RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

26.5.2010 - (COM(2009)0503 – C7‑0167/2009 – 2009/0144(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sven Giegold


ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(COM(2009)0503 – C7‑0167/2009 – 2009/0144(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0503),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0167/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill bit-titolu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2010,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0169/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013 (MFF), iżda li l-marġni disponibbli fl-intestatura 1a għall-perjodu 2011-2013 huwa limitat ħafna u li l-finanzjament ta' attivitajiet ġodda m'għandux jipperikola l-finanzjament ta' prijoritajiet oħra fis-sottointestatura 1a; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali, flimkien ma' proposti konkreti biex jiġi aġġustat u rivedut qabel it-tmiem tal-ewwel simestru tal-2010 bl-użu tal-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[1] u, b'mod partikolari, dawk li jinsabu fil-punti 21 sa 23 tiegħu, biex jiġi żgurat il-finanzjament tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtorità) mingħajr ma jiġi pperikolat il-finanzjament ta' prijoritajiet oħra, u filwaqt li jiġi żgurat li jkun għad baqa' marġni suffiċjenti fis-sottointestatura 1a;

3.  Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali għandhom jiġu applikati għat-twaqqif tal-Awtorità; jenfasizza li, jekk l-awtorita leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif tal-Awtorità, il-Parlament se jidħol f’negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorita baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar il-finanzjament tal-Aġenzija b'konformita mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq)

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu.)

Emenda  2

Proposta għal regoalment

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-konnettività, il-kumplessità u l-globalizazzjoni ikbar tas-swieq finanzajrji u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

Emenda  3

Proposta għal regoalment

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà qed jitlob b’mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li nnota n-nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni tal-Unjoni ta' swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ April 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni1, tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar ir-regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea2, u tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005–2010) – White Paper3, tat-23 ta’ Settembru 2008 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwita' privata4, tad-9 ta’ Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza5, tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-assigurazzjoni tal-ħajja dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II)6 u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu7).

 

________________

1 ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.

2 ĠU C 25E, 29.1.2004, p. 394.

3 ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx..

4 ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.

5 ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.

6 Testi adottati, P6_TA(2009)0251.

7 Testi adottati, P6_TA(2009)0279.

Emenda  4

Proposta għal regoalment

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi radikali għall-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fil-Komunità. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tat-titoli, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u waħda għas-settur bankarju, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri u rrakkomanda riformi radikali għall-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tat-titoli, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u waħda għas-settur bankarju, u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjoni fir-rapport tirrappreżenta l-aktar livell baxx ta' bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala necessarja biex jiġi evitat li sseħħ kriżi bħal din fil-futur.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea" ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid.

(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea" ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid, iżda ma inkluditx ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru fir-Rapport de Larosière.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Komunitarji, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-livell nazzjonali, u tagħti rwol ċentrali fis-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali lill-kulleġġi tas-superviżuri. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-swieq madwar il-Komunità. Għandha titwaqqaf Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, flimkien ma’ Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u Awtorità Bankarja Ewropea (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej).

(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżuri nazzjonali u tal-Unjoni, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji li m’għandhom l-ebda dimensjoni tal-UE fil-livell nazzjonali. Il-Kulleġġi tas-Superviżuri għandhom jissorveljaw l-istituzzjonijiet li joperaw b'mod transkonfinali u li m’għandhom l-ebda dimensjoni tal-UE. Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) (l-Awtorità) għandha tieħu f'idejha b'mod gradwali s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li għandhom dimensjoni tal-UE. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Apparti l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Settur Bankarju) kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt). Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jifforma parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità") għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt illi jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, jiġu protetti d-depożituri u l-investituri, jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Il-kompiti tagħha jinkludu wkoll l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta' pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-regolazzjoni u s-superviżjoni tat-titoli u s-swieq, kif ukoll materji relatati ta' governanza korporattiva u rapportar finanzjarju. Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u li hija għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja.

(9) L-Awtorità għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt illi jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u jkunu garantiti kundizzjonijiet verament ugwali, jiġu protetti d-depożituri u l-investituri, jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Il-kompiti tagħha jinkludu wkoll l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta' pariri lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-regolazzjoni u s-superviżjoni tat-titoli u s-swieq, kif ukoll materji relatati ta' governanza korporattiva u rapportar finanzjarju. Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni li jkollha personalità legali u li hija għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità tal-UE li jkollha personalità legali u awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. L-Awtorità għandha tingħata s-setgħat biex tindirizza l-konformità mal-liġijiet kif ukoll it-tħassib dwar is-sikurezza u l-korrettezza, b’mod partikolari dawk relatati mar-riskju sistemiku u r-riskji transkonfinali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Fit-28 ta’ Ottubru 2009, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali ddefinixxew ir-riskju sistemiku bħala "riskju ta' tħarbit għas-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha u (ii) li jkollu l-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. It-tipi kollha ta' intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti sistematikament sa ċertu livell".

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Riskju transkonfinali, skont dawk l-istituzzjonijiet, jinkludi riskji kkawżati mill-iżbilanċi ekonomiċi jew minn fallimenti finanzjarji fl-Unjoni Ewropea kollha jew f'partijiet minnha li għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi ta' żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern, jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru tagħha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej irrikonoxxiet li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ "korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis Komunitarju rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat.

(10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li: "xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 TKE [issa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] ma jimplika li d-destinatarji tal-miżuri adottati mil-Leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ dik id-dispożizzjoni jistgħu jkunu biss l-Istati Membri individwali. Il-Leġiżlatur jista’ jqis li jkun meħtieġ li jiġi pprovdut it-twaqqif ta’ korp Komunitarju responsabbli sabiex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f'sitwazzjonijiet fejn, sabiex tiġi faċilitata implimentazzjoni uniformi u applikazzjoni tal-atti bbażati fuq dik id-dispożizzjoni, tkun tidher xierqa l-adozzjoni ta' miżuri ta' qafas u ta’ appoġġ li ma jkunux jorbtu"1 u l-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) It-terminu 'parteċipanti fis-swieq finanzjarji' għandhom ikopru firxa varjata ta' parteċipanti li huma soġġetti għall-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. Jista' jinkludi kemm persuni legali kif ukoll naturali. Jista' jinkludi pereżempju ditti ta' investiment, UCITS u l-kumpaniji ta' maniġment tagħhom, maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv, operaturi kummerċjali, stabbilimenti tar-rilaxx, sistemi tas-saldu, aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, emittenti, offerenti, investituri, persuni li jikkontrollaw jew li jkollhom interess f'parteċipanti, persuni involuti fl-immaniġġjar ta' parteċipanti kif ukoll persuni oħra b'rabta ma' dawk li għalihom japplika xi rekwiżit leġiżlattiv. Għandu jinkludi wkoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bħalma huma l-istituzzjonijiet ta' kreditu u kumpaniji tal-assigurazzjoni meta jidħlu f'attivitajiet koperti mill-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. L-awtoritajiet kompetenti fl-UE u ta' pajjiżi terzi kif ukoll il-Kummissjoni ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni.

(12) Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni li tirregola l-qasam kopert b’dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi1, id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi2 u partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza (distance marketing) ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġi żgurat, anki permezz ta' ktieb uniku tar-regoli, livell ekwu u protezzjoni adegwata għall-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-istandards tekniċi abbozzati jrid jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendi fejn, pereżempju, l-istandards tekniċi abbozzati jkunu inkompatibbli mal-Liġi Komunitarja, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif riflessi fl-acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni.

 

(14) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards regolatorji armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġi żgurat, anki permezz ta' ktieb uniku tar-regoli, livell ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozzi ta’ standards regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta standards regolatorji skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-proċess għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi f’dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

(15) Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Dawn għandhom ikunu soġġetti għal emendi jekk, pereżempju, jkunu inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju ta’ proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif riflessi fil-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) l-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li timplimenta atti legali b’konformità mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) F’oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

(16) F’oqsma mhux koperti minn standards regolatorji, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti tas-suq. F'oqsma li ma jkunux koperti minn standards regolatorji, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u xxerred l-aħjar prattiki.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi Komunitarja huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-Komunità. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali.

(17) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza Deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat.

(19) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, fi żmien skadenza stabbilita mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tkun tista’ tindirizza Deċiżjoni bla dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell Komunitarju. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Billi d-determinazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tinvolvi livell ta’ diskrezzjoni sinifikanti, din is-setgħa għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarji li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq.

(21) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jiddetermina meta jkun hemm sitwazzjoni ta' emerġenza. Billi d-determinazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tinvolvi livell ta’ diskrezzjoni sinifikanti, din is-setgħa għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Id-Dikjarazzjoni dwar it-tisħiħ tas-sistema finanzjarja adottata fis-samit tal-Kapijiet tal-G-20 li sar f’Londra fit-2 ta’ April 2009 talab [l-issettjar ta’] linji gwida għall-kulleġġi superviżorji, u biex jiġu appoġġjati l-istabbiliment, il-funzjonament, u l-parteċipazzjoni tagħhom, inkluż permezz tal-identifikazzjoni kontinwa tal-aktar ditti transkonfinali importanti sistemikament.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom.

(22) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom. Dan japplika wkoll għal nuqqas ta’ ftehim fi ħdan kulleġġ tas-superviżuri.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-kriżi esponiet nuqqasijiet kbar fl-approċċi attwali għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, partikolarment tal-akbar istituzzjonijiet u/jew ta’ dawk l-aktar kumplessi, li l-falliment tagħhom jista’ jħalli ħsarat sistemiċi. Dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw, min-naħa l-waħda, mill-oqsma differenti ta’ attività tal-istituzzjonijiet finanzjarji u, min-naħa l-oħra, mill-korpi superviżorji. Tal-ewwel jaġixxu f’suq mingħajr fruntieri, filwaqt li tal-aħħar jikkontrollaw ta’ kuljum jekk il-ġurisdizzjonijiet tagħhom jispiċċawx fil-fruntieri nazzjonali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 22 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) Intwera biċ-ċar li l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni wżat biex tissolva din l-asimetrija kien insuffiċjenti. Hemm żewġ modijiet possibbli biex tissolva dik l-asimetrija: jew tingħata iktar setgħa lis-superviżuri ta' pajjiż ospitanti (is-soluzzjoni nazzjonali) jew inkella tinħoloq awtorità tal-Ewropa ġenwina u alternattiva (is-soluzzjoni tal-Unjoni). Kif it-Turner Review, ippubblikata f’Marzu 2009, tiddikjara: "arranganġamenti aktar sodi jesiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta' integrazzjoni Ewropea".

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 22 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22c) Skont is-soluzzjoni nazzjonali, il-pajjiż ospitanti jkun jista' jirrifjuta lill-fergħat lokali d-dritt li joperaw, iġiegħel lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta' sussidjarji u mhux permezz ta' fergħat, u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-istituzzjonijiet li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 22 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22d) Skont is-soluzzjoni tal-Unjoni, il-kulleġġi tas-superviżuri li jissorveljaw l-istituzzjonijiet transkonfinali għandhom jissaħħu u għandu jkun hemm trasferiment progressiv tas-setgħat superviżorji fuq istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku lil awtorità Ewropea. L-istituzzjonijiet sistemiċi għandhom jinkludu istituzzjonijiet li joperaw b’mod transkonfinali jew nazzjonali li l-falliment tagħhom kapaċi jhedded l-istabilità tas-suq uniku finanzjarju tal-Unjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 22 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22e) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa li jiddefinixxu regoli superviżorji sabiex irawmu l-applikazzjoni koerenti tal-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li tissimplifika l-funzjonament tal-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni u li trawwem konverġenza u konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.. L-Awtorità għandha taġixxi bħala mexxejja fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li joperaw fl-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha wkoll rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti biex issolvi l-kunflitti bejn is-superviżuri nazzjonali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 22 f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22f) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li mhumiex istituzzjonijiet sistemiċi, iżda fejn id-differenzi bejn l-istandards u l-prattiki nazzjonali jibqgħu jippersistu. Mhuwiex biżżejjed li nikkonverġu r-regolamenti finanzjarji bażiċi jekk il-prattiki tas-superviżjoni jibqgħu frammentati. Kif jenfasizza r-Rapport de Larosière, "it-tgħawiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta' superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta' attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata."

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja.

imħassar

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Is-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet sistemiċi għandha tkun fdata f'idejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea. Is-superviżuri nazzjonali għandhom jaġixxu bħala aġenti tal-Awtorità u għandhom ikunu marbuta bl-istruzzjonijiet tal-Awtorità meta jissorveljaw istituzzjonijiet sistemiċi.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 23 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Għalhekk għandu jiġi stabbilit qafas ġdid għall-ġestjoni ta’ kriżijiet finanzjarji minħabba li l-mekkaniżmu eżistenti biex jiżgura l-istabilità tas-sistema finanzjarja ma jaħdimx. Elementi ewlenin tal-ġestjoni tal-kriżijiet huma sett komuni ta’ regoli u mezzi għar-risoluzzjoni finanzjarja (eżekuzzjoni u finanzjament biex tiġi indirizzata l-kriżi ta’ istituzzjonijiet transkonfinali u/jew sistemiċi kbar).

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 23 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c) L-istituzzjonijiet sistemiċi għandhom jiġu identifikati, filwaqt li jitqiesu l-istandards nazzjonali, b’mod partikulari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja. il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għas-Superviżjoni tal-Assigurazzjoni (IAIS) u l-G20. L-interkonnettività, is-sostitwibbiltà u t-tempestività huma l-kriterji l-aktar użati għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet sistemiċi.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 23 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23d) Għandu jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Istabbiltà għall-finanzjament tal-istralċ organizzat u l-intervenzjonijiet ta’ salvataġġ tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jaffaċċjaw diffikultajiet, li l-impatt tagħhom jhedded l-istabilità finanzjarja tas-suq uniku finanzjarju tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet adegwati mis-settur finanzjarju. Il-kontribuzzjonijiet għall-Fond għandhom jissostitwixxu dawk mogħtija lil fondi nazzjonali ta’ natura simili.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ f’idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati.

(24) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ f’idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u tissorvelja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki rigward delegazzjoni u ftehimiet ta' delegazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti.

(26) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet orizzontali għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġu ppubblikati wkoll.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Komunità, b’mod partikolari fejn żviluppi avversi jistgħu jipperikolaw l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità.

(27) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiġi żgurat l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fil-Komunità kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet.

(28) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex tinforma l-kwittanza tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluuppi potenzjali tas-suq.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' analiżi ekonomika għandu jippermetti li l-ASE tieħd deċiżjonijiet aktar informati dwar l-impatt tal-azzjonijiet tiegħu fuq is-suq f'sens usa' u fuq l-impatt ta' avvenimenti tas-suq f'sens usa' fuq l-azzjonijiet tiegħu. Dan huwa konformi mal-aqwa prattika fuq il-livell tal-Istati Membri.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Komunità. Hija għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-rwoli u l-kompetenzi eżistenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fir-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet barra l-Komunità u f’fora internazzjonali.

(29) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fid-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Unjoni.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità nazzjonali kompetenti ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti.

(31) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, bil-kundizzjoni tar-rekwiżit li l-informazzjoni kunfidenzjali ma ssirx disponibbli għal korpi jew awtoritajiet li ma jkunux intitolati għaliha. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità nazzjonali kompetenti ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha minnufih tieħu azzjoni u tiżgura s-segwitu.

(32) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu kif xieraq.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-parteċipanti tal-Komunità fis-swieq finanzjarji (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi finanzjarji fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Komunità.

(33) L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma jiġu adottati abbozzi ta' standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet l-Awtorità għandha tagħmel studju tal-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-parteċipanti tal-Unjoni fis-swieq finanzjarji (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, lill-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi finanzjarji fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 33 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) L-organizzazzjonijiet li jaħdmu bla qligħ huma marġinalizzati fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meta mqabbla mar-rappreżentanti tal-industrija li jkunu ffinanzjati tajjeb jew konnessi tajjeb. Dak l-iżvantaġġ għandu jiġi kkumpensat permezz ta’ finanzjament adegwat tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fl-immaniġġar ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward.

(34) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw ġestjoni tal-kriżijiet ikkoordinata u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta' Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, huwa evidenti li jekk pajjiż jagħżel li jinvoka l-klawsola ta’ salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet għaliex invoka s-salvagwardja. L-Awtorità, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imiss li jittieħdu.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi dan il-mekkaniżmu, għandha tiġi stipulata, fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba, gwida ċara u korretta dwar meta l-klawsola ta’ salvagwardja tiġi applikata mill-Istati Membri. L-użu min-naħa tal-Istati Membri tal-klawsola ta’ salvagwardja għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ dik il-gwida.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni m’għandhiex gwida fir-rigward ta’ meta tittieħed deċiżjoni li jkollha effett fuq ir-responsabilitajiet fiskali nazzjonali. Għandha tiġi pprovduta ċertezza legali għall-kunċett ta’ “responsabilità fiskali” sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali u l-parteċipanti tas-suq finanzjarju fl-UE kollha. Għandha tiġi miftehma u definita b’mod komuni gwida ċara dwar meta jista’ jiġi dikjarat effett fuq ir-responsabilità fiskali. Fil-futur, fil-ġustifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom, l-Istati Membri għandhom juru li l-każ rispettiv tagħhom jaqa’ fl-ambitu tal-gwida.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u ż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Komunità. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fit-Trattat, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett.

(36) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Bord tas-Superviżuri permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota.

(38) President b'impjieg sħiħ, maħtur mill-Parlament Ewropew wara proċedura miftuħa tal-għażla mmexxija mill-Bord tas-Superviżuri, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib f’Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jassumi l-funzjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt għall-Konglomerati Finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Bankarja Ewropea għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati.

(39) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt) (il-“Kumitat Konġunt”) u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-konglomerati finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea għandhom (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut għal żmien ta’ 12-il xahar b'rotazzjoni mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-BERS. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b’persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta' approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

(41) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ intestatura baġitarja separata fih. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni huwa suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba1. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

 

1 ĠU ....

Ġustifikazzjoni

Skont il-proposti tal-Kummissjoni, il-baġit tal-ESAs ikun parti mill-baġit tal-Kummissjoni. Sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-ESAs ikun aħjar li tiġi identifikata linja baġitarja speċifika u separata għall-ESAs fil-Baġit ġenerali tal-UE. Għalhekk qed jiġi propost, anke sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu –ambizzjonijiet tagħhom, li jsir provvediment għal linja baġitarja indipendenti kif sar fil-każ tas-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Data (ara: ir-Regolament Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data).

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità").

1.        Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) ("l-Awtorità").

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE, id-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2001/34/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva 2004/25/KE, id-Direttiva 2004/39/KE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, id-Direttiva 2006/49/KE (bla ħsara għall-kompetenzi tal-Awtorità Bankarja Ewropea f'termini ta' superviżjoni prudenzjali), id-Direttiva… [id-Direttiva AIFM futura], u r-Regolament … [ir-Regolament CRA futur], inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att Komunitarju ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

2.        L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 97/9/KE, id-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2001/34/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva 2004/25/KE, id-Direttiva 2004/39/KE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, id-Direttiva 2006/49/KE (bla ħsara għall-kompetenzi tal-Awtorità Ewropea (Servizzi Bankarji) f'termini ta' superviżjoni prudenzjali), id-Direttiva… [id-Direttiva AIFM futura], u r-Regolament … [ir-Regolament CRA futur], inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att leġiżlattiv tal-Unjoni ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

Emenda  51

Proposta għal

Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)

Text proposed by the Commission

Emenda

 

2a.      L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam ta’ attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-konglomerati finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ ħlas u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-azzjonisti, il-governanza korporattiva, il-verifika u r-rapportar finanzjarju, sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-Awtorità għandha wkoll tieħu azzjoni adegwata fil-kuntest ta’ tentattivi ta’ xiri (takeover bids), kwistjonijiet ta’ clearing u ħlas, titolizzazzjonijiet, short selling u kwistjonijiet ta’ derivattivi, inkluża l-istandardizzazzjoni.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 226 tat-Trattat sabiex tiżgura konformità mal-liġi Komunitarja.

3.        Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tikkontribwixxi sabiex:

4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi valuri pubbliċi bħalma huma l-istabilità fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u fit-tul tas-sistema finanzjarja, il-likwidità u s-solvenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u l-prodotti finanzjarji u l-protezzjoni tad-depożitaturi u l-investituri. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex:

(i) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni,

(i) jitjieb l-operat u l-kompetittività tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni,

(ii) jitħarsu l-investituri,

(ii) jitjiebu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fis-suq intern u titrawwem kompetittività globali,

 

(iia) tiġi promossa l-inklużjoni finanzjarja

(iii) jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji,

(iii) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji,

(iv) titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u

 

(v) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali.

(iv) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,

 

(v) tiġi appoġġjata l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir,

 

(vi) jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tikkontribwixxi sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, (vii) tiġi prekluża l-ġenerazzjoni ta’ bżieżaq tal-kreditu futuri mill-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE, u

 

(viii) jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;

Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-liġi Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2) hawn fuq, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni.

Għal dawk l-għanijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u twettaq analiżi ekonomika tas-swieq biex tippromwovi l-ilħuq tal-objettivi tal-Awtorità.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.      Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari fir-rigward tal-istituzzjonijiet sistemiċi li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħhom jaf ixekkel is-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Text proposed by the Commission

Emenda

5.        L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'SESF', li għandha taħdem bħala netwerk ta’ superviżuri, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 39.

imħassar

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.        L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tikkoopera mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘BERS’ kif stipulat fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

 

1.        L-Awtorità għandha tifforma parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-objettiv ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabilità finanzjarja u b'hekk tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi u protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.

 

2.        Is-SESF għandha tinkludi dawn li ġejjin:

 

(a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku;

 

(b) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../ 2010 [ABE];

 

(c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX];

 

(d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) stabbilita b’dan ir-Regolament;

 

(e) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) stabbilita permezz tal-Artikolu 40;

 

(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolamenti (UE) Nru .../ 2010. [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE];

 

(g) il-Kummissjoni, għall-għanijiet tal-qadi tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9;

 

3.        L-Awtoritajiet li jiffurmaw parti mis-SESF, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom jirrispondu lill-Parlament Ewropew, bla ħsara għar-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Memrbi li jagħtu rendikont lill-parlamenti nazzjonali.

 

4.        L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet oħrajn mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 40.

 

5.        Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet tas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li bejniethom ikun hemm fluss ta' informazzjoni adegwata u affidabbli.

 

6.        Dawk l-awtoritajiet superviżorji inklużi fis-SESF biss għandhom ikunu intitolati li jagħmlu superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)       'parteċipant fis-swieq finanzjarji' tfisser kwalunkwe persuna li għalih japplika rekwiżit fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew liġi nazzjonali li timplimenta tali leġiżlazzjoni.

(1)       ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser ‘istituzzjonijiet ta’ kreditu’ kif definita fid-Direttiva 2006/48/KE, ‘ditti ta’ investiment’ kif definita fid-Direttiva 2006/49/KE, u ‘konglomerati finanzjarji’ kif definta fid-Direttiva 2002/87/KE, u kwalunkwe intrapriża jew entità li topera fl-Unjoni Ewropea, li n-negozju tagħha jkun ta’ natura simili, anke jekk ma jkollhiex x'taqsam direttament mal-pubbliku inġenerali, inklużi banek pubbliċi u banek ta’ żvilupp. Minkejja dan, fir-rigward tad-Direttiva 2005/60/KE, ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser biss istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji kif definit f'dik id-Direttiva;

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)       'parteċipant ewlieni fis-swieq finanzjarji' tfisser parteċipant fis-swieq finanzjarji, li l-attività regolari jew il-vijabbiltà finanzjarja tiegħu jkollha jew x'aktar jista' jkollha effett sinifikanti fuq l-istabbiltà, l-integrità jew l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji fil-Komunità.

imħassar

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)       'awtoritajiet kompetenti' tfisser awtoritajiet kompetenti u/jew awtoritajiet superviżorji kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Entitajiet li jamministraw skemi kumpensatorji nazzjonali skont id-Direttiva 97/9/KE għandhom ukoll jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti.

(3)       'awtoritajiet kompetenti' tfisser awtoritajiet kompetenti kif definit fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u, fejn huma kkonċernati skemi għall-garanzija tad-depożiti, korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ depożitu skont id-Direttiva 94/19/KE, jew meta l-operat tal-iskema ta’ garanzija ta’ depożitu tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tkun qed tissorvelja dik l-iskema skont id-Direttiva 94/19/KE.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità għandha tkun entità Komunitarju b’personalità legali.

1.        L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità legali.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f’Pariġi.

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punti (a) u (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Komunità u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards tekniċi li għandhom ikunu bbażati fuq il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);

(a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta’ standards regolatorji u implimentattivi li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)       tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tippromwovi funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

(b)       tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn prattika superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)       tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c)       tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)       twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

(e)       torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (f) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)     twettaq analiżi ekonomika tas-swieq biex tinforma l-kwittanza tal-funzjonijiet tal-Awtorità;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (f) b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)     isseddaq il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (f) c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)      taġixxi bħala l-korp kompetenti għall-immaniġġjar tal-kriżijiet ta’ istituzzjonijiet transkonfinali b'potenzjal ta' riskju sistemiku msemmija fl-Artikolu 12b, tmexxi u twettaq l-intervenzjonijiet kollha li jiġu effettwati fi stadju bikri u l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni jew insolvenza għal tali istituzzjonijiet permezz tal-Unità għar-Risoluzzjoni tagħha kif stipulat fl-Artikolu 12c;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (g)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)       twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fil-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2).

(g)       twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (g) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)     tissorvelja dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti;

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt (g) b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)     tipprovdi datebase tal-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)       tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7;

(a)       tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt (a) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)     tiżviluppa abbozzi ta’ standards implimentattivi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e;

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)       tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4);

(e)       tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lil istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4);

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt (f) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)     tiġbor direttament l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji;

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt f b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)     tipprojbixxitemporanjament ċerti tipi ta’ tranżazzjonijiet li jheddu l-funzjonament ġust u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni, jew ta' xi parti minnha;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt f c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)      tiżviluppa standard regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli għall-Awtorità dwar tranżazzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji, dwar kif għandha titwettaq il-koordinazzjoni tal-ġbir u dwar kif id-databases nazzjonali għandhom ikunu konnessi sabiex jiġi żgurat li l-Awtorità tkun tista’ taċċessa dejjem l-informazzjoni rilevanti u neċessarja rigward trażazzjonijiet u parteċipanti tas-suq fi ħdan il-kompetenza tagħha skont l–atti leġiżlattivi stipulati fl-Artikolu 1(2);

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjonijiet meħuda skont il-punt (fb) tas-subparagrafu 1 f'intervalli regolari.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorju esklussiv fuq entitajiet b’kopertura Komunitarja jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura Komunitarja fdati f’idejha fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.        L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorju esklussiv fuq entitajiet b’kopertura tal-Unjoni jew attivitajiet ekonomiċi fdati f’idejha fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak il-għan, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi.

Bil-għan li teżerċità s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont il-paragrafu 3, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq il-kompetenza esperta, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li huma membri tal-Awtorità

 

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti li huma membri tal-Awtorità, għandu jkollhom setgħat biex jadottaw miżuri ta’ superviżjoni preventivi u korrettivi, fosthom, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u eżerċitati b’mod proporzjonat, is-setgħa li:

 

(a) jitolbu u jirċievu informazzjoni adegwata;

 

(b) jimponu r-rekwiżiti ta' rrappurtar u ta' żvelar;

 

(c) iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;

 

(d) jadottaw miżuri prudenzjali, fosthom dawk li jolqtu l-kunflitti ta' interess, il-governanza tajba, il-likwidità, il-provvedimenti, id-dividendi u l-politiki ta' rimunerazzjoni;

 

(e) jaqsmu jew jifirdu attivitajiet bankarji mhux professjonali mill-attivitajiet ta' kummerċ u minn oħrajn ta' nonutilità fil-każ ta' riskju rilevanti vvalutat skont kriterji komuni;

 

(f) jirrestrinġu jew jipprojbixxu temporanjament ċerti prodotti jew tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw b'mod dirett jew indirett volatilità eċċessiva fis-swieq jew ifixklu s-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-finanzi pubbliċi jew l-ekonomija reali;

 

(g) jordnaw lil istituzzjonijiet finanzjarji biex joperaw permezz ta' sussidjarja f'każ ta' riskju intern rilevanti vvalutat skont kriterji komuni;

 

(h) jimponu multi dissważivi;

 

(i) jiskwalifikaw maniġers u Diretturi milli jaġixxu bħala tali;

 

(j) ineħħu l-eżekuttivi jew il-Bord tad-Diretturi;

 

(k) jintervjenu temporanjament f'istituzzjonijiet finanzjarji;

 

(l) jirtiraw il-benefiċċji ta' responsabilità limitata lill-azzjonisti sinifikanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji meta jibqgħu passivi biex jiddefendu l-interessi korporattivi f'każijiet bħal nuqqas ta' trasparenza, self jew għoti ta' self bla biża', jew ksur serju u sistematiku;

 

(m) jestendu r-responsabbiltà finanzjarja lil maniġers, diretturi jew istituzzjonijiet finanzjarji li jikkawżaw jew jikkollaboraw fi ksur serju u sistematiku tal-liġi tal-Unjoni jew li jkollhom sistema mhux xierqa ta' inċentivi għas-servizzi tagħhom;

 

(n) jirrikjedu, meta jkun xieraq, dikjarazzjonijiet mill-maniġers u d-Diretturi dwar l-interess, l-attivitajiet u l-assi;

 

(o) jitolbu l-iżvilupp ta' sistema ta' risoluzzjoni dettaljata, li tkun aġġornata regolarment, u li tkun tinkludi mekkaniżmu strutturat ta' intervenzjoni bikrija, azzjonijiet korrettivi fil-pront u pjan ta' kontinġenza kontra l-falliment;

 

(p) jikkanċellaw liċenzji u jirtiraw passaporti;

 

(q) jaqblu dwar il-protokolli biex tinkiseb reazzjoni komuni fil-livell tal-Unjoni, malajr u awtomatikament kemm jista' jkun, biex jiġi evitat jew aġġustat it-taqlib tas-suq.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

1.        L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards regolatorji sabiex tikkompleta, taġġorna u timmodifika l-elementi li mhumiex essenzjali għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). L-istandards regolatorji ma għandhomx ifissru deċiżjonijiet strateġiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati.

Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati.

2.        L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards regolatorji u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadotta abbozzi ta' standards regolatorji. L-Awtorità għandha wkoll titlob l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 22.

 

3.        L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi tal-istandards regolatorji lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz ta’ standards. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tapprova l-abbozz ta’ standards b’mod parzjali jew b’emendi meta l-interess Komunitarju jitlob dan.

4.        Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozzi ta’ standards regolatorji, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax, tirrifjutax jew temendax l-abbozzi ta’ standards regolatorji. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha u tagħti r-raġunijiet.

Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-istandards jew tapprovahom b’mod parzjali jew bl-emendi, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha.

5.        L-abbozzi tal-istandards regolatorji jistgħu jiġu emendati mil-Kummissjoni jekk ikunu inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif riflessi fil-liġi tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

L-eżerċitar tad-delega

 

1.        Is-setgħat sabiex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat.

 

2.        L-abbozzi ta’ standards regolatorji għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fis-sura ta' regolamenti jew deċiżjonijiet.

 

3.        Malli tadotta standard regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

4.        Is-setgħa li tadotta standards regolatorji hija kkonferiti lill-Kummissjoni b’mod suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7b sa 7d.

 

5.        Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35, il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li jkunu ġew approvati u dwar liema awtoritajiet kompetenti ma jkunux ikkonformaw magħhom.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 7 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Oġġezzjonijiet għall-istandards regolatorji

 

1.        Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal standard regolatorju fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn.

 

2.        Jekk sal-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-istandard regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

 

3.        Qabel ma jiskadi dan il-perjodu u f'każijiet straordinarji u ġustifkati kif dovut, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, it-tnejn li huma, jinfurmaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx l-intenzjoni li jqajmu oġġezzjonijiet għal standard regolatorju. F'każi bħal dawn, l-istandard regolatorju jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih.

 

4.        Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal standard regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn qed toġġezzjona għal standard regolatorju.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7c

 

Nuqqas ta' approvazzjoni jew emendi ta’ abbozzi ta' standards regolatorji

 

1.        F’każ li l-Kummissjoni ma tapprovax abbozz ta' standard regolatorju, jew f’każ li temendah, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha.

 

2.        Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ fi żmien xahar isejjaħ lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill sabiex jindikaw u jispjegaw fejn ma jaqblux.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 7 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7d

 

Revoka tad-delega

 

1.        Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2.        Id-deċiżjoni ta' revoka għandha tiddikjara r-raġunijiet tar-revoka u ttemm id-delega.

 

3.        L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat ta’ standards regolatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 7 e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7e

 

Standards implimentattivi

 

1.        L-Awtorità tista’ tiżvilupp abbozzi ta’ standards sabiex timplimenta atti vinkolanti tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma stipulati speċifikament fir-regolament preżenti u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Aertikolu 1(2).

 

2.        L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards implimentattivi u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadotta abbozzi ta' standards implimentattivi. L-Awtorità għandha wkoll titlob opinjoni jew parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq kif imsemmi fl-Artikolu 22.

 

3. L-Awtorità għandha tressaq għall-approvazzjoni l-abbozzi tal-istandards implimentattivi tagħha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

4.        Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozzi tal-istandards implimentattivi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax, tirrifjutax jew temendax l-abbozzi tal-istandards implimentattivi. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha u tagħti r-raġunijiet.

 

5.        L-abbozzi tal-istandards implimentattivi jistgħu jiġu emendati mil-Kummissjoni jekk ikunu inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji.

 

6.        Jekk il-Kummissjoni ma tapprovax l-abbozzi tal-istndards implimentattivi jew temendahom, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha.

 

7.        Meta l-proċedura xierqa tkun lesta, l-istandards għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

1.        Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

 

2.        L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmija fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, l-analiżi u l-opinjonijiet u dak il-parir għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni.

 

3.        Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta' linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tkunx biħsiebha tikkonforma ma' dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. F’każ li awtorità kompetenti ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tgħarraf lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet. L-Awtorità għandha tippubblika dawn ir-raġunijiet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

4.        Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet li jkunu nħarġu, u jindika liema awtorità nazzjonali ma tkunx ikkonformat magħhom u jiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni se jsegwu l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Meta l-awtorità kompetenti ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha.

 

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarja jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

1.        Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi l-istandards regolatorji u implimentattivi stabbiliti skont l-Artikolu 7 u 7e, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja.

2.        Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-Unjoni.

Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha.

3.        Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi Komunitarja.

4.        L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja.

5.        L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja.

6.        Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien l-għaxart ijiem ta' xogħol stipulati fil-paragrafu 3 minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità għandha tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu b’xahar.

L-Awtorità għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn xahar minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat.

 

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja.

 

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.        Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

7.        Fi żmien għaxart ijiem li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Aawtorità.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.        Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipant fis-swieq finanzjarja li jkun jeħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

8.        Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità għandha, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li jkun jeħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. Kwalunkwe spiża legali jew ġuridika imposta fuq l-Awtorità b’riżultat tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas mill-Kummissjoni.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.        Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

9.        Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 8 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijeit finanzjarji kollha rilevanti li jkunu attivi fil-ġurisdizzjoni li ma tkunx konformi u għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 5 jew 8 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.      Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

1.        Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-BERS, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni, jkun jista’ joħroġ twissija fejn jiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza sabiex jippermetti li l-Awtorità tkun tista’ tadotta d-deċiżjonijiet individwali msemmija fil-paragrafu 3 mingħajr rekwiżiti addizzjonali.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.      Meta joħroġ twissija, il-BERS għandu jinnotifikaha b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-konklużjoni li jasal għaliha l-BERS għandha tkun soġġetta għal skambju ta' fehmiet ex-post bejn il-President tal-BERS, il-Parlament Ewropew u l-Kummissarju kompetenti u għandha tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.      Meta tinħareġ twissija, l-Awtorità għandha tiffaċilta b'mod attiv, u, fejn ikun meqjus meħtieġ, tikkoordina kull azzjoni meħuda mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti rilevanti.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni.

2.        Fejn il-BERS ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn parteċipant fis-swieq finanzjarja sabiex titlobu jieħu l-azzjoni neċessarja sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

3.        Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.      Meta d-destinatarju tad-deċiżjoni jirrifjuta li jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni jew ma' deċiżjoni speċifika meħuda mill-Awtorità, l-Awtorità tista’ tibda proċedimenti fil-qrati nazzjonali, inklużi applikazzjonijiet għal miżuri interim.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.      Il-BERS għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Awtorità, u jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta' emerġenza meta jkun xieraq.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.      Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistipula d-deċiżjonijiet individwali indirizzati lil awtoritajiet nazzjonali jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafi 3 u 4.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq talba ta’ awtoritajiet kompetenti konċernati waħda jew aktar, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.

1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ awtoritajiet kompetenti konċernati waħda jew aktar, għandha tkun fuq quddiem biex tgħin lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Text proposed by the Commission

Emenda

2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni.

2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li teħtieġhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, f’konformità mal-liġi Komunitarja.

3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1), tieħu deċiżjoni biex issolvi n-nuqqas ta’ qbil u biex tesiġi li jieħdu azzjoni speċifika, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarja jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn parteċipant fis-swieq finanzjarja sabiex teħtieġlu jieħu l-azzjoni neċessarja biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtiġilha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.      Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

 

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.      Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu tistipula d-deċiżjonijiet individwali indirizzati lil awtoritajiet nazzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafi 3 u 4.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti

 

Il-Kumitat Konġunt għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11, isib soluzzjoni għan-nuqqas ta’ qbil li jista’ jinqala’ bejn l-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 42.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità għandha tikkontribwixxu biex tippromwovu l-ħidma effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-kulleġġi kollha.

1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u timmonitorja l-ħidma effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fil-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 1(2) u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-kulleġġi kollha. Persunal tal-awtorità għandu jkunu jista' jipparteċipa fi kwalunkwe attività, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, li jsiru konġuntament minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar minn tnejn.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        L-Awtorità għandha tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta’ dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala ‘awtorità kompetenti’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ.

2.        L-Awtorità għandha tipparteċipa fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għal dak il-għan, hija għandha titqies bħala ‘awtorità kompetenti’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Hija għandha, tal-anqas:

 

(a) tiġbor u taqsam l-informazzjoni kollha f'sitwazzjonijiet ta' attività normali u ta' emerġenza sabiex tiffaċilità x-xogħol tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tamministra sistema ċentrali sabiex tagħmel aċċessibbli informazzjoni bħal din għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri.

 

(b) tagħmel u tikkoordina testijiet tat-tensjoni fil-Komunità kollha sabiex tevalwa r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet

 

(c) tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet normali kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji li huma, jew jistgħu jkunu esposti għalihom l-istituzzjonijiet finanzjarji; kif ukoll

 

(d) tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.      L-Awtorità tista’ toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw arranġamenti bil-miktub għall-funzjonament ta' kull kulleġġ sabiex jiżguraw funzjonament konverġenti bejniethom kollha.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.      Rwol ta' medjazzjoni vinkolanti għandu jippermetti li l-Awtorità ssib soluzzjoni għat-tilwim bejn is-superviżuri nazzjonali skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim fi ħdan kulleġġ ta' superviżuri rilevanti, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji applikabbli direttament għall-istituzzjonijiet konċernati.

Emenda  117

Proposta għal regolament regolament

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Dispożizzjonijiet Ġenerali

 

1.        L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali u tindirizza r-riskji ta' tħarbit tas-servizzi finanzjarji (i) li jkunu kkawżati minn ħsara fis-sistema finanzjarja kollha jew f'partijiet minnha u (ii) li jista' potenzjalment ikollhom konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u l-ekonomija reali (riskju sistematiku). It-tipi kollha ta' intermedjarji, swieq, infrastrutturi u strumenti finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti sistemikament sa ċertu grad.

 

2.        L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta' indikaturi kwantitativi u kwalitativi (risk dashboard) li jservi bħala bażi biex tingħata "Klassifikazzjoni superviżorja" lill-istituzzjonijiet transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Il-klassifikazzjoni tiġi riveduta b'mod regolari sabiex jitqiesu bidliet materjali fil-profil tar-riskju ta' istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja tkun element kritiku għad-deċiżjoni ta' superviżjoni diretta jew intervent dirett f'istituzzjoni batuta.

 

3.        Bla ħsara għall-atti leġiżlattivi li jirreferi għalihom l-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, skont il-ħtieġa, abbozzi regolatorji u implimentattivi ta' standards addizzjonali kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għal istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b.

 

4.        L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu joħolqu riskju sistematiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każijiet l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

 

5.        L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità għar-Risoluzzjoni li jkollha 'mandat twettaq il-governanza definita ċara u l-modus operandi tal-ġestjoni tal-kriżiżijiet sa minn intervenzjoni minn kmieni għal riżoluzzjoni u insolvenza, u li tmexxi proċeduri bħal dawn.

 

6.        L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b jridu jipparteċipaw fil-Fond Ewropew għall-Istabbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 12d.. Istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed ikollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond għall-Istabbiltà. Il-kontribuzzjonijiet magħmula għall-Fond Ewropew jissostitwixxu dawk magħmula lill-fondi nazzjonali ta' natura simili.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 12 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12b

 

Identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistematiċi li jistgħu potenzjalment joħolqu riskju sistematiku

 

1.        Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista', skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 29(1), jidentifika istituzzjonijiet transkonfinali li, minħabba r-riskju sistematiku li jistgħu joħolqu, ikunu meħtieġ li jitqiegħdu taħt superviżjoni mill-Awtorità jew taħt l-Unità għar-Risoluzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12c.

 

2.        Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għas-Soluzzjoni ta' Tilwim Internazzjonali.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 12 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12c

 

L-Unità għar-Risoluzzjoni

 

1.        L-Unità għar-Risoluzzjoni għandha żżomm l-istabbiltà u timmininmizza l-effett ta' infezzjoni mill-istituzzjonijiet li jinsabu fl-inkwiet, kif identifikati fl-Artikolu 12b, għall-bqija tas-sistema u għall-ekonomija in ġenerali u tillimita l-ispiża għal min iħallas it-taxxi b'rispett għall-prinċipju ta' proporzjinalità, il-ġerarkija ta' kredituri u l-garanzija ta' trattament ugwali bejn il-fruntieri.

 

2.        L-Unità għar-Risoluzzjoni għandha tingħata s-setgħa li twettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1 sabiex tirriabilità l-istituzzjonijiet tagħha li jinsabu fl-inkwiet jew sabiex tiddeċiedi li tagħlaq istituzzjonijiet li mhumiex viabbli. Azzjonijiet li tista' tieħu huma li teżiġi aġġustament fil-kapital u l-likwidità, adattament fil-kompożizzjoni tan-negozju, titjib fil-proċessi, il-ħatra jew il-bidla ta' maniġment, rakkamandazzjoni ta' garanziji, self u assistenza għal-likwidità, bejgħ parzjali jew totali, bdil ta' dejn ma' ekwità jew tqegħid temperanju ta' istituzzjoni taħt sjieda pubblika.

 

3.        L-Unità għar-Risoluzzjoni għandha tinkludi esperti maħtura mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità b'għarfien u esperjenza fir-ristruturar, tiġdid tal-istabbiltà u likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 12 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12d

 

Fond Ewropew għall-Istabbiltà

 

1.        Fond Ewropew għall-Istabbiltà tat-Titoli u s-Swieq (il-Fond għall-Istabbiltà) għandu jiġi stabbilit sabiex tissaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispiża tas-sistema finanzjarja u sabiex jgħin fir-risoluzzjoni ta' kriżijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali batuti. Istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed ikollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond għall-Istabbiltà. Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jaddotta miżuri xierqa sabiex jevita li d-disponibilità ta' assistenza tiġġenera periklu morali.

 

2.        Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jkun finanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b(1). Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu propoporzjali għal-livell tar-riskju u l-kontribuzzjonijiet għar-riskju sistematiku li kull waħda minnhom tirrapreżenta u għall-varjazzjonijiet fir-riskju globali matul iż-żmien, kif identifikat mir-'risk dashboard' tagħhom. L-eżiġenzi tal-livelli tal-kontribuzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet ekonomiċi globali u l-ħtieġa li istituzzjonijiet finanazjarji jżommu kapital għal eżiġenzi regolatorji u kummerċjali oħrajn.

 

3.        Il-Fond għall-Istabbiltà għandu jiġi mmaniġġjat minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta' ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom jintagħżlu minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għall-Istabbiltà għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jinvolvi rappreżentanza mingħajr dritt għall-vot tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipparteċipaw fil-Fond għall-Istabbiltà. Il-Bord għall-Istabbiltà jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tagħha ma' istituzzjonijiet ta' fama tajba (bħall-BEI). Dawn il-fondi għandhom jiġu investiti fi strumenti sikuri u likwidi.

 

4.        Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-istituzzjonijiet ma jkunux biżżejjed biex jiffaċċjaw id-diffikultajiet, il-Fond għall-Istabbiltà għandu jkollu l-kapaċità li jżid ir-riżorsi tiegħu permezz tal-ħruġ tad-dejn jew mezzi finanzjarji oħrajn.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        L-Awtorità għandha tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.

2.        L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.      Id-delegazzjoni tar-responsabbiltajiet għandha tirriżultaw fir-riallokazzjoni tal-kompetenzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità delegata għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u r-reviżjoni amministrattiva u ġudizzjarja li jkollhom x'jaqsmu mar-responsabbiltajiet iddelegati.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.      Ma jsiru ebda ftehimiet bilaterali dwar delegazzjoni rigward dawk l-istituzzjonijiet li huma identifikati fl-Artikolu 12b.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.      L-Awtorità għandha tiddelega lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-kompiti u r-responsabbiltajiet għas-superviżjoni tas-superviżjoni prudenti tal-istituzzjonijiet taħt l-Artikolu 12a.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar il-Komunità u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

1.        L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)       tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar;

(c)       tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom kontabilità u standards tar-rapportar globali;

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)       tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ;

(d)       tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards regolatorji u implimentativi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ;

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati.

1.        Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)       l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

(a)       l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji u implimentattivi li jirreferu għalihom l-Artikoli 7 u 7e u l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)       il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi Komunitarja;

(b)       il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji u implimentattivi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni;

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

3.        Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista' tadotta abbozzi ta' standards regolatorji jew implimentattivi skont l-Artikoli 7 u 7e, toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8, jew tadotta deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.      L-Awtorità għandha tqiegħed disponibbli għall-pubbliku r-riżultat tal-valutazzjonijiet orizzontali u l-aħjar prattiki li jkunu jistgħu jiġu identifikati minn dawk il-valutazzjonijiet orizzontali.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità.

L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandha tippromwovi rispons Komunitarju koordinat, fost l-oħrajn billi:

L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat u konsolidat tal-Unjoni, inter alia billi:

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)     jittieħdu l-miżuri kollha xierqa fl-ambitu tal-poteri tagħha sabiex tiżgura l-koordinazzjoni tal-awtoritajiet kompetetenti fil-każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji;

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 b – punt 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)     taġixxi bħala punt ċentrali għar-rapportar regolatorju minn istituzzjonijiet attivi f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bid-data regolatorja ta' rapportar li jirċievu mill- istituzzjonijiet li jirreferi għalihom l-punt 4 tat-tieni paragrafu. Meta tirċievi data bħal din, l-Awtorità għandha taqsam din l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet.

1.        L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) lill-Awtorità Superviżorja Ewropea ((Servizzi Bankarji)), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fl-analiżi tagħha analiżi ekonomika tas-swieq ta' istituzzjonijiet finanzjarji u evalwazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom fuqhom l-iżviluppi potenzjali tas-suq.

B’mod partikolari, f’kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar il-Komunità kollha dwar ir-reżistenza tal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

2.        F’kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha dwar ir-reżistenza ta' istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a)       metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji tal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji;

(a)       metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta' istituzzjoni;

(b)       approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji.

(b)       approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza ta' istituzzjonijiet

 

(ba)     metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' prodotti partikolari jew tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni u fuq informazzjoni dwar depożitaturi, investituri u konsumaturi.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Bankarja Ewropea.

3.        L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) l-Awtorità Superviżorja Ewropea ((Servizzi Bankarji)) u permezz tal-Kumitat Konġunt.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.

Bla ħsara lid-drittijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tista' tirrapreżenta lill-Unjoni fil-fora internazzjonali kollha li jirrigwardaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Awtorità għandha tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġament m'għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f’pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f’pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta standards regolatorji skont l-Artikoli 7a sa 7d sabiex twettaq il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-Rapport li jirreferi għalih l-Artikolu 35(2) il-President tal-Awtorità għandu jistipula l-arranġamenti amministrattivi u deċiżjonijiet ekwivalenti miftehma ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet jew pajjiżi terzi.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu taħt it-termini tad-Direttiva 2007/44/KE, l-Awtorità tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni ta’ xi awtoritajiet kompetenti, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali li għandha titwettaq minn xi awtorità ta’ Stat Membru. Għandu japplika l-Artikolu 20.

2. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu taħt it-termini tad-Direttiva 2007/44/KE, l-Awtorità tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni ta’ xi awtoritajiet kompetenti, timmoniterja l-valutazzjonijiet u tipprovdi gwida bl-iskop li tissimplifika u tipprovdi kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, u toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali li għandha titwettaq minn xi awtorità ta’ Stat Membru. Għandu japplika l-Artikolu 20.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.      Fuq il-bażi tal-Linji Gwida Konġunti, l-Awtorità tista' twettaq il-bdil ta' proċedura ta' kontroll skont id-Direttiva 2007/44/KE. Wara li tirċievi n-notifika, l-Awtorità għandha tikkoordina mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti.

L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. Dawn it-talbiet għandhom jużaw formati komuni ta' rapportar li jridu jiġu ssodisfati, fejn ikun xieraq, f' livell ikkonsolidat.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 20 - paragrafu 1 - subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux obbligati jiġbru l-informazzjoni mitluba, l-Awtorità tista' tamenda l-istandards regolatorji u implimetattivi li jirreferu għar-rekwiżiti ta' rapportar.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fuq talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kull tagħrif bħal dan li jkun meħtieġ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' taqdi d-dmirijiet tagħha, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti konċernata jkollha fis-seħħ arranġamenti xierqa ta' kunfidenzjalità.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

 

 

Sabiex ma jkunx hemm dupplikazzjoni tal-obbligu ta' rapportar, l-Awtorità għandha tikkunsidra l-istatistika eżistenti prodotta, imqassma u żviluppata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tikkoopera mal-BERS.

1.        L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u b'mod regolari mal-BERS

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2         L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS].

2.        Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (UE) Nru …./2010 [BERS]. L-Awtorità għandha tiżviluppa protokoll xieraq għall-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali rigward istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

6. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Għall-fini ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

1.        Sabiex jiffaċilita konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq (il-Grupp tal-Partijiet Interessati ). Il-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jkun ikkonsultat dwar id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet rilevanti kollha tal-Awtorità. Jekk ikun meħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti u konsultazzjoni tkun impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jiġi infurmat kemm jista' jkun malajr.

 

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jiltaqa’ mill-anqas erba' darbiet fis-sena.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat tal-parteċipanti Komunitarji fis-swieq finanzjarji, l-impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi, investituri u utenti tas-servizzi finanzjarji.

2. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat tal-parteċipanti tal-Unjoni fis-swieq finanzjarji, l-impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi, investituri u utenti tas-servizzi finanzjarji. Mhux anqas minn ħames membri għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla grad. L-għadd ta’ membri li jirrapreżentaw lill-parteċipanti tas-suq m’għandux ikun ta' iktar minn 10.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti.

3.        Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika xierqa tal-partijiet interessati madwar il-Komunità kollha.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiżgura li l-membri kollha li ma jirrappreżentawx lill-parteċipanti professjonali tas-suq jew lill-impjegati tagħhom jiddikkjaraw kull kunflitt ta' interess potenzjali.

L-Awtorità għandha tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

 

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.

4.        L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja u tiżgura li jkun hemm appoġġ segreterjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati. Għandu jiġi stabbilit kumpens finanzjarju xieraq għall-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet li jaħdmu bla qligħ. Il-Grupp jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi, li jistgħu wkoll jinħatru fihom esperti oħra sabiex tkun żgurata l-kompetenza teknika meħtieġa.

Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta’ ħames snin, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista’ jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità speċifikati fl-Artikoli 7 u 8.

5. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità, inkluż fir-rigward tal-kisba ta' pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Bankarja) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) kif stabbilit fl-Artikolu 42, b'enfasi partikulari fuq il-kompiti stipulati fl-Artikoli 7 sa 7e, 8, 10, 14, 15 u 17. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati jista' jinfluwenza l-aġenda tal-laqgħat tal-Awtorità. Ir-rappreżentanti kollha tal-grupp għandu jkollhom l-opportunità li jagħtu l-kontribut tagħhom. Id-deċiżjoni finali dwar il-punti proposti tal-aġenda għandha tittieħed mill-Grupp tal-Partijiet Interessati, bid-dritt li kull sottogrupp tal-partijiet interessati jkollu l-punti proposti tiegħu fuq l-aġenda. Kull sottogrupp tal-partijiet interessati jista' jissottometti l-opinjonijiet u l-pariri tiegħu lill-Awtorità. Pariri u opinjonijiet bħal dawn ma jirriflettux neċessarjament dawk tal-maġġoranza tal-grupp tal-partijiet interessati.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.        Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu.

6.        Il-Grupp tal-Partijiet Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu fuq il-bażi tal-qbil ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 bl-ebda mod ma taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri.

imħassar

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.

2.        Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa direttament u b'mod sinifikattiv ir-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, jekk huwiex se jikkonforma jew le ma' dik id-deċiżjoni

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’dak il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.

imħassar

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien xahar minn-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.

2a.      Fi żmien xahar minn-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien xahrejn, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata.

2b.      Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata

 

Id-deċiżjoni sabiex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità tittieħed b'maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni sabiex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità tittieħed b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu. F'ebda wieħed minn dawn il-każi ma tingħata kunsiderazzjoni tal-votazzjoni tal-Membru konċernat. Maġġoranza kwalifikata tiġi definita bħala tal-anqas 55% tal-membri tal-Kunsill, eskluż l-Istat Membru konċernat, magħmula minn tal-anqas 65% tal-popolazzjoni tal-Unjoni, eskluża l-popolazzjoni tal-Istat Membru konċernat,

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, jew fejn ma jiħux deċiżjoni fi żmien xahrejn, is-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tintemm b’mod immedjat.

imħassar

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet.

Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u fi żmien xahar fil-każ tal-Artikolu 11, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.      Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal sabiex jintużaw fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12 d jew 12 e, l-Istati Membri m'għandhomx jitlobu li l-Kunsill iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 9(6), fl-Artikolu 10(2) u (3) u fl-Artikolu 11(3) u (4), l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza tal-kwistjoni.

1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti minn dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, il-komplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.        Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-parteċipant fis-swieq finanzjarja konċernat u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, filwaqt li jitqies l-interess leġittimi tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

5.        Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm il-pubblikazzjoni ma tkunx konfliġġenti mal-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom jew tkun tista' thedded il-funzjonament tajjeb u l-integratità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjara kollha tal-Unjoni Ewropea, jew ta' parti minnha.

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)       il-Kap tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru, l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar wieħed mill-Kapijiet biex ikun ir-rappreżentant fuq il-Bord tas-Superviżuri;

(b)       il-Kap tal-awtorità kompetenti rilevanti f’kull Stat Membru. Fejn aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi Ewropea, huma għandhom jidddeċiedu bejniethom kif se jeżerċitaw ir-rappreżentanza tagħhom, inkluża kwalunkwe votazzjoni skont l-Artikolu 29, li għandha tkun maqsuma bejniethom;

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt (f) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)     żewġ rappreżentanti mingħajr vot tal-Grupp tal-Partijiet Interessati, li wieħed minnhom jirrapreżenta l-organizzazzjonijiet li jaħdmu bla qligħ.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Kull awtorità kompetenti, u jekk ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dawk l-awtoritajiet flimkien, għandhom ikunu responsabbli biex jinnominaw sostitut ta’ livell għoli mill-awtorità jew l-awtoritajiet tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f’każ li din il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.

2.        Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnonima sostitut ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f’każ li din il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-fini li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-entitajiet rilevanti li jamministraw l-iskemi ta’ kumpens għall-investituri f’kull Stat Membru, li ma jkollux vot.

imħassar

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil sabiex jiffaċilita r-risoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil.

2.        Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil indipendenti sabiex jiffaċilita r-risoluzzjoni imparzjali ta’ nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u li ma jkollhom ebda interessi fit-tilwima.

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta Deċiżjoni skont l-Artikolu 11 fuq proposta mill-panil.

imħassar

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

1. Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess ewlieni tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.      L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn m’għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom relatati mal-Awtorità.

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.       Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għall-atti speċifikati fl-Artikoli 7, 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati skont il-Kapitolu VI.

1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri.

 

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.      Id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, skont il-prinċipju li kull membru jkollu vot wieħed. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, għall-atti speċifikati fl-Artikoli 7, 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati skont il-Kapitolu VI.

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inkluż, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.        Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, inkluż, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet individwali finanzjarji, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President, rappreżentant tal-Kummissjoni, u minn erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri tiegħu.

1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn ħames membri: il-President u erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri votanti tiegħu.

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull membru ħlief il-President għandu jkollu sostitut, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.

imħassar

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

 

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota.

2.        Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

 

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.        Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. Il-Bord maniġerjali għandu tal-anqas jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kulmeta jidhirlu li hu neċessarju.

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn entitajiet Komunitarji, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess ewlieni tal-Unjoni kollha kemm hi, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn entitajiet tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.        Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

6.        Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapporti ta' kull tliet xhur li l-President tal-Awtorità għandu jgħaddi lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 35(2)

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6.        Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll ir-rapport annwali li l-President tal-Awtorità għandu jgħaddi lill-Parlament Ewropew.

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-swieq, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla.

2.        Il-President għandu jinħatar mill-Parlament Ewropew fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u mmexxija mill-Kummissjoni.

Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista qasira ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jagħmel smigħ tat-tliet kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk it-tliet kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b’dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak is-sostitut m’għandux ikun membru tal-Bord Maniġerjali.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu.

 

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

4.        Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-il-Parlament Ewropew għandu jivvaluta:

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.        Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri soġġetta għal konferma mill-Parlament Ewropew.

5.        Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss mill-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra m’għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lill-President fit-twettiq ta’ dmirijietu.

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispetta b’mod sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni b’mod regolari quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri ta’ dak il-kumitat.

1. Il-President, tal-anqas kull tliet xhur, għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kull mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu.

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob ukoll lill-President sabiex jissottometti rapport dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

2.        Il-President għandu jissottometti rapport dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab u tal-anqas 15-il jum qabel ma jagħmel id-dikjarazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1. Ir-rapport għandu jinkludi r-reazzjonijiet għall-opinjonijiet maħruġa mill-Grupp ta' Partijiet Interessati. Għandu wkoll jinkludi l-informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.      Il-President għandu wkoll jippreżenta rapport annwali dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-swieq, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-swieq, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u mmexxija mill-Kummissjoni u wara konferma tal-Parlament Ewropew.

Emenda  197

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal li jirreferi għalih l-Artikolu 54, id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara li jħalli s-servizz, jibqa’ marbut bl-obbligu li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Emenda  198

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra m’għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fit-twettiq ta’ dmirijietu.

Emenda  199

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        L-Awtorità għandha tifforma parti mis-SESF, li għandha taħdem bħala netwerk tas-Superviżuri.

imħassar

2.        Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:

 

(a)       l-awtoritajiet fl-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/2009 [AEAPX] u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [ABE];

 

(b)       l-Awtorità;

 

(c)       l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/…[AEAPX];

 

(d)       l-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [ABE];

 

(e)       il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previsti fl-Artikolu 40;

 

(f)       il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 9 u 10.

 

3.        L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet fis-setturi kollha oħrajn mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Bankarja Ewropea permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 40.

 

Emenda  200

Proposta għal regolament

Kapitolu IV – taqsima 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KUMITAT KONĠUNT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ

AWTORITÀ SUPERVIŻORJA EWROPEA (KUMITAT KONĠUNT)

Emenda  201

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa bil-preżenti stabbilit.

1.        Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) qiegħda bil-preżenti tiġi stabbilita u se jkollha l-Kwartier Ġenerali tagħha fi Frankfurt.

Emenda  202

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Bankarja Ewropea.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-ESAs l-oħrajn, b’mod partikolari dwar:

 

– il-konglomerati finanzjarji;

 

– il-kontabilità u l-verifika;

 

– l-analiżi mikroprudenzjali tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali, għall-istabbiltà finanzjarja;

 

– il-prodotti ta' investiment dirett; kif ukoll

 

– il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus..

 

– l-iskambju ta' informazzjoni mal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u l-iżvilupp ta' relazzjoni bejn il-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

Emenda  203

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-appoġġ amministrattiv tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Dan jinkludi spejjeż fuq il-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali.

3.        Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, li jingaġġa fuq bażi ta’ secondment, il-persunal mit-tlitt Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-ispejjeż amministrattivi, infrastutturali u operattivi.

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 40 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ li istituzzjoni finanzjarja identifikata fl-Artikolu 12b(1) tagħmel attività multisettorjali, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi liema Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti ewlenija u/jew tadotta deċiżjonijiet vinkolanti sabiex ikunu solvuti l-problemi bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

Emenda  205

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-President u mill-Presidenti tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u tal-Awtorità Bankarja Ewropea, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.

1.        Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu Bord magħmul mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.

Emenda  206

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.

2. Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord tal- Kumitat Konġunt kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.

Emenda  207

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq.

3.        Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun Viċi President tal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku.

Emenda  208

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

4.        Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn.

Il-Bord tal-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn.

Emenda  209

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Bankarja Ewropea kif xieraq.

Fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) kif xieraq.

Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jew tal-Awtorità Bankarja Ewropea għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u mill-Awtorità Bankarja Ewropea, kif xieraq, b’mod parallel.

 

Emenda  210

Proposta għal regolament

Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompożizzjoni

Bord tal-Appell

1.        Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq.

1.        Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej,

2.        Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti, li għandhom ikunu individwi b’għarfien u b’esperjenza rilevanti, għajr persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità.

2.        Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti li jkollhom biżżejjed esperjenza legali sabiex jipprovdu parir legali espert dwar il-legalità tal-eżerċiżzju mill-Awtorità tal-poteri tagħha.

Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu.

Il-Bord tal-Appell għandu jaħtar il-President tiegħu.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu.

 

Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

 

3.        Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

3.        Il-membri tal-Bord tal-Appell u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Parlament Ewropew minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (KE) Nru .../... [AEAPX] u r-Regolament (KE) Nru .../...[ABE].

 

4.        Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż darba.

4.        Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu.

5.        Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti.

5. Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

6.        L-Awtorità, l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell.

6. L-Awtorità, l-Awtorità Supeviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u l-Awtorità Supeviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt.

Emenda  211

Proposta għal regolament

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 45

imħassar

Indipendenza u imparzjalità

 

1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.

 

2. Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f’ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

 

3. Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f’xi proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan.

 

4. Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista’ toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b’favoreġġamenti.

 

Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

 

5. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

 

Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mis-sostitut tiegħu, sakemm s-sostitut innifsu ma jsibx ruħu f’sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar sostitut minn fost s-sostituti disponibbli.

 

6. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

 

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

 

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.

 

Emenda  212

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista’ tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

1.        Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista’ tappella kontra l-legalità ta' deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

Emenda  213

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.        Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden spiss skont kemm ikun meħtieġ lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.

4.        Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.

Emenda  214

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja

Azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu.)

Emenda  215

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 230 tat-Trattat, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

Emenda  216

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kull persuna naturali jew ġuridika, tista’ tressaq appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra kull deċiżjoni tal-Awtorità, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  217

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 232 tat-Trattat.

2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  218

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.        Id-dħul tal-Awtorità għandu jkun jikkonsisti, b’mod partikolari, minn:

1.        Id-dħul tal-Awtorità għandu jkun jikkonsisti, b’mod partikolari, minn:

(a)       kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtorità jew awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali;

 

(b)       sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni);

(a)       sussidju mill-Unjoni, muri f’intestatura separata tal-baġit fit-Taqsima [XII] tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

(c)       kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi Komunitarja.

(b)       kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  219

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għallinqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali.

2. In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għallinqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali, taħriġ professjonali u operazzjonali.

Emenda  220

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz tal-baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord Maniġerjali għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv, jipproduċi dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-istimi, inkluż pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord tas-Superviżuri.

1. Wara l-ewwel sena ta' ħidma tal-Awtorità li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji, sal-15 ta' Frar ta' kull sena, abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz tal-baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali u l-Bord tas-Superviżuri flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord Maniġerjali għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord Maniġerjali, jipproduċi dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-istimi, inkluż pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord tas-Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali.

Ġustifikazzjoni

Qiegħed jiġi propost li għall-ewwel sena tal-ħidma tal-ESAs, li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-baġits tagħhom ikunu approvati mill-Membri tal-Kumitati L3 rispettivi, insegwitu għal konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad trasmessi lill-Kunsill u lill-Parlament għall-avall tagħhom. Dan hu fundamentalment importanti biex jiżgura l-indipendenza operazzjonali tal-ESAs ħalli jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq bażi finanzjarja soda. Din l-indipendenza hija bbilanċjata bl-għoti ta’ rendikont lill-istituzzjonijiet politiċi tal-UE.

Emenda  221

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 272 tat-Trattat.

3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 313 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  222

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Għall-ewwel sena tal-ħidma tal-Awtorità, li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-baġit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitat Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad trasmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Qiegħed jiġi propost li għall-ewwel sena tal-ħidma tal-ESAs, li tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011, il-baġits tagħhom ikunu approvati mill-Membri tal-Kumitati L3 rispettivi, insegwitu għal konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad trasmessi lill-Kunsill u lill-Parlament għall-avall tagħhom. Dan hu fundamentalment importanti biex jiżgura l-indipendenza operazzjonali tal-ESAs ħalli jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq bażi finanzjarja soda. Din l-indipendenza hija bbilanċjata bl-għoti ta’ rendikont lill-istituzzjonijiet politiċi tal-UE.

Emenda  223

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N.

9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit, li jkun magħmul minn dħul mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jinkludi dħul mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u miżati mħallsa lill-awtoritajiet għas-sena finanzjarja N.

Emenda  224

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż għad-Direttur Eżekuttiv tagħha.

1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, iżda mhux għall-President.

Ġustifikazzjoni

Il-President ma għandux ikun soġġett għar-regolamenti tal-persunal tal-UE. Il-pattijiet u l-kundizzjonijiet tal-impjieg għall-President għandhom ikunu determinati mill-Bord tas-Superviżuri kif ġa hu l-każ għall-President u l-membri tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. Meta jitqies il-fatt li l-Presidenti se jkunu jagħmlu parti mill-ESRB u l-Kumitat ta' Tmexxija relattiva, huwa xieraq li jkun hemm approċċ konsistenti ma' dak tal-BĊE.

Emenda  225

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. Il-miżuri implimentattivi għandhom jippermettu devjazzjonijiet ġustifikati biex tiġi ggarantita l-aktar implimentazzjoni effikaċi possibbli tal-kompiti identifikati għall-Awtorità.

Emenda  226

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din.

1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara mhux ġustifikata li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din.

Ġustifikazzjoni

Matul il-kors tal-azzjonijiet tagħha għandu mnejn li l-ASEtikkawża ħsara lil istituzzjonijiet finanzjarji individwali biex tiżgura l-ġid komuni. Tali ħsara għandha tkun ġustifikabbli fil-kuntest taż-żamma tal-istabbiltà sistemika u bħala tali l-ASEma għandhiex tinżamm responsabbli għaliha.

Emenda  227

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 287 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

Emenda  228

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.        Bla ħsara għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew miġbura, b’tali mod li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

2.        Bla ħsara għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew miġbura, b’tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Emenda  229

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.        Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni Komunitarja oħra applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

3.        Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli istituzzjonijiet finanzjarji.

Emenda  230

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif xieraq, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 and 230 tat-Trattat rispettivament.

3. Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif xieraq, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 and 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rispettivament.

Emenda  231

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Komunità li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2).

1. Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2).

Emenda  232

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Awtorità li tkun ta’ interess dirett għalihom għandha tkun miftuħa wkoll għal pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), skont il-konklużjoni ta’ ftehimiet mal-Unjoni.

Emenda  233

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.

2.        Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta’ dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.

Emenda  234

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista’ tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi.

imħassar

Emenda  235

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.      Matul il-perijodu ta’ wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u qabel ma titwaqqaf l-Awtorità, il-Kumitat Livell 3 għandu jaġixxi b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni biex jipprepara għas-sostituzzjoni tal-Kumitat Livell 3 mill-Awtorità. Il-Kumitati Livell 3 jistgħu jieħdu kull azzjoni preparatorju utli, soġġetti għad-deċiżjoni finali mill-korpi rilevanti tal-Awtorità.

Emenda  236

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.      Matul il-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u d-data tad-desinjazzjoni tal-President u l-membri tal-Bord Maniġerjali, u tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, l-Awtorità għandha tkun provviżorjament ippreseduta mill-President tal-Kumitat Livell 3 eżistenti u ġestita mis-Segretarju Ġenerali tagħha.

Emenda  237

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.      L-Awtorità għandha titqies is-suċċessur legali tal-Kumitat Ewropej għar-Regolaturi tat-Titoli. Sa mhux aktar tard mid-data tat-twaqqif tal-Awtorità, il-beni u l-passivitajiet kollha u l-operazzjonijiet pendenti kollha tal-Kumitat Ewropew għar-Regolaturi tat-Titoli jiġu awtomatikament ittrasferiti lill-Awtorità. Il-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej għandu joħroġ dikjarazzjoni li turi l-assi u l-passiv tal-għeluq tad-data ta' dan it-trasferiment. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi verifikata u approvata mill-membri tiegħu u mill-Kummissjoni.

Emenda  238

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

2. Bil-għan li jkun hemm it-transizzjoni bla intoppi tal-persunal eżistenti, il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kuntratti ta’ secondment, għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji b’kundizzjonijiet ekonomiċi u legali ekwivalenti jew pariġġ, skont it-termini tal-qafas legali rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Qiegħed jiġi propost li jkun dispost għal dispożizzjonijiet transitorji speċifiċi marbutin mal-persunal eżistenti tal-Kumitati ta' Livell 3.

Emenda  239

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli jew mas-Segretarjat tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-Kumitat Livell 3 jew mas-Segretarjat tiegħu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura ta' għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-individwu matul il-prestazzjoni tiegħu fir-rwol li kellu qabel it-transizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Qiegħed jiġi propost li jkunu disponibbli dispożizzjonijiet transitorji speċifiċi rigward il-persunal eżistenti tal-Kumitati ta' Livell 3.

Emenda  240

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu -1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.     Minn ...*il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew ir-regolamenti neċessarji sabiex ikun hemm bidla bla xkiel għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet identifikati taħt l-Artikolu 12b mill-Awtorità u t-twaqqif ta' qafas ġdid għall-ġestjoni ta' kriżijiet finanzjarji.

 

___________

* Jekk jogħġbok, daħħal id-data tal-ĠU: sitt xhur wara wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Emenda  241

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll il-progress miksub lejn konverġenza regolatorja u superviżorja fl-oqsma tal-immaniġġjar u r-risoluzzjoni ta’ kriżijiet fil-Komunità. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni estensiva, inkluż mal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia,

 

(a) il-konverġenza fil-prattiki superviżorji standard milħuqin mill-awtoritajiet kompetenti;

 

(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

 

(c) ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet sistematiċi; kif ukoll

 

(d) l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 23.

Emenda  242

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.      Ir-rapport li jirreferi għalih il-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

 

(a)       ikunx xieraq li titkompla superviżjoni separata tal-banek, l-assigurazzjoni, il-pensjonijiet tax-xogħol, titoli u swieq finanzjarji, jew jekk dawn għandhomx jinġabru taħt superviżjoni waħda;

 

(b)       superviżjoni prudenti u superviżjoni tal-kondotta tan-negozju għandhomx ikunu magħqudin jew mifrudin;

 

(c)       ikunx xieraq li l-arkitettura tal-SEFS tiġix simplifikata jew imsaħħa sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASEs;

 

(d)       ikunx xieraq li jiżdiedu l-poteri regolatorji tal-ASEs;

 

(e)        l-evoluzzjoni tas-SEFS hix konsistenti ma' dik tal-evoluzzjoni globali;

 

(f)       hemmx diversità u eċċellenza biżżejjed fi ħdan is-SEFS;

 

(g)       humiex adegwati r-responsabilizzazzjoni u t-trasparenza rigward rekwiżiti ta' pubblikazzjoni.

  • [1]       ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Sa mit-tnedija tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji, il-Parlament Ewropew kellu rwol ċentrali fil-bini ta’ suq intern għas-servizzi finanzjarji billi ppromwova b'mod attiv l-armonizzazzjoni, it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta, filwaqt li żgura l-protezzjoni tal-investituri u tal-konsumatur.

Sa minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien ilu jitlob b’mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell Ewropew, filwaqt li jinnota n-nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni Ewropea ta' swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (ara r-rapport García-Margallo y Marfil Report dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (2000)[1], ir-Rapport Van den Burg Report dwar ir-regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (2002)[2], ir-Rapport Van den Burg dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005–2010) – White Paper (2007)[3] u r-rapport Van den Burg & Daianu b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: struttura futura ta’ superviżjoni (2008)[4]). Barra minn hekk, ċerti testi ta’ leġiżlazzjoni speċifiċi diġà ddeskrivew il-prinċipji ewlenin jew taw indikazzjoni tax-xejra ġenerali għal dik li għandha tkun l-istruttura superviżorja tal-UE għall-ġejjieni (Skinner – ir-rapport Solvenza II (2009); ir-regolament Gauzès-CRA (2009)).

Fir-rapporti kollha tal-Parlament Ewropew il-Kummissjoni kienet mistiedna tanalizza kif il-progress lejn struttura superviżorja iktar integrata tista’ tinkiseb b’mod parallel mal-isforzi għal suq uniku integrat għas-servizzi finanzjarji. Ġiet innutata wkoll il-ħtieġa ta’ superviżjoni effikaċi tar-riskji sistemiċi u prudenzjali tal-parteċipanti ewlenin tas-suq. L-analiżi makroprudenzjali u l-immaniġġjar tal-kriżi għandhom ikunu parti mill-mandat għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja. Il-Parlament Ewropew jappoġġa t-twaqqif ta’ Superviżur Ewropew Uniku għall-istituzzjonijiet transkonfinali fil-livell tal-UE, kif ukoll it-twaqqif ta’ mekkaniżmu Ewropew biex isolvi l-kriżijiet li jaffettwawhom.

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tlaqqa’ grupp ta’ esperti ta’ livell għoli biex jagħmel proposti għat-tisħiħ tal-arranġamenti superviżorji Ewropej. Il-grupp De Larosiere ippreżenta r-rapport tiegħu fi Frar tal-2009 u fit-23 ta’ Settembru 2009 l-Kummissjoni ressqet proposti leġiżlattivi konkreti li għandu jkollhom l-għan li:

–  Jiġi stabbilit netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu id f’id ma’ Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) ġdida. Din l-awtorità għandu jkollha tliet pilastri. Kull pilastru għandu jibni fuq il-kumitati superviżorji Ewropej[5], jiġifieri dan għandu jwassal għal pilastru għall-ħidma Bankarja (ASE (B)), pilastru għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (ASE (APX)), u pilastru għall-Awtorità tat-Titoli u s-Swieq (ASE (ATS)), filwaqt li "Kumitat Konġunt tal-Awtorità Superviżorja Ewropea" għandu jiżgura regolamentazzjoni konsolidata u superviżjoni xierqa tas-swieq finanzjarji Ewropej.

–  Jiġi stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li għandu jimmonitorja u jivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jirriżultaw minn żviluppi makroekonomiċi u minn żviluppi fis-sistema finanzjarja b’mod ġenerali. Għal dan il-għan, il-BERS jipprovdi twissija bikrija dwar riskji sistemiċi li jistgħu jkunu qegħdin jakkumulaw u, fejn ikun meħtieġ, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni biex dawn ir-riskji jiġu indirizzati[6].

Il-Qorti tal-Ġustizzja[7] rrikonoxxiet li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ “korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti għal tali entità jkunu marbuta mill-qrib mal-kontent tal-atti li japprossimaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.

Fis-26 ta’ Ottubru 2009, dawn il-proposti leġiżlattivi ġew segwiti bl-ewwel direttiva omnibus li temenda 11-il direttiva sabiex il-kompiti tal-istruttura superviżorja proposta jkunu definiti b’mod iktar ċar.Fix-xhur li ġejjin mistennija t-tieni direttiva omnibus sabiex tikkompleta dan l-eżerċizzju.

  • [1]  ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
  • [2]  ĠU C 25E, 29.1.2004, p. 394.
  • [3]  Mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [4]  ĠU C 9E, 15.1.2010, p. 48.
  • [5]  Dawn huma l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (KRET).
  • [6]  Għandu jiġi nnotat li dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jiffoka fuq il-proposti biex tiġi stabbilita s-SESF billi l-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti jiġu trasformati f’ASE. Il-proposta biex jiġi stabbilit l-BERS qiegħda tiġi diskussa f’memorandum separat.
  • [7]  Ara QĠKE, C-217/04, pt. 44