RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea
3.6.2010 - (COM(2009)0501 – C7‑0169/2009 – 2009/0142(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: José Manuel García-Margallo y Marfil
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea
(COM(2009)0501 – C7‑0169/2009 – 2009/0142(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0501),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0169/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0166/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;
2. Iqis li l-ammont referenzjali indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu għas-subintestatura 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2012 (MFF), imma li l-marġini li għadu fl-intestatura 1a għall-2011-2013 huwa limitat ħafna u l-finanzjament għall-attivitajiet il-ġodda ma għandux jipperikola l-finanzjament ta' prijoritajiet oħrajn skont is-subintestatura 1a; itenni, għaldaqstant, it-talba tiegħu għal reviżjoni tal-MFF, akkumpanjata bi proposti konkreti li jaġġustawha u jirreveduha qabel għeluq l-ewwel semestru tal-2010 billi jintużaw il-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (IIA) u, b’mod partikolari, dawk li jinsabu fil-punti 21 u 23 tiegħu, ħalli jkun żgurat il-finanzjament tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-Awtorità) mingħajr ma jkun ipperikolat il-finanzjament tal-prijoritajiet l-oħrajn, u jkun żgurat li jifdal marġini suffiċjenti, skont is-subintestatura 1a;
3. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-IIA għandhom jiġu applikati għat-twaqqif tal-Awtorità; jenfasizza li, jekk kemm-il darba l-awtorita leġiżlattiva tiddeċidi favur it-twaqqif tal-Awtorità, il-Parlament se jidħol f’negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorita baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar il-finanzjament tal-Awtorità b'konformita mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-IIA;
4. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Settur Bankarju) |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu.) |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1a) Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà talab b’mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li ġibed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni Ewropea ta' swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni1, tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea2, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper3, tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata4, tad-9 ta’ Ottubru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza5, tat-22 ta’April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II)6 u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu7). |
|
|
________________________________ 1 ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453. 2 ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394. 3 ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx. 4 ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26. 5 ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48. 6 Testi adottati, P6_TA(2009)0251. 7 Testi adottati, P6_TA(2009)0279. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fil-Komunità. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tat-titoli u waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta' bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea" ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid. |
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea" pprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru fir-Rapport de Larosière. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) Fit-2 ta’April, 2009, il-mexxejja tal-G-20 fid-dikjarazzjoni tagħhom 'Il-Pjan Globali għall-Irkupru u r-Riforma' ddikjaraw ir-rieda tagħhom li "jinbena qafas superviżorju u regolatorju, aktar konsistenti globalment u aktar b’saħħtu għas-settur finanzjarju futur, li se jappoġġja tkabbir globali sostenibbli u jaqdi l-ħtiġijiet tan-negozju u ċ-ċittadini". Fis-Samit ta' Pittsburg tal-2009, il-mexxejja tal-G-20, talbu lill-FMI jħejji "rapport ... rigward ... kif is-settur finanzjarju jista' jagħti kontribut ġust u sostanzjali favur il-ħlas ta' kull piż marbut mal-interventi tal-gvernijiet biex titranġa s-sistema bankarja". Ir-rapport interim tas-16 ta' April 2010 intitolat, 'Kontribut Ġust u Sostanzjali mis-Settur Finanzjarju', li nkiteb biex tkun issodisfata dik it-talba, iddikjara, inter alia, li "l-ispiża fiskali diretta tan-nuqqasijiet tas-settur finanzjarju għandha tiġi limitata u tkun koperta minn Kontribut għall-Istabilità Finanzjarja (KSF) marbut ma' mekkaniżmu ta' riżoluzzjoni kredibbli u effikaċi. Il-KSF jiżgura li l-industrija tgħin biex ikunu koperti l-ispejjeż ta' kull riżoluzzjoni potenzjali u jnaqqas ir-riskju sistemiku. Jekk ikunu definiti sew, il-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni il-gvernijiet ikollhom isalvaw lil istituzzjonijiet importanti wisq, kbar wisq jew interkonnessi wisq biex ifallu". |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4b) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata 'Ewropa 2020' iddikjarat li prijorità kruċjali għall-futur qrib tkun "l-għoti ta' impetu għal politika ambizzjuża li fil-ġejjieni tippermettilna nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li - b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi ta' bħalissa - ser tesplora l-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju". Fil-laqgħa tiegħu tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel li "l-progress huwa meħtieġ b'mod partikolari rigward kwistjonijiet bħal... l-istituzzjonijiet sistemiċi, l-istrumenti ta' finanzjament għall-immaniġġjar tal-kriżijiet; iż-żieda tat-trasparenza fis-swieq tad-derivati u l-fatt li jitqiesu miżuri speċifiċi rigward 'sovereign credit default swaps'." |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet. |
(5) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta’ sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Il-Komunità laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej, li jibqgħu entitajiet konsultattivi għall-Kummissjoni. Il-Komunità ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju Komunitarju wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk Komunitarju b’saħħtu. |
(6) L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej. L-Unjoni ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju tal-Unjoni wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk tal-Unjoni b’saħħtu. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Komunitarji, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali, u tagħti rwol ċentrali fis-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali lill-kulleġġi tas-superviżuri. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar il-Komunità. Għandha titwaqqaf Awtorità Bankarja Ewropea, flimkien ma’ Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej). |
(7) L-SESF għandha tkun netwerk integrat ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali. Kulleġġi ta' superviżuri għandhom jissorveljaw l-istituzzjonijiet finanzjarji. Awtorità Superviżorja Ewropea (Settur Bankarju) (l-Awtorità) għandha tieħu f'idejha s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku sal-punt li jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, meta awtorità nazzjonali tkun naqset milli teżerċita s-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Minbarra l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjonijiet u Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt). Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun parti mill-SESF. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jissostitwixxu l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati. L-ambitu tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji. |
(8) L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, u tassumi l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati. L-ambitu tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) L-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, jiġu protetti d-depożituri u l-investituri, jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u hija għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. |
(9) L-Awtorità għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, anke b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha u n-natura differenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Awtorità għandha tħares il-valuri pubbliċi bħall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u l-prodotti finanzjarji u l-protezzjoni tad-depożituri u l-investituri. L-Awtorità għandha wkoll tipprevjeni l-arbitraġġ regolatorju u għandha tiggarantixxi kundizzjonijiet indaqs, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jittejbu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq intern u li tkun żgurata l-kompetittività dinjija. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta' pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tal-banking, tal-pagamenti u tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-flus elettroniċi, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-governanza korporattiva, mal-verifika u mar-rappurtar finanzjarju. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9a) Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità tal-UE b'personalità legali u b'awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Kif issuġġerit mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, l-Awtorità għandha tingħata "setgħat biex tittratta l-konformità mal-liġijiet kif ukoll tħassib rigward is-sikurezza u l-istabbiltà", partikolarment dawk marbuta mar-riskju sistemiku u mar-riskji transkonfinali. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 9 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9b) Fit-28 ta' Ottubru 2009, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-G-20 iddefinew ir-riskju sistemiku bħala "riskju ta' tħarbit tas-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn tfixkil tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha u (ii) għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. It-tipi kollha ta' intermedjarji, swieq u infrastruttura finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu sistematikament importanti sa ċertu livell". |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 9 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9c) Ir-riskju transkonfinali, skont dawk l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha jew f'partijiet minnha li għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern, jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew ta' wieħed mill-Istati Membri tagħha. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej irrikonoxxiet li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ "korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis Komunitarju rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat. |
(10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li: "xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 TKE [issa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Il-leġiżlatura tista’ tqis meħtieġ li jiġi pprovdut it-twaqqif ta’ korp Komunitarju responsabbli li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-proċess ta’ armonizzazzjoni f'sitwazzjonijiet fejn, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni uniformi u l-applikazzjoni tal-atti bbażati fuq din id-dispożizzjoni, l-adozzjoni ta' miżuri ta' qafas mhux vinkolanti bħala appoġġ jidher li tkun xierqa"1 u l-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-operat tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [verżjoni mhux uffiċjali], id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu [verżjoni mhux uffiċjali] u d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti. |
(11) L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-operat tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu [verżjoni mhux uffiċjali], id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu [verżjoni mhux uffiċjali] u d-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għad-Direttiva 94/19/KE għandha tkun bla ħsara għar-reviżjoni kurrenti ta' dik id-Direttiva, u ma għandhiex tantiċipa s-setgħat, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu konferiti lill-Awtorità b'riżultat ta' dik ir-reviżjoni. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi. |
(12) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi1, id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi2 u partijiet mid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi. |
|
|
1 ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1. 2 ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-garanziji ta’ depożiti biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tad-depożituri madwar il-Komunità. Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożiti huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-garanzija ta’ depożiti nnifisha u l-operatur tagħha. |
(13) Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-garanziji ta’ depożiti biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tad-depożituri madwar l-Unjoni. Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożiti huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-garanzija ta’ depożiti nnifisha u l-operatur tagħha. L-irwol tal-Awtorità għandu jiġi rivedut hekk kif jitwaqqaf Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-irwol tal-Awtorità fil-qasam tal-garanziji tad-depożiti jeħtieġ li jiġi kkunsidrat mill-ġdid meta jitwaqqaf Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-abbozz tal-istandards tekniċi jkollhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompativvli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards regolatorji armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward standards regolatorji fis-servizzi finanzjarji. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) Il-proċess għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi f’dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(15) Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji sabiex tagħtihom effett vinkolanti. Għandhom ikunu soġġetti għall-emendi jekk, pereżempju, ikunu inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif rifless fid-dritt tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) F’oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
(16) F’oqsma mhux koperti minn standards regolatorji, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex tkun żgurata trasparenza sħiħa għall-parteċipanti fis-suq. F'oqsma li ma jkunux koperti minn standards regolatorji, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u xxerred l-aħjar prattiki. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi Komunitarja huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
(17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi tal-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza Deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat. |
(19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stipulata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell Komunitarju. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Billi d-determinazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tinvolvi livell ta’ diskrezzjoni sinifikanti, din is-setgħa għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarji li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. |
(21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jistabbilixxi meta jkun hemm sitwazzjoni ta' emerġenza. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom. |
(22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b’effett vinkolanti, anke fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom. Dan japplika wkoll għal nuqqas ta’ ftehim fi ħdan kulleġġ ta’ superviżuri. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22a) Il-kriżi kixfet nuqqasijiet importanti fl-approċċi attwali għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet transkonfinali, b'mod partikolari fl-akbar u l-aktar istituzzjonijiet kumplessi li l-falliment tagħhom kapaċi jikkawża ħsarat sistemiċi. Dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw mill-oqsma differenti ta’ attività tal-istituzzjionijiet finanzjarji u mill-korpi superviżorji. Tal-ewwel jaġixxu f'suq mingħajr fruntieri u tal-aħħar jivverifikaw kuljum jekk il-ġurisdizzjonijiet tagħhom jispiċċawx mal-fruntieri nazzjonali. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 22 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22b) Intwera b'mod ċar li l-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni użat biex tissolva dik l-asimmetrija mhuwiex suffiċjenti. Kif tirrimarka t-Turner Review, ippubblikata f'Marzu 2009, "l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu d-drittijiet li jiġu mill-passaport għall-ftuħ ta' fergħat (passporting rights), superviżjoni fil-pajjiż ta' domiċilju u assigurazzjoni fuq id-depożitu purament nazzjonali, mhumiex bażi soda għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni futuri ta' banek ġenerali Ewropej li joperaw fuq bażi transkonfinali"1. |
|
|
_____________ 1 Rapport Turner, p. 101. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 22 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22c) Hemm żewġ possibilitajiet ta' soluzzjoni għal dik l-asimmetrija: li tingħata aktar setgħa lis-superviżuri ta' pajjiżi ospitanti (is-soluzzjoni nazzjonali) jew li tinħoloq awtorità Ewropea vera li tkun alternattiva (is-soluzzjoni tal-Unjoni). Kif tgħid it-Turner Review, "arranġamenti aktar sodi jeżiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta' integrazzjoni Ewropea". |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 22 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22d) Skont is-soluzzjoni nazzjonali, il-pajjiż ospitanti jkun jista' jirrifjuta lill-fergħat lokali d-dritt li joperaw, li jġiegħel lill-istituzzjonijiet barranin li joperaw biss permezz ta' sussidjarji u mhux permezz ta' fergħat, u li jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 22 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22e) Skont is-soluzzjoni tal-Unjoni, il-kulleġġi tas-superviżuri li jissorveljaw l-istituzzjonijiet transkonfinali għandhom jissaħħew u għandu jkun hemm trasferiment progressiv tas-setgħat superviżorji fuq l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku lejn awtorità tal-Unjoni. Dak il-qafas superviżorju għandu jinkludi istituzzjonijiet transkonfinali jew li joperaw nazzjonalment li l-falliment tagħhom jista' jhedded l-istabbiltà tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 22 f (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22f) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa jiddefinixxu regoli superviżorji sabiex irawmu l-applikazzjoni koerenti tad-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. L-Awtorità għandha tkun minn ta' quddiem fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li joperaw fl-Unjoni. L-Awtorità għandha tiżvolġi wkoll rwol ta' medjazzjoni vinkolanti biex issolvi l-kunflitti bejn is-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 22 g (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22g) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Awtorità, iżda fejn jippersistu differenzi bejn l-istandards u l-prattiki nazzjonali. Mhuwiex biżżejjed li nikkonverġu r-regolamenti finanzjarji bażiċi jekk il-prattiki tas-superviżjoni jibqgħu frammentati. Kif jenfasizza r-Rapport de Larosière, "it-tagħwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta' superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta' attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata." |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. |
imħassar |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 23 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23a) Is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku għandha tkun fdata f'idejn l-Awtorità meta s-superviżuri nazzjonali ma jkunx irnexxielhom jeżerċitaw s-setgħat tagħhom fi żmien opportun u b'mod ordnat. Is-superviżuri nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għall-istruzzjonijiet tal-Awtorità dwar l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku. L-Awtorità għandha taġixxi permezz tas-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 23 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23b) Għalhekk għandu jkun stabbilit qafas ġdid għall-immaniġġjar ta' kriżi finanzjarja għaliex il-mekkaniżmu attwali għall-iżgurar tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ma jaħdimx. Elementi ewlenin tal-immaniġġjar ta' kriżi huma sett komuni ta' regoli u strumenti ta' riżoluzzjoni finanzjarja (eżekuzzjoni u finanzjament biex tkun ittrattata l-kriżi ta' istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi). |
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 23 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23c) Ir-riskju sistemiku għandu jkun identifikat, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-G-20. L-interkonnettività, is-sostituttività u ż-żmien opportun huma l-kriterji l-iktar użati għall-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku. Skont kemm l-istituzzjonijiet finanzjarji jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku, għandhom jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Awtorità u jkunu soġġetti għall-obbligu li jikkontribwixxu għall-Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti u għall-Fond Ewropew ta' Stabbiltà Bankarja. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 23 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23d) Biex tkun żgurata r-responsabbiltà konġunta tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, jitħarsu l-interessi tad-depożituri tal-Unjoni u tonqos l-ispiża għal min iħallas it-taxxa ta' kriżi finanzjarja sistemika, il-Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jkun stabbilit biex jiffinanzja interventi opportuni ta' likwidazzjoni jew ta' rkupru f'istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali batuti, li l-impatt tagħha jhedded l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet minn dawk l-istituzzjonijiet, permezz ta' dejn maħruġ mill-Fond jew, f'ċirkustanzi straordinarji, permezz ta' kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri milquta skont kriterji miftiehma minn qabel f'Memorandum ta' Ftehim irrevedut. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jissostitwixxu dawk li saru lill-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożitu. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 23 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23e) Il-Fond Ewropew ta' Stabbiltà Bankarja għandu jiffinanzja interventi opportuni ta' likwidazzjoni jew ta' salvataġġ ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed jaffaċċjaw diffikultajiet meta dawk ikunu jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jissostitwixxu dawk li saru lill-fondi nazzjonali ta’ natura simili. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ f’idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. |
(24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji, partikolarment għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li m'għandhomx dimensjoni tal-Unjoni??. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ f’idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u timmonitorja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Fl-aħħar għandha tidentifika u xxerred prattiki tajba fir-rigward tad-delega u ftehimiet ta’ delega. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Komunità, b’mod partikolari fejn żviluppi avversi jistgħu jipperikolaw l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità. |
(27) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Unjoni, b’mod partikolari biex tiżgura l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan l-SESF. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fil-Komunità kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. |
(28) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tibda u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew, l-Awtorità għandha tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq u tal-impatt ta’ żviluppi potenzjali tas-swieq. |
Ġustifikazzjoni | |
L-użu tal-analiżi eknomika jippermetti lill-ASE tieħu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar l-impatt tal-azzjonijiet tagħha fuq is-suq usa’, u l-impatt ta’ avvenimenti fis-suq usa’ fuq l-azzjonijiet tagħha. Dan huwa konformi mal-aqwa prattiki fil-livell tal-Istati Membri. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Komunità. Hija għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-rwoli u l-kompetenzi eżistenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fir-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet barra l-Komunità u f’fora internazzjonali. |
(29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fir-rigward tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma' superviżuri f'pajjiżi terzi. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 32 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(32) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu. |
(32) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni rilevanti. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu kif xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Spjega aħjar tat-test. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33) Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Komunità (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Komunità. |
(33) L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma jiġu adottati abbozz ta' standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha tagħmel studju dwar l-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Unjoni (li jirrappreżentaw id-diversi mudelli u daqsijiet tal-istituzzjonijiet u n-negozji finanzjarji, (fosthom kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lit-trade unions, lill-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumaturi, inklużi l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 33 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(33a) Meta mqabbla mar-rappreżentanti industrijali b’fondi suffiċjenti u b'rabtiet tajbin, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ huma mwarrba fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet marbut miegħu. Dak l-iżvantaġġ għandu jiġi kkumpensat permezz tal-finanzjament xieraq tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fl-immaniġġar ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. |
(34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw ġestjoni kkoordinata ta' kriżi u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib mal-qafas u l-prinċipji tal-UEM. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 34 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(34a) Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ regolament li jistabbilixxi tali mekkaniżmu, għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, fil-livell tal-Unjoni u abbażi tal-esperjenza miksuba, gwida soda u ċara dwar meta s-salvagwardja tista’ tkun applikata mill-Istati Membri. L-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja mill-Istati Membri għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ dik il-gwida. |
Ġustifikazzjoni | |
Mill-proposta tal-Kummissjoni huwa nieqes l-element tal-gwida dwar meta xi deċiżjoni tħalli impatt fuq ir-responsabbiltajiet fiskali nazzjonali. Għandha tiġi pprovduta ċertezza legali abbażi tal-kunċett tar-“responsabbiltà fiskali” biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-awtoritajiet nazzjonali u u l-parteċipanti fis-suq finanzjarju madwar l-UE. Hemm bżonn ta’ definizzjoni komuni u miftiehma ta’ gwida ċara dwar meta Stat Membru jista’ jiddikjara li ġew affettwati r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 34 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(34b) Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fl-istess żmien li jinforma lill-Awtorità, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet tiegħu għaliex talab is-salvagwardja. L-Awtorità, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imisshom jittieħdu. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 36 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, il-Bank Ċentrali Ewropew u ż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Komunità. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fit-Trattat, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett. |
(36) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett. |
|
|
(Il-tibdil fl-ismijiet tal-awtoritajiet għandu japplika fit-test kollu.) |
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 38 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(38) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Bord tas-Superviżuri permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
(38) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Parlament Ewropew wara kompetizzjoni miftuħa mmaniġġjata mill-Kummissjoni, u t-tfassil ta’ lista qasira tal-għażla għall-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 39 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib f’Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jassumi l-funzjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt għall-Konglomerati Finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. |
(39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt) (il-"Kumitat Konġunt") u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-konglomerati finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b'rotazzjoni kull sena mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta' approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Kumitat Konġunt fil-koordinazzjoni tal-awtoritajiet kif imsemmi fir-Rapport Skinner. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 41 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja skont il-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba1 (IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit globali huwa soġġett għall-proċedura ta' kwittanza. |
|
|
1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Awtorità hi stabbilita bħala aġenzija deċentralizzata tal-Unjoni Ewropea u se tkun iffinanzjata skont l-IIA. Dan għandu jkun rifless fil-bażi legali tagħha. | |
Emenda 54 Proposta għal regolament Premessa 44 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(44) Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Bl-istess mod għandha titħares l-informazzjoni skambjata fin-netwerk. |
(44) Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni magħmula disponibbli lill-Awtorità u skambjata fin-netwerk għandha tkun soġġetta għal regoli stretti u effikaċi ta’ kunfidenzjalità. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba s-sensittività kummerċjali tad-dejta speċifika tal-impriżi, huwa essenzjali li l-ASE jkunu obbligati jistabbilixxu mekkaniżmi sikuri għall-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tagħha. Hemm bżonn ovvju ta’ skambju mtejjeb ta’ informazzjoni għat-tisħiħ tal-fehim tar-riskju sistemiku. Madankollu, huwa importanti li ma jiddgħajjifx is-sentiment tas-suq mill-iżvelar potenzjali ta’ dejta sensittiva u kunfidenzjali li jkun jista’ jxekkel il-funzjonament proprju tas-swieq finanzjarji. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità"). |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Settur Bankarju) ("l-Awtorità"). |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE u d-Direttiva 94/19/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att Komunitarju ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE u d-Direttiva 94/19/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att leġiżlattiv tal-Unjoni ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
|
|
L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi kwistjonijiet ta' governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi msemmija fis-subparagrafu 1. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 226 tat-Trattat sabiex tiżgura konformità mal-liġi Komunitarja. |
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tikkontribwixxi sabiex: (i) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni, (ii) jitħarsu d-depożituri u l-investituri, (iii) jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, (iv) titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u (v) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Awtorità ser tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-liġi Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2) hawn fuq, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. |
4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tħares il-valuri pubbliċi bħall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f'perjodu qasir, medju u twil ta' żmien, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u l-prodotti finanzjarji u l-protezzjoni tad-depożituri u l-investituri. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex: (i) jitjiebu l-operat u l-kompetittività tas-suq intern, fosthom b’mod partikolari livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni, (ii) jittejbu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq intern u titħeġġeġ il-kompetittività dinjija, (iia) tiġi promossa l-inklużjoni finanzjarja, (iii) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, (iv) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, (v) tiġi appoġġjata l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjieg, (vi) jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u jingħata kontribut għal kundizzjonijiet indaqs, (vii) il-ġenerazzjoni ta' 'credit bubbles' futuri tiġi prekluża mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, u (viii) jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-ħarsien tal-konsumatur. Għal dawk l-għanijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-objettiv tal-Awtorità. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4 – subparagrafi 1 a u 1 b (ġodda) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Fl-eżerċitar tal-kompiti li ngħatawlha b'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-istituzzjonijiet sistemiċi li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħhom jista' jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew tal-ekonomija reali. |
|
|
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament fl-interess uniku tal-Unjoni. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'SESF', li għandha taħdem bħala netwerk ta’ superviżuri, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 39. |
imħassar |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkoopera mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘BERS’ kif stipulat fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament. |
imħassar |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja |
|
|
1. L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-objettiv ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u b'hekk tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji. |
|
|
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku; |
|
|
(b) l-Awtorità; |
|
|
(c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS]; |
|
|
(d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX]; |
|
|
(e) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) stabbilita fl-Artikolu 40 (il-"Kumitat Konġunt"); |
|
|
(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE]; |
|
|
(g) il-Kummissjoni, għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9; |
|
|
2a. L-Awtoritajiet li huma parti mis-SESF, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom l-obbligu li jagħtu rendikont lill-Parlament Ewropew bla ħsara għall-obbligu ta' għoti ta' rendikont tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-parlamenti nazzjonali. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsetorjali oħra mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku kif ukoll mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt. |
|
|
4. Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni leali bi qbil mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet tas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li bejniethom ikun hemm fluss ta' informazzjoni xierqa u affidabbli. |
|
|
5. Huma biss dawk l-awtoritajiet superviżorji inklużi fis-SESF li għandhom ikunu intitolati jissorveljaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser ‘istituzzjonijiet tal-kreditu’ kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE, ‘kumpaniji tal-investiment’ kif iddefinit fid-Direttiva 2006/49/KE, u ‘konglomerati finanzjarji’ kif iddefinit fid-Direttiva 2002/87/KE; |
(1) ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser ‘istituzzjonijiet tal-kreditu’ kif iddefinit fid-Direttiva 2006/48/KE, ‘kumpaniji tal-investiment’ kif iddefinit fid-Direttiva 2006/49/KE, u ‘konglomerati finanzjarji’ kif iddefinit fid-Direttiva 2002/87/KE, u kull impriża jew entità oħra li topera fl-Unjoni, li n-negozju tagħha huwa ta' natura simili, anke jekk ma jittrattawx direttament mal-pubbliku inġenerali, inklużi l-banek pubbliċi u l-banek tal-iżvilupp. Madankollu, fir-rigward tad-Direttiva 2005/60/KE, 'istituzzjonijiet finanzjarji' tfisser biss istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu kif definiti f’dik id-Direttiva; |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u, fir-rigward ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożiti, entitajiet li jamministraw skemi ta' garanzija ta’ depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE. |
(2) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u, fir-rigward ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożiti, entitajiet li jamministraw skemi ta' garanzija ta’ depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE, jew meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpannija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dik l-iskema skont id-Direttiva 94/19/KE. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tkun entità Komunitarju b’personalità legali. |
1. L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità legali. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f’Londra. |
L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Komunità u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards tekniċi li għandhom ikunu bbażati fuq il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2); |
(a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards regolatorji u implimentattivi li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2); |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tippromwovi funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
(c) tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji; |
(e) torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji; |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fa) tivvaluta, b'mod partikolari, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-ispiża tal-kreditu għad-djar u l-intrapriżi, b'mod partikolari għall-SMEs; |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fb) tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha sew; |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fc) tħeġġeġ il-protezzjoni tad-depożituri u tal-investituri; |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fd) taġixxi bħala l-korp kompetenti li jimmaniġġja l-kriżi ta' istituzzjonijiet transkonfinali li jkollha l-potenzjali ta' riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 12b, korp li jmexxi u jwettaq kull intervent bikri, riżoluzzjoni jew proċedura ta' insolvenza għal tali istituzzjonijiet permezz tal-Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju kif stabbilit fl-Artikolu 12(c); |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(g) twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fil-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2). |
(g) twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) tissorvelja lil dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti; |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(gb) tipprovdi database tal-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, meta jkun speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7; |
(a) tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7; |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) tiżviluppa abbozz ta’ standards implimentattivi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e; |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija) |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fa) tiġbor direttament l-informazzjoni neċessarja li tirrigwarda lill-istituzzjonijiet finanzjarji; |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt f b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fb) tipprojbixxi jew tillimita temporanjament ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet li jheddu l-operat ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni, jew ta' xi parti minnha. L-Awtorità għandha tirrevedi din id-deċiżjoni f'intervalli regolari u xierqa. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni meħuda fil-punt (fb) f'intervalli regolari. |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorju esklussiv fuq entitajiet b’kopertura Komunitarja jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura Komunitarja fdati f’idejha fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
3. L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b’kopertura tal-Unjoni jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura tal-Unjoni fdati f’idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal dak il-għan, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. |
4. Għall-għan li teżerċita s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont il-paragrafu 3, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq il-kompetenza, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards regolatorji biex tikkompleta, taġġorna jew timmodifika elementi li mhumiex essenzjali għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). L-istandards regolatorji m’għandhomx jimplikaw deċiżjonijiet strateġiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li huma bbażati fuqhom. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. |
2. L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards regolatorji u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadotta abbozz ta' standards regolatorji. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22. |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3. L-Awtorità għandha tressaq l-abbozz ta' standards tagħha lill-Kummissoni għall-approvazzjoni u fl-istess żmien għandha tressqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz ta’ standards. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tapprova l-abbozz ta’ standards b’mod parzjali jew b’emendi meta l-interess Komunitarju jitlob dan. |
5. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards regolatorji, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax, tirrifjutax jew temendax l-abbozz ta’ standards regolatorji. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-deċiżjonijiet tagħha, b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standards regolatorji jekk ikunu inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif rifless fid-dritt tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-istandards jew tapprovahom b’mod parzjali jew bl-emendi, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
imħassar |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
imħassar |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7a |
|
|
L-eżeċitar tad-delega |
|
|
1. Is-setgħat biex jiġu adottati standards regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat. |
|
|
2. L-abbozz ta' standards regolatorji għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni fil-forma ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. |
|
|
3. Hekk kif tadotta standard regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
4. Is-setgħa biex jiġu adottati standards regolatorji tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7b sa 7d. |
|
|
5. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li ġew approvati u li l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux ikkonformaw magħhom. |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 7 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7b |
|
|
Oġġezzjonijiet għall-istandards regolatorji |
|
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal standard regolatorju fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn. |
|
|
2. Jekk fi tmiem dak il-perjodu la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għal standard regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
|
|
3. Qabel ma jagħlaq dak il-perjodu u f'każijiet straordinarji u ġustifkati kif xieraq, il-Parlament Ewropew u l-Kunsll it-tnejn jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom iqajmu oġġezzjonijiet għal standard regolatorju. F'każijiet bħal dawn, l-istandard regolatorju għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih. |
|
|
4. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn qed toġġezzjona għal standard regolatorju. |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 7 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7c |
|
|
Nonapprovazzjoni jew emenda tal-abbozz ta' standards regolatorji |
|
|
1. F'każ li l-Kummissjoni ma tapprovax abbozz ta' standards regolatorji jew f'każ li temendahom, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha. |
|
|
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jsejjaħ lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill sabiex jindikaw fejn ma jaqblux. |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 7 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Article 7d |
|
|
Revoka tad-delega |
|
|
1. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
|
|
2. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-revoka u għandha ttemm id-delega. |
|
|
3. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat tal-istandard regolatorj li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. |
|
|
|
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 7 e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7e |
|
|
Standards implimentattivi |
|
|
1. L-Awtorità tista' tiżviluppa abbozz ta' standards biex jiġu implimentati atti vinkolanti tal-Unjoni fl-oqsma stabbiliti b'mod speċifiku fir-Regolament attwali u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). |
|
|
2. L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards implimentattivi u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadotta abbozz ta' standards implimentattivi. L-Awtorità għandha titlob ukoll opinjoni jew parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tressaq l-abbozz ta' standards implimentattivi tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, fl-istess żmien, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
4. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards implimentattivi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax, tirrifjutax jew temendax l-abbozz ta’ standards implimentattivi. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-deċiżjonijiet tagħha, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha. |
|
|
5. L-abbozz ta' standards implimentattivi jista' jkun emendat mill-Kummissjoni jekk ikun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imur kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. |
|
|
6. F'każ li l-Kummissjoni ma tapprovax l-abbozz ta' standards implimentattivi jew f'każ li temendahom, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha. |
|
|
7. Meta tkun ikkompletata l-proċedura xierqa, l-istandards għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. |
1. Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, l-analiżijiet u l-opinjonijiet u dak il-parir għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-qasam ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linja gwida jew tar-rakkomandazzjoni. |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
2. Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta' linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tkunx biħsiebha tikkonforma ma' dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. F'każ li awtorità kompetenti ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawk ir-raġunijiet. |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw annwalment, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2b. Fir-rapport msemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jinħarġu, u jindika liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u jiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti ssegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-awtorità kompetenti ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
imħassar |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat sewwa l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi l-istandards regolatorji u implimentattivi stabbiliti skont l-Artikoli 7 u 7e, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. |
3. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
4. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità għandha tiżgura r-rispett tad-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni. |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja. |
5. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
6. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien l-għaxar ġranet ta' xogħol stabbiliti fil-paragrafu 3 minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità għandha tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu b’xahar. |
L-Awtorità għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn xahar minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
7. Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Awtorità. |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
8. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità għandha, skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. Kull spiża ġudizzjarja jew legali imposta fuq l-Awtorità bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tiġġarrab mill-Kummissjoni. |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. |
9. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 8 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet rilevanti kollha li jkunu attivi fil-ġurisdizzjoni mhux konformi u għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 5 jew 8 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
|
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
9a. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistabbilixxi liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6. |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-BERS, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni, jista’ joħroġ twissija li tiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza biex l-Awtorità, bla ħtiġiet oħra, tkun tista' tadotta d-deċiżjonijiet individwali msemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Meta joħroġ twissija, il-BERS għandu jinnotifikaha simultanjament lill-Parlament Ewropew, lil-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-konklużjoni li wasal għaliha l-BERS għandha tkun soġġetta għal skambju ta’ opinjonijiet ex-post bejn il-President tal-BERS, il-Parlament Ewropew u l-Kummissarju kompetenti u għandha tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1b. Meta tkun inħarġet twissija, l-Awtorità għandha tiffaċilita attivament u, meta jkun meħtieġ, tikkoordina kull azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. |
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. |
2. Fejn il-BERS ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tadotta deċiżjonijiet individwali biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament u l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. |
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Meta d-destinatarju tad-deċiżjoni jirrifjuta li jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni jew ma’ deċiżjoni speċifika meħuda mill-Awtorità, l-Awtorità tistà tibda proċedimenti fil-qrati nazzjonali, inklużi applikazzjonijiet għal provvediment provviżorju. |
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-BERS għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Awtorità, u jiddikjara l-interruzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza meta jkun xieraq. |
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), l-Awtorità għandha tistipula d-deċiżjonijiet individwali indirizzati lil awtoritajiet kompetenti jew istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafi 3 u 4. |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2. |
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, bl-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu r-riedni ħalli tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4. |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. |
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur. |
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li teħtieġhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, f’konformità mal-liġi Komunitarja. |
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, bi qbil mal-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1), tieħu deċiżjoni biex issolvi n-nuqqas ta’ qbil u biex titlobhom jieħdu azzjoni speċifika, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti konċernati. |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
4. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), ), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtiġilha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. |
|
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula n-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex jissolva dan in-nuqqas ta' qbil. |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 11 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Soluzzjoni ta' każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transettorjali |
|
|
Il-Kumitat Konġunt għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11, isib soluzzjoni għan-nuqqas ta' qbil li jista' jinqala' bejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jaġixxu skont l-Artikolu 42. |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi l-operat effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bejn il-kulleġġi. |
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u tissorvelja l-operat effiċjenti u effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni bejn il-kulleġġi. Il-persunal tal-awtorità għandu jkun kapaċi jieħdu sehem fi kwalunkwe attività, inkluż fl-eżamijiet fuq il-post, li jsiru b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar. |
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta’ dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala ‘awtorità kompetenti’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ. |
2. L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għal dik il-fini hija għandha titqies bħala ‘awtorità kompetenti’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Għandha, tal-inqas: |
|
|
(a) tiġbor u taqsam l-informazzjoni rilevanti kollha f'negozji kurrenti u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri; |
|
|
(b) tniedi u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari ta' dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet; |
|
|
(c) tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'negozji kurrenti kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; u |
|
|
(d) tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità tista' toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw bil-miktub l-arranġamenti għall-funzjonament ta' kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti ta' bejniethom kollha. |
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3b. Rwol ta' medjazzjoni vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità ssib soluzzjoni għat-tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata. |
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 12 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12a |
|
|
Dispożizzjonijiet Ġenerali |
|
|
1. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji ta’ ħsara fis-servizzi finanzjarji li tkun (i) ikkawżata minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha u (ii) ikollu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti b’mod sistematiku sa ċertu grad. |
|
|
2. L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala l-bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-istituzzjonijiet transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta' riskju ta' istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku biex id-deċiżjoni tissorvelja jew tintervjeni direttament f'istituzzjoni batuta. |
|
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif meħtieġ, abbozz addizzjonali ta' standards regolatorji u implimentattivi kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b. |
|
|
4. L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każi, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
|
5. L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju b'mandat li jpoġġi fil-prattika l-governanza ddefinita b'mod ċar u l-modus operandi tal-ġestjoni tal-kriżijiet mill-intervent bikri sar-riżoluzzjoni u l-insolvenza u tmexxi dawn il-proċeduri. |
|
|
6. L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b għandhom jieħdu sehem fl-Iskema Ewropea tal-Garanzija tad-Depożitu kif ukoll fil-Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja kif stabbilit mill-Artikoli 12d u 12e. L-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-għażla li jissieħbu fl-Iskema Ewropea tal-Garanzija tad-Depożitu jew fil-Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja. Il-kontribuzzjonijiet li jsiru lill-Fond għandhom jissostitwixxu lil dawk li saru lil fondi nazzjonali ta’ natura simili. |
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 12 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12b |
|
|
L-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet transkonfinali li potenzjalment jistgħu joħolqu riskju sistemiku |
|
|
1. Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista', b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika istituzzjonijiet transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu, ikun jeħtieġ li jiġu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew imqiegħda taħt l-Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju msemmija fl-Artikolu 12c. |
|
|
2. Il-kriterji biex jiġu identifikati tali istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB (Bord ta’ Stabilità Finanzjarja), l-IMF (Fond Monetarju Internazzjonali) u l-BIS (Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali). |
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 12 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12c |
|
|
L-Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju |
|
|
1. L-Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandha tippriżerva l-istabbiltà finanzjarja u tnaqqas kemm jista' jkun l-effett kontaġju li istituzzjonijiet f'diffikultà identifikati fl-Artikolu 12b jista' jkollhom fuq il-bqija tas-sistema u fuq l-ekonomija inġenerali, u tillimita l-ispiża ta' min iħallas it-taxxa billi tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ġerarkija tal-kredituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn il-fruntieri. |
|
|
2. L-Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandu jkollha s-setgħa li twettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, sabiex tirrijabilita istituzzjonijiet f'diffikultà jew biex tiddeċiedi dwar ix-xoljiment ta' istituzzjonijiet mhux vijabbli (kritiku biex jiġi limitat il-periklu morali). Fost azzjonijiet oħra tista' tesiġi aġġustamenti fil-kapital jew fil-likwidità, tadatta l-kompożizzjoni tan-negozju, ittejjeb il-proċessi, taħtar jew tibdel il-ġestjoni, tirrakkomanda garanziji, self u assistenza ta' likwidità, bejgħ totali jew parzjali, toħloq good bank/bad bank jew bridge bank, tpartat id-dejn f'kapital (b'haircuts xierqa) jew tieħu l-istituzzjoni fi sjieda pubblika temporanja. |
|
|
3. L-Unità ta' Riżoluzzjoni għas-Settur Bankarju għandu jkun magħmul minn esperti maħtura mill-Bord ta’ Superviżuri tal-Awtorità li jkollhom għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, fir-riforma u fil-likwidazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji. |
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 12 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12d |
|
|
Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti |
|
|
1. Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti (il-Fond) għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà konġunta tal-istituzzjonijiet finanzjarji mill-protezzjoni tal-interessi tad-depożitanti Ewropej u biex jimminimizza l-ispiża għal dawk li jħallsu t-taxxa. |
|
|
2. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b(1). Il-kontribuzzjoni għall-fond għandha tiġi stabbilita, inter alia, mil-livell ta' depożiti u mill-esponiment għar-riskju tal-istituzzjoni finanzjarja. |
|
|
3. Il-Fond għandu jkun immexxi minn Bord maħtur mill-Awtorità u mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-iskemi ta' garanzija nazzjonali. Il-Fond għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. |
|
|
4. Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek jew mill-assiguraturi ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu l-interessi tad-depożitaturi Ewropej jew tat-titolari tal-poloz, il-Fond jista' jżid ir-riżorsi tiegħu permezz ta' ħruġ ta' dejn jew ta' mezzi finanzjarji oħrajn. |
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 12 e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12e |
|
|
Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja |
|
|
1. Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja għandu jiġi stabbilit biex issaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tas-sistema finanzjarja u biex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li jkunu qed ifallu. L-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed biss għandu jkollhom l-għażla li jissieħbu fil-fond. Il-Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja għandu jadotta miżuri xierqa biex jiġi evitat li d-disponibbiltà tal-għajnuna toħloq periklu morali. |
|
|
2. Il-Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b(1). Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta' riskju u mal-kontribuzzjonijiet għal riskju sistemiku li kull wieħed minnhom joħloq u mal-varjazzjonijiet fir-riskju globali matul iż-żmien, kif identifikat permezz tar-risk dashboard tagħhom. Il-livelli ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa għandhom iqisu kundizzjonijiet ekonomiċi usa' u l-ħtieġa tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jżommu kapital għal ħtiġiet regolatorji u kummerċjali oħrajn. |
|
|
3. Il-Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja għandu jkun ġestit minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta' ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu magħżula minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun magħmul minn rappreżentanza bla vot tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. Il-Bord tal-Fond jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tagħha lill-istituzzjonijiet ta' fama tajba (bħall-BEI). Il-fondi ġestiti mill-Fond Ewropew għall-Istabilità Bankarja għandhom ikunu investiti fi strumenti sikuri u likwidi. |
|
|
4. Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek ma jkunux biżżejjed biex jiġu ffaċċjati d-diffikultajiet, il-Fond għall-Istabbiltà Ewropea għandu jkollu l-kapaċità li jżid ir-riżorsi tiegħu permezz ta' ħruġ ta' dejn jew ta' mezzi finanzjarji oħra. |
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi qbil bilaterali, jiddelegaw kompiti u responsabbiltajiet lil awtoritajiet superviżorji kompetenti oħrajn. |
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi qbil bilaterali, jiddelegaw kompiti u responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi. |
2. L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi. |
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Id-delegazzjoni tar-responsabilitajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità delegata għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u r-reviżjoni amministrattiva u ġudizzjarja relatati mar-responsabilitajiet delegati. |
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Ma għandu jsir l-ebda ftehim bilaterali dwar delega li jikkonċerna lil dawk l-istituzzjonijiet li huma identifikati fl-Artikolu 12b(1). |
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar il-Komunità u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin: |
1. L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin: |
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar; |
(c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards globali tal-kontabilità u tar-rapportar; |
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. |
1. Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. |
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq; |
(a) l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji u implimentattivi msemmija fl-Artikoli 7 u 7e u tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq; |
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi Komunitarja; |
(b) il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji u implimentattivi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni; |
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti konċernati. |
3. Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista’ tadotta abbozz ta’ standards regolatorji u implimentattivi skont l-Artikoli 7u 7e, toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8, jew tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità għandha tagħmel disponibbli pubblikament ir-riżultat tar-reviżjoni inter pares u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawk ir-reviżjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiġi promossa t-trasparenza, ir-riżultat tar-reviżjonijiet tal-pari u l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawn ir-reviżjonijiet għandhom ikunu pubblikament disponibbli. | |
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità għandha tippromwovi rispons Komunitarju koordinat, fost l-oħrajn billi: |
L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat u konsolidat tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi: |
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji. |
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4b) taġixxi bħala destinatarju ewlieni tar-rappurtar regolatorju għall-istituzzjonjiet attivi f’aktar minn Stat Membru wieħed. Fuq irċevuta tar-rappurtar, l-Awtorità għandha taqsam l-informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
Ġustifikazzjoni | |
F’bosta każijiet, l-ABE jistabbilixxi standards tekniċi biex jimplimenta l-kapital u regoli oħra (ara d-Direttiva Omnibus). Biex jiġi żgurat li r-regolaturi kollha jaħdmu mill-istess sett ta’ fatti u li l-koordinazzjoni fi kriżi ma jkollhiex problemi, l-ABE għandu jsir id-destinatarju ewlieni tar-rappurtar regolatorju, minħabba f’hekk jevita wkoll id-duplikazzjoni attwali minħabba r-rappurtar fil-livell tal-istati. | |
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. |
1. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. Fil-valutazzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha tinkludi analiżi ekonomika tas-swieq għall-istituzzjoni finanzjarja, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuqhom l-iżviluppi possibbli tas-suq. |
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' prodotti partikulari jew tal-proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-qagħda finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq l-informazzjoni tad-depożitaturi, tal-investituri u tal-konsumaturi. |
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
3. L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt. |
Justification | |
Huwa importanti li jiġi stabbilit li l-JC għandu l-irwol ewlieni fil-koordinazzjoni intra-ESA. | |
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu -1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
-1. Bla ħsara għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-fora internazzjonali kollha li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). |
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
L-Awtorità għandha tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx jipprevienu l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi. |
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f’pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
2. L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f’pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta standards regolatorji skont l-Artikoli 7a sa 7d, sabiex tagħmel il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza msemmija f'dan l-Artikolu. |
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3. Fir-rapport msemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi u d-deċiżjonijiet ekwivalenti miftehma mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew mal-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4. Fuq il-bażi ta’ Linji Gwida Konġunti, l-Awtorità tista’ tmexxi l-bidla tal-proċedura tal-kontroll skont id-Direttiva 2007/44/KE. Fuq irċevuta tan-notifika, l-Awtorità għandha tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħalissa, l-akkwisti transkonfinali bankarji u ż-żidiet ta' ażjendi tipikament jinvolvu affiljati f'diversi pajjiżi tal-UE (ŻEE) li jesiġu rekwiżiti ta' informazzjoni kważi simili. Duplikazzjonijiet u diskussjonijiet multipli bħal dawn dwar id-dokumenti meħtieġa sabiex l-iffajljar ikun komplut ikunu ingombranti. Sabiex trawwem l-integrazzjoni u ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-bidla ta' kontroll (DIR 2007/44/KE), biex b'hekk jiġu evitati proċeduri multipli fil-proċeduri tal-bidla ta' kontroll, l-EBA għandha tikkoordina l-proċess mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati ("mudell one stop"). | |
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. |
1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li dak li jiġi indirizzat ikollu aċċess legali għad-data rilevanti, u bil-kundizzjoni li t-talba għall-informazzjoni tkun proporzjonata fir-rigward tan-natura tal-kompitu inkwistjoni. |
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. |
1a. L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. Dawk it-talbiet għandhom jużaw formats ta' rappurtar komuni u, meta xieraq, f'livell ikkonsolidat. |
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1b. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux obbligati jiġbru l-informazzjoni mitluba, l-Awtorità tista' temenda l-istandards regolatorji jew implimentattivi li jirreferu għar-rekwiżiti tar-rappurtar. |
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1c. Fuq talba ta’ awtorità superviżorja nazzjonali ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista’ tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa biex tippermetti li l-awtorità nazzjonali twettaq il-kompiti tagħha, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti inkwistjoni jkollha l-arranġamenti ta’ kunfidenzjalità xierqa. |
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1d. Biex tevista d-duplikazzjoni tal-obbligu tar-rappurtar, qabelxejn l-Awtorità għandha tqis l-istatistika eżistenti prodotta, imxerrda u żviluppata mis-Sistema tal-Istatistika Ewropea u mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. |
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkoopera mal-BERS. |
1. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u fuq bażi regolari mal-BERS. |
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. |
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (EU) Nru …./2010 [BERS]. L-Awtorità għandha tiżviluppa protokoll xieraq għall-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali rigward istituzzjonijiet finanzjarji individwali. |
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS. |
6. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS. |
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għall-fini ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. |
1. Biex tiffaċilita l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiġi kkonsultat dwar id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet rilevanti kollha tal-awtorità. Jekk ikunu jridu jittieħedu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr. |
|
|
Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa' mill-anqas erba’ darbiet fis-sena. |
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat tal-istituzzjonijiet Komunitarji ta’ kreditu u tal-investiment, l-impjegati tagħhom kif ukoll klijenti u utenti tas-servizzi bankarji. |
2. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat l-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Unjoni, l-impjegati tagħhom kif ukoll klijenti, utenti tas-servizzi bankarji u rappreżentanti tal-SMEs. Tal-inqas ħames membri għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla klassifika. Għaxra mill-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji u tlieta minnhom għandhom jirrappreżentaw banek kooperattivi u tat-tfaddil, b'mill-inqas tliet istituzzjonijiet rappreżentattivi identifikati fl-Artikolu 12b(1). Tal-inqas għaxra mill-membri tiegħu għandhom jinħatru mill-organizzazzjonijiet tal-SMEs. |
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. |
imħassar |
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 u 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. |
3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. |
|
Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika xierqa tal-partijiet interessati madwar il-Komunità kollha. |
|
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Għandu jiġi stabbilit kumpens adegwat għall-membri tal-grupp tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mhux għall-profitt. Il-Grupp jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi li għalihom jistgħu wkoll jinħatru aktar esperti biex jiżgura l-kompetenza esperta teknika meħtieġa. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla. |
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista’ jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità speċifikati fl-Artikoli 7 u 8. |
5. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b’attenzjoni partikolari fuq il-kompiti speċifikati fl-Artikoli 7 sa 7e, 8, 10, 14, 15 u 17. |
Ġustifikazzjoni | |
Koerenza mar-Rapport Skinner. | |
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu. |
6. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu fuq il-bażi tal-qbil ta’ żewġ terzi mill-maġġoranza tal-membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba t-tendenza ta’ diverġenzi sinifikanti tal-opinjonijiet fil-Grupp tal-Partijiet Interessati huwa importanti li r-regoli b’saħħithom ta’ proċedura huma stabbiliti mill-bidu. Dan jinkiseb l-aħjar permezz tal-approvazzjoni ta’ dawk ir-regoli b’mill-inqas żewġ terzi tal-membri. Dan ma jħallix ukoll lir-rappreżentanti minn grupp tal-partijiet interessati jkunu jistgħu jiddominaw fit-teħid tad-deċiżjoni. | |
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
imħassar |
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhix ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. |
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa b'mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u jipprovdi evalwazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. | |
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F’dak il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-art. 23 għandu jinżamm għas-sensittività ta’ uħud mill-Istati Membri, dan għandu japplika biss għad-deċiżjoni meħudha f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, i.e. l-art. 10, fejn l-Istati Membri x’aktarx li jintervienu, possibilment bi flejjes pubbliċi. L-Art. L-Art. 11 m’għandux jiġi kopert minħabba li l-medjazzjoni tapplika biss fi żminijiet normali, għal superviżjoni li għadha għaddejja. | |
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien xahrejn, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. |
Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b’maġġoranza kwalifikata tal-membri. Fl-ebda wieħed minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati. Maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita bħala mill-inqas 55% tal-membri tal-Kunsill, esklużi l-Istati Membri kkonċernati, li mill-inqas tinkludi 65% tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, eskluża l-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, jew fejn ma jiħux deċiżjoni fi żmien xahrejn, is-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tintemm b’mod immedjat. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-Art. 23 għandu jinżamm għas-sensittività ta’ uħud mill-Istati Membri, dan għandu japplika biss għad-deċiżjoni meħudha f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, i.e. l-art. 10, fejn l-Istati Membri x’aktarx li jintervienu, possibilment bi flejjes pubbliċi. L-Art. 11 m’għandux jiġi kopert minħabba li l-medjazzjoni tapplika biss fi żminijiet normali, għal superviżjoni li għadha għaddejja. | |
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) taffettwa ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx sejra tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. |
imħassar |
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
imħassar |
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien għaxart ijiem xogħol, jiddeċiedi jekk tinżammx jew tiġix irrevokata d-deċiżjoni tal-Awtorità. |
imħassar |
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-Kunsill biex iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità. |
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 9(6), fl-Artikolu 10(2) u (3) u fl-Artikolu 11(3) u (4), l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza tal-kwistjoni. |
1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, il-kumplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
F’konformità mar-Rapport ta’ Skinner. | |
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, filwaqt li jitqies l-interess leġittimi tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. |
5. Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm tali pubblikazzjoni tkun f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju jew jistgħu jfixklu serjament l-operat u l-integrità b’mod ordnat ta’ swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea kollha jew parti minnha. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux xieraq li tiġi żvelata l-identità ta’ istituzzjonijiet individwali fejn tali żvelar jista’ jkun f’kunflitt ma’ interess ta’ negozju leġittimu jew ifixkel is-swieq finanzjarji. | |
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f’kull Stat Membru; |
(b) il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f’kull Stat Membru; Fejn aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, huma għandhom jiddeċiedu bejniethom kif se jeżerċitaw ir-rappreżentanza tagħhom, inkluż kwalunkwe vot taħt l-Artikolu 29, li għandha tinqasam; |
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fa) żewġ rappreżentanti bla vot tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati |
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(b) ma tkunx bank ċentrali, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jkun akkumpanjat minn rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istati Membri, li ma jkollux vot. |
imħassar |
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Għall-fini li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 94/19/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-entitajiet rilevanti li jamministraw l-iskemi ta’ depożitu garanzija f’kull Stat Membru, li ma jkollux vot. |
imħassar |
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi. |
imħassar |
|
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota. |
|
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil sabiex jiffaċilita r-riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil indipendenti sabiex jiffaċilita r-risoluzzjoni imparzjali ta’ nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u li ma għandu jkollhom l-ebda interess fil-kunflitt. |
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat ma għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-prestazzjoni ta' dawk il-kompiti tagħhom li jkunu relatati mal-Awtorità. |
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7), u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għall-atti speċifikati fl-Artikoli 7, 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati skont il-Kapitolu VI. |
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru tal-Bord tas-Superviżuri għandu jkollu vot wieħed. |
|
Id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri. |
Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 7 u 8 u tal-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati taħt il-Kapitolu VI, il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
The principle of “simple majority voting” shall be the only rule concerning the voting modalities within the Board of Supervisors. It will ensure the efficient work of the EBA. It will also reflect the equal position of the national supervisors. It shall be remembered that the EBA is planed to be an expert body. Qualified majority voting (QMV) might cause that the EBA will be perceived as a politically influenced body. As a result it may lower the public trust toward it, and a repute in case of such authority shall be considered as an important value. Finally, the professional knowledge of the Members of the Board of Supervisors is not necessary linked with the size of the Member State. | |
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President, rappreżentant tal-Kummissjoni, u minn erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri tiegħu. |
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President, u minn erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri votanti tiegħu. |
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull membru ħlief il-President għandu jkollu sostitut, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. |
imħassar |
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista’ jiġi estiż darba. |
imħassar |
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. |
imħassar |
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw. |
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dan jista’ jiġi estiż darba. |
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu. |
Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ mill-inqas qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kemm-il darba jkun hemm bżonn. |
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn entitajiet Komunitarji, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni b'mod ġenerali, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn entitajiet tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
6. Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapporti kull tliet xhur li, skont l-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew. |
|
|
6a. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll ir-rapport annwali li għandu jiġi ppreżentat mill-President tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u mmexxija mill-Kummissjoni. |
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta' tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta' smigħ ta' dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri. |
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. |
imħassar |
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. |
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak is-sostitut m’għandux ikun membru tal-Bord Maniġerjali. |
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kull entità pubblika jew privata oħra m’għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu jew dmirijietha. |
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob ukoll lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispetta b’mod sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni b’mod regolari quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri ta’ dak il-kumitat. |
1. Il-President għandu, tal-anqas kull tliet xhur, jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kull mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu. |
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 54, il-President għandu, wara li jħalli s-servizz, ikompli jkun marbut bid-dover biex jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji. |
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll jitlob lill-President sabiex jissottometti rapport dwar it-twettiq ta' dmirijietu. |
2. Il-President għandu jissottometti rapport dwar l-attivitajieti tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu msemmija fl-ewwel paragrafu. |
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7a-e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-Rapport għandu jinkludi informazzjoni, b'mod partikulari, dwar id-disponibilità, l-ammont u l-ispiża tal-kreditu bankarju għall-familji u l-SMEs, u dwar il-volum u l-bidliet eventwali tad-dejn pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u r-reazzjonijiet għall-opinjoni maħruġa mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Dan għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni relevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad-hoc. |
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2b. Il-President għandu wkoll iressaq rapport annwali dwar ir-rendiment ta’ dmirijietu lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Kummissjoni u wara l-konferma mill-Parlament Ewropew. |
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra m’għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu. |
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport annwali b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi. |
7. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi. |
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 39 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 39 |
imħassar |
|
Kompożizzjoni |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti mis-SESF, li għandha taħdem bħala netwerk tas-Superviżuri. |
|
|
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) l-awtoritajiet fl-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AEAPX] u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AETS ]; |
|
|
(b) l-Awtorità; |
|
|
(c) l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/…[AEAPX]; |
|
|
(d) l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [AETS ]; |
|
|
(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previsti fl-Artikolu 40; |
|
|
(f) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 9 u 10. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet fis-setturi kollha oħrajn mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 40. |
|
Emenda 221 Proposta għal regolament Kapitolu IV – taqsima 2 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
KUMITAT KONĠUNT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ |
AWTORITÀ SUPERVIŻORJA EWROPEA (KUMITAT KONĠUNT) |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-iskop ta’ koerenza mar-rapport ta’ Skinner. | |
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa bil-preżenti stabbilit. |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt) huwa bil-preżenti stabbilit u għandu jkollu s-sede ġenerali tiegħu fi Frankfurt. |
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, b’mod partikolari dwar: |
|
|
– konglomerati finanzjarji;
|
|
|
– il-kontabilità u l-verifika; |
|
|
– l-analiżi mikroprudenzjali ta’ żviluppi transsettorjali, riskji u vulnerabbiltajiet għall-istabilità finanzjarja; |
|
|
– il-prodotti ta' investiment dirett; |
|
|
– il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; u |
|
|
– skambju ta’ informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kumitat konġunt qed jiżviluppa aktar oqsma ta’ azzjoni komuni. Għalhekk huwa propost li jiġi speċifikat numru ta’ oqsma għal kooperazzjoni fir-regolamenti. Fuq il-bażi tax-xogħol preparatorju tal-Kumitat Konġunt id-deċiżjonijiet finali se jittieħdu mill-kumitati kostitwenti. | |
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-appoġġ amministrattiv tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Dan jinkludi spejjeż fuq il-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, li jkun ġie maħtur b’sekondar mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għal spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Segretarjat permanenti se jippermetti lill-Kumitat Konġunt biex iwettaq b’mod aktar effettiv r-rwoli mgħotija lilu, u jippermetti żieda fir-rwoli matul iż-żmien. Barra minn hekk, dan għandu joħloq tagħlim transsettorjali u kultura superviżorja komuni fost is-segretarjat sekondat minn tliet ASE. | |
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 40 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 40a |
|
|
Superviżjoni |
|
|
F'każ li istituzzjoni identifikata fl-Artikolu 12b(1) tagħmel attività multisettorjali, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi liema Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti ewlenija u/jew tadotta deċiżjonijiet vinkolanti sabiex ikunu solvuti l-problemi bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-President u mill-Presidenti tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43. |
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu Bord magħmul mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43. |
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord tal-Kumitat Konġunt kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi. |
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
3. Il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Superviżorja (Bankarja) Ewropea, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq). Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun Viċi President tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li l-kompetenza esperta fil-livell mikro tal-ASE tingħata importanza suffiċjenti fi ħdan il-BERS. Barra minn hekk huwa importanti li l-BERS ma jkunx iffukat iżżejjed fuq il-bank, u li l-ibbankjar, l-assigurazzjoni u s-sigurtajiet u s-swieq huma rappreżentati b’mod adegwat minn president mill-Kumitat Konġunt, li jista’ jirrappreżenta t-tliet setturi kollha. | |
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn. |
Il-Bord tal-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn. |
Ġustifikazzjoni | |
F’konformità mar-Rapport ta’ Skinner. | |
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
1. Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti, li għandhom ikunu individwi b’għarfien u b’esperjenza relevanti, għajr persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. |
2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti b’għarfien espert legali suffiċjenti biex jingħata parir legali espert dwar il-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-Awtorità. |
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. |
imħassar |
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn. |
imħassar |
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri. |
3. Il-membri tal-Bord tal-Appell u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Parlament Ewropew minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri. |
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (KE) Nru .../... [AEAPX] u r-Regolament (KE) Nru .../...[AETS]. |
imħassar |
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. |
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż darba. |
imħassar |
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti. |
imħassar |
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn. |
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. L-Awtorità, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell. |
6. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li l-Bord tal-Appell se jkun fi ħdan il-Kumitat Konġunt, huwa xieraq li l-KK jipprovdi lill-Bord b’aċċess għall-appoġġ mis-segretarjat tiegħu. | |
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-Bord tal-Appell jista’, fi ħdan id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jeżerċita kwalunkwe setgħa li taqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-Awtorità, jew jista’ jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dik l-entità għandha tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell. |
5. Il-Bord tal-Appell jista’ jew jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-entità kompetenti tal-Awtorità, jew jista’ jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dik l-entità għandha tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u għandha tadotta deċiżjoni emendata li tirrigwarda l-każ konċernat. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Bord tal-Appell għandu jikkonferma jew jirrifjuta deċiżjoni, iżda mhuwiex il-kompitu tiegħu li jifformula mill-ġdid id-deċiżjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Awtorità. | |
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 47 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja |
Azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu.) |
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 230 tat-Trattat, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità. |
1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità. |
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jippreżentaw appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Awtorità fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 232 tat-Trattat. |
2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
imħassar |
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni); |
(b) sussidju mill-Unjoni, li huwa muri f’intestatura separata tal-baġit f’Taqsima [XIII] tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
Ġustifikazzjoni | |
Under the Commission proposals, the ESAs’ budget would be part of the Commission budget. To enhance the independence of the ESAs it would be better to identify a separate and specific budget line for the ESAs in the overall EU Budget. Therefore it is proposed, also to enable the authorities to achieve their ambitions, to provide for an independent budget line as has been done for the Data Protection Supervisor (see: Regulation No 45/2001 of 18 December 2000 on the protection of individuals with regard to the processing of personal data by the Community institutions and bodies and on the free movement of such data). | |
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għallinqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
2. In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għallinqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali, taħriġ professjonali u operazzjonali. |
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 272 tat-Trattat. |
3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 313 u 314 tat-Trattat. |
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N. |
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit li jikkonsisti fl-introjtu mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-awtoritajiet kompetenti għas-sena finanzjarja N. |
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż għad-Direttur Eżekuttiv tagħha. |
1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, ħlief għall-President tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-President m’għandux jiġi soġġett għar-regolament tal-persunal tal-UE. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg għall-President għandhom jiġu determinati mill-Bord ta’ Superviżuri minħabba li dan huwa diġà l-każ għall-President u l-membri tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. Filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li l-Presidenti se jkunu parti mill-BERS u l-Kumitat ta’ Tmexxija tiegħu, huwa xieraq li jkun hemm approċċ konsistenti ma’ dak tal-BĊE. | |
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. |
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jippermettu devjazzjonijiet ġustifikati sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni l-iktar effettiva tal-kompiti identifikati għall-Awtorità. |
Emenda 253 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. |
1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara mhux iġġustifikata li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. |
Ġustifikazzjoni | |
Matul il-kors tal-azzjonijiet tagħha jista’ jkun il-każ li l-ASE tikkawża danni lil istituzzjonijiet finanzjarji individwali sabiex tiżgura l-ġid aħħari ta’ kulħadd. Tali dannu jista’ jkun ġustifikabbli fil-kuntest li tiġi żgurata l-istabilità sistematika u b’dan il-mod l-ASE m’għandhiex tiġi meqjusa responsabbi għal tali dannu. | |
Emenda 254 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 287 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet relevanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. |
1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u lil kull persuna oħra li twettaq kompiti lill-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet relevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. |
Emenda 255 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Huma m’għandhomx jidħlu għal xogħol ma’ istituzzjonijiet finanzjarji li kienu preċedentement sorveljati mis-Sistema Ewropea għas-Superviżjoni Finanzjarja fl-ewwel 18-il xahar wara li jkunu ħallew il-kariga tagħhom. |
Emenda 256 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Awtorità li tkun ta’ interess dirett għalihom għandha tkun miftuħa wkoll għal pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), skont il-konklużjoni ta’ ftehimiet mal-Unjoni. |
Emenda 257 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Din il-parteċipazzjoni għandha twassal għal skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità, b’konformità sħiħa mal-kunfidenzjalità applikabbli u d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti. |
Emenda 258 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Matul il-perjodu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel l-istabbiliment tal-Awtorità, il-Kumitat tal-Livell 3 għandu jaġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni biex jipprepara għas-sostituzzjoni tal-Kumitat tal-Livell 3 mill-Awtorità. Il-Kumitat tal-Livell 3 jista’ jieħu l-azzjonijiet preparatorji utli kollha, li jkunu soġġetti għad-deċiżjoni finali mill-entitajiet relevanti tal-Awtorità. |
Emenda 259 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1b. Matul il-perjodu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mid-data tal-ħatra tal-President u l-membri tal-Bord Maniġerjali, u mill-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, l-Awtorità għandha tiġi mmexxija b’mod provviżorju mill-President tal-Kumitat tal-Livell 3 eżistenti u ġestita mis-Segretarju Ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm din il-proposta sabiex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet preparatorji li jistgħu jittieħdu qabel l-istabbiliment tal-ASE. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa kruċjali li wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kumitati tal-L3 jistgħu jieħdu passi utli biex jippreparaw l-istabbiliment tal-ASE, li huma soġġetti għar-ratifikazzjoni mill-entitajiet relevanti tal-ASE ta’ din il-ħidma preparatorja. Dan il-modus operandi se jkompli jikkontribwixxi sabiex iqassar kemm jista’ jkun il-perjodu li waqtu l-ASE tista’ ma tkunx qed taħdem bis-sħiħ minħabba n-nuqqas ta’ ħatra tal-President u tad-Direttur Eżekuttiv rispettiv tagħhom. | |
Emenda 260 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità. |
2. Sabiex jippermettu t-tranżizzjoni mingħajr xkiel tal-persunal eżistenti għall-Awtorità, il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kuntratti ssekondati, għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji tal-imjieg b’kundizzjonijiet ekonomiċi u legali li jkunu ekwivalenti jew komparabbli, skont il-qafas legali relevanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm din il-proposta sabiex tipprovdi dispożizzjonijiet speċifiċi tranżizzjonali li jirrigwardaw il-persunel eżistenti tal-Kumitati tal-Livell 3. | |
Emenda 261 Proposta għal regolament Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej jew mas-Segretarjat tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. |
Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-Kumitat tal-Livell 3 jew mas-Segretarjat tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura interna tal-għażla għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-individwu fit-twettiq tar-rwol preċedenti tiegħu qabel it-tranżizzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm din il-proposta sabiex tipprovdi dispożizzjonijiet speċifiċi tranżizzjonali li jirrigwardaw il-persunal eżistenti tal-Kumitati tal-Livell 3. | |
Emenda 262 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1 (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
-1. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa biex tiġi żgurata l-bidla mingħajr xkiel għas-sorveljanza tal-istituzzjonijiet identifikata fl-Artikolu 12b mill-Awtorità u l-istabbiliment ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja. |
|
|
* Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 263 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fi żmien tliet snin mid-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 67 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
1. Sa ...* u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra: |
|
|
(a) il-konverġenza fil-prattiki superviżorji standard milħuqa mill-awtoritajiet kompetenti; |
|
|
(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri; |
|
|
(c) ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet sistemiċi; u |
|
|
(d) l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 23. |
|
|
___________________ * Nota lill-ĠU - hawn għandha tiddaħħal id-data: tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emendi li ġew proposti għandhom l-għan li joħolqu impenn għall-Kummissjoni biex tressaq ’il quddiem proposti li jiċċaraw il-kunċett tar-responsabilità fiskali tal-Istati Membri u biex jaġġornaw ir-Regolament biex jagħmluh konsistenti ma’ kwalunkwe titjib potenzjali li se jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ regolamenti komunitarji għall-ġestjoni tal-kriżi fis-settur bankarju, li reċentement saret konsultazzjoni dwarhom mill-Kummissjoni. | |
Emenda 264 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll il-progress miksub lejn konverġenza regolatorja u superviżorja fl-oqsma tal-immaniġġjar u r-risoluzzjoni ta’ kriżijiet fil-Komunità. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni estensiva, inkluż mal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. |
1a. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jeżamina wkoll jekk: |
|
|
(a) huwa xieraq li titkompla superviżjoni separata tal-ibbankjar, l-assigurazzjoni, il-pensjonijiet tax-xogħol, it-titoli u s-swieq finanzjarji, jew jekk għandhom jinġabru taħt superviżur wieħed; |
|
|
(b) huwa xieraq li jiġu ssorveljati s-superviżjoni prudenti u t-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur; |
|
|
(c) huwa xieraq li tiġi ssimplifikata u rinforzata l-istruttura tal-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE; |
|
|
(d) huwa xieraq li jiżdiedu s-setgħat regolatorji tal-ASE; |
|
|
(e) l-evoluzzjoni tal-SESF tkun konsistenti mal-evoluzzjoni globali; |
|
|
(f) hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan l-SESF; |
|
|
(g) il-kontabilità u t-trasparenza rigward ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni humiex xierqa. |
- [1] Opinjoni tat-22 ta' Jannar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kriżi finanzjarja attwali kixfet xi ħaġa li l-Parlament ikkritika ħafna snin ilu: in-nuqqas ta' regolamentazzjoni finanzjarja xierqa u d-dgħufija tal-mekkaniżmi superviżorji tas-swieq. Meta l-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (PASF) kien qed jiġi diskuss (ara r-Rapport García-Margallo dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar 'L-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni' (1999)[1]), il-Parlament wissa li, sabiex tkun evitata kriżi fis-sistema, huwa essenzjali li t-tliet objettivi tal-Pjan jintlaħqu kollha: il-liberalizzazzjoni tas-swieq, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' kontroll u l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni fuq it-tfaddil. Rapporti sussegwenti (Ir-Rapport Van den Burg dwar ir-regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (2002)[2], ir-Rapport Van den Burg dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) - White Paper (2007)[3] u r-Rapport Van den Burg & Daianu b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza (2008)[4]) enfasizza li bil-koordinazzjoni minnu stess bejn is-superviżuri nazzjonali li l-ġurisdizzjoni tagħhom tieqaf fil-fruntieri ta’ pajjiżhom u ma tkunx suffiċjenti biex tikkontrolla l-istituzzjonijiet finanzjarji li jaraw is-suq intern verament bħala reġjun mingħajr fruntieri. Barra dan, uħud mir-regoli diġà stabbilew il-prinċipji fundamentali għall-Istruttura Superviżorja Ewropea tal-ġejjieni u taw idea ġenerali tad-direzzjoni li għandha tieħu (Skinner - Rapport Solvenza II (2009); ir-Regolament Gauzès-CRA (2009)).
· Sabiex jitneħħew in-nuqqasijiet regolatorji u jissewwew id-dgħufijiet fis-sistema superviżorja, il-Kummissjoni qabbdet grupp ta' esperti ppresedut minn Jacques de Larosière biex jipproduċi rapport li jinkludi t-tagħlimiet mill-kriżi u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa sabiex ikun evitat li tiżviluppa kriżi oħra bħal din. Il-proposta tal-Kummissjoni tirrakkomanda, l-ewwel nett, it-twaqqif ta' netwerk ta' superviżuri nazzjonali li jaħdem id f'id ma' Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) ġdida magħmula minn tliet pilastri: pilastru għall-Banek (ABE), pilastru għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u pilastru għat-Titoli u s-Swieq (AETS). Huwa propost 'Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej' biex ikun żgurat li r-regoli jiġu kkonsolidati korrettament u biex jiġu ssorveljati s-swieq finanzjarji Ewropej. It-tieni, il-proposta tal-Kummissjoni tirrakkomanda t-twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) biex jimmonitorja u jivvaluta t-theddid potenzjali għall-istabilità finanzjarja li joriġina minn żviluppi makroekonomiċi. Il-Parlament jaqbel ma' dan l-approċċ, filwaqt li jżid żewġ punti importanti: l-integrazzjoni tal-BERS mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u l-għoti ta' aktar setgħat lill-awtoritajiet ġodda sabiex jingħataw dimensjoni tassew Ewropea.
It-tielet, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiddaħħal strument effikaċi biex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati għas-servizzi finanzjarji sabiex jiġu żgurati, anki permezz ta' Ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea. L-istandards tekniċi huma strument b'saħħtu sabiex tinkiseb din l-armonizzazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ttihom attenzjoni partikulari. Il-Parlament jaqbel ma' dan l-approċċ, iżda jagħmel żewġ dikjarazzjonijiet importanti: meta jitfasslu dawn l-istandards tekniċi, il-Parlament għandu jaġixxi skont l-irwol li ngħatalu (skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), u għandu jkun enfasizzat l-irwol ewlieni tal-Awtorità Bankarja Ewropea fit-tfassil ta' dawn l-istandards. B'dan il-mod, kull meta l-Kummissjoni ma tapprovax b'mod sħiħ jew parzjalment il-proposti tal-Kummissjoni, il-President tal-Kummissjoni u l-Kummissarju responsabbli għandhom ikunu meħtieġa jispjegaw ir-raġunijiet għal dan quddiem il-Parlament u l-Kunsill.
F’oqsma mhux koperti mill-istandards tekniċi, l-Awtorità tista' toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Il-Parlament jixtieq li l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet approvati mill-Awtorità jkunu vinkolanti kemm jista' jkun għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Għalhekk il-Parlament jitlob li l-President tal-Awtorità jkun jista' 'jirrapporta' lill-awtoritajiet superviżjorji nazzjonali li ma jikkonformawx kif ukoll jiddikjara l-miżuri li l-Awtorità biħsiebha tadotta sabiex il-konformità ssir mandatorja. Il-fatt li d-drabi kollha meta l-awtoritajiet nazzjonali ma jikkonformawx isiru pubbliċi, jikkostitwixxi inċentiv qawwi sabiex dawn jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tal-Awtorità.
Ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet privati huma kwistjoni partikularment sensittiva. Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti lill-Awtorità tirrikjedi li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jikkonformaw mal-liġi tal-UE; tippermettilha wkoll li toħroġ twissija uffiċjali li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jridu jadottaw miżuri meħtieġa f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax ma' dawn id-deċiżjonijiet, l-awtorità nazzjonali tkun tista' tirrikorri għal istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma li fihom il-liġi tal-UE tapplika b'mod dirett, sabiex terġa' tiddaħħal il-fiduċja fis-swieq. Fil-fehma tiegħi, id-dritt li wieħed jirrikorri għal istituzzjoijiet finanzjarji privati huwa l-uniku strument possibbli biex tkun iggarantita l-konformità mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità.
Il-punti ġodda ewlenin ta' dan ir-rapport jirreferu għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u b'mod partikulari għal dawk transkonfinali. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lil dawk l-entitajiet finanzjarji kbar li l-falliment tagħhom jista' jikkaġuna l-kollass tas-sistema finanzjarja kollha, l-hekk imsejħa entitajiet li huma 'kbar wisq biex ifallu'. Hemm biss żewġ għażliet: aktar setgħat għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew aktar Ewropa (Analiżi Turner). Aktar protezzjoniżmu jew aktar suq intern. Li wieħed ikompli juża mekkaniżmi li l-ineffiċjenza tagħhom dehret b'mod ċar matul il-kriżi ma jagħmel ebda sens.
L-għażla 'nazzjonali' tfisser li jrid ikun possibbli għall-awtoritajiet superviżorji fil-pajjiżi ospitanti li jġiegħlu lill-banek barranin joperaw permezz ta' sussidjarji milli permezz ta' fergħat, kif ukoll li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw aktar kontroll dirett fuq il-kapital u l-likwidità tal-banek barranin.
Is-soluzzjoni 'Ewropa' tfisser li l-Kulleġġ tas-Superviżuri jingħata d-dritt li jiddetta r-regoli, u li l-konformità magħhom tkun mandatorja, meta l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim. L-għażla 'Ewropa' tfisser ukoll li l-Awtorità tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-entitajiet finanzjarji li l-falliment tagħhom tista' thedded l-istabilità tas-sistema. L-Awtorità taġixxi dejjem permezz tal-awtoritajiet nazzjonali li, f'dan il-każ, ikunu qed jaġixxu bħala entitajiet responsabbli lejn l-Awtorità u li jsegwu l-istruzzjonijiet tagħha. L-istandards nazzjonali (FSA, IMF, BIS) jitqiesu fid-definizzjoni ta' istituzzjonijiet b'dimensjoni tal-UE. Il-bidla minn mudell għal ieħor tista' ssir gradwalment, billi l-ewwel issir ma' dawk l-entitajiet fejn hemm l-akbar riskju u mbagħad f'dawk li fadal matul perjodu raġonevoli ta' żmien.
Ir-rapport tal-Parlament jipproponi wkoll il-ħolqien ta' Fond Ewropew iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji, sabiex jipproteġi lid-depożituri u jsalva lil istituzzjonijiet li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli u li l-falliment tagħhom jista' jirrovina s-sistema kollha. F'każ li r-riżorsi tal-Fond ma jkunux biżżejjed, il-Fond ikun jista' joħroġ dejn pubbliku. Jekk anke dan ma jkunx biżżejjed u l-użu tal-fondi pubbliċi jitqies assolutament essenzjali sabiex is-sistema ma tikkollassax, l-Istati Membri jkollhom jintervjenu. Il-piż ta' dawn l-interventi tal-gvernijiet jinqasam bejn l-Istati Membri milquta skont Memorandum ta' Ftehim li jkun innegozjat minn qabel.
Il-proposta tal-Kummissjoni tfasslet kważi esklużivament mil-lat bankarju, filwaqt li ntesiet il-fehma tal-partijiet li jitolbu s-self. Għal din ir-raġuni, huwa propost li l-impriżi ta' daqs żgħir u medju jingħataw rwol speċjali, billi jiddependu ħafna aktar mill-finanzjament tal-banek milli l-impriżi l-kbar, peress li dawn tal-aħħar huma mdorrija jissodisfaw ħtiġijiethom billi jirrikorru għas-swieq. Rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-SMEs għandhom ikunu parti mill-Grupp tal-Partijiet Interessati u jaħtru żewġ membri tal-Bord tas-Superviżuri.
Fil-qosor, ir-rapport tal-Parlament jipprova jmur lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni u jerġa' jdaħħal proposti li saru fil-Parlament ħafna snin ilu. Ir-Rapport Larosière kien rapport strutturat sew iżda ma kienx fih sustanza daqs kemm xtaq min kitbu. Il-proposta tal-Kummissjoni hija aktar dgħajfa, probabbilment sabiex ikun iffaċilitat ftehim mal-Kunsill. Il-ftehim tal-Kunsill ta' Diċembru 2009 naqqas aktar mill-valur tal-proposta diġà dgħajfa tal-Kummissjoni. Għalhekk, erbgħa mill-Gruppi tal-Parlament (PPE, PSE, ALDE u l-Verts) għarrfu permezz ta' nota pubblika li xtaqu jagħmlu aktar minn dak li għamlu ż-żewġ istituzzjonijiet l-oħra.
Setgħu ntużaw żewġ strateġiji differenti fit-tfassil ta' dan ir-rapport parlamentari: jew li tkun antiċipata r-rieda tal-Kunsill sabiex jintlaħaq ftehim malajr jew, alternattivament, li l-kwistjonijiet jitqiesu minn perspettiva bla dubju Ewropea. Il-preferenza ngħatat għall-fatt li din l-opportunità tiġi sfruttata sabiex tingħata spinta lill-proċess Ewropew ta' integrazzjoni. Intgħażlet it-tieni strateġija u għalhekk ir-rapport jappoġġja t-twaqqif ta' Awtorità tassew Ewropea.
It-tama hija li dan ir-rapport iwassal għall-evalwazzjoni tal-possibilità li titwaqqaf Awtorità tassew Ewropea, b'setgħat ċari, kif ukoll li, fl-istess żmien, jitwaqqaf mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta' kriżijiet futuri li jagħmilha anqas possibbli li ċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi jkollhom jaffaċċjaw ir-riperkussjonijiet ta' kollass tas-sistema finanzjarja. Issa f'idejn l-Istati Membri biex ifissru l-fehmiet tagħhom.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (12.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea
(COM(2009)0501 – C7‑0169/2009 – 2009/0142(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Íñigo Méndez de Vigo
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
In-nuqqas tar-regolament finanzjarju adegwat fil-livell Ewropew u d-dgħufija tal-mekkaniżmi ta' sorveljanza tas-suq kienu evidenti b'mod ċar matul il-kriżi ekonomika u finanzjarja li laqtet l-Ewropa fl-2008, u li għadna nsofru r-riperkussjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni fasslet erba' proposti – li għall-passaġġ tagħhom mill-Parlament huwa responsabbli l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji – ibbażati fuq ir-rapport tal-grupp ta' esperti ppresedut minn Jacques de Larosière.
Huwa u jagħti l-opinjoni tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jimmira li jeżamina b'attenzjoni kif l-Awtorità Superviżorja Ewropea l-ġdida u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, maħluqa f'dawn il-proposti, jistgħu jiffittjaw l-aħjar fis-sistema istituzzjonali. Huwa ffoka wkoll fuq l-istabbiliment ta' standards tekniċi armonizzati għas-servizzi finanzjarji, sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet tagħhom ikunu konsistenti min-naħa l-waħda, u min-naħa l-oħra tkun garantita protezzjoni xierqa għal min jiddepożita, jinvesti u jikkonsma fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjoni ma' istituzzjonijiet tas-settur privat kienet studjata b'attenzjoni speċjali f'din l-opinjoni, kif kienet ukoll ir-relazzjoni bejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Fl-aħħar nett, enfasizzajna l-problemi marbuta mas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet transkonfinali.
Il-kriżi finanzjarja tal-2008 titlob reazzjoni Ewropea għall-problemi Ewropej: grazzi għas-setgħat li ngħata skont it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament għandu jiżvolġi rwol deċiżiv f'dawn il-kwistjonijiet kollha.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea (Settur Bankarju) |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu). |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura meta mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu). |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Komunitarji, li tħalli s-superviżjoni ta' kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali, u tagħti rwol ċentrali fis-superviżjoni ta' gruppi transkonfinali lill-kulleġġi tas-superviżuri. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar il-Komunità. Għandha titwaqqaf Awtorità Bankarja Ewropea, flimkien ma' Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej). |
(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni, li jħalli s-superviżjoni ta' kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji li m'għandhomx dimensjoni Ewropea għal-livell nazzjonali. Il-Kulleġġi tas-Superviżuri għandhom jeżerċitaw superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li ma għandhomx dimensjoni tal-Unjoni. L-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea (Settur Bankarju) - (l-"Awtorità") għandha gradwalment tieħu f'idejha s-sorveljanza ta' istituzzjonijiet b'dimensjoni tal-Unjoni. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Flimkien mal-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) kif ukoll Awtorità Superviżorjia Ewropea (Kumitat Konġunt) (il-"Kumitat Konġunt"). Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jagħmel parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja. |
|
|
(Il-bidliet tal-ismijiet tal-awtoritajiet għandhom japplikaw fit-test kollu.) |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10a) Fil-kawża Nru C-217/04, Renju Unit v. il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti ta' Ġustizzja ddeċidiet li: "xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 KE ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta' din id-dispożizzjoni għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista' jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta' korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' proċess ta' armonizzazzjoni f'ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament u ta' qafas li ma jorbtux1". Miżuri adottati skont l-Artikolu 95 tat-Trattat KE (li issa, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, hu l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) jistgħu jieħdu l-forma ta' direttivi jew regolamenti. Pereżempju, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni kienet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 u l-Awtorità se tkun imwaqqfa wkoll permezz ta' regolament. |
|
|
1 Sentenza tat-2 ta' Mejju 2006, Ġabra 2006, p. I-3771, paragrafu 44. |
|
|
2 ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f'oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta' standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-abbozz tal-istandards tekniċi jkollhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompativvli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta' adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta' żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f'oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta' standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda
|
|
(15) Il-proċess għall-iżvilupp ta' standards tekniċi f'dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta' standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(15) Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi sabiex tagħtihom effett ġuridiku vinkolanti. Dawn se jkunu soġġetti għall-emendi jekk, pereżempju, ikunu inkompatibbli mad-dritt tal-UE, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-Unjoni Ewropea tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta' adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta' żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) F'oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
(16) F'oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet b'mod pubbliku sabiex ikunu kompletament trasparenti mal-parteċipanti fis-suq. F'oqsma li ma jkunux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u xxerred l-aħjar prattiki.. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi Komunitarja huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta' applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
(17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta' applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi tal-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza Deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat. |
(19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stipulata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 tat-Trattat. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell Komunitarju. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta' emerġenza. Billi d-determinazzjoni ta' sitwazzjoni ta' emerġenza tinvolvi livell ta' diskrezzjoni sinifikanti, din is-setgħa għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta' emerġenza, f'każ ta' nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi Komunitarji li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. |
(21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta' emerġenza. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jistabbilixxi meta tissussisti sitwazzjoni ta' emerġenza. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta' emerġenza, f'każ ta' nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta' konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta' qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta' kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja f'deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta' konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F'każ ta' nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom. |
(22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta' konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta' qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta' kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni f'deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta' konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F'każ ta' nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom. Dan japplika wkoll għal każi ta' nuqqas ta' ftehim fil-kulleġġ tas-superviżuri. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22a) Il-kriżi kixfet nuqqasijiet importanti fl-approċċi attwali għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet transkonfinali, b'mod partikolari fl-akbar u l-aktar istituzzjonijiet kumplessi li l-falliment tagħhom kapaċi jagħmel ħsara sistemika. Dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw mill-oqsma differenti ta' attività tal-istituzzjionijiet finanzjarji u mill-korpi superviżorji. Tal-ewwel jaġixxu f'suq mingħajr fruntieri u tal-aħħar jivverifikaw kuljum jekk il-ġurisdizzjonijiet tagħhom jispiċċawx mal-fruntieri nazzjonali. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 22 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22b) Il-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni użat biex tissolva din id-disfunzjoni ntwera b'mod ċar li mhuwiex suffiċjenti. Kif tirrimarka t-Turner Review, ippubblikata f'Marzu 2009, "l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu d-drittijiet li jiġu mill-passaport għall-ftuħ ta' fergħat (passporting rights), superviżjoni fil-pajjiż ta' domiċilju u assigurazzjoni fuq id-depożitu purament nazzjonali, mhumiex bażi soda għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni futuri ta' banek ġenerali Ewropej li joperaw fuq bażi transkonfinali"1. |
|
|
_____________ 1 p. 101. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 22 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22c) Hemm biss żewġ soluzzjonijiet possibbli biex tissolva din il-kwistjoni: li tingħata aktar setgħa lis-superviżuri ta' pajjiżi ospitanti jew li tinħoloq awtorità Ewropea effettivament alternattiva. Kif tgħid ukoll it-Turner Review, "arranġamenti aktar sodi jeżiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta' integrazzjoni Ewropea". |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 22 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22d) Is-soluzzjoni nazzjonali timplika li l-pajjiż ospitanti jkun jista' jirrifjuta lill-fergħat lokali d-dritt li joperaw, iġiegħel lill-istituzzjonijiet barranin li joperaw biss permezz ta' sussidjarji u mhux permezz ta' fergħat, u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 22 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22e) Is-soluzzjoni Ewropea titlob it-tisħiħ tal-kulleġġi tas-superviżuri fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet transkonfinali u t-trasferiment progressiv tal-poteri superviżorji fuq istituzzjonijiet li għandhom dimensjoni tal-Unjoni lil awtorità Ewropea. L-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom dimensjoni tal-Unjoni jinkludu dawk li joperaw b'mod transkonfinali kif ukoll dawk li joperaw fit-territorju nazzjonali, bil-kundizzjoni li falliment tagħhom ikun jista' jhedded l-istabbiltà tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 22 f (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22f) Il-Kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa jiddefinixxu regoli superviżorji sabiex irawmu l-applikazzjoni koerenti tad-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta' parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta' skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. L-Awtorità għandha taġixxi bħala mexxejja fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li joperaw fl-Unjoni. L-Awtorità għandu tiżvolġi wkoll rwol ta' medjazzjoni vinkolanti biex issolvi l-kunflitti bejn is-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 22 g (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22g) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li ma għandhomx dimensjoni tal-Unjoni, iżda fil-biċċa l-kbira tal-każi d-differenzi bejn l-istandards u l-prattiki nazzjonali jibqgħu jippersistu. Għal xejn nikkonverġu r-regolamenti finanzjarji bażiċi jekk il-prattiki tas-superviżjoni jibqgħu frammentati. Kif jenfasizza r-Rapport de Larosière, "it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta' superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta' attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata." |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 23 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23a) Is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom dimensjoni tal-Unjoni għandha tkun fdata f'idejn l-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea (Settur Bankarju). Is-superviżuri nazzjonali għandhom jaġixxu ta' aġenti tal-Awtorità u għandhom ikunu marbuta bl-istruzzjonijiet tal-Awtorità meta jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali b'dimensjoni tal-Unjoni. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 23 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23b) L-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni għandhom jiġu identifikati, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista' tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b'hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista' tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f'isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista' tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta' ekonomiji ta' skala jew ambitu, ta' koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista' tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta' delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b'kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta' ftehimiet ta' delega sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta' tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. |
(24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista' tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b'hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista' tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f'isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista' tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta' ekonomiji ta' skala jew ambitu, ta' koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tista' tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u timmonitorja ftehimiet ta' delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b'kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta' ftehimiet ta' delega sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta' tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki rigward id-delega u l-ftehimiet ta' delega. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta' kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. |
(26) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta' kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet orizzontali għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġu ppubblikati. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma' superviżuri barra l-Komunità. Hija għandha tirrispetta b'mod sħiħ ir-rwoli u l-kompetenzi eżistenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fir-relazzjonijiet ma' awtoritajiet barra l-Komunità u f'fora internazzjonali. |
(29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea fid-djalogu u l-kooperazzjoni ma' superviżuri barra l-Unjoni. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33) Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Għal raġunijiet ta' effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Komunità (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma' gruppi ta' utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Komunità. |
(33) L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma tadotta abbozzi ta' standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha tagħmel valutazzjoni tal-impatt. Għal raġunijiet ta' effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment tal-Unjoni (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, lid-dinja akkademika u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma' gruppi ta' utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 34 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(34a) Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikolari ta' Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, huwa evidenti li fejn pajjiż jagħżel li jitlob miżura ta' salvagwardja l-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra dan, Stat Membru għandu jispjega r-raġunijiet għaliex talab protezzjoni. L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imisshom jittieħdu. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 38 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(38) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Bord tas-Superviżuri permezz ta' kompetizzjoni miftuħa, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
(38) President full-time, magħżul mill-Parlament Ewropew wara kompetizzjoni miftuħa, ġestita mill-Kummissjoni, u t-tfassil sussegwenti ta' lista ta' kandidati idonei mill-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 39 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib f'Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jassumi l-funzjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt għall-Konglomerati Finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom jiġu adottati b'mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. |
(39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Kumitat Konġunt u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-konglomerati finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni Ewropea u Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiġu adottati b'mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b'rotazzjoni kull sena mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta' approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE u d-Direttiva 94/19/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta' kwalunkwe att Komunitarju ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/48/KE, id-Direttiva 2006/49/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE u d-Direttiva 94/19/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta' kwalunkwe att tal-Unjoni ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
|
|
L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta' pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi kwistjonijiet ta' governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, dment li dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'SESF', li għandha taħdem bħala netwerk ta' superviżuri, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 39. |
imħassar |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkoopera mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala 'BERS' kif stipulat fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. |
imħassar |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji (SESF), li għandha tiffunzjona bħala netwerk integrat ta' superviżuri li jlaqqa' l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea b'kompetenzi fil-qasam tas-superviżjoni finanzjarja kif imsemmi f'dan ir-Regolament u fir-regolamenti relatati tal-Unjoni. L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura superviżjoni tal-Unjoni b'saħħitha u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'mod li tkun żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja, tagħti appoġġ għal tkabbir tal-Unjoni sostenibbli u taqdi l-bżonnijiet tal-impriżi u taċ-ċittadini. |
|
|
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../... [BERS]; |
|
|
(b) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru .../... [ESMA]; |
|
|
(c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru .../... [AEAPX]; |
|
|
(d) l-Awtorità; |
|
|
(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previst fl-Artikolu 40; |
|
|
(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../... [ESMA], ir-Regolament (UE) Nru …/2009 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/… [ABE]; |
|
|
(g) il-Kummissjoni, għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9; |
|
|
3. Il-partijiet kollha tas-SESF għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
|
4. L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha huma suġġetti għal atti li jorbtu ġuridikament skont id-dritt tal-Unjoni u għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti li jaderixxu għas-SESF. |
|
|
5. Is-SESF m'għandhiex tipprevjeni l-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħat superviżorji nazzjonali skont l-atti tal-Unjoni li jorbtu ġuridikament u b'konformità mal-prinċipji prudenzjali internazzjonali tas-superviżjoni bankarja. |
|
|
6. Huma biss l-awtoritajiet superviżuri inklużi fis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji li għandhom ikunu intitolati jagħmlu superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tippromwovi funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; |
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-istandards u tal-leġiżlazzjoni, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi ta' dan ir-Regolament u tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni u funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjoni, fost ħwejjeġ oħra, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità tista' tiżviluppa standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
1. L-Awtorità tista' tiżviluppa standards tekniċi sabiex tikkompleta, taġġorna u temenda elementi li mhumiex essenzjali għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawk l-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun limitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. |
L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadottahom. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha tressaq għall-approvazzjoni l-abbozzi tal-istandards lill-Kummissjoni u fl-istess ħin tgħaddihom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta' standards, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz ta' standards. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perjodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista' wkoll tapprova l-abbozz ta' standards b'mod parzjali jew b'emendi meta l-interess Komunitarju jitlob dan. |
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozzi tal-istandards tekniċi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahomx, tirrifjutahomx jew temedahomx. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perjodu b'xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha u tagħti r-raġunijiet. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-istandards jew tapprovahom b'mod parzjali jew bl-emendi, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
imħassar |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-istandards tekniċi skont l-Artikolu 7a sa 7d, fis-sura ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7a |
|
|
Eżerċizzju tad-delega għall-adozzjoni ta' standards tekniċi |
|
|
1. Is-setgħat sabiex tadotta standards tekniċi f'forma ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat. |
|
|
2. Hekk if tadotta standards tekniċi, il-Kummissjoni għandha tgħarraf simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarhom. |
|
|
3. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7b sa 7d. |
|
|
4. Fir-rapport tal-President imsemmi fl-Artikolu 35(2), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards tekniċi li ġew approvati u liema awtoritajiet nazzjonali ma jkunux ikkonformaw magħhom. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 7 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7b |
|
|
Revoka tad-delega għall-adozzjoni ta' standards tekniċi |
|
|
1. Id-delega ta' setgħa tal-adozzjoni ta' standards tekniċi msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
|
|
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika l-istandard tekniku li jista' jkun suġġett għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. |
|
|
3. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-revoka u ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex teffettwa l-validità tal-istandards tekniċi li jkunu diġà fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 7 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7c |
|
|
Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi |
|
|
1. Il-Parlament jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jittawwal b'xahrejn. |
|
|
2. Jekk fi tmiem dan il-perjodu la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-istandard tekniku, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
|
|
Qabel ma jiskadi dan il-perjodu u f'każijiet eċċezzjonali u ġustifkati kif dovut, il-Parlament Ewropew u l-Kunslll jistgħu it-tnejn jinfurmaw lill-Kummissjoni li m'għandhomx l-intenzjoni li jqajmu oġġezzjonijiet għal standard tekniku. F'każi bħal dawn, l-istandard tekniku jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih. |
|
|
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal xi standard tekniku, dan ma għandux jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn qed toġġezzjona għall-istandard tekniku. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 7 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7d |
|
|
Nuqqas ta' approvazzjoni jew emenda tal-istandards tekniċi |
|
|
1. Jekk il-Kummissjoni ma tapprovax abbozz ta' standard tekniku jew temendah, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha. |
|
|
2. Il-Parlament Ewropew jew Kunsill jistgħu, fi żmien xahar, isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, għal laqgħa ad hoc sabiex jindikaw fejn ma jaqblux. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 8 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 8 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta' linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tkunx biħsiebha tikkonforma ma' dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. Fil-każi li ma jkollha l-intenzjoni li ma tikkonformax, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawn ir-raġunijiet. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 8 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Fir-rapport tagħha dwar l-attivitajiet tagħha msemmija fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li tkun ħarġet, u tindika liema awtorità nazzjonali ma tkunx ikkonformat magħhom u tiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtoritajiet nazzjonali jsegwu r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-awtorità kompetenti ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
imħassar |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta' dan l-Artikolu. |
1. Fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx applikat l-atti li jorbtu ġuridikament u l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew tkun applikathom b'mod li jidher li jkun bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 7, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fuq talba ta' awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
2. Fuq talba ta' awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Partijiet Bankarji Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-allegat ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista', wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien għaxart ijiem kif previst fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Awtorità għandha tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu b'xahar. |
L-Awtorità għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn xahar minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. |
L-Awtorità għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
5. Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Awtorità. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun għan-nuqqas ta' konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kundizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista', fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika. |
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun għan-nuqqas ta' konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kundizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità għandha, skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. |
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mad-deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 4. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7a. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet nazzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta' żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
1. Fil-każ ta' żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-BERS fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, mill-Paralment Ewropew jew mill-Kummissjoni, tista' toħroġ twissija li tiddikjara l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza sabiex jippermetti lill-Awtorità li tadotta, mingħajr kundizzjonijiet oħra, id-deċiżjonijiet individwali msemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Malli joħroġ twissija, il-BERS għandu jinnotifika b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew, lil-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista' jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni. |
2. Fejn l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza tiġi ddikjarata skont il-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tadotta deċiżjonijiet individwali meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista' jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista', meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika. |
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-BERS għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tistipula d-deċiżjonijiet individwali indirizzati lil awtoritajiet nazzjonali jew istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafi 3 u 4. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq talba ta' waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, tista' tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2. |
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, tieħu t-tmexxija fl-assistenza lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. |
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta' konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjoni li teħtieġhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, f'konformità mal-liġi Komunitarja. |
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta' konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, bi qbil mal-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1), tieħu deċiżjoni biex issolvi n-nuqqas ta' qbil u biex titlobhom jieħdu azzjoni speċifika, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni, b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b'hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika. |
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b'hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fuq l-istess kwistjoni. |
|
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta' fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma' dawk id-deċiżjonijiet. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tistipula n-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta' qbil. |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 11 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Soluzzjoni ta' każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transettorjali |
|
|
Il-Kumitat Konġunt għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11, isib soluzzjoni għan-nuqqas ta' qbil li jista' jinqala' bejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jaġixxu skont l-Artikolu 42. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi l-operat effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bejn il-kulleġġi. |
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u timmonitorja l-operat effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni bejn il-kulleġġi. |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta' dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala 'awtorità kompetenti' skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma' kwalunkwe membru tal-kulleġġ. |
2. L-Awtorità għandha tipparteċipa fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta' dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala 'awtorità kompetenti' skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma' kwalunkwe membru tal-kulleġġ. |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità tista' toħroġ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3b. Rwol ta' medjazzjoni vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtoritajiet il-ġodda jsibu soluzzjoni għat-tilwim bejn is-superviżuri nazzjonali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejn is-superviżuri ta' istituzzjoni transkonfinali, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa tieħu deċiżjonijiet li japplikaw direttament għall-istituzzjoni konċernata. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 12 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12a |
|
|
Superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni |
|
|
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni billi jaġixxu bħala l-aġent tal-Awtorità u jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija minnha, biex ikun iggarantit li jiġu applikati l-istess regoli ta' superviżjoni fl-Unjoni kollha. |
|
|
2. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozz tar-regoli ta' superviżjoni tagħha lill-Kummissjoni u, fl-istess ħin, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-abbozz tar-regoli ta' superviżjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 jew 8. |
|
|
3. Deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Superviżuri skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 29(1) għandha tidentifika l-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni. Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji bħal dawn għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti mill-Bord tal-Istabilità Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għas-Soluzzjoni ta' Tilwim Internazzjonali. |
|
|
4. L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskji Sistemiċi, għandha tiżviluppa mudell ta' informazzjoni għall-istituzzjonijiet sinifikanti biex tiġi żgurata l-ġestjoni soda tar-riskju sistemiku tagħhom. |
|
|
5. Biex tiġi żgurata l-koresponsabbiltà tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni, biex iħarsu l-interessi tad-depożitanti fl-Unjoni u biex titnaqqas l-ispiża ta' kriżi finanzjarja sistemika għal dawk li jħallsu t-taxxi, għandu jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Protezzjoni Finanzjarja (il-Fond). Il-Fond għandu jkollu rwol fl-għajnuna lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni biex jegħlbu d-diffikultajiet meta jkun hemm il-probabilità li dawn id-diffikultajiet jheddu l-istabilità finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji. Il-kontribuzzjoni ta' kull istituzzjoni finanzjarja għandha tiġi kkalkulata skont kriterji li jippremjaw il-ġestjoni tajba. Dawn il-kontribuzzjonijiet jieħdu post dawk li jingħataw lil fondi nazzjonali ta' xejra simili. |
|
|
6. Fejn ir-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek mhumiex biżżejjed biex isolvu l-kriżi, ir-riżorsi tal-Fond jistgħu jiżdiedu permezz ta' ħruġ ta' dejn. L-Istati Membri jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiffaċilitaw il-ħruġ tad-dejn mill-Fond permezz ta' garanziji, u bi skambju ta' ħlas li jirrifletti kif jixraq ir-riskju meħud. Dawn il-garanziji għandhom jinqasmu mal-Istati Membri skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 7. |
|
|
7. Meta, f'ċirkustanzi estremi u straordinarji u fil-kuntest ta' kriżi sistemika, tfalli istituzzjoni waħda jew iżjed minn waħda, u meta r-riżorsi disponibbli ma jkunux suffiċjenti, l-Istati Membri milquta għandhom jaffaċċjaw dan il-piż b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Memorandum ta' Ftehim (MoU) attwali, kif emendat. Arranġamenti ta' qsim tal-piżijiet jistgħu jinkludu element mill-elenku t'hawn taħt, jew kombinazzjoni tagħhom: id-depożiti tal-istituzzjoni; l-assi (jew f'termini ta' ċifri tal-kontabilità, ċifri tas-suq jew ċifri b'riskju meqjus), flussi tad-dħul, jew sehem ta' flussi tas-sistema ta' ħlas tal-istituzzjoni; |
|
|
8. Is-sħubija fil-Fond għandha tissostitwixxi s-sħubija fl-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti nazzjonali eżistenti għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jipparteċipaw fih. Il-Fond għandu jkun ġestit minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta' ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu eletti minn fost il-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali. Għandu jiġi stabbilit Bord Konsultattiv li jinkludi l-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità għandha tiddelega lill-awtoritajiet fl-Istati Membri l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12a. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fil-fora internazzjonali kollha li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti ma' awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista' tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. |
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. |
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. L-Awtorità għandha tiżviluppa protokoll xieraq għall-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali rigward istituzzjonijiet finanzjarji individwali. |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa direttament u b'mod sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b'mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u jipprovdi evalwazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Kummissjoni. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta' tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta' smigħ, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Meta l-Parlament Ewropew ikun tal-fehma li l-ebda wieħed mill-kandidati fil-lista ma jkun jissodisfa b'mod suffiċjenti l-kwalifiki stipulati fl-ewwel subparagrafu, għandha terġa' tibda l-proċedura miftuħa tal-għażla. |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. |
imħassar |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Parlament Ewropew jista' jitlob ukoll lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispetta b'mod sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni b'mod regolari quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri ta' dak il-kumitat. |
1. Il-President għandu, tal-anqas kull tliet xhur, jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kull mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Parlament Ewropew jista' wkoll jitlob lill-President sabiex jissottometti rapport dwar it-twettiq ta' dmirijietu. |
2. Il-President għandu jissottometti rapport dwar it-twettiq ta' dmirijietu/dimirijietha lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Kummissjoni u appoġġata mill-Parlament Ewropew. |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 39 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 39 |
imħassar |
|
Kompożizzjoni |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti mis-SESF, li għandha taħdem bħala netwerk tas-Superviżuri. |
|
|
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) l-awtoritajiet fl-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AEAPX] u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AETS ]; |
|
|
(b) l-Awtorità; |
|
|
(c) l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/…[AEAPX]; |
|
|
(d) l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [AETS ]; |
|
|
(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previsti fl-Artikolu 40; |
|
|
(f) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 9 u 10. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet fis-setturi kollha oħrajn mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 40. |
|
Emenda 89 Proposta għal regolament Kapitolu IV – taqsima 2 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej |
Kumitat Konġunt |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza u tagħlim transsettorjali mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, b'mod partikolari dwar: |
|
|
- konglomerati finanzjarji; |
|
|
- il-kontabilità u l-verifika; |
|
|
- l-analiżi mikroprudenzjali għall-istabilità finanzjarja; |
|
|
- il-prodotti ta' investiment dirett; |
|
|
- il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; u |
|
|
- l-iskambju ta' informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-appoġġ amministrattiv tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Dan jinkludi spejjeż fuq il-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, li jkun magħmul minn persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-ispejjeż amministrattivi, infrastutturali u operattivi. |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Huma biss l-awtoritajiet superviżorji inklużi fis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji li għandhom ikunu intitolati jagħmlu superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni. |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 40 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 40a |
|
|
Superviżjoni |
|
|
F'każ li istituzzjoni finanzjarja transkonfinali ewlenija tagħmel attività multisettorjali, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi liema Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti ewlenija u/jew tadotta deċiżjonijiet vinkolanti sabiex ikunu solvuti l-problemi bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta' ħsara bħal din. |
1. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara mhux ġustifikabbli li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta' ħsara bħal din. |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jevalwa inter alia: il-livell ta' konverġenza fil-prattiki superviżorji standard milħuq mill-awtoritajiet nazzjonali; il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri; il-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-istituzzjonijiet transkonfinali, b'mod partikolari dawk b'dimensjoni tal-Unjoni; il-funzjonament tal-Artikolu 23 rigward is-salvagwardji u r-regolaturi; il-konverġenza tas-superviżjoni fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tas-soluzzjoni tagħhom fl-Unjoni u l-kwistjoni jekk l-attivitajiet prudenzjali u l-kondotta tan-negozju għandhomx ikunu ħaġa waħda jew separati. Ir-rapport għandu jkun fih proposti dwar kif jista' jkompli jiġi żviluppat ir-rwol tal-Awtorità u tas-SESF, bil-ħsieb li tinħoloq struttura Ewropea integrata ta' superviżjoni. |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Bankarja Ewropea |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 7.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Íñigo Méndez de Vigo 24.11.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
25.1.2010 |
6.4.2010 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
7.4.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 0 2 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Gerald Häfner, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, David Martin, Jaime Mayor Oreja, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, Guy Verhofstadt |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Jean-Luc Dehaene, Enrique Guerrero Salom, Anneli Jäätteenmäki, Íñigo Méndez de Vigo, Adrian Severin, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emma McClarkin |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (29.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea
(COM(2009)0501 – C7‑0169/2009 – 2009/0142(COD))
Rapporteur: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Biex tindirizza n-nuqqasijiet tas-sorveljanza finanzjarja Ewropea żvelati mill-kriżi finanzjarja riċenti, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' proposti bil-ħsieb li titwaqqaf sistema ta' sorveljanza finanzjarja iktar integrata u sostenibbli fl-UE. Din se tkun ibbażata fuq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), magħmula minn netwerk ta' superviżuri nazzjonali li jaħdmu id f'id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej[1], maħluqa bit-trasformazzjoni tal-kumitati superviżorji Ewropej f'Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ta' vera. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' tliet aġenziji ddeċentralizzati Ewropej ġodda:
· l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE);
· l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX);
· l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).
2. It-trasformazzjoni tal-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti f'awtoritajiet superviżorji Ewropej ta' vera effikaċi, jiġifieri aġenziji Ewropej, se tirrikjedi riżorsi aktar b'saħħithom - kemm f'termini ta' persunal kif ukoll f'termini ta' baġit. Fir-rigward tal-impatt tal-ħolqien ta' dawn it-tliet aġenziji fuq il-baġit Ewropew, dan se jammonta għal madwar EUR 59,699 miljun imqassma kif ġej:
|
Aġenzija |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
|
|
ABE |
5, 206 |
7, 355 |
8, 965 |
21, 527 |
|
|
AEAPX |
4, 235 |
5, 950 |
6, 799 |
16, 984 |
|
|
ESMA |
5, 465 |
7, 202 |
8, 491 |
21, 158 |
|
f'miljuni ta' euro.
3. Dawn il-fondi se jiġu mill-Intestatura 1a, imma din l-Intestatura diġà tbati minn marġni mnaqqsa ħafna: l-aħħar programmar finanzjarju tal-Kummissjoni (Jannar 2010), li diġà qies l-ammonti għat-tliet aġenziji (fost modifiki oħrajn), jindika marġni ristretti ħafna sa tmiem il-qafas finanzjarju pluriennali attwali (bejn il-parentesi jinsabu l-marġni previsti fl-ipprogrammar finanzjarju ta' Jannar 2009):
- EUR 37,041 miljun għall-2011 (111,590 miljun)
- EUR 34,003 miljun għall-2012 (123,879 miljun)
- EUR 49,153 miljun għall-2013 (214,875 miljun).
Jekk wieħed iqis li fl-ipprogrammar finanzjarju ta' Frar 2009 l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi marġni ta' EUR 111.8 miljun għall-Intestatura 1a għall-2010 u rriżulta li kien biss ta' EUR 147,000, huwa ċar li s-sitwazzjoni hija delikata ħafna. Għaldaqstant, għandha titqies il-ħtieġa ta' reviżjoni possibbli tal-limiti massimi biex jiġi ssodisfat il-finanzjament ta' dawn it-tliet aġenziji ġodda.
4. Fil-fatt, l-ispiża reali tal-aġenziji se tkun ħafna ogħla, peress li se tammonta għal madwar EUR 149,17 miljun, imma l-Istati Membri se jikkontribwixxu, permezz tal-kofinanzjament, b'madwar EUR 89,497 miljun, li hu 60% tal-ispejjeż globali tal-funzjonament tal-aġenziji sa tmiem il-qafas finanzjarju pluriennali attwali:
|
Aġenzija |
2011 |
2012 |
2013 |
TOTAL |
|
|
ABE Stati Membri + UE = Total |
7, 809+5,206 =13,015 |
11, 033+7,355 =18, 388 |
13, 448+8,965 =22, 413 |
32,290+21, 527 =53, 816 |
|
|
AEAPX Stati Membri + UE = Total |
8, 197+4,235 =13, 662 |
10, 803+5,950 =18, 005 |
12, 737+6, 799 =21, 228 |
31,737+16, 984 =52,895 |
|
|
ESMA Stati Membri + UE = Total |
6, 352+5,465 =10,587 |
8, 925+7, 202 =14, 874 |
10,199+8,491 =16, 998 |
25,476+21, 158 =42, 459 |
|
f'miljuni ta' Euro
5. Fir-rigward tal-persunal, tliet aġenziji ġodda se jfissru, sal-2014, 269 aġent ieħor (224 AD u 45 AST):
|
Aġenzija |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
|
|
ABE persunal (AD/AST) |
40(36/4) |
62(53/9) |
80(69/11) |
90(73/17) |
|
|
AEAPX persunal (AD/AST) |
40 (32/8) |
62(50/12) |
73 (60/13) |
90 (77/13) |
|
|
ESMA persunal (AD/AST) |
43 (35/8) |
60 (50/10) |
76 (64/12) |
89 (74/15) |
|
6. Il-Kummissjoni qed tipproponi li t-tliet aġenziji l-ġodda jkollhom is-sede tagħhom fil-postijiet attwali tax-xogħol tal-kumitati superviżorji Ewropej (Londra, fil-każ tal-ABE), li jidher li hu soluzzjoni raġonevoli ħafna kemm mil-lat prattiku kif ukoll minn dak finanzjarju, peress li se jiffaċilita l-bidu immedjat tal-funzjonijiet tal-aġenzija l-ġdida u jevita nefqa żejda b'istallazzjonijiet ġodda, trasferiment ta' persunal, eċċ.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
|
1a. Iqis li l-ammont referenzjali indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu għas-subintestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2007-2012 (MFF), imma li l-marġini li għadu fl-intestatura 1a għall-2011-2013 huwa limitat ħafna u l-finanzjament għall-attivitajiet il-ġodda ma għandux jipperikola l-finanzjament ta' prijoritajiet oħrajn skont is-subintestatura 1a; itenni, għaldaqstant, it-talba tiegħu għal reviżjoni tal-MFF, akkumpannjata bi proposti konkreti li jaġġustawha u jirreveduha qabel għeluq l-ewwel semestru tal-2010 billi jintużaw il-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 (IIA) u, b’mod partikolari, dawk li jinsabu fil-punti 21 u 23 tal-istess, ħalli jkun żgurat il-finanzjament tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-Awtorità) mingħajr ma jkun ipperikolat il-finanzjament tal-prijoritajiet l-oħrajn, u jkun żgurat li jifdal marġini suffiċjenti, skont is-subintestatura 1a; |
Emenda 2 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
|
1b. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali għandu jiġi applikat għat-twaqqif tal-Awtorità; jenfasizza li, jekk kemm-il darba l-awtorita leġiżlattiva tiddeċidi favur it-twaqqif tal-Awtorità, il-Parlament se jidħol f’negozjati mal-branka l-oħra tal-awtorita baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar il-finanzjament tal-Awtorità b'konformita mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali; |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 41 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun suġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba tagħha1 (IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit globali huwa suġġett għall-proċedura ta' kwittanza. |
|
|
1ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Awtorità hi stabbilita bħala aġenzija ddeċentralizzata tal-Unjoni Ewropea u se tkun iffinanzjata skont il-Ftehim Interistituzzjonali. Dan għandu jkun rifless fil-bażi legali tagħha. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
a) kontributi obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-sorveljanza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom isiru skont formula msejsa fuq il-piż li jingħata lill-voti skont ma jingħad fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 48 - paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni); |
(b) sussidju mill-Unjoni, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni), soġġett għal qbil tal-awtorità baġitarja, kif previst fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali; |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-kontributi obbligatorji min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u s-sussidju mill-Unjoni, skont il-paragrafu 1(a) u (b), għandhom ikunu disponibbli sa mill-bidu ta' kull sena finanzjarja. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Article 50 – paragraph 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N. |
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit li jikkonsisti fl-introjtu mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għas-sena finanzjarja N. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Article 54 – paragraph 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. |
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jippermettu devjazzjonijiet ġustifikati |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Bankarja Ewropea |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 7.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jutta Haug 21.10.2009 |
|
|
|||||
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Jutta Haug, Jiří Havel, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Dominique Riquet, Sergio Paolo Francesco Silvestris, László Surján, Helga Trüpel, Daniël van der Stoep, Derek Vaughan, Angelika Werthmann |
|||||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Franziska Katharina Brantner, Giovanni La Via, Peter Šťastný |
|||||||
- [1] Dawn huma l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (KRET).
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (30.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea
(COM(2009)0501 – C7‑0169/2009 – 2009/0142(COD))
Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jappoġġja b’mod ġenerali l-proposta tal-Kummissjoni li titwaqqaf arkitettura ġdida ta' superviżjoni finanzjarja bit-tir li jkunu żgurati superviżjoni u għemil ta' regoli aktar effettivi u biex jiġu identifikati aħjar ir-riskji fis-sistemi finanzjarja. Kif juru l-kriżijiet finanzjarji, hija meħtieġa riforma tas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE biex toktor il-kompetizzjoni permezz tal-inkoraġġiment ta' sitwazzjoni ugwali għal kulħadd u jkun żgurat li l-arranġamenti u r-regolamenti jkunu konsistenti.
I. Artikolu 7– Standards tekniċi
L-Artikolu 7 paragrafu 1 subparagrafu 1 tar-regolament propost jirreferi għal direttivi li jiddefinixxu l-qafas legali li fih l-Awtorità tista’ tiżviluppa l-istandards tekniċi (ara l-Artikolu 1 Paragrafu 2 tal-abbozz ta' regolament). Id-direttivi msemmijin, jiġifieri 2006/48/KE, 2006/49/KE, 2002/87/KE, 2005/60 KE u 94/19/KE fihom dispożizzjonijiet ta’ komitoloġija[1]. Il-bidla mit-Trattat tal-KE għat-Trattat (ta’ Lisbona) dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) iġġib magħha bidliet fir-reġim tal-komitoloġija, fi kliem ieħor aktar preċiż, l-abolizzjoni tiegħu.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-istandards tekniċi, il-kumitat adotta l-approċċ li jagħmel l-allinjament neċessarju mal-Artikolu 290 TFUE l-aktar fil-proposta Omnibus (2009/0161(COD), filwaqt li l-Artikolu 7 tar-regolamenti ESA jikkonċentraw biss fuq il-proċedura bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità.
II. L-Artikoli 9, 10 u 11
1. Konferiment ta’ setgħat
L-abbozz ta' regolament jagħti setgħat speċifiċi lill-Awtorità l-ġdida. It-Trattat ma jippermettix espliċitament li dan it-tip ta’ konferiment isir (cf Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE). B’danakollu, il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-possibbiltà li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiddelegaw is-setgħat lil korpi eżekuttivi jew regolatorji indipendenti, basta d-delega jkollha x’taqsam biss ma' kompetenzi eżekuttivi definiti b'mod ċar, u billi, b’mod partikolari, ma ngħatat l-ebda setgħa lill-korp delegat li jagħmel għażliet ta’ politika. Barra minn hekk, billi l-Unjoni tista’ biss teżerċita s-setgħat konferiti lilha fit-Trattat skont it-termini tal-proċeduri determinati fit-Trattat, l-istituzzjonijiet ma jistgħux jiddelegaw aktar setgħat minn dawk ikkonferiti lilhom mit-Trattat (ara l-QEĠ, Każ Meroni, 9/56, (1958) ECR 133 u 157).
2. Azzjoni diretta min-naħa tal-Awtorità
Filwaqt li sar konferiment limitat ta’ setgħat speċifiċi lill-Awtorità, hija kompetenza tal-Kummissjoni li tiżgura li d-Dritt Komunitarju jkun rispettat (permezz tal-proċeduri ta' ksur - Artikolu 258 TFUE). B’danakollu, l-Artikoli 9 Paragrafu 6, 10 Paragrafu 3 u 11 Paragrafu 4 tar-regolament propost jikkonferixxu "mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 226” tal-KE (l-Artikolu 258 il-ġdid tat-TFUE) is-setgħa lill-Awtorità li – billi ddur madwar l-awtorità nazzjonali kompetenti – tieħu deċiżjonijiet li jorbtu direttament lil kull parteċipant fis-suq. Din hija kostruzzjoni straordinarja li ġġebbed is-sistema tas-setgħat bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej u li, fil-fehma tar-rapporteur, jeħtiġilha li jkollha motivazzjoni apposta. Filwaqt li l-Artikolu 10 jimxu mar-rieda politika ta’ reazzjoni b’ħeffa u b’effiċjenza meta jkun hemm kriżi biex ikunu ggarantiti l-funzjonament u l-integrità tas-suq u s-sistema finanzjarji, l-Artikoli 9 u 11 japplikaw f’sitwazzjonijiet normali ta’ kuljum.
Abbażi ta’ kompromess li għandu appoġġ wiesa’, il-kumitat adotta l-emendi għal dak li għandu x’jaqsam mal-poteri tal-Awtoritajiet li jindirizzaw id-deċiżjonijiet individwali lil parteċipanti fis-suq fis-sitwazzjoni ta’ kuljum (Artikoli 9(6) u 11(4)) billi ppropona proċedura li għandha tkun segwita bejn l-Awtorità u l-Kummissjoni ħalli jiġu allinjati aħjar il-poteri tal-Awtorità mal-poteri konferiti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(1) TUE u l-Artikolu 258 TFUE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Il-Komunità laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej, li jibqgħu entitajiet konsultattivi għall-Kummissjoni. Il-Komunità ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju Komunitarju wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk Komunitarju b’saħħtu. |
(6) L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej. L-Unjoni ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju tal-Unjoni wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk b’saħħtu tal-Unjoni. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-abbozz tal-istandards tekniċi jkollhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompativvli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi tal-Unjoni sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tadotta l-istandards tekniċi permezz ta’ atti delegati. Id-delega għandha ssir fl-att leġiżlattiv bażiku u għandu jkun hemm il-possibilità li tiġi rtirata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Il-perjodu tad-delega għandu jkun estiż fuq it-talba tal-Kummissjoni, sakemm ma joġġezzjonawx il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet bħall-atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-kelma “iddelegat” għandha tiddaħħal fl-intestatura ta’ dawk l-atti. L-istandards adottati skont il-proċedura tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) Il-proċess għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi f’dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
imħassar |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjonijiet indirizzati lilha u li fihom il-liġi Komunitarja tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta' Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. |
(20) Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva u f’sitwazzjoni ta’ urġenza biss, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali li għandhom impatt fuq is-suq intern. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjonijiet indirizzati lilha u li fihom il-liġi tal-Unjoni tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta' Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fl-immaniġġar ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. |
(34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fl-immaniġġar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li d-deċiżjoni tal-Awtorità terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 41 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Article 7 – title | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Standards tekniċi |
Standards Tekniċi – atti ddelegati |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet bħala atti delegati skont it-termini l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq intern jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja tas-suq intern, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. Qabel ma tadotta deċiżjoni individwali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni dwarha. |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. |
|
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
|
|
Fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-abbozz tad-deċiżjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz tad-deċiżjoni. The Commission may not extend that period. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tapprova l-abbozz ta’ deċiżjoni b’mod parzjali biss jew b’emendi biss meta l-interess l-Unjoni jitlob dan. |
|
|
Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-abbozz tad-deċiżjoni jew tapprova parti biss minnu jew bl-emendi, għandha tinforma lill-Awtorità mingħajr dewmien permezz ta’ opinjoni formali. |
|
|
Fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi tali opinjoni formali, l-Awtorità għandha tirrevedi u tadatta d-deċiżjoni tagħha skont l-opinjoni formali tal-Kummissjoni u tittrażmettiha mingħajr dewmien lill-Kummissjoni. |
|
|
Fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi d-deċiżjoni emendata tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tiddeċidi jekk tapprovahiex jew tirriġettahiex. |
|
|
Jekk id-deċiżjoni emendata tiġi miċħuda mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni m’għandhiex titqies bħala adottata. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Article 11 – paragraph 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarja jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(6), indirizzata lejn parteċipant fis-swieq finanzjarja sabiex teħtieġlu jieħu l-azzjoni neċessarja biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 jew 11 ma taffettwa direttament ir-responsabilitajiet fiskali tal-Istati Membri. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhix ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. |
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa direttament ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sa tliet ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa direttament ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fi żmien xahar minn-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. |
Fi żmien ġimgħa minn-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien xahrejn, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. |
Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu, fi żmien xahar, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) taffettwa ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx sejra tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. |
3. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) taffettwa direttament ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx sejra tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa direttament ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
imħassar |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Bankarja Ewropea |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 7.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Klaus-Heiner Lehne 5.10.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
28.1.2010 |
|
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 2 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Daniel Hannan, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, József Szájer |
|||||||
|
Sostiut(i) skont l-Artikolu 187(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kay Swinburne |
|||||||
- [1] Ara l-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2006/49/KE, l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2002/87/KE, l-Artikolu 41 tad-Direttiva 2005/60 KE u l-Artikolu 7a tad-Direttiva 94/19/KE.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Bankarja Ewropea |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0501 – C7-0169/2009 – 2009/0142(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.9.2009 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 7.10.2009 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 7.10.2009 |
EMPL 7.10.2009 |
JURI 7.10.2009 |
AFCO 7.10.2009 |
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
EMPL 22.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
José Manuel García-Margallo y Marfil 20.10.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
23.11.2009 |
23.2.2010 |
23.3.2010 |
27.4.2010 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
10.5.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 4 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ramon Tremosa i Balcells |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pervenche Berès, Carl Haglund, Syed Kamall, Philippe Lamberts, Gay Mitchell, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Pablo Zalba Bidegain |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Michel Dantin, Frank Engel, Roger Helmer, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Constance Le Grip, Elisabeth Morin-Chartier |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
20.5.2010 |
|||||||