RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

19.5.2010 - (COM(2009)0610 – C7‑0263/2009 – 2009/0169(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Lena Ek


Proċedura : 2009/0169(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0164/2010

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

(COM(2009)0610 – C7‑0263/2009 – 2009/0169(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0610),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0263/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 185 u 188(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0164/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

DEĊIŻJONI 2010/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Konġunt ta’ Riċerka u Żvilupp tal-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 185 u 188 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],

Billi:

(1)    Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) [5] (‘is-Seba’ Programm Kwadru’) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi ta’ riċerka u ta’ żvilupp li impenjaw ruħhom fihom diversi Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta’ dawk il-programmi, skont it-tifsira tal-Artikolu 185 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 971/2006/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku ''Kooperazzjoni'' li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) [6] li tinkoraġġixxi approċċ transtematiku lejn suġġetti ta’ riċerka rilevanti għal wieħed jew aktar mit-temi tas-Seba’ Programm Kwadru, u f’dan il-kuntest identifikat inizjattiva tal-Artikolu 169 (Trattat KE) fil-qasam tar-riċerka Konġunta tal-Baħar Baltiku bħala waħda mill-oqsma addattati għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi ta’ riċerka nazzjonali implimentati b’mod konġunt.

(3)    L-ekosistema tal-Baħar Baltiku, baħar intern Ewropew semi-magħluq, hija waħda mill-akbar korpi tal-ilma salmastru u ġie effettwat serjament minn diversi impatti naturali u kkawżati mill-bniedem, bħat-tniġġis minn aġenti kimiċi mormija, pereżempju gassijiet tal-gwerra ġejjin mit-Tieni Gwerra Dinjija u minn kompożizzjonijiet ta’ metalli tqal, sustanzi organiċi, materjal radjuattiv, u tixrid ta’ żejt tat-tisħin u pitrolju. L-iżvilupp tal-agrikoltura fil-baċin idrografiku tal- Baħar Baltiku wkoll ikkawża dħul eċċessiv ta’ fertilizzanti u materjal organiku li jwassal għal ewtrofikazzjoni avvanzata, u l-introduzzjoni ta’ organiżmi aljeni mhux endemiċi fl-ambjent. L-isfruttar mhux sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut u t-tibdil tal-klima qed joħolqu t-telf tal-bijodiversità oriġinali. Dawn il-fatturi, kif ukoll l-attività tal-bniedem dejjem għaddejja, inklużi proġetti ta' infrastruttura direttament mal-kosta jew fil-viċinanzi immedjati tagħha u fil-baċin idrografiku tal-Baħar Baltiku, kif ukoll turiżmu ekoloġikament insostenibbli, qed iħassru l-ambjent naturali. Dan kollu qed inaqqas serjament il-kapaċità tal-Baħar Baltiku li jipprovdi b’mod sostenibbli l-prodotti u s-servizzi li fuqhom jiddependi l-bniedem direttament u indirettament għal benefiċċji soċjali, kulturali u ekonomiċi.

(4)    Il-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2007 enfasizza t-tħassib dwar l-istat tal-ambjent fil-Baħar Baltiku, kif rifless fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku. Barra minn hekk, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal inizjattiva tal-Artikolu 169 (Trattat KE) għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

(5)    Ix-xjenza għandha tikkontribwixxi biex tindirizza dawn l-isfidi u ssib soluzzjonijiet għall-problemi ambjentali urġenti fil-Baħar Baltiku. Madankollu, is-serjetà tas-sitwazzjoni preżenti teħtieġ avvanz kwalitattiv u kwantitattiv tar-riċerka kurrenti fir-reġjun Baltiku permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ approċċ integrat bis-sħiħ fejn il-programmi ta’ riċerka rilevanti tal-Istati ġirien jistgħu jiġu simplifikati u ffukati sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet kumplessi u urġenti b’mod koordinat, effiċjenti u effettiv.

(6)    Fil-preżent, numru ta’ programmi jew attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li huma impenjati fihom l-Istati Membri individwalment f’livell nazzjonali għas-sostenn tar-riċerka u l-iżvilupp fir-reġjun tal-Baħar Baltiku mhumiex ikkoordinati biżżejjed f’livell Ewropew sabiex tinkiseb il-massa kritika meħtieġa fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp strateġiku.

(7)    Barra minn hekk, l-istrutturi tar-riċerka speċifiċi għas-settur eżistenti, li ġew żviluppati permezz ta’ storja twila ta’ politika nazzjonali, għandhom għeruq fondi fis-sistemi ta’ governanza nazzjonali u jostakolaw l-iżvilupp u l-finanzjament tar-riċerka ambjentali multidixxiplinari, interdixxiplinari u transdixxiplinari meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-Baħar Baltiku.

(8)    Filwaqt li hemm tradizzjoni twila ta’ kooperazzjoni fir-riċerka tal-Baħar Baltiku kemm fi ħdan kif ukoll 'il barra miż-żona tal-Baħar Baltiku, l-isforzi kollaborattivi s’issa kienu nieqsa minn riżorsi finanzjarji xierqa għall-isfruttament ottimali tal-potenzjal tar-riċerka minħabba s-sitwazzjoni ekonomika u ta’ żvilupp mhux ugwali fil-pajjiżi kif ukoll aġendi ta’ riċerka, temi ta’ riċerka u prijoritajiet nazzjonali li jvarjaw ħafna. ▌

(9)    Il-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2007-2008 tal-11 ta’ Ġunju 2007 għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku ''Kooperazzjoni'', ipprovdiet appoġġ finanzjajru lill-BONUS ERA-NET u ERA-NET PLUS fil-qasam tar-riċerka ambjentali tal-Baħar Baltiku sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji li jiffinanzjaw ir-riċerka ambjentali fir-reġjun Baltiku u tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn programm ta’ riċerka u żvilupp konġunt fil-Baħar Baltiku li għandu jiġi implimentat fuq il-bażi tal-Artikolu 169 tat-Trattat KE.

(9a)  Kollox ma’ kollox, il-BONUS ERA-NET u l-ERA-NET PLUS ħadmu tajjeb u għalhekk hu importanti li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ sforzi fir-riċerka sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali urġenti.

(10)  Konformi mal-approċċ tas-Seba’ Programm Kwadru u kif rikonoxxut fil-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati li twettqu matul BONUS ERA-NET, fir-reġjun Baltiku hemm bżonn ta’ programmi ta’ riċerka bbażati fuq il-politika.

(11)  Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja ("Stati Parteċipanti ") ftehmu li jimpenjaw ruħhom b’mod konġunt fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku BONUS ("BONUS"). BONUS għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp xjentifiku u l-innovazzjoni billi jipprovdi l-kwadru legali u organizzattiv neċessarju għal kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-istati tal-Baħar Baltiku fuq ir-riċerka ambjentali fir-reġjun tal-Baħar Baltiku.

(12)  Filwaqt li tiffoka l-aktar fuq ir-riċerka ambjentali, l-inizjattiva BONUS tmiss numru ta’ programmi ta’ riċerka tal-Unjoni rilevanti fuq firxa ta’ attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatti akkumulattivi fuq l-ekosistema bħas-sajd, l-akkwakultura, l-agrikoltura, l-infrastruttura (fosthom fil-qasam tal-enerġija), it-trasport, it-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi kif ukoll kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi. Din l-inizjattiva hija ta’ rilevanza konsiderevoli għal numru ta’ politiki u Direttivi tal-Unjoni inkluża d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)[7], l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Agrikola Komuni, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma [8] u impenji internazzjonali tal-UE bħall-Pjan ta’ Azzjoni għall-Baħar Baltiku HELCOM. Bħala riżultat, diversi oqsma oħra tal-Politika tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw minn BONUS.

(13)  Sabiex jiżdied l-impatt ta’ BONUS, l-Istati Parteċipanti qablu li l-Komunità tipparteċipa f’dan.

(14)  BONUS għandu jinkludi fażi strateġika, segwita minn fażi ta’ implimentazzjoni, li tipprovdi opportunità biex titwettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar l-aġenda ta’ riċerka strateġika kapaċi ukoll li tittratta l-bżonnijiet ta’ riċerka li jqumu. Matul il-fażi strateġika tal-inizjattiva, għandu jiġi mfittex l-involviment ta’ aġenziji ta’ finanzjament addizzjonali, orjentati lejn is-settur għat-titjib tal-integrazzjoni tar-riċerka li jindirizza l-bżonnijiet tal-aħħar utent transsettorjali u jiżgura l-użu effettiv u assorbiment tar-riżultati għall-arranġamenti tal-politika u l-ġestjoni tar-riżorsi fuq serje wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi.

(15)  Fi tmiem il-fażi strateġika, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika, il-Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni għall-Parteċipanti u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni jkunu f’posthom biex l-inizjattiva tidħol fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista', jekk ikun xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet biex ittejjeb l-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika. It-tranżizzjoni għall-fażi ta' implimentazzjoni għandha ssir mingħajr problemi u mingħajr dewmien.

(16)  L-Istati Parteċipanti qablu li jikkontribwixxu EUR 50 miljun lil BONUS. Kontribuzzjonijiet mhux monetarji fil-forma ta’ aċċess għal u użu ta’ infrastrutturi għandhom ikunu permessi, sakemm ma jirrappreżentawx parti sinifikanti tal-kontribuzzjoni sħiħa. Dawn għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni tal-valur tagħhom u l-utilità tagħhom għat-twettiq tal-proġetti BONUS.

(17)  Il-parteċipazzjoni tal-Komunità f’BONUS għandha tkun sa EUR 50 miljun għat-tul kollu ta’ BONUS u tkun ugwali, fi ħdan dak il-limitu, għall-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti sabiex iżżid l-interess tagħhom fit-twettiq tal-programm b’mod konġunt. Il-maġġoranza tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun allokata għall-fażi ta’ implimentazzjoni. Għandu jiġi definit limitu għal kull fażi. Il-limitu għall-fażi ta’ implimentazzjoni għandu jiġi miżjud b’kwalunkwe ammont li jibqa' wara l-implimentazzjoni tal-fażi strateġika.

(18)  L-implimentazzjoni konġunta ta’ BONUS teħtieġ struttura ta’ implimentazzjoni dedikata, kif stipulat fid-Deċiżjoni Nru 971/2006/KE. L-Istati Parteċipanti ftehmu fuq it-tali struttura ta’ implimentazzjoni dedikata (Netwerk ta’ Organizzazzjonijiet Baltiċi għall-Finanzjament tax-Xjenza, BONUS EEIG ("BONUS EEIG")) għall-implimentazzjoni ta’ BONUS. BONUS EEIG għandu jirċievi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Filwaqt li l-Istati Parteċipanti jiġu mfakkra li l-prinċipju ta' fond komuni reali huwa importanti, kull Stat Parteċipant għandu jiddeċiedi, fi ħdan regoli ta' finanzjament u proċeduri komuni għall-programm, jekk jamministrax il-kontribuzzjonijiet tiegħu stess jew jekk dawn għandhomx jiġu amministrati minn BONUS EEIG ▌. BONUS EEIG għandu jiżgura wkoll li t-twettiq ta’ BONUS jikkonforma mal-ġestjoni finanzjarja f’saħħitha.

(19)  Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal impenn formali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Parteċipanti u l-ħlas tal-kontribuzzonijiet finanzjarji tagħhom.

(20)  Il-ħlas tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fażi strateġika għandha tkun soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim dwar il-fondi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u BONUS EEIG li għandu jkun ikkontrollat mir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċemrbu 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) [9] sabiex tiġi faċilitata u simplifikata l-ġestjoni tiegħu.

(21)  Il-ħlas tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fażi ta’ implimentazzjoni għandha tkun soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim dwar l-implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni u BONUS EEIG, li jkun fih l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Din il-parti tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi ġestita taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [10] ("Regolament Finanzjarju"), u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju[11].

(22)  Kwalunkwe imgħax li jirriżulta mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lil BONUS EEIG għandu jkun ikkunsidrat bħala d-dħul tiegħu u assenjat għall-implimentazzjoni ta’ BONUS.

(23)  Sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha, l-Unjoni għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, tirtira jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha fil-każ li BONUS jiġi implimentat ħażin, parzjalment jew tard, jew l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, lill-finanzjament ta’ BONUS, skont it-termini stabbiliti fil-ftehim li jrid jiġi konkluż bejn l-Unjoni u BONUS EEIG.

(24)  Sabiex BONUS jiġi implimentat b’mod effettiv, matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lill-parteċipanti tal-proġetti BONUS magħżula fil-livell ċentrali taħt ir-responsabbiltà ta’ BONUS EEIG wara li jsiru sejħiet għall-proposti. L-għoti u l-ħlas ta’ dan l-appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti fil-BONUS għandhom ikunu trasparenti, mhux burokratiċi u skont ir-regoli komuni f'konformità mas-Seba' Programm Kwadru. L-evalwazzjoni tal-proposti għandha ssir b'mod ċentrali minn esperti indipendenti, b'għarfien tajjeb tal-kundizzjonijiet lokali, fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti u komuni, u l-finanzjament għandu jiġi allokat bi qbil ma' klassifika approvata ċentralment.

(25)  Waqt li ċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka huwa dipartiment tal-Kummissjonijiet, madankollu l-istituti tiegħu għandhom il-kapaċitajiet ta’ riċerka li huma rilevanti għal BONUS u jistgħu jikkontribwixxu lejn l-implimentazzjoni tiegħu. Għalhekk huwa xieraq li jiġi definit ir-rwol taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka fit-termini tal-eliġibilità tiegħu għall-finanzjament.

(26)  Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali, l-evalwazzjoni għandha ssegwi l-istess prinċipji li japplikaw għall-proposti sottomessi taħt is-Seba’ Programm Kwadru. Għalhekk l-evalwazzjoni tal-proposti għandha ssir b’mod ċentrali minn esperti indipendenti taħt ir-responsabbiltà ta’ BONUS EEIG. Il-klassifikazzjoni u l-ordni ta’ prijorità għandha tiġi approvata minn BONUS EEIG strettament wara r-riżultat tal-evalwazzjoni indipendenti li għandu jkun vinkolanti.

(27)  Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru għandu jkun intitolat li jipparteċipa f’BONUS.

(28)  Konformi mal-għanijiet tas-Seba’ Programm Kwadru, il-parteċipazzjoni minn kwalunkwe pajjiż ieħor f’BONUS, b'mod partikolari dawk il-pajjiżi bi fruntiera mal-Baħar Baltiku jew li jipprovdu l-baċin idrografiku tiegħu għandha tkun possibbli fejn din il-parteċipazzjoni tkun pprovduta bi ftehim rilevanti internazzjonali u fejn kemm il-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw jaqblu magħha. Skont is-Seba’ Programm Kwadru, l-Unjoni għandu jkollha d-dritt li tagħti l-approvazzjoni tagħha dwar il-kondizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarji tagħha lil BONUS fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħra skont ir-regoli u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(29)  Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji għall-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati skorrettament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[12], ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra [13] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[14] .

(30)  ▌L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt BONUS għandhom jikkonformaw mal- ▌prinċipji ta’ etika bi qbil mal-prinċipji ġenerali tas-Seba' Programm Kwadru, u jsegwu l-prinċipji tal-integrazzjoni tal-ġeneru, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-iżvilupp sostenibbli.

(31)  Fid-dawl tal-evalwazzjoni interim immexxija mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti indipendenti b'għarfien tajjeb tal-kundizzjonijiet lokali, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni ta’ BONUS u l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti, kif ukoll tmexxi evalwazzjoni finali.

(32)  Il-parteċipanti f'BONUS għandhom ▌jikkomunikaw u jxerrdu sew ir-riżultati tagħhom, b'mod partikolari lil proġetti reġjonali simili oħra ta' riċerka marina u jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

(32a) L-implimentazzjoni b'suċċess tal-proġetti li diġà twettqu taħt BONUS ERA-NET u BONUS ERA-NET PLUS kixfu l-kundizzjoni diżastruża tal-Baħar Baltiku; il-qagħda tal-ambjent tal-Baħar Baltiku għalhekk għandha tibqa' tkun soġġetta għal attivitajiet ta' riċerka ulterjuri.

ADDOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.      Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u l-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku BONUS ("BONUS") li impenjaw ruħhom fih b’mod konġunt id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja ("Stati Parteċipanti "), għandha tiġi pprovduta taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

2.      L-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mhux aktar minn EUR 50 miljun għat-tul kollu ta’ BONUS skont ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 matul il-fażi strateġika u skont l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. Fi ħdan dak il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun ugwali għall-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti.

3.      Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas b’mod konġunt mill-approprijazzjonijiet tal-baġit allokati lit-temi kollha rilevanti tal-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni".

Artikolu 2

Implimentazzjoni ta' BONUS

1.      BONUS għandu jiġi implimentat min-Netwerk ta’ Organizzazzjonijiet Baltiċi għall-Finanzjament tax-Xjenza, BONUS EEIG ("BONUS EEIG")

2.      BONUS għandu jiġi implimentat f’żewġ fażijiet skont l-Anness I: fażi strateġika segwita b’fażi ta’ implimentazzjoni.

3.      Il-fażi strateġika tal-Programm għandha ddum sa 18-il xahar. Din għandha tipprepara l-fażi ta’ implimentazzjoni. Matul il-fażi strateġika, il-BONUS EEIG għandu jwettaq ix-xogħol li ġej:

         (a)    il-preparazzjoni tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika, li tiddefinixxi l-parti dwar il-kontenut xjentifiku tal-programm li tiffoka fuq is-sejħiet għall-proposti, konformi mal-għanijiet stabbiliti fis-Seba’ Programm Kwadru;

         (b)    l-istabbiliment tal-Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati, bl-għan li jissaħħaħ u jiġi istituzzjonalizzat l-involviment tal-partijiet interessati mis-setturi kollha rilevanti;

         (c)    il-preparazzjoni tal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni inklużi r-regoli u l-proċeduri legali u finanzjarji, id-dispożizzjonijiet li jikkontrollaw id-drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali li jqumu mill-attivitajiet ta’ BONUS, ir-riżorsi umani u l-aspetti tal-komunikazzjoni.

4.      Il-fażi ta’ implimentazzjoni għandha ddum għal minimu ta’ ħames snin. Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni s-sejħiet għall-proposti għandhom jiġu ppubblikati bl-għan li jiġu ffinanzjati proġetti li jindirizzaw l-għanijiet ta’ BONUS. Dawn is-sejħiet għandhom jimmiraw lejn proġetti bi sħab multipli u transnazzjonali, li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni adegwata tal-SMEs, u jinkludu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni. Il-proġetti għandhom jintgħażlu skont il-prinċipji tat-trattament ugwali, it-trasparenza, l-evalwazzjoni indipendenti, il-kofinanzjament, mingħajr profitt, il-finanzjament mhux kumulat ma’ sorsi oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività. L-għoti u l-ħlas ta’ finanzjament lill-parteċipanti fil-BONUS għandhom jikkonformaw mar-regoli komuni skont is-Seba' Programm Kwadru.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.      Il-Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-fażi strateġika għandha tkun ta’ mhux aktar minn EUR 1.25 miljun u tkun ugwali, fi ħdan dak il-limitu, għall-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti. L-impenn tal-Unjoni biex tikkontribwixxi lill-fażi strateġika għandu jkun soġġett għal impenn ekwivalenti mill-Istati Parteċipanti.

2.      Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-fażi ta’ implimentazzjoni għandha tkun ta’ mhux aktar minn EUR 48.75 miljun u tkun ugwali, fi ħdan dak il-limitu, għall-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti. Dan il-limitu jista’ jiġi miżjud bi kwalunkwe ammont li jibqa' wara l-implimentazzjoni tal-fażi strateġika. Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, sa 25% tal-kontribuzzjoni mill-Istati Parteċipanti jista’ jikkonsisti mill-provvista ta’ aċċess għal infrastruttura ta’ riċerka ("kontribuzzjoni ta’ infrastruttura in natura").

3.      Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-fażi ta’ implimentazzjoni għandha tkun dipendenti minn:

         (a)    il-ħolqien mill-Istati Membri parteċipanti tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika, ta’ Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni għall-Parteċipanti Interessati u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3), kif ukoll il-progress li jsir lejn il-kisba tal-għanijiet u r-riżultati stabbiliti fl-Anness I, taqsima 2: Il-Kummissjoni tista', jekk ikun xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet biex ittejjeb l-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika;

         (b)    prova minn BONUS EEIG tal-kapaċità tiegħu li jimplimenta l-BONUS inklużi r-riċeviment, l-allokazzjoni u l-monitoraġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, u skont il-ġestjoni finanzjarja soda;

         (c)    iż-żamma u l-applikazzjoni ta’ mudell ta’ governanza xieraq u effiċjenti għal BONUS konformi mal-Anness II;

         (d)    it-twettiq effiċjenti tal-attivitajiet relatati mal-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ BONUS stabbiliti fl-Anness I minn BONUS EEIG, li jikkonsistu mis-sejħiet għall-proposti għall-għoti ta’ fondi;

         (e)    impenn minn kull Stat li qed jipparteċipa li jikkontribwixxi s-sehem tiegħu tal-finanzjament ta’ BONUS u l-ħlas effettiv tal-kontribut finanzjarju tagħhom, b’mod partikolari l-finanzjament għall-parteċipanti fil-proġetti BONUS magħżula wara t-talba għall-proposti;

         (f)     il-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna Statali għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni[15];

         (g)    l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ eċċellenza xjentifika, osservanza tal-prinċipji etiċi skont il-prinċipji ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru, u żamma tal-prinċipji tal-integrazzjoni tal-ġeneru u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli;

Artikolu 4

Parteċipazzjoni taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka

1.      Iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka għandu jkun eliġibbli għall-finanzjament minn BONUS taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk għall-entitajiet eliġibbli tal-Istati Parteċipanti.

2.      Ir-riżorsi proprji taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka, li mhumiex koperti mill-fondi ta’ BONUS, m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1.

Artikolu 5

Ftehim bejn l-Unjoni u l-BONUS EEIG

1.      L-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni matul il-fażi strateġika għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim dwar il-fondi li jrid jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-BONUS EEIG skont ir-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u fir-Regolament (KE) nru 1906/2006.

2.      L-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni matul il-fażi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim ta’ implimentazzjoni u ftehimiet finanzjarji annwali li jridu jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni u l-BONUS EEIG.

         Il-ftehim ta’ implimentazzjoni għandu b’mod partikolari jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

         (a)    definizzjoni tax-xogħol delegat;

         (b)    stipulazzjoni għall-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni;

         (c)    il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għat-twettiq tax-xogħol, inklużi r-regoli tal-finanzjament u l-limiti massimi ta’ finanzjament applikabbli għal proġetti BONUS, id-dispożizzjonijiet xierqa għad-demarkazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-implimentazzjoni tal-kontrolli;

         (d)    regoli dwar ir-rappurtar lill-Kummissjoni dwar kif jitwettaq ix-xogħol;

         (e)    il-kondizzjonijiet li taħthom jieqaf it-twettiq tax-xogħol;

         (f)     arranġamenti dettaljati għall-iskrutinju tal-Kummissjoni;

         (g)    il-kondizzjonijiet li jikkontrollow l-użu ta’ kont tal-bank separat u t-trattament tal-imgħax li jirriżulta;

         (h)    dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni relatata ma’ attivitajiet oħra ta’ BONUS EEIG;

         (i)     impenn li ma jsir l-ebda att li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interessi fi ħdan it-tifsir tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju;

         (j)     dispożizzjonijiet li jikkontrollow id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ BONUS kif imsemmi fl-Artikolu 2;

         (k)    il-kriterji li jridu jintużaw fl-evalwazzjonijiet interim u finali, fosthom dawk imsemmija fl-Artikolu 13.

3.      Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni ex-ante tal-BONUS EEIG sabiex tikseb evidenza tal-eżistenza u l-operat proprja tal-proċeduri u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 6

Imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet

L-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji allokati lill-BONUS għandu jkun ikkunsidrat bħala dħul tal-BONUS EEIG u għandu jkun assenjat lill-BONUS.

Artikolu 7

Tnaqqis, żamma, jew tmiem tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

Jekk BONUS ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat b’mod mhux xieraq, parzjalment jew tard, l-Unjoni tista’ tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha b’kunsiderazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ BONUS.

Jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux jew jikkontribwixxu biss parzjalment jew tard għall-finanzjament ta’ BONUS, l-Unjoni tista’ tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha b’kunsiderazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament pubbliku allokat mill-Istati Parteċipanti taħt it-termini tal-ftehim dwar il-fondi msemmi fl-Artikolu 5(1).

Artikolu 8

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mill-Istati Parteċipanti

Fl-implimentazzjoni ta’ BONUS, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji, amministrattivi jew oħra neċessarji għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammonti dovuti lill-Unjoni skont ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

Artikolu 9

Kontroll mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri

Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu intitolati jwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet kollha neċessarji għall-iżgurar tal-ġestjoni proprja tal-fondi tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni kontra kwalunkwe frodi jew irregolarità. Għal dan il-għan, l-Istati Parteċipanti u l-BONUS EEIG għandhom jagħmlu disponibbli d-dokumenti rilevanti kollha lill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri

Artikolu 10

Informazzjoni reċiproka

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri. L-Istati Parteċipanti għandhom jiġu mistiedna jissottomettu lill-Kummissjoni, permezz tal-BONUS EEIG, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-BONUS EEIG li tkun konsistenti mar-rekwiżiti ġenerali ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 13.

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta’ Stati Membri oħra u pajjiżi assoċjati

Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru jista’ jipparteċipa f’BONUS skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u l-punti (e) u (f) tal-Artikolu 3(3). L-Istati Membri u l-pajjiżi li ngħaqdu ma’ BONUS għandhom ikunu kkunsidrati bħala Stati Parteċipanti għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħra

L-Istati Parteċipanti u l-Kummissjoni jistgħu jiftehmu fuq il-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor soġġett għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u punti (e) u (f) tal-Artikolu 3(3), sakemm din il-parteċipazzjoni jkollha l-qbil internazzjonali rilevanti.

L-Istati Parteċipanti u l-Kummissjoni għandhom jiddefinixxu l-kondizzjonijiet taħt liema l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew residenti f’dawk il-pajjiż jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament ta’ BONUS.

Artikolu 13

Rappurtar u evalwazzjoni annwali

Il-Kummissjoni għandha tinkludi rapport tal-attivitajiet ta’ BONUS fir-rapport annwali tas-Seba’ Programm Kwadru ppreżentat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont l-Artikolu 190 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta’ BONUS mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u l-Anness I, kif ukoll rakkomandazzjonijiet ta’ BONUS dwar il-modi l-aktar xierqa għat-titjib tal-integrazzjoni u l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni, inkluża l-integrazzjoni xjentifika, tal-ġestjoni u finanzjarja u jekk il-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti huwiex xieraq, meta wieħed jikkunsidra d-domanda potenzjali mill-komunitajiet ta’ riċerka nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dan, akkompanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Fi tmiem il-parteċipazzjoni tal-Unjoni f’BONUS iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjoni finali ta’ BONUS. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Persuni Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

F’isem il-Parlament Ewropew                                                         F’isem il-Kunsill

Il-President                                                                        Il-President

ANNESS I

GĦANIJIET U IMPLIMENTAZZJONI TA’ BONUS

1.          GĦANIJIET TA' BONUS

             BONUS għandu jtejjeb il-kapaċità tar-riċerka tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku sabiex jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ regolamenti, politiki u prattiki ta’ ġestjoni orjentati lejn ekosistemi 'b’saħħithom għall-użu tagħhom', sabiex ikun hemm reazzjoni effettiva lejn l-isfidi ambjentali kbar u soċjali importanti li r-reġjun jiffaċċja u għandu jiffaċċja fis-snin li ġejjin, u titjib tal-effiċjenza u l-effettività tal-programmi ta’ riċerka ambjentali frammentati tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, u approċċ permezz tal-integrazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka fil-Baħar Baltiku fi programm multinazzjonali integrat u ffukat sew li huwa durabbli, kooperattiv u interdixxiplinari.

             Din l-inizjattiva għandha tikkontribwixxi wkoll għall-istabbiliment u l-istrutturizzazzjoni tal-ERA fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

             Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet huwa neċessarju li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-ipprogrammar frammentat tar-riċerka ambjentali tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku billi l-attivitajiet ta’ riċerka jiġu integrati fi programm multinazzjonali integrat u ffukat sew li huwa durabbli, kooperattiv u interdixxiplinari li jsostni l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun. Għal dan il-għan l-inizjattiva BONUS għandha:

             (a)    tistabbilixxi Aġenda ta’ Riċerka Strateġiċi bbażati fuq il-politika

             (b)    iżżid il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni transkonfinali u transettorjali sostenibbli tal-programmi ta’ riċerka pubbliċi

             (c)    iżżid il-livell tal-kapaċità ta’ riċerka tal-Istati Baltiċi tal-UE ġodda

             (d)    tistabbilixxi Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati xierqa inkluża r-rappreżentazzjoni mis-setturi kollha rilevanti

             (e)    timmobilizza riżorsi finanzjarji addizzjonali mill-kollaborazzjoni settorjali u mtejba fir-riċerka tas-sistema tal-Baħar Baltiku

             (f)     tistabbilixxi Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni xierqa li jippermettu l-implimentazzjoni effettiva tal-programm permezz ta’ struttura ta’ entitajiet u governanza legali b’ġestjoni konġunta

             (g)    tibda ▌sejħiet għal proposti konġunti transtematiċi, iffukati strateġikament u bi sħab multipli

2.          FAŻI STRATEĠIKA

2.1.       Għan

             Il-fażi strateġika għandha tipprepara l-fażi ta’ implimentazzjoni. Din għandha tittratta l-iżvilupp strateġiku tal-programm biex tiżgura li tinkiseb l-aħjar integrazzjoni tar-riċerka tal-Baħar Baltiku. Din għandha tfittex li ssaħħaħ l-involviment tal-partijiet interessati u l-gruppi ta’ utenti biex tiżgura li r-riċerka tkun rilevanti għall-politika u l-ġestjoni, u li l-prijoritizzazzjoni tat-temi ta’ riċerka tkun ibbażata fuq il-bżonnijiet politiċi u li jiġi mfittex l-involviment sħiħ tax-xjentisti u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka rispettivi tagħhom kif ukoll komunitajiet ta’ partijiet interessati usa'.

2.2.       Riżultati

             Il-BONUS EEIG għandu jibgħat lill-Kummissjoni r-riżultati stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin mhux aktar tard minn 15-il xahar mill-bidu tal-fażi strateġika.

             Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pariri u assistenza fuq it-talba tal-BONUS EEIG matul il-preparazzjoni ta’ dawn ir-riżultati. Il-BONUS EEIG għandu jirrapporta dwar il-progress fuq it-talba tal-Kummissjoni.

2.2.1.    L-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika

             L-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika għandha tiġi żviluppata u miftehma fil-konsultazzjoni fost l-Istati Parteċipanti, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati u l-Kummissjoni. Din għandha tkun il-bażi għal programm ibbażat fuq il-politika. Din għanda twessa’ l-attenzjoni tar-riċerka biex tinkorpora, flimkien mal-ekosistema tal-baħar, approċċ tal-baċini li jindirizza l-kwistjonijiet l-aktar importanti li jaffettwaw il-kwalità u l-produttività tal-ekosistemi tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

             Din għandha tinkludi deskrizzjoni tar-riċerka tal-Baħar Baltiku ta’ bażi u l-aktar avvanzata, tipprovdi viżjoni strateġika ċara u pjan ta’ rotta dwar kif jinkisbu l-għanijiet dikjarati u tistabbilixxi s-suġġetti tas-sejħiet ibbażati fuq il-politika, il-baġits tagħhom, id-dati tal-pubblikazzjoni u t-tul mistenni tal-proġetti. Barra minn hekk, din għandha tinkludi miżuri li jindirizzaw l-bżonnijiet ta’ riċerka li jqumu, tavvanza l-integrazzjoni pan-Baltika tar-riċerka, u tinkludi pjan ta’ rotta konġunt għall-użu kondiviż fi u l-ippjanar potenzjali ta’ investimenti futuri fil-kapaċitajiet tal-infrastruttura reġjonali.

2.2.2     Il-Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati

             Fuq il-bażi ta’ analiżi komprensiva tal-partijiet interessati rilevanti ta’ BONUS fil-kuntesti lokali, nazzjonali, reġjonali, u Ewropej, il-Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati u l-mekkaniżmi tagħhom għandhom ikunu stabbiliti bl-għan li jsaħħu u jistituzzjonalizzaw l-involviment tal-partijiet interessati mis-setturi rilevanti kollha għall-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet kritiċi, il-prijoritizzazzjoni tat-temi ta’ riċerka u t-titjib tal-integrazzjoni tar-riżultati tar-riċerka. Dan għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ xjentisti, fosthom dawk minn xjenzi naturali mhux tal-baħar rilevanti u mid-dixxiplini tax-xjenzi soċjali u ekonomiċi, li tiżgura l-multidixxiplinarità meħtieġa fl-iżvilupp tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika, il-viżjoni strateġika u l-prijoritajiet ta’ riċerka tagħha.

             Forum ta’ Riċerka Settorjali (korp ta’ rappreżentanti minn ministeri u atturi oħra li jittrattaw ir-riċerka u l-governanza tas-Sistema tal-Baħar Baltiku) għandu jkun stabbilit bħala korp permanenti għas-sostenn tal-programmi responsabbli biex jitħaddet l-ippjanar, ir-riżultati u l-bżonnijiet ta’ riċerka li jqumu tal-programmi mill-fehma tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Dan il-forum għandu jiffaċilita u javvanza l-integrazzjoni pan-Baltika tar-riċerka, inkluż l-użu konġunt u l-ippjanar tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura, jassisti fl-enfasizzar tal-bżonnijiet ta’ riċerka, javvanza l-użu tar-riżultati tar-riċerka, u jiffaċilita l-integrazzjoni tal-fondi tar-riċerka.

2.2.3     Il-Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni

             Il-Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni għandhom jinkludu l-aspetti kollha li jiżguraw l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika. Dawn għandhom, fejn xieraq, isegwu r-regoli tas-Seba’ Programm Kwadru. Dawn għandhom jikkonsistu, fost affarijiet oħrajn, mill-elementi li ġejjin:

             (a)    l-adozzjoni ta’ miżuri (abbozzar ta’ dokumenti, stabbiliment ta’ proċeduri, reklutaġġ u taħriġ ta’ personal) meħtieġa bir-Regolament Finanzjarju għall-ġestjoni ċentralizzata indiretta;

             (b)    il-kisba ta’ impenji formali tal-Istati Parteċipanti li jammontaw għal mill-anqas EUR 48.75 miljun liema fosthom massimu ta’ 25% jkun fil-forma ta’ kontribuzzjoni ta’ infrastruttura in natura;

             (c)    il-provvista ta’ stima realistika u bbażata fuq evidenza tal-valur tal-kontribuzzjoni ta’ infrastruttura in natura tal-Istat Parteċipanti li tikkonsisti fl-użu tal-infrastruttura tagħhom mill-benefiċjarji ta’ BONUS;

             (d)    il-kumpilazzjoni ta’ lista kompluta tal-infrastrutturi kollha, inklużi l-kuntatti tas-sidien tagħhom, l-operaturi jew awtoritajiet oħra responsabbli, u l-ippubblikar u l-aġġornament tagħha kull meta neċessarju;

             (e)    l-iżgurar li jsir ftehim dwar modalitajiet ta’ implimentazzjoni komuni u li dawn ikunu eżistenti għall-ftehimiet dwar il-fondi mal-benefiċjarji tal-BONUS, li jridu jiġu konklużi b’mod ċentrali mill-BONUS EEIG, inklużi regoli komuni u miftehma għall-parteċipazzjoni, mudell ta’ ftehim dwar il-fondi, linji gwida għall-applikanti, il-parteċipanti u l-evalwaturi indipendenti, u modalitajiet għall-verifika tal-benefiċjarji, inkluża l-possibbiltà li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jwettqu t-tali verifiki;

             (f)     l-iżvilupp ta’ struttura ta’ governanza xierqa għall-ġestjoni tal-programm fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett;

             (g)    l-iżgurar li l-finanzjament xieraq jiġi pprovdut biex isaħħaħ il-BONUS EEIG fit-termini tar-riżorsi umani u l-esperjenza professjonali multidixxiplinari li jippermettuh isostni l-aspetti strateġiċi kif ukoll l-implimentazzjoni effiċjenti tal-programm

             (h)    l-iżvilupp ta’ struttura ta’ finanzjament għall-finanzjament ta’ proġetti BONUS;

             (i)     l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni li, safejn possibbli, tiżgura li r-riżultati u d-dejta jsegwu l-istandards tan-Netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Dejta tal-Ibħra.

             Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ta’ infrastruttura in natura, għandhom jiġu żviluppati approċċ u regoli speċifiċi matul il-fażi strateġika fejn l-Istati Parteċipanti jikkomettu ruħhom biex jipprovdu lill-benefiċjarji ta’ BONUS b’aċċess għal u l-użu ta’ infrastruttura (notevolment vapuri tar-riċerka) mingħajr ħlas. L-ispejjeż għall-użu tat-tali infrastruttura m’għandhomx ikunu spejjeż eliġibbli tal-proġett. F’dan ir-rigward, il-BONUS EEIG għandu jikkonkludi l-ftehimiet rilevanti mal-Istati Parteċipanti jew is-sidien tal-infrastruttura, li għandhom:

             (a)    jiddefinixxu l-metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ infrastruttura in natura;

             (b)    jiżguraw li l-BONUS EEIG, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jkunu jistgħu jivverifikaw l-aċċess għal u l-użu tal-infrastruttura u l-ispejjeż li jqumu minn dawn;

             (c)    jistipulaw li l-partijiet kuntrattati għandhom jirrapportaw annwalment dwar l-ispejjeż li jqumu fil-provvista tal-aċċess għal jew l-użu tal-infrastruttura lill-benefiċjarji ta’ BONUS.

2.2.4     Finanzjament tal-Unjoni tal-Fażi Strateġika

             L-ispejjeż eliġibbli għandhom jitħallsu lura sa 50% u għandhom ikunu dawk l-ispejjeż attwali li jeħel il-BONUS EEIG u rreġistrati fil-kontabilità tiegħu neċessarja għall-issodisfar tal-għan identifikat fil-punt 1. L-ispejjeż jistgħu jkunu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2010 u għandhom jiġu definiti aħjar fil-Ftehim dwar il-Fondi għall-fażi strateġika.

3.          FAŻI TA' IMPLIMENTAZZJONI

             Sakemm jidħlu fis-seħħ il-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 3(3)(a) u l-verifika ex-ante ta' BONUS EEIG tkun pożittiva, il-Kummussjoni u BONUS EEIG għandhom jikkonkludu l-Ftehim ta’ Implimentazzjoni.

3.1.       Għanijiet

             Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ▌sejħiet konġunti għall-proposti għandhom ikunu pubblikati u implimentati bil-għan li jiġu ffinanzjati proġetti BONUS b’miri strateġiċi li jindirizzaw l-għanijiet tal-inizjattiva. Is-suġġetti għandhom joriġinaw mill-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika tal-BONUS, jirrispettaw kemm jista’ jkun il-pjan ta’ rotta stabbilit u jkopru attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, u taħriġ u/jew disseminazzjoni.

3.2.       Implimentazzjoni ta' proġetti BONUS

             Is-sejħiet ta’ BONUS għandhom jiġu implimentati permezz ta’ proġetti transnazzjonali bi sħab multipli li jinvolvu mill-anqas tliet entitajiet legali eliġibbli indipendenti minn tliet Stati Membri differenti jew pajjiżi assoċjati, li mill-anqas tnejn minnhom għandhom ikunu minn Stati Parteċipanti tal-BONUS.

             Entitajiet legali mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati jistgħu jirċievu l-fondi ta’ BONUS. Kwalunkwe konsorzju li jissottometti proposta għal proġett BONUS jista’ jinkludi parteċipanti minn Stat mhux Membru sakemm jista’ jiżgura b’mod realistiku li għandu r-riżorsi meħtieġa biex ikopri bi sħiħ l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tiegħu. ▌

             Kull sejħa għal proposti għandha tindika b’mod ċar is-suġġetti xjentifiċi. Dawn is-suġġetti għandhom ikunu identifikati mill-BONUS EEIG b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Meta jkunu qed jiġu identifikati s-suġġetti, dawn għandhom jikkunsidraw il-bżonnijiet li jqumu, ir-riżultati u l-effetti tas-sejħiet implimentati preċedentement matul il-fażi strateġika u matul il-programm.

             Il-BONUS EEIG għandu jippubblika fuq medda wiesgħa kemm jista’ jkun is-sejħa għall-proposti bl-użu tal-appoġġ ta’ informazzjoni speċifika, b’mod partikolari siti tal-Internet dwar is-Seba’ Programm Kwadru u li jindirizzaw il-partijiet interessati kollha rilevanti, midja speċjalizzata u opuskoli. Is-sejħa għandha tibqa miftuħa mill-anqas għal tliet xhur. Il-proġetti proposti għandhom jiġu sottomessi mill-applikanti b’mod ċentrali lill-BONUS EEIG bħala tweġiba għas-sejħiet u fi proċedura tal-evalwazzjoni ta’ stadju wieħed.

             Il-proġetti proposti għandhom jiġu evalwati u magħżula b’mod ċentrali fuq il-bażi ta’ reviżjoni indipendenti kontra kriterji definiti ta’ eliġibilità u ta’ għażla u għoti ta’ fondi. Il-kriterji ta’ evalwazzjoni prinċipali huma l-eċċellenza xjentifika, il-kwalità tal-implimentazzjoni u l-impatt mistenni mill-proġetti. Is-sejħa għall-proposti għandha tikkonkretizza l-kriterji ta’ evalwazzjoni prinċipali. Jistgħu jiġu introdotti kriterji addizzjonali sakemm jiġu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti, mhumiex diskriminatorji u ma jirbħux fuq il-kriterji ta’ evalwazzjoni prinċipali.

             Il-BONUS EEIG għandu jiżgura li kull proposta li jirċievi tiġi evalwata bl-assistenza ta’ mill-anqas tliet esperti indipendenti appuntati minnu fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006. Kull proposta ta’ proġett għandha tiġi klassifikata. L-esperti indipendenti għandhom jeżaminaw il-proġetti kontra l-kriterji ta’ evalwazzjoni u jagħtuhom punteġġ fuq skala minn 0 sa 5 kull kriterju skont ir-regoli għas-sottomissjoni tal-proposti, u l-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, għażla u għoti tas-Seba’ Programm Kwadru.

             Il-BONUS EEIG għandu jistabbilixxi lista ta’ fondi strettament skont ir-riżultat tal-evalwazzjoni indipendenti. Il-lista tal-klassifika stabbilita mill-esperti indipendenti għandha titqies li torbot għall-allokazzjoni tal-fondi BONUS.

             Il-ġestjoni amministrattiva tal-fondi mogħtija lill-proġetti BONUS magħżula għandha tiġi ttrattata b’mod ċentrali taħt ir-responsabbiltà tal-BONUS EEIG.

3.3        Aktar attivitajiet

             Minbarra l-ġestjoni tal-BONUS stabbilita fil-punti 3.1 u 3.2., il-BONUS EEIG għandu jimpenja ruħu wkoll fl-attivitajiet li ġejjin:

             (a)    l-aġġornament regolari tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika u l-prijoritizzazzjoni tat-temi ta’ riċerka b’kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet li jqumu u r-riżultati u l-effetti tas-sejħiet implimentati qabel u fuq il-bażi ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati msemmija fil-punt 2.2.2;

             (b)    il-faċilitazzjoni tal-aċċess lil tims ta’ riċerka transnazzjonali u multidixxiplinari minn proġetti ffinanzjati tal-BONUS għal infrastrutturi u faċilitajiet tar-riċerka uniċi;

             (c)    il-promozzjoni tal-konnessjoni effettiva bejn ix-xjenza u l-politika biex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżultati tar-riċerka;

             (d)    l-iżgurar ta’ fondi mill-Istati Parteċipanti li għandhom jiżguraw is-sostenibilità tal-inizjattiva mingħajr il-fondi tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-BONUS;

             (e)    iż-żieda fil-kollaborazzjoni bejn il-programmi ta’ riċerka ambjentali reġjonali bil-komunitajiet tax-xjenza rilevanti f’baċini tal-baħar oħra Ewropej;

             (f)     attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni.

             (g)    il-BONUS EEIG għandu jimpenja ruħu b’mod proattiv biex jaqsam l-aħjar prassi ma’ baċini tal-baħar reġjonali oħra Ewropej, kif ukoll jartikola sew lil-livell pan-Ewropew sabiex jiżgura l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni.

3.4.       Kontribuzzjonijiet matul il-Fażi ta’ Implimentazzjoni

             Il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-BONUS hija kofinanzjata mill-Istati Parteċipanti u l-Unjoni fuq perjodu minimu ta’ ħames snin sakemm iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-proġetti kollha ffinanzjati tal-BONUS jingħalqu, sakemm l-impenji mill-Unjoni jkunu twettqu sal-2013 u l-obbligazzjonijiet kollha li jridu jiġu rapportati lill-Kummissjoni jiġu ssodisfati. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni matul il-fażi ta’ implimentazzjoni għandha tkun ugwali għall-kontribuzzjonijiet tal-flus u ta’ infrastruttura in natura tal-Istati Parteċipanti tal-proġetti BONUS li jsiru permezz tal-BONUS EEIG kif ukoll l-ispejjeż tal-operat li jeħel il- BONUS EEIG fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Dawn l-ispejjeż tal-operat ma jistgħux jaqbżu l-EUR 5 miljun.

             ▌BONUS EEIG għandu jirċievi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u jamministraha. Stat Parteċipant jista' jiddeċiedi li jamministra l-finanzjament nazzjonali tiegħu stess u li jalloka l-flus unikament għar-riċerka interna li tiġi magħżula fil-livell ċentrali jew li l-kontribut fi flus tiegħu jiġi amministrat ċentralment minn BONUS EEIG.

             Soġġetta għall-kondizzjonijiet miftiehma fil-ftehimiet finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 5(2), il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi ta’ evidenza ta’ ħlas tal-kontribuzzjoni tal-flus tal-Istati Parteċipanti lill-benefiċjarji tal-BONUS jew l-EEIG u l-provvista ta’ kontribuzzjonijiet ta’ infrastruttura in natura għal proġetti BONUS.

             L-użu proprju tal-fondi tal-BONUS mill-benefiċjarji hija r-responsabbiltà tal-BONUS EEIG, u għandha tiġi stabbilita minn verifika finanzjarja indipendenti li għandha titwettaq mill-BONUS EEIG, jew f’ismu.

3.5        Finanzjament tal-Proġetti BONUS

             Soġġett għall-punt (f) tal-Artikolu 3(3), il-finanzjament tal-proġetti BONUS għandu jkopri sa 100% tal-ispejjeż eliġibbli li għandhom jiġu kalkulati skont ir-regoli tal-fondi komuni u r-rati tal-fondi komuni, kif stabbilit mill-BONUS EEIG fil-Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni u approvat mill-Kummissjoni fil-Ftehim ta’ Implimentazzjoni.

ANNESS II

GOVERNANZA TAL-BONUS

1.      Il-BONUS għandu jiġi ġestit mill-BONUS EEIG permezz tas-Segretarjat tiegħu. BONUS EEIG stabbilixxa l-istrutturi li ġejjin għall-finijiet tal-BONUS: il-Kumitat ta’ Tmexxija, is-Segretarjat, il-Bord Konsultattiv, il-Forum tar-Riċerka Settorjali, u l-Forum għall-Koordinaturi tal-Proġett.

2.      Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun l-ogħla awtorità tal-BONUS EEIG, jifforma l-korp tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu u l-bord li jikkontrolla s-segretarjat tiegħu. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn uffiċjali anzjani tal-istituzzjonijiet ta’ finanzjament u ġestjoni tar-riċerka appuntati mill-membri tal-BONUS EEIG. Dan għandu jkun presedut minn Chairperson, pożizzjoni li għandha tinbidel annwalment fost il-membri tal-BONUS EEIG. Iċ-Chairpersons ta’ qabel, kurrenti u tal-futur għandhom jiffurmaw Kumitat Eżekuttiv li jsostni lis-Segretarjat fi kwistjonijiet ta’ importanza strateġika. Meta jitqiesu l-proposti mis-Segretarjat, il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-orjentazzjoni strateġika tal-BONUS, inklużi d-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni u l-aġġornament tal-BONUS, dwar l-ippjanar tas-sejħa għall-proposti, dwar il-profil tal-baġit, dwar il-kriterji ta’ eliġibilità u għażla, dwar il-grupp ta’ evalwaturi, dwar l-approvazzjoni tal-lista ta’ klassifikazzjoni tal-proġetti BONUS li jridu jiġu ffinanzjati, dwar il-monitoraġġ tal-progress tal-proġetti BONUS iffinanzjati u dwar is-superviżjoni tax-xogħol xieraq u ordnat tas-Segretarjat li għandu x’jaqsam mal-BONUS.

3.      Is-Segretarjat għandu jkollu bħala kap id-Direttur Eżekuttiv li għandu jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija u għandu jaġixxi bħala r-rappreżentant prinċipali tal-BONUS kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għad-diversi aġenziji ta’ finanzjament nazzjonali. Is-Segretarjat għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-BONUS, il-pubblikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sejħiet u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati, kemm mill-fehma kuntrattwali kif ukoll xjentifika u għar-rapportaġġ dwar il-progress lill-Kumitat ta’ Tmexxija. Dan għandu jkun responsabbli wkoll għall-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-Bord Konsultattiv u l-integrazzjoni u s-simplifikazzjoni sussegwenti tagħhom fl-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika u l-promozzjoni ta’ konnessjonijiet effettivi bejn ix-xjenza u l-politika.

4.      Il-Bord Konsultattiv għandu jassisti lill-Kumitat ta’ Tmexxija u lis-Segretarjat. Dan għandu jkun magħmul minn xjentisti ta’ reputazzjoni internazzjonali għolja, rappreżentanti tal-partijiet interessati rilevanti, fosthom, pereżempju, fornituri tat-turiżmu, enerġiji rinnovabbli, sajd u akkwakultura, trasport marittimu, bijoteknoloġija u teknoloġija u inklużi kemm organizzazzjonijiet tal-industirja u tas-soċjetà ċivili b’interess f’dawn is-setturi, programmi oħra ta’ riċerka Baltika integrati u ibħra reġjonali oħra Ewropej. Dan għandu jipprovdi pariri, gwida u rakkomandazzjonijiet indipendenti, fir-rigward ta’ kwistjonijiet xjentifiċi u relatati mal-politika tal-BONUS. Dan jinkludi pariri dwar l-għanijiet, il-prijoritajiet u d-direzzjoni tal-BONUS, modi ta' kif għandu jissaħħaħ il-BONUS u l-kunsinna u l-kwalità tar-riżultati tar-riċerka tiegħu, il-bini tal-kapaċitajiet, in-netwerking, u r-rilevanza tax-xogħol għall-kisba tal-għanijiet tal-BONUS. Dan għandu jassisti wkoll fl-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tal-BONUS.

5.      Il-Forum tas-Riċerka Settorjali għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-ministeri u atturi oħra li jittrattaw ir-riċerka u l-governanza tas-Sistema tal-Baħar Baltiku. Dan għandu jiltaqa’ darba fis-sena bħala laqgħa ta’ konsultazzjoni li tiddiskuti r-riżultati tal-BONUS u l-bżonnijiet ta’ riċerka li jqumu mill-perspettiva tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Dan għandu jservi bħala l-forum għall-avvanzament tal-integrazzjoni pan-Baltika tar-riċerka, inkluża r-riċerka finanzjata settorjalment rilevanti u l-użu u l-ippjanar tal-infrastrutturi konġunti.

6.      Il-Forum tal-Koordinaturi tal-Proġetti għandu jkun magħmul minn koordinaturi ta’ proġetti ffinanzjati permezz tal-BONUS. Dan għandu jassisti lis-Segretarjat fi kwistjonjiet li jittrattaw il-koordinazzjoni xjentifika tal-BONUS u l-integrazzjoni u s-sinteżi tar-riżultati tar-riċerka.

  • [1]               Opinjoni tad-29 ta' April 2010 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU)
  • [2] *          Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]        Opinjoni tad-29 ta' April 2010 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU)
  • [4]        Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' xx.xx.2010.
  • [5]           ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
  • [6]           ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86
  • [7]           ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
  • [8]           ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
  • [9]           ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.
  • [10]           ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
  • [11]         ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
  • [12]       ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
  • [13]       ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
  • [14]         ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.
  • [15]         ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Għal dawn l-aħħar snin, il-Baħar Baltiku sar ''baħar intern'' tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jirrikjedi azzjoni komuni fil-livell Komunitarju biex jingħelbu dawn l-isfidi komuni Ewropej u biex jingħata appoġġ lill-iżvilupp sostenibbli fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku. Filwaqt li bosta attivitajiet ta' riċerka qed iseħħu fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku, il-parti l-kbira ta' dawn l-attivitajiet għadha mhijiex koordinata, u hija frammentata jew wisq dipendenti fuq possibilitajiet limitati ta' riċerka disponibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Għalhekk hemm bżonn ċar ta' pjan ta' azzjoni reġjonali miftiehem b'mod konġunt.

Għalkemm il-Baħar Baltiku jikkostitwixxi waħda mill-iktar żoni investigati xjentifikament fid-dinja, u l-komunità ta' riċerka ambjentali tal-Baħar Baltiku għandha aċċess għal għadd ta' programmi taħt il-Programm Kwadru EU RTD, għad hemm nuqqas ċar ta' konsultazzjoni, ippjanar, koordinazzjoni u azzjoni konġunta transkonfinali dwar ir-riċerka, u bħalissa mhemm l-ebda skema implimentata b'mod konġunt li tkun imfassla speċifikament biex tindirizza l-isfidi ambjentali tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku nnifsu.

Sabiex jinkisbu koordinazzjoni u koperazzjoni sostenibbli fost il-komunitajiet ta' riċerka tal-Istati Membri tal-Baħar Baltiku, 8 Stati Membri tal-UE li jinsabu fil-Baħar Baltiku (id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Isvezja, minn hawn 'l isfel l-''Istati Parteċipanti'') nedew Programm Konġunt ta' Riċerka għall-Baħar Baltiku (BONUS), b'parteċipazzjoni mill-Komunità, abbażi tal-Artikolu 185 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (dak li kien l-Artikolu 169 tat-Trattat KE). BONUS għandu jintegra l-programmi u l-attivitajiet ta’ riċerka nazzjonali tat-8 Stati Parteċipanti fi programm ta’ riċerka konġunt wieħed u jappoġġa, b’mod partikolari, l-għanijiet ta’ riċerka u ambjentali tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku, l-Istrateġija Marittima u tal-Ibħra u d-Direttiva Kwadru dwar l-Ilma.

Wieħed mill-iskopijiet ewlenin ta' din l-inizjattiva huwa li jiġu megħjuna l-istabbiliment u l-istrutturazzjoni tal-ERA fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku. BONUS se jkun tkomplija tal-programmi preċedenti BONUS ERA-NET (2004-2006) u ERA-NET PLUS (2007-2011), u jżid il-livell ta' integrazzjoni u jneħħi l-ostakli bejn is-sistemi ta' riċerka ffinanzjati nazzjonalment tal-Istati Parteċipanti. BONUS huwa mistenni li jagħmel kontribut sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji u politiki msemmija hawn fuq għall-Baħar Baltiku.

L-għanijiet ta' BONUS huma koerenti mal-għan ewlieni tal-Programm Speċifiku ''Koperazzjoni" tas-Seba' Programm Kwadru (FP7), jiġifieri li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll mal-għanijiet speċifiċi tar-riċerka ambjentali, fost l-oħrajn il-prevenzjoni tar-riskji ambjentali, il-ġestjoni tal-ambjenti marittimi, il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali u magħmula mill-bniedem u tal-bijodiversità.

L-Istati Parteċipanti ftiehmu li l-istruttura dedikata ta' implimentazzjoni ta' BONUS se tkun Grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew, jiġifieri n-Netwerk ta' Organizzazzjonijiet Baltiċi għall-Finanzjament tax-Xjenza (BONUS EEIG), stabbilit f'Ħelsinki, fil-Finlandja.

Ir-Rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja ta' massimu ta' EUR 50 miljun għad-dewmien sħiħ tal-Programm BONUS (7 snin). Ir-Rapporteur tenfasizza li l-implimentazzjoni ta' BONUS għandha tkun sempliċi, mgħaġġla u effiċjenti kemm jista' jkun, billi jiġu evitati piżijiet u burokrazija mhux meħtieġa.

Ir-Rapporteur tenfasizza l-importanza li jiġu involuti riċerkaturi mill-Federazzjoni Russa. Parti kbira mill-baċir tal-Baħar Baltiku tinsab fil-konfini tal-Federazzjoni Russa, u b'hekk għandha impatt sinifikanti dirett fuq l-ekosistema tal-baħar. Riċerkaturi mill-Federazzjoni Russa diġà ġew involuti attivament fil-proġetti tal-Baħar Baltiku preċedenti tal-ERA-NET u din il-koperazzjoni għandha tiġi mħeġġa billi wieħed iqis li l-koperazzjoni fil-qasam tal-ambjent u tar-riċerka hija waħda mill-punti ewlenin tal-ftehim ta' sħubija bejn l-UE u r-Russja.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-parteċipazzjoni mill-Komunità f'BONUS hija wkoll konformi max-xewqa tal-Parlament li titjieb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka bejn l-Istati Membri u fil-livell Komunitarju skont l-FP7 u biex jiġu evitati frammentazzjoni u kompetenzi doppji. BONUS tixraqlu attenzjoni partikolari peress li jista' jipprovdi mudell avvanzat siewi għal forom oħra ta' koperazzjoni reġjonali għar-riċerka fil-ġejjieni b'valur Ewropew komuni, bħal dawk fir-reġjuni tad-Danubju, tal-Baħar Mediterran, tal-Baħar tat-Tramuntana eċċ.

Ir-Rapporteur taqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni li l-programm BONUS u l-għamla amministrattiva tiegħu għandhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-prinċipji tas-Seba' Programm Kwadru. Ir-Rapporteur tinnota wkoll li, fost l-oħrajn, is-Seba' Programm Kwadru jinkoraġġixxi skemi ta' finanzjament b'iktar flessibilità u libertà, li jappoġġjaw azzjonijiet differenti, u li għandha tingħata awtonomija ta' ġestjoni iktar b'saħħitha lill-parteċipanti[1] u tenfasizza li dan se jkun neċessarju biex ikunu jistgħu jiġu aġġustati l-iskala u l-forma tal-parteċipazzjoni finanzjarja skont il-każ[2]. Bi qbil ma' dan, jeħtieġ li jkun hemm soluzzjoni mfassla apposta għall-problemi attwali fi ħdan l-istruttura tas-Seba' Programm Kwadru u hemm bosta modi possibbli biex jiġu ġestiti proġetti ta' riċerka kollaborattiva. Fil-fehma tar-Rapporteur, żewġ aspetti tal-istruttura ta' BONUS, jiġifieri s-sistema b'żewġ fażijiet u l-fond komuni, jeħtieġu approċċ flessibbli u speċifiku.

Fażi strateġika / ta' implimentazzjoni

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, BONUS għandu jiġi implimentat f'żewġ fażijiet distinti (''struttura b'żewġ fażijiet''): twaqqif ta' fażi strateġika inizjali, li għandha ddum sentejn, li matulha għandhom jiġu stabbiliti pjattaformi ta’ konsultazzjoni xierqa għall-involviment attiv tal-partijiet interessati, tħejjija ta' Aġenda ta’ Riċerka Strateġika, u twessigħ ulterjuri ta' Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni preċiżi; segwiti b'fażi ta’ implimentazzjoni ta’ mill-anqas 5 snin, li matulha jsiru tliet sejħiet konġunti bl-għan li jiġu ffinanzjati b’mod strateġiku l-Proġetti tal-BONUS li jindirizzaw speċifikament l-għanijiet tal-inizjattiva.

Ir-Rapporteur tenfasizza li l-importanza tal-fażi strateġika fl-ebda każ m'għandha tiġi sottovalutata, peress li tgħin biex tinħoloq l-iżjed struttura xierqa u adegwata tal-proġett u tagħti input importanti lill-fażi ta' implimentazzjoni. Madankollu, huwa fundamentali li l-implimentazzjoni tal-istruttura b'żewġ fażijiet ma toħloqx waqfien ħesrem tal-programm bejn l-ewwel u t-tieni stadju peress li dan ikollu impatt negattiv fuq ir-riċerka sostantiva.

L-użu ta' struttura b'żewġ fażijiet hija xi ħaġa ġdida, peress li qatt ma ntużat fil-programmi taħt l-Artikolu 169 (l-Artikolu 185 il-ġdid). Ir-Rapporteur taċċetta dan l-approċċ ġdid imfassal ad hoc bi qbil mal-Kummissjoni u mal-Istati Parteċipanti. Ir-Rapporteur tapprezza wkoll is-suċċess tal-programmi preċedenti BONUS ERA-NET u ERA-NET PLUS, bir-riżultati notevoli u l-evalwazzjoni eċċellenti, u tinnota li dan jipprovdi bażi tajba biex wieħed jassumi li l-fażi strateġika tista' tintemm f'inqas minn sentejn. Dan huwa punt kruċjali, peress li d-dewmien ta' sentejn tal-fażi strateġika jaf ma jkunx eżattament kompatibbli mal-programm attwali. Il-proġetti li għadhom qed jitwettqu tal-BONUS għandhom jintemmu fl-2011, u b'hekk jinħoloq vojt bejn tmiem l-ERA-NET PLUS attwali u l-bidu tal-implimentazzjoni tal-BONUS il-ġdid. Dan jista' jkollu impatt negattiv ferm fuq l-operat u l-potenzjal tal-gruppi ta' riċerka (attwalment 16-il grupp b'iktar minn 400 riċerkatur).

B'riżultat ta' dan, ir-Rapporteur tipproponi trasferiment integrat mill-fażi strateġika għal dik ta' implimentazzjoni, b'evalwazzjoni tal-kwalità tal-fażi strateġika u suġġerimenti possibbli għal titjib. It-tieni, ir-Rapporteur tissuġġerixxi perjodu ta' żmien iqsar għall-fażi strateġika, sabiex tkun tista' tinbeda l-fażi ta' implimentazzjoni mill-bidu tal-2012, u biex jitnaqqas ir-riskju ta' tnaqqis fil-kapaċità xjentifika dovut għall-fatt li tkun inbdiet tard.

Fond komuni reali / virtwali

Fil-proposta tal-Kummissjoni, l-istati parteċipanti kollha huma obbligati jikkontribwixxu lejn fond komuni reali, li bih jiġu finanzjati l-attivitajiet ta' riċerka. Fil-fehma tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-użu ta' fond komuni reali huwa l-uniku mod biex jitħaddmu proġetti kollaborattivi u biex tiġi żgurata integrazzjoni finanzjarja reali b' ''valur miżjud'' Ewropew.

Filwaqt li, mill-perspettiva Komunitarja, fond komuni huwa tassew preferibbli, jista' jkun hemm ċerti problemi legali u kostituzzjonali f'ċerti Stati Parteċipanti biex il-fondi jiġu trasferiti barra l-pajjiż.

Soluzzjoni possibbli skont ir-Rapporteur hija li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u l-kontribuzzjoni fi flus tal-Istati Parteċipanti lejn il-BONUS, bħala regola ġenerali, jiġu ppuljati u amministrati ċentralment mill-BONUS EEIG. Madankollu, jekk - minħabba rekwiżiti legali jew kostituzzjonali - Stat Parteċipant ma jistax jittrasferixxi l-kontribuzzjoni fi flus tiegħu lejn il-fond komuni, għandha tkun possibbli kontribuzzjoni minn dan l-Istat Parteċipant unikament għar-riċerka domestika. L-esperjenza li nbniet s'issa, kif ukoll l-osservazzjonijiet indipendenti tal-Programmi Konġunti ta' Riċerka għall-Baħar Baltiku (attwalment bi 32% ta' kontribuzzjonijiet mill-UE) jagħtu 'l wieħed x'jifhem li l-użu simultanju ta' fond komuni reali u virtwali ma jipperikolax il-prinċipju ewlieni tal-eċċellenza xjentifika.

  • [1]  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1982/2006/KE tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), Premessa 24
  • [2]  Ibid., Anness III

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.3.2010)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (COM(2009)0610 – C7‑0263/2009 – 2009/0169(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anna Rosbach

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1.  Il-Programm Bonus 169 għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità ta' riċerka fil-baħar tal-Istati Membri tal-UE, tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi parteċipanti fir-riċerka fil-Baħar Baltiku.

     Huwa importanti li ntejbu l-fehim tagħna tar-raġunijiet għalfejn il-Baħar Baltiku huwa tant imniġġes. Ovvjament jista' jkun ta' vantaġġ li ningħaqdu meta niġu għal studji ġodda, iżda r-rapporteur tixtieq tiġbed ukoll l-attenzjoni għall-ammont kbir ta' għarfien li diġà jeżisti bħala riżultat ta' riċerka li saret mill-Istati Membri individwali matul is-snin. Dan il-programm, fost affarijiet oħra, għandu jipprova jgħaqqad ir-riżultati ta' din ir-riċerka biex jevita li tkun irripetuta r-riċerka li diġà saret, jew xi parti minnha, kif ukoll isib oqsma ġodda adatti għar-riċerka komuni fi ħdan il-qafas tal-programm BONUS.

     Sabiex inwessgħu din il-bażi ta' għarfien, l-involviment tar-Russja b'xi mod jew ieħor ikun prudenti għaliex dan il-pajjiż hu kontributur ewlieni għat-tniġġis tal-Baħar Baltiku.

2.  Għal min ifassal il-politika jkun rilevanti li jkollu aċċess għal stimi fuq bażi xjentifika kemm tat-telf attwali u kemm ta' dak potenzjali f'termini ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali li jirriżulta mill-ħsara lill-ekosistema u u t-telf tal-bijodiversità fil-Baħar Baltiku.

     Is-sajjieda professjonali huma wieħed mill-ewwel gruppi direttament milquta minn dan, iżda żgur mhux l-uniku wieħed. Huwa importanti li l-konsegwenzi tal-bidliet fil-Baħar Baltiku jitqiesu minn perspettiva wiesgħa.

3.  F'każ ta' involviment ta' setturi differenti, barra minn dawk li jissemmew espliċitament fit-test, huwa importanti li jkollna ambitu wiesa'. Setturi rilevanti oħra jinkludu, iżda mhux biss, is-settur tat-trasport marittimu, l-agrikoltura, l-industrija u l-awtoritajiet tal-port.

4.  Kunsiderazzjoni speċjali għandha tingħata lill-aspett tal-ilma tas-saborra minn bastimenti li jkun fihom speċijiet invażivi li jistgħu jheddu l-bilanċ ekoloġiku naturali tal-Baħar Baltiku. Rigward il-vapuri, il-prevenzjoni tat-tixrid taż-żejt hija wkoll qasam li jeħtieġ ħafna attenzjoni.

5.  Proġetti bħas-sistema tal-pajpijiet North Stream fil-Baħar Baltiku jqajmu wkoll mistoqsijiet dwar l-impatt potenzjali fuq perjodu ta' żmien qasir u twil tal-bini ta' sistemi ta' pajpijiet fil-Baħar Baltiku kollu, jew uħud miż-żoni tiegħu. Dan jenfasizza l-importanza li jkun żgurat li l-istudji tal-impatt ma jsirux, jew ma jiġux ikkummissjonati, biss mill-partijiet interessati, iżda jkunu wkoll issupplimentati b'riċerka indipendenti.

emendi

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

 

(Din il-modifika għandha tapplika fit-test kollu).

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Ix-xjenza tista’ tikkontribwixxi biex tindirizza dawn l-isfidi u ssib soluzzjonijiet għall-problemi ambjentali fil-Baħar Baltiku. Madankollu, il-gravità tas-sitwazzjoni preżenti ssejjaħ għal avvanz kwalitattiv u kwantitattiv tar-riċerka kurrenti fir-reġjun Baltiku permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ approċċ integrat bis-sħiħ fejn il-programmi ta’ riċerka rilevanti tal-Istati ġirien jistgħu jiġu simplifikati u ffukati sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet kumplessi u urġenti b’mod koordinat, effiċjenti u effettiv.

(5) Ix-xjenza trid tikkontribwixxi biex tindirizza dawn l-isfidi u ssib soluzzjonijiet għall-problemi ambjentali urġenti fil-Baħar Baltiku. Madankollu, il-gravità tas-sitwazzjoni preżenti ssejjaħ għal avvanz kwalitattiv u kwantitattiv tar-riċerka kurrenti fir-reġjun Baltiku permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ approċċ integrat bis-sħiħ fejn il-programmi ta’ riċerka rilevanti tal-Istati ġirien jistgħu jiġu simplifikati u ffukati sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet kumplessi u urġenti b’mod koordinat, effiċjenti u effettiv.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9 a) Kollox ma’ kollox il-BONUS ERA-NET u l-ERA-NET PLUS ħadmu tajjeb u għalhekk hu importanti li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ sforzi fir-riċerka sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali urġenti.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Filwaqt li tiffoka l-aktar fuq ir-riċerka ambjentali, l-inizjattiva BONUS-169 tmis numru ta’ programmi ta’ riċerka tal-Komunità rilevanti fuq firxa ta’ attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatti akkumulattivi fuq l-ekosistema bħas-sajd, l-akkwakultura, l-agrikultura, l-infrastruttura, it-trasport, it-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi kif ukoll kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi. Din l-inizjattiva hija ta’ rilevanza konsiderevoli għal numru ta’ politiki u Direttivi tal-Komunità inkluża d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Komuni Agrikola, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma u impenji internazzjonali tal-UE bħall-Pjan ta’ Azzjoni għall-Baħar Baltiku HELCOM. Bħala riżultat, diversi oqsma oħra tal-Politika tal-Komunità għandhom jibbenefikaw minn BONUS-169.

(12) Filwaqt li tiffoka l-aktar fuq ir-riċerka ambjentali, l-inizjattiva BONUS tmiss numru ta’ programmi ta’ riċerka tal-Komunità rilevanti fuq firxa ta’ attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatti akkumulattivi fuq l-ekosistema bħas-sajd, l-akkwakultura, l-agrikultura, l-infrastruttura (b'mod partikulari fil-qasam tal-enerġija), it-trasport, it-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi kif ukoll kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi. Din l-inizjattiva hija ta’ rilevanza konsiderevoli għal numru ta’ politiki u Direttivi tal-Komunità inkluża d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-Politika Komuni Agrikola, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma u impenji internazzjonali tal-UE bħall-Pjan ta’ Azzjoni għall-Baħar Baltiku HELCOM. Bħala riżultat, diversi oqsma oħra tal-Politika tal-Komunità għandhom jibbenefikaw minn BONUS.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata aktar attenzjoni għal proġetti ppjanati ta’ infrastruttura tal-enerġija, peress li dawn forsi jista’ jkollhom l-akbar effett fuq il-ġejjieni tal-ambjent tal-Baħar Baltiku.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fi tmiem il-fażi strateġika, il-Kummissjoni, assistita minn espert indipendenti għandha tevalwa l-maturità u l-prontezza tal-inizjattiva biex tidħol fil-fażi ta’ implimentazzjoni.

(15) Fi tmiem il-fażi strateġika, il-Kummissjoni, assistita minn esperti indipendenti għandha tivverifika u tevalwa l-kwalità u l-prontezza tal-fażi strateġika u, jekk ikun xieraq, tissuġġerixxi titjib. It-tranżizzjoni għall-fażi ta' implimentazzjoni għandha ssir mingħajr problemi u mingħajr dewmien mhux meħtieġ.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex BONUS-169 jiġi implimentat b’mod effettiv, matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lill-parteċipanti tal-proġetti BONUS-169 magħżula fil-livell ċentrali taħt ir-responsabbiltà ta’ BONUS EEIG wara li jsiru sejħiet għall-proposti.

(24) Sabiex BONUS jiġi implimentat b’mod effettiv, matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lill-parteċipanti tal-proġetti BONUS magħżula fil-livell ċentrali taħt ir-responsabbiltà ta’ BONUS EEIG wara li jsiru sejħiet għall-proposti. L-għoti u l-ħlas ta’ dan l-appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti fil-BONUS għandhom ikunu trasparenti, mhux burokratiċi u skont ir-regoli komuni f'konformità mas-Seba' Programm Kwadru.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Huwa essenjali li l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt BONUS-169 jikkonformaw mal-prinċipji ta’ etika bażiċi, inklużi dawk li jinstabu fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jsegwu l-prinċipji tal-integrazzjoni tal-ġeneru u tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

(30) Huwa essenzjali li l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt BONUS jikkonformaw mal-prinċipji ta’ etika, bi qbil mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fis-Seba’ Programm Kwadru, u jsegwu l-prinċipji tal-integrazzjoni tal-ġeneru, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) BONUS EEIG għandu jinkorraġġixxi lill-parteċipanti tal-proġetti BONUS-169 magħżula biex jikkomunikaw u jxerrdu sew r-riżultati tagħhom u jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

(32) BONUS EEIG għandu jobbliga lill-parteċipanti tal-proġetti BONUS magħżula biex jikkomunikaw u jxerrdu sew r-riżultati tagħhom u jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżultati tar-riċerka li tkun saret iridu jkunu kkomunikati kemm jista' jkun.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 32 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) L-implimentazzjoni b’suċċess tal-proġetti diġà mwettqa skont il-programm BONUS urew il-kundizzjoni diżastruża tal-Baħar Baltiku, partikolarment f’dawk il-postijiet fejn huma ppjanati proġetti ta' infrastruttura tal-enerġija estensivi; il-qagħda tal-ambjent tal-Baħar Baltiku għalhekk għandha tkompli tiġi segwita b’mod attiv.

Ġustifikazzjoni

Din tenfasizza l-importanza ta’ implimentazzjoni ta’ suċċess għall-proġetti skont il-programm BONUS.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 32 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b) M’għandhomx jitkomplew prattiki difettużi li ħarġu waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti taħt il-programm BONUS, u l-proġetti mressqa miċ-ċentri ta’ riċerka ta’ xi Stati Membri m’għandhomx ikunu preferuti bla raġuni meta titfassal il-lista tal-proġetti għal finanzjament, peress li dan jiddiskrimina kontra Stati Membri oħrajn fir-reġjun tal-Baħar Baltiku.

Ġustifikazzjoni

Meta jintgħażlu l-proġetti għal finanzjament, il-prattika turi li l-proġetti mressqa miċ-ċentri ta’ riċerka ta’ xi Stati Membri huma preferuti bla raġuni filwaqt li ċentri ta’ riċerka ta’ Stati Membri oħrajn jiġu injorati. Din id-diskriminazzjoni għandha tiġi evitata meta titfassal il-lista tal-klassifika.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

Suġġett

 

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni hu li jingħata appoġġ lill-iżvilupp ambjentalment sostenibbli tar-reġjun tal-Baħar Baltiku billi jiġi ffaċilitat il-koordinament tal-isforzi ta’ riċerka reġjonali mal-għan komuni għall-implimentazzjoni ta’ mmaniġġjar ibbażat fuq l-ekosistema tar-reġjun.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-preparazzjoni tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika – li tiddefinixxi l-parti dwar il-kontenut xjentifiku tal-programm li tiffoka fuq is-sejħiet għall-proposti, konformi mal-għanijiet stabbiliti fis-Seba’ Programm Kwadru;

(a) il-preparazzjoni tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika – li tiddefinixxi l-parti dwar il-kontenut xjentifiku tal-programm li tiffoka fuq is-sejħiet għall-proposti, konformi mal-għan komuni għal immaniġġjar sostenibbli bbażat fuq l-ekosistema tar-reġjun tal-Baħar Baltiku u mal-għanijiet stabbiliti fis-Seba’ Programm Kwadru;

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-fażi ta’ implimentazzjoni għandha ddum għal minimu ta’ ħames snin. Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni mill-anqas tliet sejħiet għall-proposti għandhom jiġu ppubblikati bl-għan li jiġu ffinanzjati proġetti li jindirizzaw l-għanijiet ta’ BONUS-169. Dawn is-sejħiet għandhom jimmiraw lejn proġetti bi sħab multipli u transnazzjonali u jinkludu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni. Għandhom jintgħażlu il-proġetti skont il-prinċipji tat-trattament ugwali, it-trasparenza, l-evalwazzjoni indipendenti, il-kofinanzjament, mingħajr profitt, il-finanzjament mhux kumulat ma’ sorsi oħra tal-Komunità, kif ukoll il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.

4. Il-fażi ta’ implimentazzjoni għandha ddum għal minimu ta’ ħames snin. Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni is-sejħiet għall-proposti għandhom jiġu ppubblikati bl-għan li jiġu ffinanzjati proġetti li jindirizzaw l-għanijiet ta’ BONUS. Dawn is-sejħiet għandhom jimmiraw lejn proġetti bi sħab multipli u transnazzjonali u jinkludu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u disseminazzjoni. Għandhom jintgħażlu il-proġetti skont il-prinċipji tat-trattament ugwali, it-trasparenza, l-evalwazzjoni indipendenti, il-kofinanzjament, mingħajr profitt, il-finanzjament mhux kumulat ma’ sorsi oħra tal-Komunità, kif ukoll il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività. L-għoti u l-ħlas ta' finanzjament lill-parteċipanti f'BONUS għandhom jikkonformaw mar-regoli komuni skont is-Seba' Programm Kwadru.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 - paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-fażi ta’ implimentazzjoni għandha tingħata taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

3. Il-Kummissjoni għandha, qabel tmiem il-fażi strateġika, tevalwa dan li ġej:

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 - paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) evalwazzjoni pożittiva tal-fażi strateġika mwettqa mill-Kummissjoni bl-assistenza ta’ esperti indipendenti; din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-progress li jsir lejn il-kisba tal-għanijiet u r-riżultati stabbiliti fl-Artikolu 2(3) u l-Anness I;

(a) l-eżiti tal-fażi strateġika deskritti fl-Artikolu 2(3), kif ukoll il-progress li jsir lejn il-kisba tal-għanijiet u r-riżultati stabbiliti fl-Anness I, sezzjoni 2;

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 - paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) prova minn BONUS EEIG tal-kapaċità tiegħu li jimplimenta l-BONUS-169 inkluż ir-riċeviment, l-allokazzjoni u l-monitoraġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ‘il quddiem "Regolament Finanzjarju") u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, u skont il-ġestjoni finanzjarja soda;

(b) prova minn BONUS EEIG tal-kapaċità tiegħu li jimplimenta l-BONUS inkluż it-temma tal-objettivi tar-reġjun tal-Baħar Baltiku għall-iżvilupp sostenibbli, ir-riċeviment, l-allokazzjoni u l-monitoraġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta skont l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ‘il quddiem "Regolament Finanzjarju") u l-Artikoli 35, 38(2) u 41 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, u skont il-ġestjoni finanzjarja soda.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 - paragrafu 3 - punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) impenn minn kull Stat li qed jipparteċipa li jikkontribwixxi s-sehem tiegħu tal-finanzjament ta’ BONUS-169 u l-ħlas tal-flus u l-provvista effettiva ta’ kontribuzzjoni ta’ infrastruttura in natura meta din tiġi mitluba; dawn l-impenji għandhom ikun inklużi fi pjan ta’ finanzjament mitfiehem bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq konġunt tal-pjan ta’ implimentazzjoni ta’ BONUS-169;

(e) impenn minn kull Stat li qed jipparteċipa li jikkontribwixxi s-sehem tiegħu tal-finanzjament ta’ BONUS u l-ħlas tal-kontribut finanzjarju tagħhom, b’mod partikolari l-finanzjament għall-parteċipanti fil-proġetti BONUS magħżula wara t-talba għall-proposti;

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Anness I - sezzjoni 1 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tibda mill-anqas tliet sejħiet għal proposti konġunti transtematiċi, iffukati strateġikament u bi sħab multipli

(g) tibda sejħiet għal proposti konġunti transtematiċi, iffukati strateġikament u bi sħab multipli

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Anness I - sezzjoni 1 - ittra g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) tistieden bil-ħeġġa lill-pajjiżi terzi kollha li jmissu mal-Baħar Baltiku jew li jissupplixxu ż-żona tal-qbid tiegħu biex jissieħbu fl-inizjattiva bħala Stati Parteċipanti

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta’ pajjiżi ma’ dawk inklużi fiż-żona tal-qbid tal-Baħar Baltiku fl-emenda 2 tar-rapporteur għal opinjoni.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Anness I - sezzjoni 2.2.1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika għandha tiġi żviluppata u miftehma fil-konsultazzjoni fost l-Istati Parteċipanti, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati u l-Kummissjoni. Din għandha tkun il-bażi għal programm ibbażat fuq il-politika. Din għanda twessa’ l-attenzjoni tar-riċerka biex tinkorpora, flimkien mal-ekosistema tal-baħar, approċċ tal-baċini li jindirizza l-kwistjonijiet l-aktar importanti li jaffettwaw il-kwalità u l-produttività tal-ekosistemi tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

L-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika għandha tiġi żviluppata u miftehma fil-konsultazzjoni fost l-Istati Parteċipanti, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati u l-Kummissjoni. Din għandha tkun il-bażi għal programm ibbażat fuq il-politika. Din għanda twessa’ l-attenzjoni tar-riċerka biex tinkorpora, flimkien mal-ekosistema tal-baħar, approċċ tal-baċini li jindirizza l-kwistjonijiet l-aktar importanti li jaffettwaw il-kwalità u l-produttività tal-ekosistemi tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku. Għandha tinkludi stima tal-ispiża ekonomika tal-ħsara ambjentali u tat-telf tal-bijodiversità fir-reġjun.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tal-valutazzjoni ekonomika tal-ħsara ambjentali ġenerali (pereżempju l-ewtrofikazzjoni) flimkien mat-telf tal-bijodiversità meta mqabbel mal-emenda 3 tar-rapporteur.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Anness I - sezzjoni 2.2.3 - punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-iżvilupp ta’ struttura ta’ finanzjament għall-finanzjament ta’ proġetti BONUS-169 ibbażata fuq grupp ta’ fondi li jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet ta’ flus tal-Istati Parteċipanti u tal-Komunità;

(h) l-iżvilupp ta’ struttura ta’ finanzjament għall-finanzjament ta’ proġetti BONUS;

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Anness I - sezzjoni 2.2.3 - punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ia) l-iżgurar li r-riżultati tar-riċerka jinqasmu ma' proġetti oħra simili ta' riċerka fil-baħar reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt kien miżjud biex ikunu evitati kemm jista' jkun li l-isforzi ta' riċerka jirkbu fuq xulxin jew ikunu idduplikati.

Emenda          23

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – sezzjoni 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sakemm ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-verifika ex-ante tal-BONUS EEIG ikunu pożittivi, il-Kummussjoni u l-BONUS EEIG għandhom jikkonkludu l-Ftehim ta’ Implimentazzjoni.

3. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 3(3)(a) u l-verifika ex-ante tal-BONUS EEIG tkun pożittiva, il-Kummussjoni u l-BONUS EEIG għandhom jikkonkludu l-Ftehim ta’ Implimentazzjoni.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – sezzjoni 3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, mill-anqas tliet sejħiet konġunti għall-proposti għandhom ikunu pubblikati u implimentati bil-għan li jiġu ffinanzjati proġetti tal-BONUS-169 b’miri strateġiċi li jindirizzaw l-għanijiet tal-inizjattiva. Is-suġġetti għandhom joriġinaw mill-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika tal-BONUS-169, jirrispettaw kemm jista’ jkun possibbli il-pjan ta’ rotta stabbilit u jkopru attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, u taħriġ u/jew disseminazzjoni.

Matul il-fażi ta’ implimentazzjoni, mill-anqas tliet sejħiet konġunti għall-proposti għandhom ikunu pubblikati u implimentati bil-għan li jiġu ffinanzjati proġetti tal-BONUS b’miri strateġiċi li jindirizzaw l-għanijiet tal-inizjattiva. Is-suġġetti għandhom joriġinaw mill-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika tal-BONUS, jirrispettaw kemm jista’ jkun possibbli il-pjan ta’ rotta stabbilit u jkopru attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, u taħriġ u/jew disseminazzjoni.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Anness I - sezzjoni 3.4 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u l-kontribuzzjoni tal-flus tal-Istati Parteċipanti lill-BONUS-169 għandhom jiġu ppuljati u amministrati b’mod ċentrali mill-BONUS EEIG.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u l-kontribuzzjoni tal-flus tal-Istati Parteċipanti lill-BONUS għandhom jiġu ppuljati u amministrati b’mod ċentrali mill-BONUS EEIG, bil-possibilità li Stat Parteċipanti jista' jalloka l-kontribuzzjoni fi flus tiegħu esklussivament għal proġetti ta' riċerka domestika (''fond komuni virtwali'').

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità ta’ "fond komuni virtwali” hi bżonnjuża għall-Istati Parteċipanti li għandhom limitazzjoni fuq it-trasferiment ta’ flus għall-fond komuni, jew għall-Istati Parteċipanti li waqgħu lura fil-kapaċità ta’ riċerka, u l-possibilità li jallokaw l-kontribuzzjoni fi flus esklussivament għal riċerka nazzjonali għandha tgħin biex tonqos id-diskrepanza attwali.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Anness II - sezzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-BONUS-169 għandu jiġi ġestit mill-BONUS EEIG permezz tas-Segretarjat tiegħu. BONUS EEIG għandu jistabbilixxi l-istrutturi li ġejjin għall-finijiet tal-BONUS-169: il-Kumitat ta’ Tmexxija, is-Segretarjat, il-Bord Konsultattiv, il-Forum tar-Riċerka Settorjali, u l-Forum għall-Koordinaturi tal-Proġett.

1. Il-BONUS għandu jiġi ġestit mill-BONUS EEIG permezz tas-Segretarjat tiegħu. BONUS EEIG stabbilixxa l-istrutturi li ġejjin għall-finijiet tal-BONUS: il-Kumitat ta’ Tmexxija, is-Segretarjat, il-Bord Konsultattiv, il-Forum tar-Riċerka Settorjali, u l-Forum għall-Koordinaturi tal-Proġett.

PROĊEDURA

Titolu

Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169)

Referenzi

COM(2009)0610 – C7-0263/2009 – 2009/0169(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.11.2009

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Anna Rosbach

25.1.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

23.2.2010

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Nick Griffin, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Matthias Groote, Judith A. Merkies, Alojz Peterle, Michail Tremopoulos, Anna Záborská

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dieter-Lebrecht Koch, Markus Pieper

PROĊEDURA

Titolu

Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169)

Referenzi

COM(2009)0610 – C7-0263/2009 – 2009/0169(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.10.2009

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.11.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.11.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

Lena Ek

15.12.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

27.1.2010

23.2.2010

7.4.2010

 

Data tal-adozzjoni

11.5.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Jorgo Chatzimarkakis, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Lena Ek, Ioan Enciu, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Edit Herczog, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Amalia Sartori, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, António Fernando Correia De Campos, Rachida Dati, Marek Józef Gróbarczyk, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Mario Pirillo, Lambert van Nistelrooij, Hermann Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder