RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
25.5.2010 - (COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur għal opinjoni: Sylvie Goulard
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0499),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0166/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2009[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0168/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif qiegħda mniżżla hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-kriżi finanzjarja kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, li ma rnexxilhiex tevita l-akkumulazzjoni ta’ riskji eċċessivi fis-sistema finanzjarja u b’mod partikolari enfasizzat id-dgħufijiet tas-superviżjoni makroprudenzjali eżistenti. |
(1) L-istabbiltà finanzjarja hi prekundizzjoni sabiex l-ekonomija reali tipprovdi impjiegi, kreditu u tkabbir. Il-kriżi finanzjarja kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, li ma rnexxilhiex tevita l-akkumulazzjoni ta’ riskji eċċessivi fis-sistema finanzjarja. Il-kriżi għandha konsegwenzi kbar fuq min iħallas it-taxxa, għal ħafna ċittadini tal-Unjoni li bħalissa m’għandhomx xogħol u għal ħafna intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SME). F’każ ta’ kriżi ġdida fuq l-istess skala, l-Istati Membri ma jifilħux iħallsu biex isalvaw l-istituzzjonijiet finanzjarji mingħajr ma jiksru r-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament kien diġà qed jitlob b’mod regolari li jiġi eżegwit regolament li tassew joffri l-istess kundizzjonijiet għall-parteċipanti interessati kollha fil-livell tal-Unjoni, waqt li wera nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni min-naħa tal-Unjoni tas-swieq finanzjarji li kulma jmur saru aktar integrati (fir riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni1 tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea2, tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar politika dwar is-servizzi finanzjarji (2005-2010) – White Paper3, tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata4, tad-9 ta’ Ottubru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: -istruttura futura ta’ sorveljanza5, tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II)6 u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu 7). |
|
________ 1 ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453. 2 ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394. 3 ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx. 4 ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26. 5 ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48. 6 Testi adottati, P6_TA(2009)0251. 7 Testi adottati, P6_TA(2009)0279. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Fir-rapport finali tiegħu, ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009, il-Grupp de Larosière rrakkomanda, fost ħwejjeġ oħra, l-istabbiliment ta’ entità fil-livell Komunitarju li tkun responsabbli mis-superviżjoni tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi. |
(3) Fir-rapport finali tiegħu, ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009 (ir-rapport de Larosière), il-Grupp de Larosière rrakkomanda, fost ħwejjeġ oħra, l-istabbiliment ta’ entità fil-livell tal-Unjoni li tkun responsabbli mis-superviżjoni tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi. |
|
(Din l-emenda għandha tapplika fit-test kollu). |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titolu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea", il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ riformi għall-arranġamenti attwali biex titħares l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-UE, li jinkludu b’mod partikolari l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) li jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali. Il-Kunsill fid-9 ta’ Ġunju 2009 u l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju appoġġjaw l-opinjoni tal-Kummissjoni u laqgħu l-ħsieb tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi sabiex il-qafas il-ġdid jidħol fis-seħħ matul l-2010. F'konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE "għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-Banek Ċentrali u superviżuri." |
(5) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titolu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea", il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ riformi għall-arranġamenti attwali biex titħares l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Unjoni, li jinkludu b’mod partikolari l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) li jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali. Il-Kunsill fid-9 ta’ Ġunju 2009 u l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju appoġġjaw l-opinjoni tal-Kummissjoni u laqgħu l-ħsieb tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi sabiex il-qafas il-ġdid jidħol fis-seħħ matul l-2010. F'konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE "għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-banek ċentrali nazzjonali u superviżuri." L-appoġġ ipprovdut lill-BERS mill-BĊE kif ukoll il-kompiti mogħtija lill-BERS għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-indipendenza tal-BĊE fil-qadi ta' dmirijietu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji internazzjonali, jinħtieġ impenn qawwi mill-Unjoni fil-livell globali. Il-BERS għandu jikseb il-kompetenza tal-kumitat xjentifiku ta' livell għoli u jieħu f'idejh ir-responsabbiltajiet globali kollha meħtieġa sabiex jiżgura li tinstema’ l-vuċi tal-Unjoni fuq kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja, b'mod speċjali b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bord għas-Servizzi Finanzjarji (FSB) u l-imsieħba kollha tal-Grupp ta’ Għoxrin (G-20). |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) Il-BERS għandu jikkontribwixxi inter alia għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IMF, l-FSB u l-Bank għal Ftehimiet Internazzjonali (BIS) lill-G-20, fl-eżami inizjali tar-rapport tagħhom dwar il-Gwida għall-Valutazzjoni tal-Importanza Sistematika tal-Istituzzjonijiet, Swieq u Strumenti Finanzjarji ppubblikat f’Ottubru 2009 li jistipula li r-riskju sistemiku għandu jkun dinamiku sabiex jikkunsidra l-evoluzzjoni tas-settur finanzjarju u tal-ekonomija globali. Ir-riskju sistemiku jista’ jitqies bħala ta’ riskju li jġib it-tħarbit għas-servizzi finanzjarji kaġun tad-dgħjufija tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew partijiet minnha u għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5c) Ir-rapport dwar il-Gwida għall-Valutazzjoni tal-Importanza Sistematika tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji jiddikjara wkoll li l-valutazzjoni tar-riskju sistemiku aktarx tinbidel maż-żmien skont l-ambjent ekonomiku. Se tiġi kundizzjonata wkoll mill-infrastruttura finanzjarja u l-ftehimiet dwar il-ġestjoni tal-kriżi, u l-kapaċità li tittratta l-fallimenti meta jseħħu. L-istituzzjonijiet jistgħu jkunusistemikament importanti għas-sistemi u l-ekonomiji finanzjarji lokali, nazzjonali jew internazzjonali. Il-kriterji ewlenin li jgħinu fl-identifikazzjoni tal-importanza sistemika tas-swieq u tal-istituzzjonijiet huma d-daqs (il-volum ta’ servizzi finanzjarji pprovduti mill-komponent individwali tas-sistema finanzjarja), is-sostenibbiltà (sa fejn il-komponenti l-oħra tas-sistema jistgħu jipprovdu l-istess servizzi f’każ ta’ falliment) u l-interkonnessjonijiet (rabtiet ma' komponenti oħrajn tas-sistema). Valutazzjoni bbażata fuq dawk it-tliet kriterji għandha tkun komplementata b’referenza għall-vulnerabilitajiet finanzjarji u l-kapaċità tal-qafas istituzzjonali li jittratta l-fallimenti finanzjarji. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 5 d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5d) Ix-xogħol tal-BERS għandu jkun li jikkontrolla u jivvaluta r-riskju sistemiku fi żminijiet normali bil-għan li jtaffi l-espożizzjoni tas-sistema għar-riskju ta’ falliment ta’ komponenti sistemiċi u jsaħħaħ ir-reżistenza tas-sistema finanzjarja għax-xokkijiet. F'dan ir-rigward il-BERS għandu jiżgura l-istabbiltà finanzjarja u jtaffi l-impatti negattivi fuq l-ekonomija reali. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-BERS għandu janalizza kull informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni rilevanti b’impatt potenzjali fuq l-istabilità finanzjarja, bħall-kontabilità, il-falliment u r-regoli dwar l-għajnuna finanzjarja f’każ ta’ diffikultà. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-arranġamenti Komunitarji attwali ftit jagħtu importanza lis-superviżjoni makroprudenzjali. Ir-responsabilità għall-analiżi makroprudenzjali tibqa’ frammentata, u ssir minn diversi awtoritajiet f’livelli differenti mingħajr ebda mekkaniżmu li jiżgura li r-riskji makroprudenzjali jiġu identifikati adegwatament u li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet jinħarġu b’mod ċar, jiġu segwiti u tradotti f’azzjoni. |
(6) Il-funzjonament xieraq tal-Unjoni u tas-sistemi finanzjarji globali u l-mitigazzjoni tat-theddid għalhekk jeħtieġu konsistenza msaħħa bejn il-makro- u l-mikro-superviżjoni. Kif dikjarat fir-reviżjoni Turner, “Reazzjoni regolatorja għall-kriżi bankarja globali”, ta’ Marzu 2009, "arranġamenti aktar b’saħħithom jeħtieġu jew poteri nazzjonali akbar, bil-konsegwenza ta’ suq anqas miftuħ, jew inkella grad ta' integrazzjoni Ewropea ogħla". Minħabba r-rwol ta’ sistema finanzjarja b’saħħitha fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha għall-kompetittività u t-tkabbir fl-Unjoni u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għażlu li jmorru għal grad ogħla ta’ integrazzjoni Ewropea, kif rakkomandat fir-rapport de Larosière. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Din is-sistema ta’ mikrosuperviżjoni mfassla mill-ġdid teħtieġ tmexxija kredibbli u ta’ profil għoli. Għaldaqstant, minħabba r-rwol ewlieni tagħha u l-kredibbiltà internazzjonali u interna tagħha, u l-ispirtu tar-rapport de Larosière, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun il-President tal-BERS. B’żieda ma' dan, ir-rekwiżiti ta’ responsabbiltà għandhom jikbru wkoll, bħat-tkabbir tal-korpi tal-BERS biex jinkludu firxa wiesgħa ta’ kompetenza, esperjenza u opinjonijiet. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 6 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) Ir-rapport de Larosière jiddikjara wkoll li s-superviżjoni makroprudenzjali ma tagħmilx sens sakemm ma titħalliex b’xi mod ikollha impatt fuq is-superviżjoni fil-livell mikro filwaqt li s-superviżjoni mikroprudenzjali ma tistax tħares b'mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja mingħajr kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-livell makro. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 6 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Għandha tinħoloq Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) li tiġbor flimkien f’netwerk, l-operaturi tas-superviżjoni finanzjarja kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera kif jingħad fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku, b’mod partikolari billi jiżguraw il-mogħdija ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom. Fil-livell tal-Unjoni, in-netwerk għandu jkun magħmul mill-BERS u t-tliet awtoritajiet ta’ mikrosuperviżjoni: l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banek), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru .../2010, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), maħluqa milr-Regolament (UE) Nru .../2010, u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) maħluqa milr-Regolament(UE) Nru... / 2010. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-Komunità teħtieġ entità speċifika responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tul is-sistema finanzjarja tal-UE, li tidentifika r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u, fejn ikun meħtieġ, toħroġ twissijiet u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bħala entità indipendenti ġdida, li tkun responsabbli sabiex twettaq superviżjoni makroprudenzjali fil-livell Ewropew. |
imħassar |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Il-BERS għandu, fejn ikun meħtieġ, joħroġ twissijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ natura ġenerali dwar il-Komunità b’mod ġenerali, Stati Membri individwali jew gruppi ta’ Stati Membri, b’perjodu taż-żmien speċifikat għar-rispons politiku rilevanti. |
(8) Il-BERS għandu, fejn ikun meħtieġ, joħroġ u jagħmel pubbliċi twissijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ natura ġenerali dwar l-Unjoni b’mod ġenerali, Stati Membri individwali jew gruppi ta’ Stati Membri, b’perjodu taż-żmien speċifikat għar-rispons politiku rilevanti. Meta dawn it-twissjijiet jew rakkomandazzjonijiet ikunu indirizzati lil Stati Membri individwali jew grupp tagħhom, jista' jkun possibbli għall-BERS li jipproponi miżuri ta' għajnuna adegwati. Il-BERS għandu jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza fejn xieraq. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdida) | |
Text proposed by the Commission |
Emenda |
|
(8a) Il-BERS għandu jiddeċiedi jekk rakkomandazzjoni għandhiex tinżamm kunfidenzjali jew għandhiex issir pubblika, billi jżomm f’moħħu li l-iżvelar pubbliku jista’ jgħin biex jippromwovi l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet f’ċerti ċirkustanzi. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 8 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8b) Għandu jitfassal kodiċi tal-kulur maħluq mill-BERS sabiex jippermetti l-parteċipanti interessati jivvalutaw aħjar in-natura tar-riskju. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 8 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8c) Jekk il-BERS jinduna b’riskju li jista’ jipperikola serjament l-operat tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni kollha jew parti minnha, għandu jkun kapaċi joħroġ twissija billi jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. F’dan il-każ, il-BERS għandu mill-ewwel jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEs) bit-twissija tiegħu. F’każ ta’ emerġenza, il-BERS għandu joħroġ twissija ta’ emerġenza. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jiżdied il-piż u l-leġittimità tagħhom, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi mill-Kunsill u, fejn ikun xieraq, mill-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni jew tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(9) Sabiex jiżdied il-piż u l-leġittimità tagħhom, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u, fejn ikun xieraq, mill-Awtoritajiet Bankarji Ewropej.. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-BERS għandu jimmonitorja wkoll l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fuq il-bażi ta’ rapporti mid-destinatarji, biex jiżgura li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-fatt ikunu qegħdin jiġu segwiti. Id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu azzjoni dwarhom sakemm ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw adegwatament in-nuqqas ta’ azzjoni (mekkaniżmu ta’ "aġixxi inkella spjega"). |
(10) Il-BERS għandu jimmonitorja wkoll l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fuq il-bażi ta’ rapporti mid-destinatarji, biex jiżgura li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-fatt ikunu qegħdin jiġu segwiti. Id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġġustifikaw adegwatament kull nuqqas li jkunu konformi kif xieraq mar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS (mekkaniżmu ta’ "aġixxi inkella spjega") b’mod partikolari fir-rigward tal-Parlament Ewropew. Il-BERS għandu jkun kapaċi jkollu rikors fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’każijiet fejn ma jkunx sodisfatt bil-mod kif id-destinatarji jkunu segwew ir-rakkomandazzjonijiet. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-BERS għandu jiddeċiedi jekk rakkomandazzjoni għandhiex tinżamm kunfidenzjali jew għandhiex issir pubblika, billi jżomm f’moħħu li l-iżvelar pubbliku jista’ jgħin biex jippromwovi l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet f’ċerti ċirkustanzi. |
imħassar |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali għandu jkollhom rwol ewlieni fis-superviżjoni makroprudenzjali minħabba l-għarfien u r-responsabbiltajiet eżistenti tagħhom fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Il-parteċipazzjoni tas-superviżuri mikroprudenzjali fil-ħidma tal-BERS hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskju makroprudenzjali tkun ibbażata fuq informazzjoni sħiħa u korretta dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom ikunu membri bi drittijiet tal-vot, filwaqt li superviżur nazzjonali wieħed għal kull Stat Membru għandu jattendi bħala Membru mingħajr id-dritt li jivvota. |
(13) Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali għandu jkollhom rwol ewlieni fis-superviżjoni makroprudenzjali minħabba l-għarfien u r-responsabbiltajiet eżistenti tagħhom fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Il-parteċipazzjoni tas-superviżuri mikroprudenzjali fil-ħidma tal-BERS hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskju makroprudenzjali tkun ibbażata fuq informazzjoni sħiħa u korretta dwar l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom ikunu membri bi drittijiet tal-vot. Fi spirtu ta’ trasparenza, għandhom ikunu membri tal-Bord Ġenerali, sitt persuni indipendenti, li ma jkunux membri tal-ASE, magħżula skont il-kompetenzi ġenerali u l-impenn tagħhom lejn l-Unjoni, u minħabba d-diversità tal-esperjenzi tagħhom f’oqsma akkademiċi jew fis-settur privat, b’mod partikolari fl-SMEs, trejdunjins jew bħala fornituri jew konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji u li jkunu joffru l-garanziji kollha fir-rigward ta’ indipendenza u kunfidenzjalità. Rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali wieħed għal kull Stat Membru għandu jattendi għal-laqgħat tal-Bord Ġenerali mingħajr id-dritt li jivvota. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-parteċipazzjoni ta’ Membru tal-Kummissjoni tgħin sabiex tistabbilixxi rabta mas-sorveljanza makroekonomika u finanzjarja tal-Komunità, filwaqt li l-preżenza tal-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tirrifletti r-rwol tal-ministeri tal-finanzi fil-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja. |
(14) Il-parteċipazzjoni ta’ Membru tal-Kummissjoni tgħin sabiex tistabbilixxi rabta mas-sorveljanza makroekonomika u finanzjarja tal-Komunità, filwaqt li l-preżenza ta’ rappreżentant tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju fil-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tirrifletti r-rwol tal-ministeri tal-finanzi fil-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 14 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Peress li l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji minn pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, għandu jkun possibbli li jiġi mistieden rappreżentant wieħed ta’ livell ogħli minn dawk il-pajjiżi biex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali fuq awtorizzazzjoni minn pajjiżhom. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Huwa essenzjali li l-membri tal-BERS iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod imparzjali u jqisu biss l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Il-votazzjoni fuq it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet fi ħdan il-BERS m’għandhiex tkun ippeżata u d-deċiżjonijiet għandhom bħala regola jittieħdu b’maġġoranza sempliċi. |
(15) Huwa essenzjali li l-membri tal-BERS iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod imparzjali u jqisu biss l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Meta ma jkunx jista’ jintlaħaq konsensus, il-votazzjoni fuq it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet fi ħdan il-BERS m’għandhiex tkun ippeżata u d-deċiżjonijiet għandhom bħala regola jittieħdu b’maġġoranza sempliċi. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-interkonnettività tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji timplika li l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskji sistemiċi potenzjali għandhom ikunu bbażati fuq sett wiesa’ ta’ dejta u indikaturi makroekonomiċi u mikrofinanzjarji rilevanti. Għalhekk, il-BERS għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta’ din l-informazzjoni kif meħtieġ. |
(16) L-interkonnettività tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji timplika li l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskji sistemiċi potenzjali għandhom ikunu bbażati fuq sett wiesa’ ta’ dejta u indikaturi makroekonomiċi u mikrofinanzjarji rilevanti. Dawk ir- riskji sistemiċi jinkludu riskji ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji kaġun ta’ tagħwiġ sinifikanti tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew ta’ partijiet minnha u għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi gravi għas-suq intern u għall-ekonomija reali. Kull tip ta’ istituzzjoni finanzjarja u intermedjarju finanzjarju, suq, infrastruttura u strument għandu l-potenzjal li jkun sistemikament sinifikanti. Għalhekk, il-BERS għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta’ din l-informazzjoni kif meħtieġ. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Il-parteċipanti tas-suq jistgħu jipprovdu kontribut siewi għall-fehim tal-iżviluppi li jaffettwaw is-sistema finanzjarja. Fejn ikun xieraq, għalhekk, il-BERS għandu jikkonsulta ma’ partijiet interessati mis-settur privat (rappreżentanti tas-settur finanzjarju, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, gruppi ta’ utenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew Komunitarja…) u jagħtihom opportunità xierqa sabiex jipprovdu l-kummenti tagħhom. |
(17) Il-parteċipanti tas-suq jistgħu jipprovdu kontribut siewi għall-fehim tal-iżviluppi li jaffettwaw is-sistema finanzjarja. Fejn ikun xieraq, għalhekk, il-BERS għandu jikkonsulta ma’ partijiet interessati mis-settur privat (rappreżentanti tas-settur finanzjarju, assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, gruppi ta’ utenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew Komunitarja…) u jagħtihom opportunità xierqa sabiex jipprovdu l-kummenti tagħhom. Barra minn hekk, minħabba li m’hemmx definizzjoni riġida ta’ riskju sistemiku u li l-valutazzjoni tar-riskju sistemiku tista’ tvarja maż-żmien skont l-ambjent ekonomiku, il-BERS għandu jiżgura firxa wiesgħa ta’ esperjenzi u ħiliet fil-persunal u fil-konsulenti. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji internazzjonali fil-livell internazzjonali u r-riskju ta’ tixrid ta’ kriżijiet finanzjarji, il-BERS għandu jikkoordina mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja li għadu kif ġie stabbilit, li huma mistennija li jagħtu twissijiet bikrija tar-riskji makroprudenzjali fil-livell globali. |
imħassar |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 20 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Kif issuġġerit mir-rapport de Larosière, jinħtieġ approċċ gradat u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iwettqu reviżjoni sħiħa tas-SESF, il-BERS u l-ASEs sa ...* |
|
______ *ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Stabbiliment |
imħassar |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huwa stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala 'BERS'. |
1. Huwa stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala 'BERS'. Għandu jkollu s-sede tiegħu fi Frankfurt. |
|
Il-BERS għandu jkun parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), li l-għan tagħha għandu jkun li tiżgura s-superviżjoni tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-SESF għandu jinkludi: |
|
(a) il-BERS; |
|
(b) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AETS); |
|
(c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) maħluqa mir-Regolament(UE) Nru... / 2010 (AEAPX); |
|
(d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (ABE); |
|
(e) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 (ABE), mir-Regolament Nru .../2010 (ESMA) u mir-Regolament Nru .../2010 (AEAPX) (Kumitat Konġunt); |
|
(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2010 (ESMA), mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AEAPX) u mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (ABE); |
|
(g) il-Kummissjoni, bi skop ta' twettiq tal-ħidmiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 9 tar-Regolament (UE) Nru .../2010 (ABE), fir-Regolament (UE) Nru .../2010 (ESMA) u fir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AEAPX). |
|
L-ASEs imsemmija f’punti (b), (c) u (d) se jkollhom is-sede tagħhom fi Frankfurt. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari billi jiżguraw il-mogħdija ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) 'istituzzjoni finanzjarja' tfisser kwalunkwe impriża li n-negozju prinċipali tagħha huwa li tieħu depożiti, tagħti krediti, tipprovdi servizzi tal-assigurazzjoni jew servizzi finanzjarji oħrajn lill-klijenti jew membri tagħha jew tinvolvi ruħha f’investiment finanzjarju jew f’attivitajiet kummerċjali f’isimha stess. |
(a) 'istituzzjoni finanzjarja' tfisser kwalunkwe impriża li n-negozju prinċipali tagħha huwa li tieħu depożiti, tagħti krediti, tipprovdi servizzi tal-assigurazzjoni jew servizzi finanzjarji oħrajn lill-klijenti jew membri tagħha jew tinvolvi ruħha f’investiment finanzjarju jew f’attivitajiet kummerċjali f’isimha stess, u kull impriża jew entità oħra li topera fl-Unjoni, li l-attivitajiet finanzjarji tagħha jistgħu jkunu kawża ta’ riskju sistemiku, anke jekk ma jkollhiex kuntatt dirett mal-pubbliku ġenerali; |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) 'sistema finanzjarja' tfisser l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha, is-swieq u l-infrastrutturi kollha tas-suq. |
(b) 'sistema finanzjarja' tfisser l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha, is-swieq, il-prodotti u l-infrastrutturi kollha tas-suq. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) “ir-riskju sistemiku” jfisser riskju li jġib it-tħarbit għas-servizzi finanzjarji, inklużi l-‘bubbles’ marbutin mas-swieq finanzjarji, li: |
|
(i) kaġun tad-dgħjufija tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew partijiet minnha ; u |
|
(ii) għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi gravi għas-suq intern u għall-ekonomija reali. |
|
Sa ċertu punt, it-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastruttura finanzjarji, huma potenzjalment sistemikament importanti. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BERS se jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan il-Komunità sabiex jimpedixxi jew itaffi r-riskji sistemiċi fis-sistema finanzjarja, bil-għan li jevita episodji ta’ taqlib finanzjarju mifrux, jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr problemi tas-Suq Intern u jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku. |
1. Il-BERS se jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni sabiex jimpedixxi jew itaffi r-riskji sistemiċi fis-sistema finanzjarja, bil-għan li jevita perjodi ta’ taqlib finanzjarju mifrux, jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr problemi tas-Suq Intern u jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Jiddetermina u/jew jiġbor, kif xieraq, u janalizza l-informazzjoni kollha rilevanti għall-missjoni deskritta fil-paragrafu 1; |
(a) Jiddetermina u/jew jiġbor, kif xieraq, u janalizza l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż il-leġiżlazzjoni b’impatt potenzjali fuq l-istabbiltà finanzjarja bħall-kontabbiltà, ir-riorganizzazzjoni u regoli tal-istralċ, għall-għanijiet deskritti fil-paragrafu 1;< |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) jidentifika u/jew jiġbor id-dejta rilevanti mill-istituzzjonijiet finanzjarji u permezz tal-ASEs, kif stipulat fl-Artikolu 15; |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, fejn xieraq; |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) joħroġ twissijiet meta r-riskji jkunu kkunsidrati li huma sinifikanti; |
(c) joħroġ twissijiet meta r-riskji jkunu kkunsidrati li huma sinifikanti, u jagħmilhom pubbliċi fejn ikun xieraq; |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju fejn xieraq; |
(d) joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju u jagħmilhom pubbliċi fejn xieraq; |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jikkoopera mill-qrib mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u, fejn ikun xieraq, jipprovdi lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; |
(f) jikkoopera mill-qrib mal-parteċipanti kollha l-oħra tas-SESF u, fejn ikun xieraq, jipprovdi lill-ASEs bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; b’mod partikolari, il-BERS għandu, b’kollaborazzjoni mal-ASEs, jiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li jservu ta’ bażi għall-għoti ta’ klassifikazzjoni superviżorja lill-istituzzjonijeit transkonfinali li jistgħu potenzjalment joħolqu riskju sistemiku. |
|
Din il-klassifikazzjoni għandu tiġi riveduta fuq bażi regolari, u għandha turi l-bidliet materjali fil-profil ta’ riskju ta’ istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku għad-deċiżjoni dwar is-superviżjoni jew l-intervent dirett f’istituzzjoni batuta; |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) jipparteċipa f’Kumitat Konġunt; |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BERS se jkollu Bord Ġenerali, Kumitat tat-Tmexxija u Segretarjat. |
1. Il-BERS se jkollu Bord Ġenerali, Kumitat tat-Tmexxija u Segretarjat u Kumitat Xjentifiku Konsultattiv. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jassisti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BERS billi jappoġġja t-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali, jirrevedi d-dokumenti li għandhom jiġu diskussi u jimmonitorja l-progress tax-xogħol kontinwu tal-BERS. |
3. Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jassisti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BERS billi jidentifika r-riskji u jħejji l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, jirrevedi d-dokumenti li għandhom jiġu diskussi u jimmonitorja l-progress tax-xogħol kontinwu tal-BERS, u jżomm rabta qawwija mal-parteċipanti kollha fl-SESF. Meta l-Bord Ġenerali jintalab li jieħu deċiżjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi għas-settur, il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jħejji l-laqgħat kollha f’dan ir-rigward wara konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Is-Segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS taħt id-direzzjoni tal-President tal-Bord Ġenerali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill KE/XXXX/2009. |
4. Is-Segretarjat għandu jkun responsabbli mill-ħidma ta’ kuljum tal-BERS u mill-kwistjonijiet kollha dwar il-persunal. Għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku ta’ kwalità għolja lill-BERS taħt id-direzzjoni tal-President tal-Bord Ġenerali skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru.../2010 (BERS). Għandu wkoll jagħmel użu mill-pariri tekniċi mill-ASEs, mill-banek ċentrali nazzjonali u s-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-BERS se jkun appoġġjat mill-Kumitat Tekniku Konsultattiv li saret referenza għalih fl-Artikolu 12, li għandu jipprovdi parir u assistenza fuq kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-BERS, meta mitlub. |
5. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv li saret referenza għalih fl-Artikolu 12, għandu jipprovdi parir u assistenza fuq kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-BERS. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-President u l-Viċi President tal-BERS għandhom jiġu eletti għal perjodu ta' 5 snin minn fost u mill-Membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Huma jistgħu jerġgħu jiġu eletti mill-ġdid. |
1. Il-President tal-BERS għandu jkun il-President tal-BĊE. Il-mandat tiegħu jew tagħha għandu jkun l-istess bħall-mandat tiegħu u tagħha tal-President tal-BĊE |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 5 – Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) L-ewwel Viċi-President għandu jkun elett mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għall-istess mandat bħal dak tal-isħubija tiegħu jew tagħha tal-Kunsill Ġenerali, fir-rigward tal-ħtieġa ta’ rappreżentanza ekwilibrata ta’ Stati Membri, u ta’ dawk ġewwa jew barra ż-żona Euro. Hu (jew hi) jista’ jerġa’ jiġi elett. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) It-tieni Viċi President għandu jkun il-President tal-Kumitat Konġunt. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) Qabel it-teħid tal-kariga, il-President u l-ewwel Viċi President tal-BERS għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, waqt seduta ta’ smigħ pubblika, kif bi ħsiebhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament. It-tieni Viċi President għandu jinstema’ mill-Parlament Ewropew fir-rwol tiegħu jew tagħha bħala president tal-Kumitat Konġunt. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Viċi President għandu jmexxi l-Bord Ġenerali u/jew il-Kumitat tat-Tmexxija meta l-President ma jkunx jista’ jipparteċipa f’laqgħa. |
3. Il-Viċi Presidenti, f’ordni ta’ preċedenza, għandhom imexxu l-Bord Ġenerali u/jew il-Kumitat tat-Tmexxija meta l-President ma jkunx jista’ jipparteċipa f’laqgħa. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Jekk il-mandat tal-Membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE eletti bħala President jew Viċi President jintemm qabel ma jispiċċa t-terminu ta’ 5 snin jew jekk għal xi raġuni l-President jew il-Viċi President ma jkunux kapaċi jwettqu d-dmirijiet tagħhom, għandu jiġi elett President jew Viċi President ġdid skont il-paragrafu 1. |
4. Jekk għal xi raġuni il-Viċi-Presidenti ma jkunux kapaċi jwettqu d-dmirijiet tagħhom, għandhom jiġu eletti Viċi-Presidenti ġodda skont il-paragrafi 1a, 1b u 1c. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) sitt persuni indipendernti maħtura mill-Membri tal-Bord Ġenerali bi drittijiet ta’ votazzjoni dwar il-proposta tal-Kumitat Konġunt; in-nominati ma jistgħux ikunu membri tal-ASEs u għandhom jintgħażlu skont il-kompetenzi ġenerali u l-impenn tagħhom lejn l-Unjoni, kif ukoll għad-diversità tal-esperjenzi tagħhom f’oqsma akkademiċi jew fis-settur privat, b’mod partikolari fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, trejdunjins jew bħala fornituri jew konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji; meta jiġu nnominati, il-Kumitat Konġunt għandu jindika liema persuni huma nominati wkoll biex iservu fuq il-Kumitat ta' Tmexxija; fit-twettiq tar-responsabilitajiet tagħhom, il-persuni nnominati m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu ordnijiet minn ebda gvern, istituzzjoni, korp, uffiċċju, entità jew persuna privata oħra; għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom jew mat-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-persuni li ġejjin għandhom ikunu membri tal-Bord Ġenerali mingħajr dritt tal-vot: |
2. rappreżentant wieħed ta’ livell għoli għal kull Stat Membru tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, għandha, bi qbil mal-paragrafu 3, tkun Membru tal-Bord Ġenerali mingħajr dritt ta’ votazzjoni. |
(a) rappreżentant wieħed ta’ livell għoli għal kull Stat Membru tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti; |
|
(b) il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
|
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-aġenda ta’ laqgħa tkun tinkludi punti li jirrigwardaw il-kompetenza ta’ diversi awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl-istess Stat Membru, ir-rappreżentant ta’ livell għoli rispettiv għandu jipparteċipa fid-diskussjoni biss dwar l-affarijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu jew tagħha. |
3. Fir-rigward tar-rappreżentazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, ir-rappreżentanti ta’ livell għoli rispettivi għandhom jalternaw b’rotazzjoni skont is-suġġett diskuss, sakemm l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ma jkunux qablu fuq rappreżentant komuni. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 7 – Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Membri tal-Bord Ġenerali li huma wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BERS għandhom jaġixxu b’mod indipendenti fil-qadi ta’ dmirijiethom. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS u kwalunkwe persuna oħra li taħdem jew li tkun ħadmet għal jew b’rabta mal-BERS (inkluż il-persunal rilevanti tal-banek ċentrali, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv, l-ASE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri), se jkunu meħtieġa li ma jikxfux informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali, anki wara li jintemmu d-dmirijiet tagħhom. |
1. Il-Membri tal-Bord Ġenerali tal-BERS u kwalunkwe persuna oħra li taħdem jew li tkun ħadmet għal jew b’rabta mal-BERS (inkluż il-persunal rilevanti tal-banek ċentrali, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv, l-ASE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri), se jkunu meħtieġa li ma jikxfux informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali, anki wara li jintemmu d-dmirijiet tagħhom. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 9 – Paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Fejn ikun xieraq, rappreżentanti għoljin minn istituzzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet oħra relatati jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Ġenerali. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. Fejn ikun xieraq, u fuq bażi ad hoc, rappreżentant wieħed ta’ livell għoli ta’ pajjiż terz, b’mod partikolari ta’ pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles, jista’ jiġi mistieden jattendi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, skont il-kwistjoni li tkun qed tiġi diskussa. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Membru tal-Bord Ġenerali li għandu dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. |
1. Il-Bord Ġenerali għandu jinsisti għall-konsensus. Fejn ma jkunx jista’ jinkiseb konsensus kull Membru tal-Bord Ġenerali li għandu dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed. Wara perjodu ta’ żmien li għandu jiġi definit fir-regoli ta’ proċedura tal-BERS, il-membri tal-Bord jistgħu jitolbu votazzjoni fuq abbozz ta’ twissija jew fuq abbozz ta’ rakkomandazzjoni. |
|
|
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 10 – Paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. B’deroga mill-Artikolu 2(2), hija meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti biex twissija jew rakkomandazzjoni ssir pubblika. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-Viċi President tal-BERS; |
(b) l-ewwel Viċi President tal-BERS; |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) il-Viċi President tal-BĊE; |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ħames membri oħra tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Huma għandhom jiġu eletti minn fost u mill-Membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal perjodu ta’ sentejn. |
(c) erba’ membri oħra tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE, fir-rigward tal-ħtieġa ta’rappreżentazzjoni ekwilibrata ta’Stati Membri ġewwa u barra miż-żona tal-euro. Huma għandhom jiġu eletti minn fost u mill-Membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal perjodu ta’ erba’ snin. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea; |
(e) il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja); |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) il-President tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol; |
(f) il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) il-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; |
(g) il-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq); |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
(h) tlieta mis-sitt persuni indipendenti msemmija fl-Artikolu 6 (1) (fa). |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 12 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv |
Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jkun iffurmat minn dawn li ġejjin: |
1. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jkun iffurmat minn dawn li ġejjin: |
(a) rappreżentant ta’ kull bank ċentrali nazzjonali u rappreżentant tal-BĊE; |
(a) disa’ esperti b’kompetenza magħrufa u b’indipendenza garantita proposti mill-Kumitat ta' Tmexxija, li għandhom jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' esperjenzi u ħiliet u li għandhom jiġu approvati mill-Bord Ġenerali għal mandat rinnovabbli ta’ erba’ snin. |
(b) rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti; |
|
(c) rappreżentant wieħed tal-Awtorità Bankarja Ewropea; |
(b) rappreżentant wieħed tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja); |
(d) rappreżentant wieħed tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol; |
(c) rappreżentant wieħed tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); |
(e) rappreżentant wieħed tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; |
(d) rappreżentant wieħed tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq); |
(f) żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni; |
(e) żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni; |
(g) rappreżentant wieħed tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
(f) rappreżentant wieħed tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. |
L-awtoritajiet superviżorji ta’ kull Stat Membru għandhom jagħżlu rappreżentant wieħed fil-Kumitat. Meta l-aġenda ta’ laqgħa tkun tinkludi punti li jirrigwardaw il-kompetenza ta’ diversi awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl-istess Stat Membru, ir-rappreżentant rispettiv għandu jipparteċipa biss għall-punti tal-aġenda li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu. |
|
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-President tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jinħatar mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-Bord Ġenerali. |
2. Il-President tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jinħatar mill-Bord Ġenerali wara proposta mill-President tal-Bord Ġenerali. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Is-Segretarjat tal-BERS għandu jsostni l-ħidma tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv u l-Kap tas-Segretarjat għandu jipparteċipa fil-laqgħat. |
4. Is-Segretarjat tal-BERS għandu jsostni l-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv u l-Kap tas-Segretarjat għandu jipparteċipa fil-laqgħat. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 12 – Paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Sabiex joffri pariri u assistenza dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ħidma tal-BERS, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jaħdem mill-qrib mal-gruppi ta’ ħidma tal-esperti tas-SEBĊ u għandhom ifittxu parir mill-ASEs fir-rigward tal-profili ta’ riskju makroekonomiċi tas-setturi differenti involuti fis-servizzi finanzjarji. |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4b. Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu fi stadju bikri jorganizza konsultazzjonijiet flimkien mal-partijiet interessati bħall-parteċipanti mis-swieq, korpi tal-konsumaturi, esperti akkademiċi, b’mod miftuħ u trasparenti, filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità meħtieġa. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4 c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4c. Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu jingħata l-mezzi kollha meħtieġa, b’mod partikolari għodod analitiċi u tal-ICT, sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, il-parir ta’ partijiet interessati rilevanti mis-settur privat. |
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, l-opinjonijiet ta’ partijiet interessati rilevanti mis-settur privat jew pubbliku, b’mod partikolari iżda mhux esklussivament, il-membri tal-ASEs. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BERS għandu jipprovdi lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej bl-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar ir-riskji sistemiċi sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. |
1. Il-BERS għandu jipprovdi lil kull Awtorità Superviżorja Ewropea bl-informazzjoni li jkollhom bżonn dwar ir-riskji sistemiċi sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha. |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-banek ċentrali nazzjonali u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS u jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
2. Bi qbil mal-Artikolu 1(1b), l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-banek ċentrali nazzjonali u kull awtorità rilevanti fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS u jipprovdu l-informazzjoni miġbura neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi mogħtija mill-Kunsill, mill-Kummissjoni (Eurostat), mill-BĊE, mill-Eurosystem u s-SEBĊ, rispettivament, fil-qasam tal-istatistika u l-ġbir tad-dejta. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-BERS jista’ jitlob informazzjoni mingħand l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f’għamla fil-qosor jew kollettiva, b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għal dawk l-Awtoritajiet jew ma tingħatax fil-ħin, il-BERS jista’ jitlob l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri. |
3. Fuq talba tal-BERS, l-ASEs għandhom jipprovdu informazzjoni fil-qosor jew kollettiva, b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għall-ASEs jew ma tingħatax fil-ħin, il-BERS jista’ jitlob l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu din id-dejta. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-BERS jista’ jindirizza talba motivata lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej sabiex jipprovdu informazzjoni li ma tkunx f’għamla fil-qosor jew kollettiva. |
4. Fejn ikun hemm riskju sostnut u gravi li x’aktarx jaffettwa istituzzjoni finanzjarja speċifika u l-informazzjoni fil-paragrafu 3 ma tkunx biżżejjed biex il-BERS iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BERS jista’ jindirizza talba motivata lill-ASEs sabiex jipprovdu informazzjoni li ma tkunx f’għamla fil-qosor jew kollettiva. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Jekk l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu ma tkunx dispponibbli jew f’każ ta’ emerġenza, il-Bord Ġenerali tal-BERS jista’ jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jaġixxu kif xieraq. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Qabel jitlob informazzjoni skont il-paragrafu 3 u 4, il-BERS għandu jikkonsulta sewwa mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti sabiex jiżgura li t-talba tkun proporzjonata. |
5. Il-BERS jistgħu jitolbu informazzjoni minn intrapriża li tidħol għal investiment finanzjarju jew attivitajiet kummerċjali tagħhom stess iżda li mhumiex kopruti mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (ABE), ir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AETS), mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AEAPX). Il-BERS għandu jinforma lill-Kummissjoni u jikkunsulta lid-dipartiment tal-amministrazzjoni tal-gvern ċentrali responsabbli għal-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat Membru partikolari sabiex jiżgura li t-talba tkun proporzjonata. L-obbligu addizzjonali tal-forniment ta’ dejta li jkollhom l-istituzzjonijiet finanzjarji fuq talba tal-BERS m'għandux iwassal għal żieda sproporzjonata fl-oneri amministrattivi. |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-persunal tal-BERS jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri tal-ASEs u jistgħu jistaqsu mistoqsijiet lil u jirċievu informazzjoni rilevanti mill-ASEs. |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 5 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Il-BERS għandu jikkoopera mal-banek ċentrali nazzjonali, mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi u ma’ fora internazzjonali ħalli jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u jistabbilixxi mekkaniżmu ta' ġbir u skambju ta' informazzjoni dwar ir-riskju sistemiku meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta jiġu identifikati riskji sinifikanti għall-ilħuq tal-mira fl-Artikolu 3(1), il-BERS għandu jipprovdi twissijiet u, fejn ikun xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju. |
1. Meta jiġu identifikati riskji sinifikanti għall-ilħuq tal-mira fl-Artikolu 3(1), il-BERS għandu jipprovdi twissijiet u, fejn ikun xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju, inkluż għal inizjattivi leġiżlattivi. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) jistgħu jkunu ta’ natura ġenerali jew speċifika u għandhom ikunu indirizzati lill-Komunità sħiħa jew lil Stat Membru wieħed jew aktar, jew lil Awtorità Superviżorja Ewropea waħda jew aktar, jew lil awtortià superviżorja nazzjonali waħda jew aktar. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu skeda speċifikata għar-rispons politiku. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu indirizzati wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. |
2. It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) jistgħu jkunu ta’ natura ġenerali jew speċifika u għandhom ikunu indirizzati, b’mod partikolari lill-Unjoni sħiħa jew lil Stat Membru wieħed jew aktar, jew lill-ASE waħda jew aktar, jew lil awtortià superviżorja nazzjonali waħda jew aktar. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu skeda speċifikata għar-rispons politiku. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu indirizzati wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-Kunsill u, meta ikunu indirizzati lil awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, għandhom jiġu trażmessi wkoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
3. It-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lid-destinatarji skont il-paragrafu 2, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, meta ikunu indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali waħda jew aktar, għandhom jiġu trażmessi wkoll lill-ASEs. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kwalunkwe Membru tal-Bord jista’ jitlob vot dwar abbozz ta’ twissija jew abbozz ta’ rakkomandazzjoni meta jrid. |
4. Sabiex jisaħħaħ l-għarfien tar-riskji fl-ekonomija Ewropea u biex tingħata prijorità lil dawn ir-riskji, il-BERS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SESF, għandu jfassal sistema b'kodiċi ta' kulur li jaqbel ma' sitwazzjonijiet differenti ta' livelli ta' riskju. |
|
Darba li jitfasslu il-kriterji ta’ din il-klassifikazzjoni, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha se jindikaw, skont il-każ u fejn xieraq il-kategorija tar-riskju li jappartjenu għaliha. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 16 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 16a |
|
Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza |
|
1. F’każ ta’ żviluppi kuntrarji li jistgħu jippreġudikaw b’mod gravi l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni Ewropea jew parti minnha, il-BERS bi qbil mal-punt (b) tal-Artikolu 3(2),u l-Artikolu 10 f'kull wieħed mir-Regolamenti (UE) Nru .../2010 (ABE), Nru .../2010 (ESMA), Nru .../2010 (AEAPX), jista’ joħroġ twissijiet, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-ASE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, billi jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
|
2. Hekk kif joħroġ it-twissija, il-BERS għandu simultanjament jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea bi qbil mal-Artikolu 16(3) u mal-Artikolu 18(3). |
|
Malajr kemm jista’ jkun wara n-notifika, il-President tal-BERS u l-Kummissarju kompetenti għandhom jinstemgħu mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew kompetenti. |
|
3. Il-BERS għandu jirrevedi t-twissija msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew , mill-Kummissjoni jew mill-Awtorità Superviżorja Ewropea. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar, Awtorità Superviżorja Ewropea waħda jew aktar, jew awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-BERS l-azzjonijiet li ħadu bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet inkella jispjegaw għaliex ma ħadux azzjoni. Il-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jiġu infurmati. |
1. Meta rakkomandazzjoni msemmija f’punt (d) tal-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar, Awtorità Superviżorja Ewropea waħda jew aktar, jew awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-BERS l-azzjonijiet li ħadu bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet inkella jispjegaw għaliex ma ħadux azzjoni. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jiġu infurmati. |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma ġietx segwita u li d-destinatarji ma spjegawx in-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom adegwatament, huwa għandu jinforma lill-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti. |
2. Meta l-BERS jiddeċiedi li d-destinatarju ta’ waħda mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu naqas li jsegwi jew segwa ħażin dik ir-rakkomandazzjoni u d-destinatarju ma ġġustifikax dan il-falliment, huwa għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti. |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Meta l-BERS ikun ħa deċiżjoni skont il-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lid-destinatarji għal interrogazzjoni mill-Kumitat kompetenti. |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord Ġenerali tal-BERS għandu jiddeċiedi każ b’każ jekk twissija jew rakkomandazzjoni għandhiex issir pubblika. B’deroga mill-Artikolu 10(2), hija meħtieġa maġġoranza kwalifikata ta’ żewġ terzi tal-voti biex twissija jew rakkomandazzjoni ssir pubblika. |
1. Skont ma jingħad fl-Artikolu 10(3a) il-Bord Ġenerali tal-BERS għandu jiddeċiedi każ b’każ jekk twissija jew rakkomandazzjoni għandhiex issir pubblika. B’deroga mill-Artikolu 10(2), hija meħtieġa maġġoranza kwalifikata ta’ żewġ terzi tal-voti biex twissija jew rakkomandazzjoni ssir pubblika. |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Id-destinatarji tat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS għandhom ikunu pprovduti bid-drittijiet li jagħmlu pubbliċi l-opinjonijiet u r-raġunament tiegħu kif ukoll fir-risposta għat-twissija u r-rakkomandazzjoni ppubblikata mill-BERS. |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-Bord Ġenerali tal-BERS jiddeċiedi li twissija jew rakkomandazzjoni ma jagħmilhomx pubbliċi, id-destinatarju u fejn applikabbli, il-Kunsill u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tagħhom. Il-President tal-Kunsill jista' jiddeċiedi li ma jiċċirkolax twissija jew rakkomandazzjoni lill-Membri l-oħra tal-Kunsill. |
3. Meta l-Bord Ġenerali tal-BERS jiddeċiedi li twissija jew rakkomandazzjoni ma jagħmilhomx pubbliċi, id-destinatarju u fejn applikabbli, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tagħhom. |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Kwalunkwe dejta li l-Bord Ġenerali tal-BERS jibbaża l-analiżi tiegħu fuqha qabel joħroġ twissija jew rakkomandazzjoni, għandha tiġi magħmula pubblika għall-analiżi f’forma anonima xierqa. F’każ ta’ twissijiet kunfidenzjali, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux aktar tard minn perjodu ta’ żmien xieraq, li għandu jiġi definit fir-regoli ta’ proċedura tal-BERS. |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 19 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Obbligi ta’ rapportar |
L-obbligi ta’ kontabbiltà u rapportar |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BERS għandu jirrapporta mill-anqas darba fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
1. Mill-anqas darba fis-sena, iżda aktar spiss f’każ ta’ inkwiet finanzjarju mifrux, il-President tal-BERS għandu jiġi mistieden għal smigħ annwali fil-Parlament Ewropew, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-BERS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn is-sedut tas-smigħ għandhom isiru f’kuntest differenti mid-djalogu monetarju bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-BĊE. |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Ir-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. |
2. Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-President tal-BERS u l-membri l-oħra tal-Kumitat ta’ Tmexxija jistgħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew, jattendu għal smigħ mill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kunsill għandu jeżamina dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni tliet snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ u għandu jistabbilixxi jekk il-missjonijiet u l-organizzazzjoni tal-BERS ikollhomx bżonn li jiġu riveduti wara li jkun irċieva opinjoni mill-BĊE. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom sa...*, jeżaminaw dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni tliet snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ u għandu jistabbilixxi jekk l-għanijiet u l-organizzazzjoni tal-BERS ikollhomx bżonn li jiġu riveduti wara li jkunu irċevew opinjoni mill-BĊE. |
|
Ir-rapport għandu jeżamina b’mod partikolari jekk: |
|
(a) huwiex xieraq li l-istruttura tal-SESF tenħtieġx tiġi ssemplifikata u msaħħa, sabiex iżżid il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro kif ukoll bejn l-ASEs; |
|
(b) huwiex xieraq li jiżdiedu s-setgħat regolatorji tal-ASEs; |
|
(c) l-evoluzzjoni tal-SESF hi konsistenti mal-iżviluppi globali f’dan il-qasam; |
|
(d) hemmx biżżejjed diversità u eċċellenza fl-SESF; |
|
(e) jekk il-kontabbiltà u t-trasparenza fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ pubblikazzjoni humiex adegwati. |
|
______ * Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament |
- [1] ĠU C 270, 11.1.2009, p.1
NOTA SPJEGATTIVA
Sa mill-2000, u f’ħafna okkażjonijiet, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tfassal proposti ambizzjużi biex tiżgura l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-UE u biex tieħu vantaġġ mit-tnedija tal-Euro[1].
Il-gravità tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali li nfirxet mal-UE kollha turi biċ-ċar in-nuqqas ta’ suffiċjenza tas-sistemi attwali. Għandna bżonn aktar minn din il-kriżi – l-agħar waħda li għaddiet minnha d-dinja sa mill-1929 – sabiex fl-aħħar nagħtu lill-UE superviżjoni finanzjarja effettiva?
Il-Parlament Ewropew hu konxju mir-responabbiltajiet tiegħu. iċ-ċittadini Ewropej qegħdin jistennew miżuri sodi: il-qgħad żdied b’mod drammatiku. Numru dejjem akbar ta’ kumpaniji, l-aktar dawk żgħar u ta’ daqs medju, qegħdin ifallu. Id-defiċit pubbliku u d-dejn pubbliku kibru b’mod preokkupanti. Ċerti salvataġġi tal-banek se jitfgħu piż qawwi fuq dawk li jħallsu t-taxxa. Ma nistgħux infallu għaliex ħafna mill-Istati Membri ma għandhomx il-mezzi biex jiffaċċjaw kriżi ġdida tal-istess kobor. Jekk hu impossibbli li jiġu eliminati l-kriżijiet, allura xorta rridu nippruvaw nipprevenuhom u nillimitawlhom l-effetti negattivi tagħhom.
F’rapport ippubblikat fil-25 ta’ Frar 2009, il-grupp ta’ ħidma mqabbad mill-Kummissjoni ppresjeduta minn Jacques de Larosière, talbet għall-ħolqien ta’ korp ġdid responsabbli mis-superviżjoni makroekonomika, mqiegħed taħt l-awspiċji tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), kif ukoll tat-tliet awtoritajiet superviżorji mikroekonomiċi mogħnija b’poteri vinkolanti. Il-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew approvaw id-direzzjoni ġenerali tar-rapport.
Dan wassal għall-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni makro prudenzjali tas-sistema finanzjarja li toħloq il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Ekonomiku (BERS) li issa qed titressaq għall-eżami tal-Parlament Ewropew. Tliet testi oħrajn li joħolqu it-tliet awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-banek, assigurazzjoni u mis-swieq rispettivament, ukoll ġew adottati mill-Kulleġġ. Ir-rapporteurs ta’ dan il-“pakkett” ħadmu mill-qrib flimkien biex jippreservaw il-koerenza tiegħu.
Għanijiet
Il-ħolqien ta’ sistema superviżorja effettiva mingħajr xkiel għall-finanzjament tal-ekonomija
L-ewwel għan ta’ din il-leġiżlazzjoni hu li toħloq il-kundizzjonijiet li jippermettu l-finanzjament stabbli tal-ekonomija, sabiex jiġu żgurati t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi. Fis-snin li ġejjin, il-konverżjoni mill-ġdid tal-ekonomiji tagħna lejn it-tkabbir li jirrispetta aktar l-ambjent ser titlob dejjem aktar sforzi innovattivi u għal dan il-għan il-mobilizzazzjoni ta’ provvista ta’ kapital importanti. Fil-finanzjament tal-ekonomija reali, l-idustrija finanzjarja tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ġid. L-attività tagħha għandha tkun issorveljata mhux imxekkla.
Ħarsien tas-suq uniku
It-tieni għan hu l-ħarsien tal-unità tas-suq uniku Ewropew. Jew l-UE se tingħata l-mezzi biex tiżgura, fil-livell Ewropew, superviżjoni finanzjarja ta’ kwalità mil-llum 'il quddiem jew is-suq uniku ser isir frammentat. Dan ikisser għexieren ta’ snin ta’ ħidma għat-tneħħija tal-fruntieri u tal-ostakli għall-iskambji, kif ukoll għall-fatt li l-integrazzjoni ekonomika Ewropea wkoll ikkontribwit bil-qawwa għall-ħolqien tal-impjiegi u ż-żamma tat-tkabbir.
Hekk kif, il-President Barroso, bil-biċċa xogħol fdata f’idejn Mario Monti, jixtieq jagħmel mit-tnedija mill-ġdid tas-suq uniku, objettiv strateġiku tal-Kummissjoni l-ġdida, kif jixtieq ukoll il-Kummissarju nnominat, Michel Barnier, il-frammentazzjoni tas-suq tas-servizzi finanzjarji tkun kontradittorja. Ir-rapporteur jaqbel ma’ din il-loġika, li bħalma jidher fir-rapport de Larosière, tippreferixxi bil-qawwa, l-interess ġenerali Ewropew fit-tul minflok l-iżgħar denominatur komuni tal-Istati Membri.
Jippermetti l-UE iżżomm l-istatus tagħha
L-UE għandha tassumi bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet globali tagħha. Il-G20, l-FMI, u l-Bord ta' Stabbiltà Finanzjarja enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu miġġielda r-riskji sistematiċi u li jkun hemm superviżjoni aħjar ta’ dawk l-entitajiet li l-attivitajiet transkonfinali tagħhom jaħarbu b’mod parzjali s-superviżuri nazzjonali. Jekk ma rridux insofru l-konsegwenzi ta' għażliet magħmulin minn terzi persuni, jekk irridu li niddefendu l-euro u l-muniti l-oħra Ewropej, l-UE għandha żżomm l-istatus tagħha fil-post fejn qegħdin jittieħdu d-deċiżjonijiet billi tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha lejn il-proċeduri multilaterali. Grazzi għall-ħolqien tal-BERS u tat-tliet awtoritajiet mogħnija b’poteri vinkolanti, l-UE tkun tista' tasserixxi il-valuri tagħha u tiddefenti l-interessi tagħha aħjar. Din hi sfida strateġika.
Tiżgura l-koerenza ta’ deċiżjonijiet
Il-ħloqien tal-BERS hi innovazzjoni sinifikanti; s’issa ħadd ma wettaq analiżi makroekonomika, fil-livell Ewropew, li l-għan ewlieni tagħha kien li tevalwa r-riskji sistematiċi. Kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BERS u dawk li għandhom informazzjoni rilevanti (superviżuri nazzjonali u l-awtoritajiet Ewropej responsabbli minn kull settur) hi ta’ prijorità sabiex tinħoloq superviżjoni “makro-mikro” koerenti, u aktar minn hekk is-setturi.
Għażliet magħmulin f’dan ir-rapport
Ir-rapport tal-grupp de Larosière minnu nnifsu jirrappreżenta kompromess. Hu imperattiv li ma jittaffiex u bi skuża li titjieb is-sitwazzjoni, jintesa s-sens ta' urġenza li għandhom l-awturi tiegħu. Madankollu, għaddiet sena minn meta tressaq ir-rapport. Tressqu ħafna ideat, l-iktar minn Barack Obama nnifsu, jew waqt il-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos.
Ir-rapporteur wettaq bosta konsultazzjonijiet. Il-“pakkett” jikkunsidra l-evoluzzjoni tad-dibattitu globali li, l-aktar għas-settur bankarju, qed jersaq lejn superviżjoni aktar iebsa.
President identitfikat b’mod ċar u korpi li huma aktar miftuħa għas-soċjetà
Il-BERS tqiegħed taħt l-awspiċji tal-Bank Ċentrali Ewropew; il-bankiera ċentrali tal-UE kollha kemm hi qed jintalbu jilagħbu rwol importanti għaliex huma s-selliefa aħħarija. Il-BERS m’għandux poter vinkolanti; fl-aħħar mill-aħħar, forsi jeħtieġ jagħmel aktar. F’dan l-istadju l-president tiegħu għandu tal-inqas ikun identifikat u rispettat b’mod ċar. Hu għalhekk li nipproponu li nafdaw il-presidenza tal-BERS lill-president tal-BĊE ex officio, kif jingħad fir-rapport de Larosière .
Jidher li hu diffiċli, kif suġġerit mill-Kummissjoni Ewropea, li jittieħed ir-riskju li l-president elett bħala l-kap tal-BERS ikun gvernatur ta’ bank qentrali nazzjonali. Il-president tal-BERS għandu jaġixxi b’mod kompletament indipendenti fl-interess ġenerali Ewropew.
Jenħtieġ:
1) Li tikber ir-responsabbiltà tal-BERS quddiem il-Parlament (ħruġ ta’ twissijiet u rakkomandazzjonjiet lill-Kunsill u lill-Parlament, b’garanziji ta’ kunfidenzjalità; il-possibbiltà li l-Parlament jisma awtorità li tirrifjuta li tikkoopera minkejja talba pubblika tal-BERS; frekwenza akbar ta’ udejnzi u rapporti).
2) Li tinfetaħ il-kompożizzjoni ta' ċerti korpi. Analiżi msejsa fuq diversità akbar ta' opinjonijiet tippermetti aktar il-prevenzjoni tar-riskji. Hu għalhekk li r-rapporteur ippropona li jżid fost il-membri tal-Bord Ġenerali u l-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BERS, numru ta’ persuni bi dritt ta’ votazzjoni li jwettqu bis-sħiħ il-granziji ta’ independenza u li għandhom diversità ta’ esperjenzi, kemm fis-settur privat (l-aktar SMEs, fornituri jew konsumaturi ta' servizzi finanzjarji, trejdunjins), jew minn oqsma akkademiċi. Inħolqot ukoll il-pożizzjoni tat-tieni Viċi President tal-BERS, fdata b’rotazzjoni, f’idejn il-President ta’ waħda mit-tliet awtoritajiet.
Id-diskussjoni bejn il-bankiera ċnetrali u sperviżuri u l-“ekonomija reali” ser issaħħaħ il-leġittimità tal-BERS. Il-kriżi ħolqot suspett kbir fost il-pubbliku dwar il-korpi superviżorji u l-banek ċentrali. Waħda mill-isfidi ta’ dan l-eżerċizzju hu li terġa’ tinbena l-kunfidenza. Din mhijiex biċċa xogħol żgħira.
“Sistema” superviżorja unika miġbura flimkien f’post wieħed
Ir-rapport de Larosière ħoloq “Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji” (SESF), maħsuba bħala netwerk deċentralizzat, li jiġbor mill-ġdid l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, it-tliet awtoritajiet il-ġodda u l-kulleġġi tal-awtoritajiet superviżorji għall-istituzzjonijiet transkonfinali l-kbar. B’ispirazzjoni mis-suċċessi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali jew min-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, ir-rapporteur jipproponi l-inklużjoni tal-BERS fis-SESF. Dan hu meħtieġ biex tiġi żgurata kemm l-unità interna kif ukoll il-koerenza esterna tas-superviżjoni finanzjarja.
Għandu jinħoloq obbligu ta’ lealtà espliċitu bejn il-membri differenti tan-netwerk sabiex ikun żgurat skambju sħiħ ta’ informazzjoni.
Bil-għan li tinħoloq kultura superviżorja komuni, ir-rapporteur jissuġġerixxi ġabra mill-ġdid tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej kollha (il-BERS u t-tlitt awtoritajiet) f'post wieħed, fi Frankfurt. Din il-viċinanza ġeografika tippermetti laqgħat ta’ kuljum aktar faċli li ma jkunux onerużi, sistema ta’ reklutaġġ ta’ persunal unika u reazzjonijiet aktar mgħaġġla f’każ ta’ kriżi. L-effiċjenza Ewropea għandu tieħu preċedenza fuq kull kunsiderazzjoni oħra u għandha tibqa miftuħa fil-ġejjieni; il-fatt li l-Kumitati Lamfalussy huma maqsuma bejn aktar minn kapital wieħed m’għandiex twaqqaf ir-riflessjoni dwar struttura Ewropea aktar iebsa li hi meħtieġa mill-UE. Ir-rapport de Larosière jissuġġerixxi li ssir valutazzjoni fi żmien tliet snin jekk ma nkunux “mexjin lejn sistema li tiddependi minn żewġ awtoritajiet biss”, l-ewwel waħda responsabbli minn kwistjonijiet ta’ superviżjoni prudenzjali (banek u assigurazzjoni), it-tieni waħda responsabbli mit-tħaddim tan-negozju u kwistjonijiet dwar is-suq”. Ir-rapporteur jixtieq jara valutazzjoni miexa f'din id-direzzjoni. Bejn issa u dak iż-żmien il-BERS għandu jkun parteċipant attiv fil-Kumitat Konġunt tat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej.
Stennija ta’ eċċellenza globali
Ovvjament bla ma titwarrab il-kooperazzjoni mill-qrib bejn, fuq naħa l-BERS u fuq l-oħra l-banek ċentrali u s-superviżuri, il-BERS hu mogħni b'Kumitat Xjentifiku Konsultattiv, magħmul minn persuni magħrufa impjegati fuq il-bażi tal-eċċellenza. Parti sinifikanti tal-effettività tas-superviżjoni finananzjarja Ewropea għandha tiddependi mill-kwalità tal-persunal maħtur fl-awtoritajiet u fil-BERS, b’mod partikolari s-segretarjat.
Twissijiet, rakkomandazzjonijiet, emerġenzi
Il-Parlament jirċievi twissijiet u rakkomandazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal dikjarazzjoni ta' emerġenza. Sistema b’kodiċi ta' kulur tikkontribwixxi biex tiġi żgurata r-reqqa tal-informazzjoni.
***
Dawn il-proposti huma biss l-ewwel pass lejn superviżjoni integrata Ewropea, li tibqa’ l-mira tagħna.
- [1] Ara r-rapport ta’ Garda Margallo Y Marfil dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għal swieq finanzjarji. U wkoll ir-rapporti li ġejjin: Van den Burg, Van den Burg & Daianu, Gauzès dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-mertu u Skinner (Solvency II)
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (30.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-Proposta għal regolament regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(COM(2009)0499 – C7‑0166/2009 – 2009/0140(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Evelyn Regner
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS)
Il-proposta tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett maħsub biex itejjeb il-qafas ta' sorveljanza tal-UE abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Larosière, li għandu l-għan li jsewwi d-dgħufijiet tal-qafas ta' sorveljanza attwali li nkixfu mill-kriżi finanzjarja tal-lum.
Il-BERS għandu jkun il-ġebla tax-xewka ta' struttura superviżorja integrata tal-UE, u b'hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq intern. Huwa maħsub bħala korp Ewropew għal kollox ġdid, bla personalità ġuridika, u li qatt ma kien hemm bħalu qabel – f'din is-sura. Huwa maħsub biex jiżviluppa perspettiva makroprudenzjali Ewropea ħalli jiġġieled kontra l-problema ta' analiżi tar-riskju individwali frammentata fil-livell nazzjonali, iqawwi l-effikaċja ta' mekkaniżmi ta' twissija bikrija u jiżgura li l-valutazzjonjiet tar-riskji jissarrfu f'miżuri konkreti mill-awtoritajiet rilevanti.
Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-BERS għandu jkun kompost minn Bord Ġenerali, Kumitat ta' Tmexxija u Segretarjat, b'dan tal-aħħar ikun provdut mill-Bank Ċentrali Ewropew. Il-kompożizzjoni tal-Bord Ġenerali – il-korp li jiggvernah – jinkludi l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali kollha. Ir-Regolament li jistabbilixxi l-BERS għandu jkun ikkompletat minn deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex jiżgura s-Segretarjat tal-BERS.
2. L-opinjoni tar-rapporteur
Ir-Rapporteur tilqa' l-istabbiliment tal-BERS. Il-kriżi wriet li l-mikrosuperviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali mhijiex biżżejjed biex ir-riskji sistemiċi rilevanti jkunu jistgħu jintgħarfu u jiġu evitati b'rapidità suffiċjenti. Huwa importanti li tiġi stabbilita sistema (ta' makrosuperviżjoni) Ewropea, li r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tissorveljahom, tivvalutahom u, fejn ikun meħtieġ, tipprevjenihom, u li tkun tista' tagħti twissijiet bikrija dwar riskji sistemiċi u tipproponi miżuri prattiċi dwarhom. Għandu jkun possibbli li l-interazzjoni bejn ix-xejriet makroekonomiċi u s-sistema finanzjarja jiġu osservati u vvalutati minn perspettiva wiesgħa. Huwa wkoll vallapena li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-FMI, mal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja u ma' entitajiet rilevanti f'pajjiżi terzi. Is-superviżjoni ta' riskji sistemiċi tqawwi l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, tnaqqas il-probabbiltà ta' kriżijiet finanzjarji ġodda, u b'hekk is-suq finanzjarju Ewropew tagħmlu aktar attraenti bħala lok tal-operazzjonijiet.
Ir-Rapporteur tissuġġerixxi xi tibdiliet għall-kjarifika u t-titjib tal-istruttura superviżorja proposta. Bħala kwistjoni ta' prinċipju, il-mandat tal-BERS għandu jkun limitat għas-settur finanzjarju, u jeħtieġ li ma jidħolx fil-politika tal-pagi u dik fiskali. Fil-valutazzjoni tar-riskji, jeħtieġ li jitqiesu adegwatament il-miri kollha tal-UE kif stipulati fl-Artikolu 3 tat-Trattat UE.
Il-votazzjonijiet fil-Bord Ġenerali għandhom isiru esklussivament skont il-prinċipju 'vot wieħed għal kull membru', kif jistipula l-Artikolu 10 tal-proposta tal-Kummissjoni: il-voti ma għandux ikollhom piżijiet differenti.
Rigward il-Kumitat ta' Tmexxija, ir-rapporteur tissuġġerixxi li dan għandu jinkludi ħames rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali, ġaladarba għall-makrosuperviżjoni għandu jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata ta' dawn tal-aħħar fil-Kumitat ta' Tmexxija, biex ma jseħħx li l-kumitat jiddominawh dawk li jirrappreżentaw banek għajr il-banek ċentrali.
F'dak li jirrigwarda l-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni, jeħtieġ li l-entità l-ġdida tkun tista' taqdi l-kompiti tagħha b'mod indipendenti, bla dipendenza fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Għaldaqstant jeħtieġ li l-aċċess rapidu u regolari għad-dejta jkun żgurat.
Għandha tkun żgurata trasparenza massima. Bħala prattika standard, l-analiżijiet għandhom ikunu pubbliċi: kwalunkwe ħtieġa għas-segretezza għandha tkun sostanzjata fid-dettall u s-segretezza tkun permessa biss b'deċiżjoni separata dwar dan. Id-dejta tal-analiżijiet għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, biss f'sura adegwatament anonima, b'tali mod li dan jista' jwassal għal titjib fil-kwalità tar-rakkomandazzjonijiet.
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-istess poteri bħall-Kunsill u l-Kummissjoni: b'mod partikolari, għandu jkun jista' jikkummissjona eżamijiet mill-BERS.
Ir-responsabbiltà tal-BERS jeħtieġ li tkun regolata biċ-ċar. Madankollu, għandna nżommu quddiem għajnejna li l-proposta attwali tipprovdi biss rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti, filwaqt li l-ebda kompitu eżekuttiv m'huwa trasferit lill-BERS.
Fil-qosor, is-sistema superviżorja proposta hija l-ewwel pass lejn l-ilħiq tal-mira fit-tul ta' sistema Ewropea armonizzata ta' superviżjoni, b'awtorità ċentrali Ewropea taqdi r-rwol ta' awtorità regolatorja għal istituzzjonijiet jew gruppi ta' istituzzjonijiet kbar transkonfinali tal-finanzi/tal-kreditu li jkunu kbar biżżejjed biex ikollhom implikazzjonijiet sistemiċi. Fil-każ ta' gruppi ta' istituzzjonjiet ta' kreditu b'implikazzjonijiet sistemiċi, l-awtoritajiet superviżorji Ewropej għandhom ikunu l-awtoritajiet rilevanti, filwaqt li, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-istituzzjonijiet purament nazzjonali jibqgħu sorveljati purament fil-livell nazzjonali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-Komunità teħtieġ entità speċifika responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tul is-sistema finanzjarja tal-UE, li tidentifika r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u, fejn ikun meħtieġ, toħroġ twissijiet u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bħala entità indipendenti ġdida, li tkun responsabbli sabiex twettaq superviżjoni makroprudenzjali fil-livell Ewropew. |
(7) L-Unjoni teħtieġ entità speċifika responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali tul is-sistema finanzjarja tal-UE, li tidentifika r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u, fejn ikun meħtieġ, toħroġ twissijiet u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bħala entità indipendenti ġdida, li tkun responsabbli sabiex twettaq superviżjoni makroprudenzjali fil-livell tal-Unjoni. L-analiżijiet tal-BERS għandhom ikunu limitati għas-settur finanzjarju u ma għandhomx jidħlu fi kwistjonijiet li jirrigwardaw il-politika tal-pagi jew dik fiskali. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ħames membri oħra tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Huma għandhom jiġu eletti minn fost u mill-Membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal perjodu ta’ sentejn. |
(c) ħames presidenti ta' banek ċentrali nazzjonali, li għandhom jiġu eletti minn fost u mill-Membri tal-Bord Ġenerali li jkunu wkoll membri tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE għal perjodu ta’ sentejn; |
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma ġietx segwita u li d-destinatarji ma spjegawx in-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom adegwatament, huwa għandu jinforma lill-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti. |
2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma ġietx segwita u li d-destinatarji ma spjegawx in-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom adegwatament, huwa għandu jinforma lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. |
2. Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni. |
PROĊEDURA
Titolu |
Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 7.10.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Evelyn Regner 5.10.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
3.12.2009 |
28.1.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
28.4.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 0 1 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Daniel Hannan, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, József Szájer |
|||||||
Sostiut(i) skont l-Artikolu 187(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kay Swinburne |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (9.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Íñigo Méndez de Vigo
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
In-nuqqas ta' regolament finanzjarju xieraq fil-livell Ewropew u d-dgħjufija tas-suq tal-mekkaniżmi ta' sorveljanza kienu evidenti b'mod ċar waqt il-kriżi ekonomika u finanzjarja li laqtet l-Ewropa fl-2008, u li għadna qed inbatu r-riperkussjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni fasslet erba' proposti – li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji huwa responsabbli beix dawn jgħaddu mill-Parlament – bbażati fuq ir-rapport mill-grupp ta' esperti ppresedut minn Jacques de Larosière.
Meta ġie biex jagħti l-opinjoni tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fittxet li jeżamina bir-reqqa kif l-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza l-ġdida u l-Bord Ewropew għar-Riskji Sistemiċi maħluq permezz ta' dawn il-proposti jista' jkollhom l-aħjar qagħda fis-sistema istituzzjonali. Huwa ffuka ukoll fuq l-istabbiliment ta' standards tekniċi armonizzati għas-servizzi finanzjarji, biex jiżgura li min-naħa waħda l-azzjonijiet tagħhom ikunu konsistenti, u biex minn naħa l-oħra jiggarantixxi protezzjoni xierqa għad-depożitaturi, għall-investituri u għall-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea. Ir-relazzjoni mal-istituzzjonijiet tas-settur privat f'dan ir-rigward ġiet studjata b'attenzjoni speċjali, kif ġiet studjata wkoll ir-relazzjoni bejn l-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza. Fl-aħħarnett, aħna sħaqna fuq il-problemi marbuta mas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet transkonfinali.
Il-kriżi finanzjarja tal-2008 titlob rispons Ewropew għall-problemi Ewropej: bis-saħħa tas-setgħat ġodda mogħtija lilu skont it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament għandu jkollu rwol deċiżiv f'dawn il-kwistjonijiet kollha.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament talab li jiġi infurzat regolarment li tassew joffri l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd ta’ attività għall-partijiet interessati kollha fil-livell tal-Unjoni, waqt li wera nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni tal-Unjoni tas-swieq finanzjarji li kulma jmur saru aktar integrati (f'dan il-kuntest ara r-rapporti ta’ García-Margallo y Marfil dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni (2000), Rapport ta’ Van den Burg dwar regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (2002),Rapport ta’ Van den Burg dwar politika ta’ servizzi finanzjarji (2005-2010) - il-White Paper (2007) u r-Rapport ta’ Van den Burg u Daianu b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess ta’ Lamfalussy: l-istruttura ta’ sorveljanza futura (2008)). B’żieda ma’ dan, ara wkoll Skinner – rapport Solvency II (2009) u Gauzès – Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (2009). |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Fir-rapport finali tiegħu, ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009, il-Grupp de Larosière rrakkomanda, fost ħwejjeġ oħra, l-istabbiliment ta’ entità fil-livell Komunitarju li tkun responsabbli mis-superviżjoni tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi. |
(3) Fir-rapport finali tiegħu, ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2009, il-Grupp de Larosière rrakkomanda, fost ħwejjeġ oħra, l-istabbiliment ta’ entità fil-livell tal-UE li tkun responsabbli mis-superviżjoni tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi. |
|
(Din l-emenda għandha tapplika fit-test kollu). |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titolu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea", il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ riformi għall-arranġamenti attwali biex titħares l-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-UE, li jinkludu b’mod partikolari l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) li jkun responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali. Il-Kunsill fid-9 ta’ Ġunju 2009 u l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju appoġġjaw l-opinjoni tal-Kummissjoni u laqgħu l-ħsieb tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi sabiex il-qafas il-ġdid jidħol fis-seħħ matul l-2010. F'konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE "għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-Banek Ċentrali u superviżuri." |
(5) Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” tas-27 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni stabbiliet sensiela ta' riformi għall-arranġamenti attwali għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja fil-livell tal-Unjoni, li jinkludu b'mod partikolari l-ħolqien ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) responsabbli għas-superviżjoni makroprudenzjali. Il-Kunsill fid-9 ta’ Ġunju 2009 u l-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju appoġġjaw l-opinjoni tal-Kummissjoni u laqgħu l-ħsieb tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi sabiex il-qafas il-ġdid jidħol fis-seħħ matul l-2010. F'konformità mal-fehmiet tal-Kummissjoni, inkludiet inter alia li l-BĊE "għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku lill-BERS filwaqt li jagħmel użu wkoll mill-parir tekniku tal-banek ċentrali u superviżuri." L-appoġġ ipprovdut lill-BERS mill-BĊE u l-kompiti assenjati lill-BERS għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-prinċipju tal- indipendenza tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Minħabba -integrazzjoni tas-swieq finanzjarji internazzjonali, jinħtieġ impenn qawwi mill-Unjoni fil-livell globali. Il-BERS għandu jikseb il-kompetenza tal-kumitat xjentifiku ta' livell għoli u jieħu f'idejh ir-responsabbiltajiet globali kollha meħtieġa sabiex jiżgura li jinstema’ x’għandha xi tgħid l-Unjoni fuq kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja, b'mod speċjali b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bord għas-Servizzi Finanzjarji (FSB) u l-imsieħba kollha tal-Grupp ta’ Għoxrin (G-20). |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-arranġamenti Komunitarji attwali ftit jagħtu importanza lis-superviżjoni makroprudenzjali. Ir-responsabilità għall-analiżi makroprudenzjali tibqa' frammentata, u ssir minn diversi awtoritajiet f'livelli differenti mingħajr ebda mekkaniżmu li jiżgura li r-riskji makroprudenzjali jiġu identifikati adegwatament u li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet jinħarġu b'mod ċar, jiġu segwiti u tradotti f'azzjoni. |
(6) Il-funzjonament xieraq tal-Unjoni u tas-sistemi finanzjarji globali u l-mitigazzjoni tat-theddid għalhekk jeħtieġu konsistenza msaħħa bejn il-makro- u l-mikro-superviżjoni. Kif dikjarat fir-reviżjoni Turner, “Reazzjoni regolatorja għall-kriżi bankarja globali”, ta’ Marzu 2009, "arranġamenti aktar b’saħħithom jeħtieġu jew poteri nazzjonali akbar, bil-konsegwenza ta’ suq anqas miftuħ, jew inkella grad ta' integrazzjoni Ewropea ogħla". Minħabba r-rwol ta’ sistema finanzjarja b’saħħitha fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha għall-kompetittività u t-tkabbir fl-Unjoni u l-impatt tagħha fuq l-ekonomija reali, il-Grupp de Larosière, flimkien mal-istituzzjonijiet Ewropej, għażlu li jmorru għal grad ogħla ta’ integrazzjoni Ewropea. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) Ir-rapport de Larosière jiddikjara wkoll li s-superviżjoni makroprudenzjali ma jkollhiex sens jekk b’xi mod ma taffettwax is-superviżjoni fil-livell mikro filwaqt li s-superviżjoni mikroprudenzjali ma tistax tħares b'mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja mingħajr kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-livell makro. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6 c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) li tiġbor flimkien f’netwerk, l-operaturi tas-superviżjoni finanzjarja kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera kif stipulat fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku, b’mod partikolari billi jiżguraw il-mogħdija ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom. Fil-livell tal-Unjoni, in-netwerk għandu jkun magħmul mill-BERS u t-tliet awtoritajiet ta’ mikro superviżjoni: l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banek), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru .../2010, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), maħluqa milr-Regolament (UE) Nru .../2010, u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) maħluqa milr-Regolament(UE) Nru... / 2010. |
|
(L-emendi għall-ismijiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom japplikaw fit-test kollu.) |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Il-BERS għandu jiddeċiedi jekk rakkomandazzjoni għandhiex tinżamm kunfidenzjali jew għandhiex issir pubblika, billi jżomm f’moħħu li l-iżvelar pubbliku jista’ jgħin biex jippromwovi l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet f’ċerti ċirkustanzi. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8 b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8b) Jekk il-BERS jinduna b’riskju li jista’ jipperikola serjament l-operat tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni kollha jew parti minnha, għandu jkun kapaċi joħroġ twissija billi jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. F’dan il-każ il-BERS għandu mill-ewwel jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) bit-twissija tiegħu. F’każ ta’ emerġenza, il-BERS għandu jagħti twissijiet ta’ emerġenza. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jiżdied il-piż u l-leġittimità tagħhom, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi mill-Kunsill u, fejn ikun xieraq, mill-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni jew tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(9) Sabiex jiżdied il-piż u l-leġittimità tagħhom, dawn it-twissijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u, fejn ikun xieraq, mill-ASE. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-BERS għandu jimmonitorja wkoll l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fuq il-bażi ta’ rapporti mid-destinatarji, biex jiżgura li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-fatt ikunu qegħdin jiġu segwiti. Id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu azzjoni dwarhom sakemm ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw adegwatament in-nuqqas ta’ azzjoni (mekkaniżmu ta’ "aġixxi inkella spjega"). |
(10) Il-BERS għandu jimmonitorja wkoll l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fuq il-bażi ta’ rapporti mid-destinatarji, biex jiżgura li t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-fatt ikunu qegħdin jiġu segwiti. Id-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu azzjoni dwarhom sakemm ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw adegwatament in-nuqqas ta’ azzjoni (mekkaniżmu ta’ "aġixxi inkella spjega"), b’mod partikolari lejn il-Parlament Ewropew. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-BERS għandu jiddeċiedi jekk rakkomandazzjoni għandhiex tinżamm kunfidenzjali jew għandhiex issir pubblika, billi jżomm f’moħħu li l-iżvelar pubbliku jista’ jgħin biex jippromwovi l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet f’ċerti ċirkustanzi. |
imħassar |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-BERS għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas darba kull sena, u aktar ta’ spiss f’każ ta’ taqlib finanzjarju mifrux. |
(12) Il-BERS għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas darbtejn kull sena, u aktar ta’ spiss f’każ ta’ taqlib finanzjarju mifrux. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji internazzjonali fil-livell internazzjonali u r-riskju ta' tixrid ta' kriżijiet finanzjarji, il-BERS għandu jikkoordina mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja li għadu kif ġie stabbilit, li huma mistennija jagħtu twissijiet bikrija tar-riskji makroprudenzjali fil-livell globali. |
imħassar |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 20 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Jenħtieġ approċċ imtejjeb rigward ir-rapport de Larosière. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iwettqu reviżjoni sħiħa tas-SESF, il-BERS u l-ASE sal-…*. |
|
*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-SESF għandu jinkludi: |
|
(a) il-BERS; |
|
(b) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), maħluqa mir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AETS); |
|
(c) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) maħluqa mir-Regolament(UE) Nru... / 2010 (AEAPX); |
|
(d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja), maħluqa milr-Regolament (UE) Nru .../2010 (ABE); |
|
(e) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) stipulat mill-Artikolu 40 ta’ kull Regolament (KE) Nru…/... (ABE), Nru .../... (AETS), Nru .../... (AEAPX); |
|
(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri skont l-Artikkolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../... (AETS), Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2009 (AEAPX) u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../... (ABE) |
|
(g) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9 tar-Regolamenti (UE) Nru.../...(ABE), Nru .../... (AETS), u Nru .../... (AEAPX); |
|
L-ASEs imsemmija f’punti (b), (c) u (d) se jkollhom is-sede tagħhom f’ (xxx). |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera kif stipulat fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-parteċipanti għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku, b’mod partikolari billi jiżguraw il-mogħdija ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) joħroġ twissijiet meta r-riskji jkunu kkunsidrati li huma sinifikanti; |
(c) joħroġ twissijiet meta r-riskji jkunu kkunsidrati li huma sinifikanti u, fejn ikun xieraq jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt (f) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jikkoopera mill-qrib mas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u, fejn ikun xieraq, jipprovdi lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; |
(f) jikkoopera mill-qrib mal-operaturi l-oħra kollha tas-SESF u, fejn ikun xieraq, jipprovdi lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) jipparteċipa fil-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 5 – Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Qabel ma jieħu l-kariga, il-President u l-ewwel Viċi-President tal-BERS għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, waqt seduta pubblika, kif beħsiebhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament. It-tieni Viċi-President għandu jinstema’ mill-Parlament Ewropew fir-rwol tiegħu jew tagħha bħala President ta’ waħda mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont l-Artikolu XX tar-Regolamenti (KE) Nru .../... (ABE), Nru .../... (AETS), Nru .../... (AEAPX); |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 9 – Paragrafu 3 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Fejn ikun xieraq, rappreżentanti għoljin minn istituzzjonijiet internazzjonali li jwettqu attivitajiet oħra relatati jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Ġenerali. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. Fejn ikun xieraq, u fuq bażi ad hoc, rappreżentant ta’ livell għoli miż-Żona Ekonomika Ewropea jista' jiġi mistieden biex jattendi l-laqgħat tal-Bord Ġenerali. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, il-parir ta’ partijiet interessati rilevanti mis-settur privat. |
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-BERS għandu jfittex, fejn ikun xieraq, il-parir ta’ partijiet interessati rilevanti mis-settur privat inklużi t-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-BERS jista’ jitlob informazzjoni mingħand l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f’għamla fil-qosor jew kollettiva, b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għal dawk l-Awtoritajiet jew ma tingħatax fil-ħin, il-BERS jista’ jitlob l-informazzjoni mingħand l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri. |
3. Fuq talba mill-BERS, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jipprovdu informazzjoni f’għamla fil-qosor jew kollettiva, b’mod li ma jkunux jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għal dawk l-Awtoritajiet jew ma tingħatax fil-ħin, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data fuq talba mill-BERS. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-BERS jista’ jindirizza talba motivata lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej sabiex jipprovdu informazzjoni li ma tkunx f’għamla fil-qosor jew kollettiva. |
4. B’segwitu għal talba motivata mill-BERS, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jipprovdu informazzjoni li ma tkunx f’għamla fil-qosor jew kollettiva. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 15 – Paragrafu 5 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-persunal tal-BERS jista’ jiġi mistiedem flimkien mal-ASEs, għal-laqgħat bejn is-superviżuri u l-gruppi finanzjarji sistematiċi importanti, b’mod partikolari l-kulleġġi tas-superviżuru, u jistgħu jistaqsu mistoqsijiet u jirċievu informazzjoni diretta rilevanti. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-Kunsill u, meta ikunu indirizzati lil awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, għandhom jiġu trażmessi wkoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
3. It-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, meta jkunu indirizzati lil awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, għandhom jiġu trażmessi wkoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 16 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 16a |
|
Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza |
|
1. F’każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jippreġudikaw b’mod serju l-funzjonament korrett u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni Ewropea jew parti minnha, il-BERS, filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 ta’ kull wieħed mir-Regolamenti (UE) Nru .../... [ABE], Nru .../… [AETS], Nru ... / ... [AEAPX], jista’ joħroġ twissijiet, fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba minn ASE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, li tiddikjara l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza. |
|
2. Hekk kif joħroġ it-twissija, il-BERS għandu simultanjament jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea. |
|
3. Il-BERS għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-ASE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar, Awtorità Superviżorja Ewropea waħda jew aktar, jew awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-BERS l-azzjonijiet li ħadu bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet inkella jispjegaw għaliex ma ħadux azzjoni. Il-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jiġu infurmati. |
1. Meta rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)(d) tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar, Awtorità Superviżorja Ewropea waħda jew aktar, jew awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, id-destinatarji għandhom jikkomunikaw lill-BERS l-azzjonijiet li ħadu bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet inkella jispjegaw għaliex ma ħadux azzjoni. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jiġu infurmati. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma ġietx segwita u li d-destinatarji ma spjegawx in-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom adegwatament, huwa għandu jinforma lill-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti. |
2. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjoni tiegħu ma ġietx segwita u li d-destinatarji ma spjegawx in-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom adegwatament, huwa għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, fejn ikun rilevanti, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 17 – Paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Meta rakkomandazzjoni tkun saret pubblika u ma tkunx ġiet segwita u d-destinatarji tar-rakkomandazzjoni jkunu naqsu milli jispjegaw l-inattività tagħhom, il-Parlament Ewropew jista’, wara li jikkonsulta mal-BERS u mal-Kunsill, jistieden lid-destinatarji biex jiġu interrogati mill-Parlament Ewropew. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BERS għandu jirrapporta mill-anqas darba fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
1. Il-BERS għandu jirrapporta mill-anqas darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 19 – Paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Ir-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. |
2. Il-BERS għandu jeżamina wkoll kwistjonijiet speċifiċi meta jintalab mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 19 – Paragrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-President tal-BERS u l-membri l-oħra tal-Kumitat ta’ Tmexxija jistgħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew jew b'inizjattiva tagħhom stess, jinstemgħu mill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kunsill għandu jeżamina dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni sentejn wara d-dħul tiegħu fis-seħħ u għandu jistabbilixxi jekk il-missjonijiet u l-organizzazzjoni tal-BERS ikollhomx bżonn li jiġu riveduti wara li jkun irċieva opinjoni mill-BĊE. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jeżamina dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni tliet snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ u għandu jistabbilixxi jekk il-missjonijiet u l-organizzazzjoni tal-BERS ikollhomx bżonn li jiġu riveduti wara li jkun irċieva opinjoni mill-BĊE. |
|
Ir-rapport għandu jeżamina b’mod partikolari jekk: |
|
– l-istruttura tal-SESF tenħtieġx tiġi ssemplifikata u msaħħa, sabiex iżżid il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro kif ukoll bejn l-ASEs; |
|
– il-poteri regulatorji tal-ASEs jeħtieġ li jiżdiedu; |
|
– l-evoluzzjoni tal-SESF hi konsistenti ma’ dik tal-evoluzzjoni globali; |
|
– hemmx biżżejjed diversità u eċċellenza fl-SESF; |
PROĊEDURA
Titolu |
Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD) |
|||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 7.10.2009 |
|
|
|
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Íñigo Méndez de Vigo 24.11.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
25.1.2010 |
6.4.2010 |
|
|
||||
Data tal-adozzjoni |
7.4.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 2 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Gerald Häfner, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, David Martin, Jaime Mayor Oreja, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, Guy Verhofstadt |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Jean-Luc Dehaene, Enrique Guerrero Salom, Anneli Jäätteenmäki, Íñigo Méndez de Vigo, Adrian Severin, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emma McClarkin |
|||||||
.
PROĊEDURA
Titolu |
Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|||||||
Referenzi |
COM(2009)0499 – C7-0166/2009 – 2009/0140(COD) |
|||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.9.2009 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 7.10.2009 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 7.10.2009 |
EMPL 7.10.2009 |
JURI 7.10.2009 |
AFCO 7.10.2009 |
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 10.2.2010 |
EMPL 22.10.2009 |
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Sylvie Goulard 20.10.2009 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
23.11.2009 |
23.2.2010 |
23.3.2010 |
27.4.2010 |
||||
Data tal-adozzjoni |
10.5.2010 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 4 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Othmar Karas, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ramon Tremosa i Balcells |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pervenche Berès, Carl Haglund, Syed Kamall, Philippe Lamberts, Catherine Stihler, Pablo Zalba Bidegain |
|||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrea Cozzolino, Michel Dantin, Frank Engel, Roger Helmer, Christa Klaß, Elisabeth Morin-Chartier |
|||||||
Data tat-tressiq |
25.5.2010 |
|||||||