rtirar għandu jkun innotifikat lill-ABE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 247
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 3
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 19 – paragrafu 9 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
9. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi għall-lista tal-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni ta' akwiżizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti kif imsemmi fl-Artikolu 19b(1). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
9. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi għall-lista tal-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni ta' akwiżizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti kif imsemmi fl-Artikolu 19b(1). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 248
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 4
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 26 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
5. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 25 u ta’ dan l-Artikolu, u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika permezz ta' mezz elettroniċi, l-Awtorità għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 25 u f'dan l-Artikolu u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
5. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 25 u ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tistabbilixxi proċedura uniformi ta’ notifika u tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 25 u dan l-Artikolu u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 249
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 5
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika permezz ta' mezz elettroniċi, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu u tiġi stabbilita proċedura uniformi tan-notifika permezz ta’ mezz elettroniċi, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tistabbilixxi proċedura uniformi ta’ notifika u tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont l-Artikolu u l-proċess biex tiġi trażmessa din l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi siguri. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 250
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 6 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 36
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6a) L-Artikolu 36 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"Artikolu 36
|
|
|
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bin-numru u t-tipi ta’ każi li fihom ikun hemm ċaħda bis-saħħa tal-Artikoli 25 u 26(1) sa (3) jew li fihom miżuri jkunu ttieħdu bi qbil mal-Artikolu 30(3).”
|
|
|
|
|
|
Emenda 251
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 6 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 38 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6b) L-Artikolu 38(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Kumitat Bankarju Ewropew bl-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija għal fergħat lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra l-Unjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 252
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 6 c (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6c) Fl-Artikolu 39(2), għandu jiżdied il-punt ba li ġej:
|
|
|
“(ba) li l-ABE tkun f’pożizzjoni li fir-rigward ta’ awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi tikseb livell ta’ informazzjoni u kooperazzjoni ekwivalenti għal dak miksub fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 253
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 6 d (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 39 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(6d) L-Artikolu 39(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 218(1) u (2) tat-TFUE, il-Kummissjoni u l-ABE għandhom, bl-assistenza tal-Kumitat Bankarju Ewropew, jeżaminaw ir-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta minnhom."
|
|
|
|
|
|
Emenda 254
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 7
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 42 – paragrafu 1 a (ġdid) – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-proċeduri, il-metodi u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li x'aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tiddetermina l-proċeduri, il-metodi u l-formati tar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li x’aktarx jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll sabiex tispeċifika l-informazzjoni inkluża fih. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 255
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 8
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 42a – paragrafu 1 – subparagrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Jekk, sa tmiem il-perjodu ta' erba' xhur, awtorità kompetenti tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], is-superviżur konsolidanti għandu jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta' dak ir-regolament, u għandu jaġixxi f'konformità ma' dik id-deċiżjoni. Il-perjodu ta' xahrejn għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
Jekk, sa tmiem il-perjodu ta’ xahrejn, wara l-wasla ta’ talba skont l-ewwel subparagrafu, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jistennew id-deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista’ tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament, bil-għan li l-kwistjoni tinqata’ b’mod li tkun żgurata l-konformità mal-liġi tal-UE, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni finali tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-Awtorità. Id-deċiżjoni tal-Awtorità ma tistax tissostitwixxi l-ġudizzju prudenzjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. Il-perjodu ta' xahrejn għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi dak il-perjodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
|
|
|
|
Emenda 256
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 10
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 44 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri varji milli jiskambjaw informazzjoni jew jitrażmettu informazzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stipulati fil-paragrafu 1.
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri varji milli jiskambjaw informazzjoni jew jitrażmettu informazzjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u skont ir-Regolament .../...[ABE]. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stipulati fil-paragrafu 1.
|
|
|
|
|
|
Emenda 257
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 11
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 46 – paragrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
L-Istati Membri u l-Awtorità Bankarja Ewropea jistgħu jikkonkludu ftehim ta' kooperazzjoni, li jipprovdu għall-iskambju ta' informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew ma' awtoritajiet jew entitajiet minn pajjiżi terzi kif iddefinit fl-Artikoli 47 u 48(1) biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 44(1).
|
L-Istati Membri u l-Awtorità Bankarja Ewropea, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament .../...[ABE], jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni, li jipprovdu għall-iskambju ta' informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jew ma' awtoritajiet jew entitajiet minn pajjiżi terzi kif iddefinit fl-Artikoli 47 u 48(1) biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 44(1).
|
|
|
|
|
|
Emenda 258
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 11 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 46 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(11a) Fl-Artikolu 46, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-informazzjoni skambjata skont l-ewwel paragrafu m’għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ttrażmettewha u esklussivament għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 259
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 12 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 49 – it-tieni subparagrafu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(aa) Fl-Artikolu 49, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Din it-Taqsima ma tipprevjenix lil dawn l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ABE l-informazzjoni li jista’ jkollhom bżonn għall-finijiet tal-Artikolu 45.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 260
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 12 – punt b
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 49 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
F'sitwazzjoni ta' emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 130(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw informazzjoni lill-banek ċentrali fis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali meta din l-informazzjoni hija relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż t-twettiq ta-politika monetarja u l-proviżjoni tal-likwidità relatata, is-sorveljanza tal-ħlasijiet, is-sistemi tas-saldu tal-ħlasijiet u t-titoli, u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku meta din l-informazzjoni tkun relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħha.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw informazzjoni lill-banek ċentrali fis-sistema Ewropea tal-banek ċentrali meta din l-informazzjoni hija relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutarji tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-provvediment tal-likwidità relatata, is-sorveljanza tal-ħlasijiet, is-sistemi tas-saldu tal-ħlasijiet u t-titoli, u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont ir-Regolament (KE) Nru .../2010 [BERS] meta din l-informazzjoni tkun relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutarji tagħha. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li f’sitwazzjoni ta’ emerġenza jikkomunikaw b’mod awtomatiku l-informazzjoni ta’ dan it-tip kif imsemmi fl-Artikolu 130(1).
|
|
|
|
|
|
Emenda 261
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 13 – punt b
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 63a – paragrafu 6
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
6. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 dan l-Artikolu u l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
6. Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
|
L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha wkoll toħroġ linji gwida fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57.
|
|
|
L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagragu.
|
L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
|
Qabel l-1 ta' Jannar 2014, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tfassal il-linji gwida għall-konverġenza ta’ prattiki superviżorji fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 57(a) u għandha tikkontrolla l-applikazzjoni tagħhom.
|
|
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 tar-Regolament .../.... [ABE]."
|
|
|
|
|
|
Emenda 262
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 14
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 74 – paragrafu 2 – it-tieni subparagrafu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Għall-komunikazzjoni ta' dawn il-kalkoli mill-istituzzjonijiet tal-kreditu, mill-31 ta' Diċembru 2012, l-Awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw formati, frekwenzi, lingwa u dati uniformi tar-rapportar. Sabiex tkun żgurta l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, sal-1 ta' Jannar 2012 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tintroduċi, fil-Komunità formati, frekwenzi, lingwi u dati uniformi għar-rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom jkunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.
|
Għall-komunikazzjoni ta' dawn il-kalkoli mill-istituzzjonijiet tal-kreditu, mill-31 ta' Diċembru 2012, l-Awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw formati, frekwenzi, lingwa tal-IT u dati uniformi tar-rapportar. Għandu jkun hemm il-possibilità li r-rapportar isir bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, sal-1 ta' Jannar 2012 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tintroduċi, fl-Unjoni, formati, frekwenzi, lingwa tal-IT u dati uniformi għar-rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
|
|
|
|
|
Emenda 263
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 15
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 81 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea, b'konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni marbuta mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea, b’konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, għandha tipproponi abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tispeċifika l-metodoloġija tal-valutazzjoni marbuta mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 264
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 16
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan il-paragrafu, l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-applikazzjoni prattika u proċedurali tal-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jużaw l-Approċċ IRB.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan il-paragrafu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-applikazzjoni prattika u proċedurali tal-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jużaw l-Approċċ IRB.
|
|
|
|
|
|
Emenda 265
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 17
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 97 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea, b'konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-valutazzjoni marbuta mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea, b’konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, għandha tipproponi abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tispeċifika l-metodoloġija tal-valutazzjoni marbuta mal-valutazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 266
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 18
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 105 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-applikazzjoni prattika u proċedurali tal-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jużaw l-Advanced Measurement Approaches.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-applikazzjoni prattika u proċedurali tal-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jużaw l-Advanced Measurement Approaches.
|
|
|
|
|
|
Emenda 267
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 19
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 106 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan il-Paragrafu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet fil-punt (c) u (d). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Paragrafu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi sabiex tispeċifika l-eżenzjonijiet fil-punt (c) u (d). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament ../.... [ABE].
|
|
|
|
|
|
Emenda 268
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 20
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 110 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. Mill-31 ta' Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw għar-rappurtar formati, frekwenzi, lingwa u dati uniformi. Sabiex tkun żgurta l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, sal-1 ta' Jannar 2012 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tintroduċi, fil-Komunità formati, frekwenzi, lingwa u dati uniformi għar-rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom jkunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtar għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena. Mill-31 ta' Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw għar-rappurtar formati, frekwenzi, lingwa tal-IT u dati uniformi. Għandu jkun hemm il-possibilità li r-rapportar isir bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, sal-1 ta' Jannar 2012 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tintroduċi fl-Unjoni formati, frekwenzi, lingwa tal-IT u dati uniformi għar-rappurtar. Il-formati tar-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-komplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-kreditu.
|
|
|
|
|
|
Emenda 269
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 20 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 111 – paragrafu 1 – subparagrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(20a) Fl-Artikolu 111(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
"L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx minn EUR 150 miljun u għandhom jinfurmaw lill-ABE u lill-Kummissjoni."
|
|
|
|
|
|
Emenda 270
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 20 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 113 – paragrafu 3 – l-aħħar subparagrafu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(20a) Fl-Artikolu 113(3), l-aħħar subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ABE u lill-Kummissjoni b’kull eżenzjoni mogħtija skont il-punt (s) sabiex ikun żgurat li ma tirriżultax f’tagħwiġ tal-kompetizzjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 271
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 21
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 122a – paragrafu 10 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-miżuri meħuda f'każ ta' nuqqas ta' diliġenza u ta' mmaniġġjar tar-riskju dovuti. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi għall-konverġenza tal-prattiki superviżorji rigward dan l-Artikolu, inklużi l-miżuri meħuda f'każ ta' nuqqas ta' diliġenza u ta' mmaniġġjar tar-riskju dovuti. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 272
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 22
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 124 – paragrafu 5 a (ġdid) – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
6. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u proċedura komuni għall-valutazzjoni tar-riskju. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
6. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u proċedura u metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tar-riskju. Dawn l-istandards għandhom ikunu diversi skont ir-riskju. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 273
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 22 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 126 – paragrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(22a) L-Artikolu 126(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE u lill-Kummissjoni kull ftehima kkonkluża skont il-paragrafu 3.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 274
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 22 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 1 – punt c
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(22b) Fl-Artikolu 129(1), għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
|
(c) l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’koperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti u mal-ABE u, jekk meħtieġ, mal-banek ċentrali u mal-BERS, bi preparazzjoni għal u waqt sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi żviluppi avversi f’istituzzjonijiet ta’ kreditu jew fis-swieq finanzjarji bl-użu, fejn possibbli, ta’ kanali ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti biex tkun faċilitata l-ġestjoni tal-kriżijiet.
|
|
|
|
|
|
Emenda 275
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 22 c (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(22c) Fl-Artikolu 129(1), is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:
|
|
|
“Jekk xi awtorità kompetenti kkonċernata tkun irreferiet kwistjoni li jkun hemm referenza għaliha fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu lill-Awtorità Bankarja Ewropea f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru .../2010 [ABE], dik l-awtorità kompetenti għandha tistenna d-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea.”
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
L-Artikolu 11 tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea jikkonċerna l-applikazzjoni ta' soluzzjoni ta' tilwim fil-każ fejn awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew azzjoni minn awtorità kompetenti oħra, fl-oqsma fejn il-leġiżlazzjoni relevanti titlob "kooperazzjoni, koordinazzjoni jew id-deċiżjonijiet konġunti". Għalhekk l-Artikolu 11 għandu jkun applikabbli f'dawk il-każijiet fejn id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital teħtieġ il-koordinament u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti minħabba li dan huwa wkoll il-każ fl-Artikolu 129(1). |
Emenda 276
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 22 d (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(22d) Fl-Artikolu 129(1), is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara s-subparagrafu 1a:
|
|
|
“Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi u linji gwida sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-proċess ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 22, 123 u 124.”
|
|
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni |
Sabiex is-superviżuri jiġu ggwidati dwar kif għandhom isiru l-kooperazzoni u l-koordinazzjoni fl-oqsma koperti bl-Artikoli 22, 123 u 124, l-Awtorità Bankarja Eworpea għandha tiżviluppa standards tekniċi. Tali standards jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost is-superviżuri. |
Emenda 277
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 23 – subparagrafu 2
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 2 – subparagrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Jekk, sa tmiem il-perjodu ta' sitt xhur, awtorità kompetenti tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], is-superviżur konsolidanti għandu jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta' dak ir-regolament, u għandu jaġixxi f'konformità ma' dik id-deċiżjoni. Il-perjodu ta' sitt xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira tar-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
Jekk, sa tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], is-superviżur konsolidanti għandu jiddeferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista’ tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-regolament biex jirrimedja l-kwistjoni skont il-liġi tal-Unjoni, u għandu jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-Awtorità. Il-perjodu ta' sitt xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira tar-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
|
|
|
|
Emenda 278
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 24 – punt b
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Fin-nuqqas ta' din id-deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u l-Artikolu 136(2) abbażi kkonsolidata mis-superviżur konsolidanti wara li jqis kif xieraq il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjaraji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti relevanti. Jekk, sa tmiem il-perjodu ta' erba' xhur, awtorità kompetenti tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], is-superviżur konsolidanti għandu jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta' dak ir-regolament, u għandu jaġixxi f'konformità ma' dik id-deċiżjoni. Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira tar-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
Fin-nuqqas ta' din id-deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u l-Artikolu 136(2) abbażi kkonsolidata mis-superviżur konsolidanti wara li jqis kif xieraq il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti relevanti. Jekk, sa tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], is-superviżur konsolidanti għandu jiddeferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista’ tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-regolament biex jirrimedja l-kwistjoni skont il-liġi tal-Unjoni, u għandu jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-Awtorità. Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira tar-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
|
|
|
|
Emenda 279
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 24 – punt c
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 5
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u tal-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istitizzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE jew ta' kumpanija finanzjarja holding prinċipali fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet u r-riżervi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, sa tmiem il-perjodu ta' erba' xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta' dak ir-regolament, u għandhom jaġixxu f'konformità ma' dik id-deċiżjoni. Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u tal-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE jew ta' kumpanija finanzjarja holding prinċipali fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara li jitqiesu kif xieraq l-opinjonijiet u r-riżervi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, sa tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur, xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-Awtorità Bankarja Ewropea skont l-Artikolu 11 tar-Regolament.../... [ABE], l-awtorità kompetenti għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-Awtorità Bankarja Ewropea tista’ tieħu skont l-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-regolament biex tirrimedja l-kwistjoni skont il-liġi tal-Unjoni, u għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-Awtorità. Skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni, id-deċiżjoni tal-Awtorità ma għandhiex tieħu post il-ġudizzju prudenzjali addizzjonali tas-superviżur konsolidanti. Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-Awtorità wara li jgħaddi l-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
|
|
|
|
Emenda 280
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 24 – punt d
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 7
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Meta tkun ġiet ikkonsultata l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu l-parir tagħha u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnu.
|
Meta tkun ġiet ikkonsultata l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu l-parir tagħha u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni prudenzjali addizzjonali sinifikanti minnu.
|
|
|
|
|
|
Emenda 281
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 24 – punt e
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafu 10
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmi f'dan il-paragrafu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 132(2) u bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmi f'dan il-paragrafu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 123, 124 u 132(2) u bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmi ft-għaxar subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 7 tar-Regolament ../.... [ABE]
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmija fl-għaxar subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 tar-Regolament ../.... [ABE]
|
|
|
|
|
|
Emenda 282
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 25 – subparagrafu 1
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 130 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe Stati Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur konsolidanti għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha essenzjali sabiex iwettqu xogħolhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 25 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).
|
Meta tinħoloq sitwazzjoni potenzjali jew attwali ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fis-swieq finanzjarji jew fl-ekonomija reali, li potenzjalment tqiegħed fil-periklu l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta’ kwalunkwe Stati Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, is-superviżur konsolidanti għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1, iwissi, mill-aktar fis prattikabbli, lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u awtoritajiet oħrajn imsemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49 u fl-Artikolu 50, u għandu jikkomunika l-informazzjoni kollha essenzjali sabiex iwettqu xogħolhom. Dawn l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha skont l-Artikoli 125 u 126 u għall-awtorità kompetenti identifikata fl-Artikolu 129(1).
|
|
|
|
|
|
Emenda 283
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 27 – punt a
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 131 a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 42a(3), l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi għall-funzjonijiet operattivi tal-kulleġġi, inkluż b'rabta mal-Artikolu 42a(3). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 42a(3), l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi għall-funzjonijiet operattivi tal-kulleġġi, inkluż b'rabta mal-Artikolu 42a(3). L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 284
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 27 – punt b – frażi introduttorja
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 131 a – paragrafu 2 – is-seba’ subparagrafu
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
(b) Is-seba' subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:
|
(b) Is-sitt subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
|
|
|
Emenda 285
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 27 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 132 – paragrafu 1 – subparagrafi 1 a u 1 b (ġodda)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(27a) Fl-Artikolu 132(1), is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-ewwel subparagrafu:
|
|
|
“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE meta jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
|
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr ebda dewmien, jipprovdu lill-ABE u lil awtoritajiet kompetenti oħra l-informazzjoni relevanti u neċessarja kollha sabiex jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 286
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 27 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 140 – paragrafu 3
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(27b) Fl-Artikolu 140, it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"3. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandhom jistabbilixxu listi ta’ kumpanniji ta’ propjetà finanzjarja li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 71(2). Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 287
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 28 – punt b
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 143 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
L-awtorità kompetenti li twettaq il-verifika msemmija fl-subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe linji gwida bħal dawn. Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Awtorità Bankarja Ewropea qabel ma tieħu deċiżjoni.
|
L-awtorità kompetenti li twettaq il-verifika msemmija fis-subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe linji gwida bħal dawn. Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Awtorità Bankarja Ewropea qabel ma tieħu deċiżjoni u tiddeċiedi f'konformità.
|
|
|
|
|
|
Emenda 288
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 28 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 143 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(28a) Fl-Artikolu 143(3), ir-raba’ subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“It-tekniki ta’ superviżjoni għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tas-superviżjoni kkonsolidata kif iddefinita f’dan il-Kapitolu u għandhom ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti involuti l-oħrajn, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 289
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 29
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 144 – paragrafu 1 a (ġdid) – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekiniċi sabiex tiddetermina l-aspetti ewlenin li fuqhom għandha tiġi żvelata dejta statistika aggregata u l-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u l-pubblikazzjoni annwali tal-iżvelar previsti f'dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti u l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi sabiex tiddetermina l-aspetti ewlenin li fuqhom għandha tiġi żvelata dejta statistika aggregata u l-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u l-pubblikazzjoni annwali tal-iżvelar previsti f'dan l-Artikolu. L-Awtorità għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.
|
|
|
|
|
|
Emenda 290
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 29 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Titolu VI (qabel l-Artikolu 150)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(29a) It-Titolu VI qabel l-Artikolu 150 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
“ATTI DELEGATI U SETGĦAT TA’ EŻEKUZZJONI”
|
|
|
|
|
|
Emenda 291
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 29 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 150 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(29b) Fl-Artikolu 150(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
1. Mingħajr preġudizzju, fir-rigward tal-fondi proprji, għall-proposta li l-Kummissjoni għandha tissottometti skont l-Artikolu 62, l-aġġustamenti tekniċi [...] għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti delegati skont [...] l-Artikoli 151, 151a, u 151 b:
|
|
|
|
|
|
Emenda 292
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 150 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30a) Fl-Artikolu 150(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
"L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-ABE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 293
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 150 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30b) Fl-Artikolu 150(2), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Il-Kummissjoni tista’ tadotta [...] l-miżuri li ġejjin:”
|
|
|
|
|
|
Emenda 294
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 c (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 150 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30c) Fl-Artikolu 150(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
|
“Dawn il-miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta’ atti delegati skont [...] l-Artikoli 151, 151a, 151 b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 295
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 d (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 150 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30d) Fl-Artikolu 150(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
|
|
|
"L-abbozzi tal-atti delegati għandhom jitfasslu mill-ABE.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 296
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 e (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 151 – paragrafu 2
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30e) L-Artikolu 151(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
|
"2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 150 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal żmien indeterminat."
|
|
|
|
|
|
Emenda 297
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 f (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 151 – paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30f) Fl-Artikolu 151, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2a. Wara li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah mill-aktar fis simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 298
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 g (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 151 – paragrafu 2 b (ġdid)
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni
|
Emenda
|
|
|
(30g) Fl-Artikolu 151, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
|
|
|
"2b. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 151a u 151b.”
|
|
|
|
|
|
Emenda 299
Proposta għal direttiva – att li emenda
Artikolu 9 – punt 30 h (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 151 – paragrafu 3
|
|