RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
26.5.2010 - (COM(2009)0502 – C7‑0168/2009 – 2009/0143(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Peter Skinner
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
(COM(2009)0502 – C7‑0168/2009 – 2009/0143(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0502),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0168/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7–0170/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stipulata hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Ewropea Superviżorja (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu kemm hu.) |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu kemm hu.) |
Ġustifikazzjoni | |
Adattament tat-Trattat ta’ Lisbona. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1a) Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà qed jitlob b’mod regolari t-tisħiħ ta’ sitwazzjoni fejn il-kundizzjonijiet ikunu verament indaqs għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li rrimarka dwar nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni tal-Unjoni ta' swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni1, tal-25 ta' Novembru 2002 dwar ir-regoli tas-sorveljanza prudenzjali fl-Unjoni Ewropea2, tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) - White Paper3, tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwità privata4, tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta’ sorveljanza5, tat-22 ta’ April 2009 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II)6 u tat-23 ta’ April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu7). |
|
|
________________________________ 1 ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453. 2 ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394. 3 ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. xx. 4 ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26. 5 ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48. 6 Testi adottati, P6_TA(2009)0251. 7 Testi adottati, P6_TA(2009)0279. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fil-Komunità. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, waħda għas-settur bankarju, u waħda għas-settur tat-titoli u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(2) Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta’ kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni. Dak il-grupp ta’ esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, waħda għas-settur bankarju, u waħda għas-settur tat-titoli u l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta' bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea" ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid. |
(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 bit-titlu "Superviżjoni Finanzjarja Ewropea" ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula fir-Rapport de Larosière. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) Fit-2 ta’April 2009, il-mexxejja tal-G20, fid-dikjarazzjoni tagħhom 'Il-Pjan Globali għall-Irkupru u r-Riforma', iddikjaraw ir-rieda tagħhom li jibnu ''qafas superviżorju u regolatorju, aktar konsistenti globalment u aktar b’saħħtu għas-settur finanzjarju futur, li se jappoġġja tkabbir globali sostenibbli u jaqdi l-ħtiġijiet tan-negozju u ċ-ċittadini". Fis-Samit tal-2009 f'Pittsburgh, il-mexxejja tal-G20 talbu li l-FMI jħejji ''rapport dwar kif is-settur finanzjarju jista' jagħmel kontribut ġust u sustanzjali fil-ħlas ta' spejjeż assoċjati ma' interventi mill-gvernijiet biex titranġa s-sistema bankarja''. Ir-rapport interim tas-16 ta' April 2010 intitolat 'Kontribut Ġust u Sustanzjali mis-Settur Finanzjarju', li tfassal biex tiġi ssodisfata dik it-talba, stipula fost l-oħrajn li "l-ispiża fiskali diretta tal-fallimenti tas-settur finanzjarju għandha tkun illimitata u koperta minn Kontribuzzjoni Finanzjarja għall-Istabilità (FSC) b'rabta ma' mekkaniżmu ta' soluzzjoni kredibbli u effettiv. L-FSC jiżgura li l-industrija tħallas l-ispejjeż ta' kull soluzzjoni possibbli u tnaqqas ir-riskju sistemiku. Jekk jiġu definiti kif xieraq, il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni l-gvernijiet ikollhom iħallsu biex isalvaw mill-falliment istituzzjonijiet li jkunu wisq importanti, kbar jew interkonnessi biex ifallu''. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4b) Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata ''Ewropa 2020'', ġie iddikjarat li prijorità kruċjali fuq medda qasira ta' żmien hija li jingħata ''impetu lil politika ambizzjuża li fil-ġejjieni tippermettilna nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li - b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi ta' bħalissa - ser tesplora l-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju''. Fil-laqgħa tiegħu tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel li ''jeħtieġ li jsir progress partikolarment fi kwistjonijiet bħal ... istituzzjonijiet sistemiċi, strumenti ta' finanzjament għall-ġestjoni tal-kriżi; żieda fit-trasparenza fi swieq tad-derivattivi u konsiderazzjoni ta' miżuri speċifiċi fir-rigward ta' credit default swaps sovrani.'' |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) Il-Komunità laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej, li jibqgħu entitajiet konsultattivi għall-Kummissjoni. Il-Komunità ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju Komunitarju wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk Komunitarju b’saħħtu. |
(6) L-Unjoni laħqet il-limiti ta’ x’jista’ jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej, li jibqgħu entitajiet konsultattivi għall-Kummissjoni. L-Unjoni ma tistax tibqa’ f’sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f’każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b’reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri, li għandha tingħata l-isem ġdid ta' Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF), għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema li tkun taqbel mal-għan ta’ suq finanzjarju tal-Unjoni wieħed u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f’netwerk tal-Unjoni b’saħħtu. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżuri nazzjonali u Komunitarji, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali, u tagħti rwol ċentrali fis-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali lill-kulleġġi tas-superviżuri. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar il-Komunità. Għandha titwaqqaf Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, flimkien ma’ Awtorità Bankarja Ewropea u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej). |
(7) Is-SESF għandha tkun netwerk integrat ta’ awtoritajiet superviżuri nazzjonali u tal-Unjoni, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali. Kulleġġi ta' superviżuri għandhom jissorveljaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji. Awtorità Ewropea ta' Superviżjoni (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) (l-Awtorità) għandha tieħu f'idejha s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji ta' riskju sistemiku peress li jistgħu jipperikolaw l-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, meta awtorità nazzjonali ma tkunx eżerċitat is-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Apparti l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u għandha titwaqqaf Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt). Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku għandu jkun jagħmel parti mis-SESF. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jissostitwixxu l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta’ dawk il-kumitati. L-ambitu tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji. |
(8) L-Awtorità għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE u tassumi l-kompiti u l-kompetenzi kollha tiegħu. L-ambitu tal-attività ta’ kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b’mod ċar. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta’ attivitajiet superviżorji. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, biex jiġu protetti d-detenturi ta' poloz u benefiċjarji oħra, jiġu żgurati l-integrità, l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, titħares l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b’mod ġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-konsumaturi u l-impjegati. Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u hija għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. |
(9) L-Awtorità għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha u n-natura differenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabilità tas-sistema finanzjarja, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri. L-Awtorità għandha wkoll tipprevjeni arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali għall-benefiċċju tal-ekonomija inġenerali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet interessati oħra, konsumaturi u impjegati, filwaqt li tqis il-ħtieġa li jiżdiedu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fi ħdan is-suq intern u li tiġi żgurata l-kompetittività globali. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta' konsulenza lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tas-superviżjoni u tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-ikklerjar u governanza korporattiva relatata, kwistjonijiet ta' verifika u ta' rappurtaġġ finanzjarju. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9a) Sabiex tkun tista’ twettaq l-għanijiet tagħha, huwa meħtieġ u xieraq li l-Awtorità għandha tkun entità tal-UE li jkollha personalità legali u b'awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Kif ġie ssuġġerit mill-Kumitat ta' Basel għas-Superviżjoni Bankarja, l-Awtorità għandha tingħata ''setgħat li tindirizza l-konformità mal-liġijiet, kif ukoll kwistjonijiet dwar is-sikurezza u s-solidità'', b'mod partikolari dawk relatati mar-riskju sistemiku u mar-riskji transkonfinali. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 9 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9b) Fit-28 ta' Ottubru 2009, Il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, il-Bank for International Settlements, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-G20 iddefinixxew ir-riskju sistemiku bħala "riskju ta' taqlib fis-servizzi finanzjarji li (i) huwa kkawżat minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' parti minnha u (ii) għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Kull tip ta' intermedjarju, suq u infrastruttura finanzjarji għandhom il-potenzjal li jkunu sistemikament importanti sa ċertu punt”. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 9 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(9c) Ir-riskju transkonfinali, skont dawn l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha kemm hi jew f’partijiet minnha li jkollhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-transazzjonijiet bejn l-operaturi ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej irrikonoxxiet li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ "korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis Komunitarju rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat. |
(10) Fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-Kawża C-217/04 (Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet illi: "xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 Trattat KE [li issa huwa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] ma jimplika li dawk li għalihom huma indirizzati l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni jistgħu biss ikunu l-Istati Membri individwali. Fil-fatt, jista’ jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta’ korp Komunitarju li jkun responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f’ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ qafas li ma jorbtux”1 u l-kompiti kkonferiti lil tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġett tal-atti ta’ approssimizzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-miri tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha titwaqqaf fuq il-bażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
|
__________________ 1 Sentenza tat-2 ta’ Mejju 2006, fil-paragrafu 44. |
Ġustifikazzjoni
Il-ġurisprudenza rreferiet għal miżuri indirizzati lill-istituzzjonijiet tal-UE jew korpi Komunitarji.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju[1], id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu[2], u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi[3].
|
(12) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti li tirregola l-qasam kopert minn dan ir-Regolament tinkludi wkoll id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju, ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi1, id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi2 , u partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi. |
|
|
_______________ 1 ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1. 2 ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-detenturi tal-poloz, benefiċjarji oħra u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-abbozz tal-istandards tekniċi jkollhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompativvli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
(13) Jaqbel li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-iskemi ta' kumpens tal-assigurazzjoni biex tiżgura ambjent ekwu u t-trattament ġust tal-kumpens tal-assigurazzjoni fl-Unjoni kollha. Billi l-iskemi ta’ garanzija ta’ assigurazzjoni huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq li l-Awtorità tkun tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-armonizzazzjoni ta’ skemi nazzjonali ta' kumpens ta' assigurazzjoni, l-iskema ta' garanzija ta' depożitu nnifisha u l-operatur tagħha. Ir-rwol tal-Awtorità se jiġi rivedut ladarba titwaqqaf l-Iskema Ewropea ta' Garanzija ta' Assigurazzjoni. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Il-proċess għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi f’dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(14) Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards regolatorji sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Dawn għandhom ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompatibbli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ standards tekniċi sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti għandha tkun ristretta biex tagħti rwol ta’ importnaza kbira lill-Awtorità. Il-Kummissjoni jista’ jkun ma tapprovahomx f’każijiet partikolari għall-aħħar. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) F’oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
(15) F’oqsma mhux koperti minn standards regolatorji, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti tas-swieq. Fl-oqsma li ma jkunux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u xxerred l-aħjar prattiki. |
Ġustifikazzjoni | |
Rakkomandazzjonijiet ta’ informazzjoni għandhom ikunu magħrufa minn atturi tas-suq u mill-opinjoni pubblika sabiex jagħtuhom l-aktar effett vinkolanti possibbli. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi Komunitarja huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
(16) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza Deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat. |
(18) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza ffissata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Adattament għat-Trattat ta’ Lisbona. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19) Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ inazzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Din is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi eċċezzjonali fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjonijiet indirizzati lilha u li fihom il-liġi Komunitarja tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta' Regolamenti tal-UE eżistenti jew futuri. |
(19) Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ inazzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Għandu jkun possibbli li deċiżjonijiet bħal dawn jinvolvu kwistjonijiet bħar-rekwiżiti dwar il-kapital u l-likwidità ta' istituzzjoni finanzjarja. Din is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi eċċezzjonali fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjonijiet indirizzati lilha u li fihom il-liġi tal-Unjoni tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta' Regolamenti tal-Unjoni eżistenti jew futuri. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom.
|
(21) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni Ewropea li japplikaw direttament għalihom. Dan japplika wkoll għal nuqqas ta’ ftehim fil-kulleġġ tas-superviżuri. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 21 a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21a) Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-fond serji fl-approċċi eżistenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, b’mod partikulari dawk l-istituzzjonijiet li huma l-akbar u l-aktar kumplessi, li jekk ifallu jkunu kapaċi jipproduċu ħsarat sistemiċi. Dawn in-nuqqasijiet serji jirriżultaw mid-diversi oqsma ta’ attività tal-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll mill-korpi superviżuri. Tal-ewwel jaġixxu f’suq mingħajr fruntieri, tal-aħħar jikkontrollaw ta’ kuljum jekk il-ġurisdizzjonijiet tagħhom jispiċċawx mal-fruntieri nazzjonali. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 21 b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21b) Il-mekkaniżmu ta’ koperazzjoni użat biex isolvi dan in-nuqqas ta’ simmetrija ntwera b’mod ċar li huwa insuffiċjenti. Kif indikat ir-Reviżjoni ta’ Lord Turner, ippubblikata f’Marzu 2009, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet għal intrapriżi li jiftħu fergħa fi Stat Membru ieħor (branch passporting), is-superviżjoni tal-pajjiż ta’ oriġini u l-assigurazzjoni tad-depożiti purament nazzjonali mhumiex bażi solida għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fil-futur tal-banek transkonfinali għall-konsumaturi individwali”1. |
|
|
_____________ 1 p. 101. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 21 c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21c) Hemm żewġ soluzzjonijiet possibbli biex jissolva dan in-nuqqas ta' simmetrija: jew tingħata aktar setgħa lis-superviżuri tal-pajjiż ospitanti (is-soluzzjoni nazzjonali) jew inkella tinħoloq awtorità Ewropea alternattiva ġenwina tal-Unjoni (is-soluzzjoni tal-Unjoni). Kif hu ddikjarat ukoll fir-Reviżjoni ta’ Lord Turner “arranġamenti aktar solidi jirrikjedu jew setgħat nazzjonali msaħħa, li jimplikaw suq waħdieni anqas miftuħ, jew livell ogħla ta’ integrazzjoni Ewropea”. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 21 d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21d) Skont is-soluzzjoni nazzjonali, il-pajjiż ospitanti jista’ jiċħad id-dritt lil fergħat lokali li joperaw, sabiex jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta’ sussidjarji u mhux permezz ta’ fergħat u sabiex jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, azzjonijiet li jammontaw għal aktar protezzjoniżmu. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 21 e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21e) Skont is-soluzzjoni tal-Unjoni, il-kulleġġi ta' superviżuri li jissorveljaw l-istituzzjonijiet transkonfinali għandhom ikunu msaħħa u għandu jkun hemm ċaqliq progressiv ta' setgħat superviżorji fuq istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku lejn awtorità tal-Unjoni. Dan il-qafas superviżorju għandu jinkludi istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali jew li joperaw nazzjonalment li l-falliment tagħhom jista' jkun ta' theddida għall-istabilità tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 21 f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21f) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa li jiddefinixxu r-regoli superviżorji biex irawmu l-applikazzjoni koerenti tal-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġ u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. L-Awtorità għandha ġġib ruħha ta’ mexxejja fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li joperaw fl-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha wkoll rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti biex issolvi l-kunflitti bejn is-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 21 g | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21g) Il-Kulleġġi tas-Superviżuri għandu jkollhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li ma jaqgħux taħt l-ambitu tal-Awtorità, imma fejn, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, għad hemm differenzi bejn l-istandards u l-prattiki nazzjonali. Mhuwiex biżżejjed li jkun hemm konverġenza tar-regolamenti finanzjarji bażiċi jekk il-prattiki ta’ superviżjoni jibqgħu frammentati. Kif jindika r-Rapport de Larosière “it-tagħwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki superviżorji differenti jridu jiġu evitati, peress li għandhom il-potenzjal li jdgħajfu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jħeġġu t-trasferiment tal-attività finanzjarja lejn pajjiżi b’superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid titqies li hi ġusta u bbilanċjata”. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta’ skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. |
imħassar |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22a) Is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni għandha tkun fdata lill-Awtorità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu bħala aġenti tal-Awtorità u għandhom jintrabtu mal-istruzzjonijiet tal-Awtorità meta jissorveljaw l-istituzzjonijiet transkonfinali b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet b’dimensjoni tal-UE għandhom jiġu fdati lill-Awtorità (li taġixxi permezz ta’ superviżuri nazzjonali). | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 22 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22b) L-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' riskju sistemiku għandhom ikunu identifikati, waqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-identifikazzjoni ta’ istituzzjoni finanzjarja b’dimensjoni tal-UE | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 22 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22c) Għandha tiġi stabbilita Skema Ewropea tal-Garanzija tal-Assigurazzjoni (l-Iskema) biex tipproteġi lid-detenturi tal-polza, benefiċjarji u istituzzjonijiet li jaffaċjaw diffikultajiet, li l-impatt tagħhom jista' jkun ta' theddida għall-istabilità finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. L-Iskema għandha tiġi ffinanzjata permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn dawk l-istituzzjonijiet, permezz ta’ dejn maħruġ mill-Iskema jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, permezz ta’ kontribuzzjonijiet li saru mill-Istati Membri milquta skont il-kriterji miftehma qabel f'Memorandum ta’ Għarfien rivedut. Il-kontribuzzjonijiet għall-Iskema għandhom jiġu sostitwiti minn dawk magħmula lill-Iskemi nazzjonali ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni . |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tiġi stabbilita skema Ewropea biex timminimizza r-riskji għall-persuni li jħallsu t-taxxa. Din is-soluzzjoni taħdem b’mod parallel ma’ dik stabbilita fir-regolament tal-ibbankjar. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ tal-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. |
(23) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ tal-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità kompetenti waħda, id-delegata, tkun tista' tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità kompetenti oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki rigward id-delega u l-ftehimiet ta' delega. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tiġi stabbilita skema Ewropea biex timminimizza r-riskji għall-persuni li jħallsu t-taxxa. Din is-soluzzjoni taħdem b’mod parallel ma’ dik stabbilita fir-regolament tal-ibbankjar. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 23 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23a) Is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji ta' riskju sistemiku għandha titħalla f'idejn l-Awtorità meta superviżuri nazzjonali ma jkunx irnexxielhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod ordnat u f'waqtu. Is-superviżuri nazzjonali għandhom ikunu suġġetti għall-istruzzjonijiet tal-Awtorità fir-rigward ta' istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' riskju sistemiku. L-Awtorità għandha taġixxi permezz tas-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 23 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23b). Għandu jiġi stabbilit qafas ġdid għall-ġestjoni ta' kriżijiet finanzjarji peress li l-mekkaniżmu eżistenti għall-iżgurar tal-istabilità tas-sistema finanzjarja ma ħadimx. Elementi ewlenin tal-ġestjoni tal-kriżi huma sett komuni ta' regoli u ta' mezzi għal soluzzjonijiet finanzjarji (eżekuzzjoni u finanzjament biex tiġi ffaċċjata l-kriżi ta' istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi). |
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 23 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23c) Ir-riskju sistemiku għandu jiġi identifikat billi jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, mill-Fond Monetarju Internazzjonali u mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-G20. L-interkonnessibbiltà, is-sostitwibbiltà u l-ħin huma l-kriterji li jintużaw l-aktar għall-identifikazzjoni ta' riskju sistemiku. Skont kemm l-istituzzjonijiet finanzjarji jissodisfaw il-kriterji ta' riskju sistemiku, huma għandhom jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Awtorità u jkunu suġġetti għall-obbligu li jikkontribwixxu fl-Iskema Ewropea għall-Garanzija ta' Assigurazzjoni u fil-Fond ta' Stabilità Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 23 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23d) Biex tiġi żgurata l-koresponsabbiltà tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, biex jitħarsu l-interessi tad-detenturi tal-poloz Ewropej u l-interessi tal-benefiċjarji u biex titnaqqas l-ispiża ta' kriżi finanzjarja sistemika lil dawk li jħallsu t-taxxi, għandha tiġi stabbilita Skema Ewropea għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni (l-Iskema). L-Iskema għandha tiġi stabbilita biex tiffinanzja l-interventi ordnati ta' għeluq jew ta' rijabilitazzjoni f'istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali batuti, li l-impatt tagħhom ikun ta' theddida għall-istabilità finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni, u sabiex jiġu internalizzati l-ispejjeż ta' dawn l-interventi, meta l-kontribuzzjoni tagħhom lill-Iskemi nazzjonali ta' Garanzija ta' Assigurazzjoni ma jkunux biżżejjed. L-Iskema għandha tiġi ffinanzjata permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn dawk l-istituzzjonijiet, permezz ta’ dejn maħruġ mill-Iskema jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, permezz ta’ kontribuzzjonijiet li saru mill-Istati Membri milquta skont il-kriterji miftehma qabel f'Memorandum ta’ Għarfien rivedut. Il-kontribuzzjonijiet għall-Iskema għandhom jiġu sostitwiti minn dawk magħmula lill-Iskemi nazzjonali ta’ Garanzija ta' Assigurazzjoni . |
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 23 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23e) Għandu jiġi stabbilit Fond ta' Stabilità Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (il-Fond ta' Stabilità) biex jiffinanzja l-interventi ordnati ta' għeluq jew ta' salvataġġ ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jiffaċċjaw diffikultajiet, meta dawn jistgħu jkunu ta' theddida għall-istabilità finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. Il-Fond ta' Stabilità għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur tas-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond ta' Stabilità għandhom jissostitwixxu dawk magħmula lill-fondi nazzjonali ta' natura simili. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ tal-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. |
(23) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ tal-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza regolatorja fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u tissorvelja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki rigward id-delega u l-ftehimiet ta' delega. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(25) L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn pari għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki li wkoll għandhom jiġu ppubblikati. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju Komunitarju koordinat, b’mod partikolari fejn żviluppi avversi jistgħu jipperikolaw l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkun fl-attenzjoni partikolari tal-azzjonijiet tal-Awtorità. |
(26) L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju tal-Unjoni koordinat, b’mod partikolari biex tiżgura l-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b’funzjoni ġenerali ta’ koordinazzjoni fi ħdan is-SESF. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkun fl-attenzjoni partikolari tal-azzjonijiet tal-Awtorità. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tirrifletti b’mod aħjar il-funzjoni tal-koordinazzjoni tal-awtoritajiet sabiex tiżgura l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fil-Komunità kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. |
(27) Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tagħti bidu għal u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex tinforma t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluppi kummerċjali potenzjali fuqhom. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Komunità. Hija għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-rwoli u l-kompetenzi eżistenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fir-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet barra l-Komunità u f’fora internazzjonali. |
(28) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tipparteċipa fir-rappreżentanza tal-Unjoni b'rabta mad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri f'pajjiżi terzi. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 30 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(30) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li huma l-eqreb għas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità superviżorja nazzjonali ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. |
(30) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq finanzjarji u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, soġġett għar-rekwiżit li l-informazzjonai kunfidenzjali ma għandhiex issir disponibbli għal korpi u awtoritajiet li ma jkunux intitolati għaliha. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità superviżorja nazzjonali ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu. |
(31) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandhom jaqsmu kwalunkwe informazzjoni rilevanti. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu kif xieraq. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 32 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(32) Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fil-Komunità kif ukoll tal-fondi tal-pensjonijiet tax-xogħol (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u pensjonijiet tax-xogħol fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Komunità. |
(32) L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma tadotta l-abbozzi tal-istandards regolatorji, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha twettaq studju tal-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-Unjoni kif ukoll tal-fondi tal-pensjonijiet tax-xogħol (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), trade unions, persuni akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u pensjonijiet tax-xogħol fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 33 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(33a) Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta' Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet għaliex invoka s-salvagwardja. L-Awtorità, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imiss jittieħdu. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Premessa 33 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(33a) L-organizzazzjonijiet bla skopijiet ta' profitt għandhom rwol marġinali fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet. Għal dan l-iżvantaġġ għandu jagħmel tajjeb finanzjament adegwat lir-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Premessa 35 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(35) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u ż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Komunità. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fit-Trattat, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw is-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett. |
(35) Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti f’kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni. Għal atti ta’ natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta’ standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b’maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw is-risoluzzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Premessa 37 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(37) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Bord tas-Superviżuri permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
(37) President full-time, magħżul mill-Parlament Ewropew wara kompetizzjoni miftuħa, ġestita mill-Kummissjoni, u t-tfassil sussegwenti ta’ lista qasira mill-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Premessa 40 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(40) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(40) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u minn kwalunkwe tariffa li titħallas lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti relevanti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità"). |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Ewropea Superviżorja (Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol) ("l-Awtorità"). |
|
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 64/225/KEE, id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 73/240/KEE, id-Direttiva 76/580/KEE, id-Direttiva 78/473/KEE, id-Direttiva 84/641/KEE, id-Direttiva 87/344/KEE, id-Direttiva 88/357/KEE, id-Direttiva 92/49/KEE, id-Direttiva 98/78/KE, id-Direttiva 2001/17/KE, id-Direttiva 2002/83/KE, id-Direttiva 2002/92/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/68/KE, id-Direttiva 2007/44/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att Komunitarju ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 64/225/KEE, id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 73/240/KEE, id-Direttiva 76/580/KEE, id-Direttiva 78/473/KEE, id-Direttiva 84/641/KEE, id-Direttiva 87/344/KEE, id-Direttiva 88/357/KEE, id-Direttiva 92/49/KEE, id-Direttiva 98/78/KE, id-Direttiva 2001/17/KE, id-Direttiva 2002/83/KE, id-Direttiva 2002/92/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2005/68/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att tal-Unjoni ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
|
|
2a. L-Awtorità għandha taġixxi fil-qasam tal-attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu, inklużi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-partijiet interessati, governanza korporattiva, verifika u rappurtaġġ finanzjarju, sabiex tiżgura applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-atti leġiżlattivi msemmija fit-tieni paragrafu. L-Awtorità għandha wkoll tieħu azzjoni adegwata fil-kuntest ta’ tentattivi ta’ xiri (takeover bids), kwistjonijiet ta’ clearing u ħlas, titolizzazzjonijiet, short selling u kwistjonijiet ta’ derivattivi, inkluża l-istandardizzazzjoni. |
|
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 226 tat-Trattat sabiex tiżgura konformità mal-liġi Komunitarja. |
3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-UE. |
|
4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tikkontribwixxi sabiex: (i) jitjieb l-funzjonament tas-suq intern, fosthom b’mod partikolari b’livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni, (ii) jipproteġu lid-detenturi ta’ poloz u benefiċjarji oħra, (iii) jiżguraw l-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, (iv) iħarsu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u (v) isaħħu l-koordinament tas-superviżjoni internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Awtorità se tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-liġi Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2) hawn fuq, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. |
4. L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabilità tas-sistema finanzjarja fuq medda ta' żmien qasira, medja u twila, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex: (i) itejbu l-funzjonament u l-kompetittività tas-suq intern, fosthom b’mod partikolari b’livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolazzjoni u superviżjoni, (ii) iżidu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fi ħdan is-suq intern u jsaħħu l-kompetittività globali, (iia) jippromwovu l-inklużjoni soċjali, (iii) jiżguraw l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, (iv) (v) isaħħu l-koordinament tas-superviżjoni internazzjonali, (vi) jappoġġaw l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir, (vii) jipprevjenu arbitraġġ regolatorju u jikkontribwixxu biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi, (viii) jipprekludu l-ġenerazzjoni ta' bżieżaq ta' kreditu futuri mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, u (ix) jiżviluppaw metodoloġiji komuni għall-assessjar tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u l-proċessi ta' distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-ħarsien tal-konsumaturi. Għal dawn l-għanijiet, l-Awtorità se tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, u twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq għall-promozzjoni tal-ilħiq tal-objettivi tal-Awtorità. |
|
|
4a. Fit-twettiq tal-kompiti konferiti lilha b'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-istituzzjonijiet sistemiċi li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħhom jista' jipperikola l-operat tas-sistema finanzjarja jew tal-ekonomija reali. |
|
5. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'SESF', li għandha taħdem bħala netwerk ta’ superviżuri, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 39. |
5. Meta tkun qed twettaq il-kompiti fdati lilha skont dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha taġixxi b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess esklużiv tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tikkoopera mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem ‘BERS’, kif stipulat fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament. |
|
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabilità finanzjarja u b'hekk tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji. |
|
|
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: (a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku; |
|
|
(b) l-Awtorità; |
|
|
(b) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [ABE]; |
|
|
(d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS]; |
|
|
(e) l-Awtorità Superviżorja Ewropa (Kumitat Konġunt) prevista mill-Artikolu 40 (il-''Kumitat Konġunt''); |
|
|
(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolamenti (UE) Nru .../2010 [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE]; |
|
|
(g) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9; |
|
|
L-Awtoritajiet li jagħmlu parti mis-SESF, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom ikun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma responsabbli quddiem il-parlamenti nazzjonali. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsettorjali oħra mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt. |
|
|
4. F’konformità mal-prinċipju ta’ koperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet tas-SESF għandhom jikkoperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżgurar ta’ fluss ta’ informazzjoni xierqa u affidabbli bejniethom. |
|
|
5. L-awtoritajiet superviżorji inklużi fis-SESF biss għandhom ikunu intitolati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni Ewropea. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser impriżi tal-assigurazzjoni kif iddefinit fid-Direttiva 98/78/KE, impriżi tar-riassigurazzjoni kif iddefinit fid-Direttiva 2005/68/KE, u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali skont id-Direttiva 2003/41/KE, u ‘konglomerati finanzjarji’ kif iddefinit fid-Direttiva 2002/87/KE; |
(1) ‘istituzzjonijiet finanzjarji’ tfisser impriżi tal-assigurazzjoni kif iddefinit fid-Direttiva 98/78/KE, impriżi tar-riassigurazzjoni kif iddefinit fid-Direttiva 2005/68/KE, u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali skont id-Direttiva 2003/41/KE, u ‘konglomerati finanzjarji’ kif iddefinit fid-Direttiva 2002/87/KE u kull impriża jew entità oħra li topera fl-Unjoni Ewropea, li n-negozju tagħha huwa ta’ natura simili, anke jekk ma jkollhiex kuntatt dirett mal-pubbliku ġenerali. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin: |
1. L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin: |
|
(a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Komunità u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards tekniċi li għandhom ikunu bbażati fuq il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2); |
(a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozz ta’ standards regolatorji u implimentattivi li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlatttivi msemmija fl-Artikolu 1(2); |
|
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tippromwovi funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn prattika superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetentii, waqt li tiżgura superviżjoni effettiva u konsistenti u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, fost oħrajn, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
|
(c) tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; |
(c) tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; |
|
(d) tikkopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS; |
(d) tikkopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS; |
|
(e) twettaq analiżi tal-evalwazzjonijiet orizzontali tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji; |
(e) torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjonijiet orizzontali tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji; |
|
(f) timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha; |
(f) timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha; |
|
|
(fa) twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex tinforma t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Awtorità; |
|
|
(fb) tippromwovi l-ħarsien ta' min jiddepożita u ta' min jinvesti; |
|
|
(fc) tivvaluta d-disponibilità u l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol għall-individwi u n-negozji fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi; |
|
|
(g) taġixxi bħala entità kompetenti biex timmaniġġja l-kriżijiet ta' istituzzjonijiet transkonfinali li għandhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b, waqt li tmexxi u tesegwixxi l-intervenzjonijiet bikrija, proċeduri ta' riżoluzzjoni jew insolvenza għal istituzzjonijiet bħal dawn permezz tal-Unità ta’ Riżoluzzjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 12 (c); |
|
(g) twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fil-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 1(2). |
(h) twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2); |
|
|
(ha) tipprovdi bażi tad-data tal-istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali. |
|
2. Biex taqdi il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li: |
2. Biex taqdi il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li: |
|
(a) tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7; |
(a) tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7; |
|
|
(aa) tiżviluppa abbozz ta’ standards ta' implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e; |
|
(b) toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8; |
(b) toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8; |
|
(c) toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3); |
(c) toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3); |
|
(d) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11; |
(d) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11; |
|
(e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4); |
(e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4); |
|
(f) toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19. |
(f) toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19; |
|
|
(fa) tiġbor direttament l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
|
(fb) tiżviluppa standard regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli lill-Awtorità dwar it-transazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq u kif għandu jsir il-koordinament tal-ġbir u kif il-bażijiet tad-data għandhom jkunu konnessi sabiex ikun żgurat li l-Awtorità dejjem ikollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti u neċessarja dwar it-transazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq fil-kompetenza tagħha skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1 (2); |
|
3. L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b’kopertura Komunitarja jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura Komunitarja fdati f’idejha fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
3. L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b’kopertura fl-Unjoni kollha jew attivitajiet ekonomiċi b’kopertura fl-Unjoni kollha fdati f’idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). |
|
Għal dak il-għan, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. |
Għall-għan li teżerċita s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont dan il-paragrafu, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta’ investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq l-għarfien espert, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex tesegwixxi s-setgħat superviżorji esklussivi biex twettaq il-kompiti tagħha. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 6 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 6a |
|
|
Is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li huma membri tal-Awtorità |
|
|
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti li huma membri tal-Awtorità, għandu jkollhom setgħat biex jadottaw miżuri preventivi u korrettivi superviżorji, inkluż, fejn tkun relatata ma' istituzzjonijiet finanzjarji u tiġi eżerċitata proporzjonalment, is-setgħa li: |
|
|
(a) jitolbu u jirċievu l-informazzjoni adegwata; |
|
|
(b) jimponu rekwiżiti ta' rappurtar u żvelar; |
|
|
(c) iwettqu spezzjonijiet fuq is-sit; |
|
|
(d) jadottaw miżuri prudenzjali, inklużi dawk li jaffettwaw il-kunflitti ta’ interess, il-governanza tajba, il-likwidità, id-dispożizzjonijiet, id-dividends u l-politiki ta’ rimunerazzjoni; |
|
|
(e) jaqsmu jew jissegregaw l-attivitajiet bankarji għall-konsumatur individwali minn attivitajiet kummerċjali u attivitajiet oħra mhux ta’ utilità f’każ ta’ riskju relevanti evalwat skont il-kriterji komuni; |
|
|
(f) jirrestrinġu jew jipprojbixxu b’mod temporanju ċerti prodotti jew tipi ta’ transazzjonijiet li jistgħu jikkawżaw direttament jew indirettament volatilità eċċessiva fis-swieq jew li joħolqu problemi f'parti mis-sistema finanzjarja tal-Unjoni jew fis-sistema kollha kemm hi, fil-finanzi pubbliċi jew fl-ekonomija reali; |
|
|
(g) jordnaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex joperaw permezz ta’ sussidjarja f’każ ta’ riskju intern rilevanti evalwat skont il-kriterji komuni; |
|
|
(h) jimponu multi dissważivi; |
|
|
(i) jiskwalifikaw amministraturi u diretturi milli jaġixxu bħala tali; |
|
|
(j) ineħħu uffiċjali eżekuttivi jew lill-Bord tad-Diretturi; |
|
|
(k) jintervjienu b’mod temporali fl-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
|
(l) jirtiraw il-benefiċċji ta’ responsabilità limitata għal detenturi ta’ ishma sinifikanti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji meta jkunu passivi fid-difiża tal-interessi korporattivi f’każijiet bħal nuqqas ta’ trasparenza, self b’mod intrepidu, jew ksur serju u sistematiku; |
|
|
(m) jestendu r-responsabilità finanzjarja għall-maniġers, diretturi jew istituzzjonijiet finanzjarji li jikkawżaw jew jikkollaboraw fi ksur serju u sistematiku tal-liġi tal-UE jew li għandhom sistema mhux xierqa ta' inċentivi għas-servizzi tagħhom; |
|
|
(n) jeħtieġu, fejn ikun xieraq, dikjarazzjonijiet minn maniġers u Diretturi dwar l-interess, l-attivitajiet u l-assi; |
|
|
(o) jitolbu l-iżvilupp ta’ sistema ta’ riżoluzzjoni dettaljata, li tkunu aġġornata regolarment, li tinkludi mekkaniżmu ta’ intervent bikri strutturat, li tissuġġerixxi azzjonijiet korrettivi u pjan ta’ kontinġenza f’każ ta’ falliment; |
|
|
(p) jikkanċellaw il-liċenzji u jirtiraw il-passaporti; kif ukoll |
|
|
(q) jaqblu dwar protokolli għall-kisba ta’ rispons komuni fil-livell tal-Unjoni, b’mod pront u sistematiku kemm jista’ jkun, biex jiġu evitati jew ikkoreġuti problemi fis-suq. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Standards tekniċi |
Standards regolatorji |
|
1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards regolatorji biex tlesti, taġġorna jew timmodifika l-elementi li mhumiex essenzjali għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). L-istandards regolatorji ma għandhomx jimplikaw deċiżjonijiet strateġiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. |
|
Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. |
|
|
|
2. L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadotta abbozzi ta’ standards regolatorji. L-Awtorità għandha titlob ukoll opinjoni jew parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 22. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tressaq għall-approvazzjoni l-abbozzi tal-istandards regolatorji tagħha lill-Kummissjoni u fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz ta’ standards. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tapprova l-abbozz ta’ standards b’mod parzjali jew b’emendi meta l-interess Komunitarju jitlob dan. |
4. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards regolatorji, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax, tiċħadx, jew temendax l-abbozz ta’ standards regolatorji. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha u tagħti r-raġunijiet. |
|
Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-istandards jew tapprovahom b’mod parzjali jew bl-emendi, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
|
|
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
|
|
5. Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' standards regolatorji jekk dawn ikunu inkompatibbli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarsux il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7a |
|
|
L-eżerċizzju tad-delega |
|
|
1. Is-setgħat sabiex jiġu adottati l-istandards tekniċi msemmija fl-Artikolu 7 għandhom ikunu kkonferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat. |
|
|
2. L-abbozzi ta' standards regolatorji għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. |
|
|
3. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru. |
|
|
4. Is-setgħa li tadotta standards tekniċi tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7b sa 7d. |
|
|
5. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li jkunu ġew approvati u liema awtoritajiet nazzjonali ma jkunux ikkonformaw magħhom. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7b |
|
|
Oġġezzjonijiet għall-istandards regolatorji |
|
|
1. Il-Parlament jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard regolatorju fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jittawwal b'xahrejn. |
|
|
2. Jekk fi tmiem dan il-perjodu la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjaw għall-istandard regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
|
|
3. Qabel ma jiskadi dan il-perjodu u f'każijiet eċċezzjonali u ġġustifkati kif dovut, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu t-tnejn jinfurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx l-intenzjoni li jqajmu oġġezzjonijiet għal standard regolatorju. F'każi ta’ dan it-tip, l-istandard regolatorju għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
|
|
4. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal standard regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex qed toġġezzjona għall-istandard regolatorju. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 7 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7c |
|
|
Nuqqas ta' approvazzjoni jew emendar tal-abbozz ta' standards regolatorji |
|
|
1. F’każ li l-Kummissjoni ma tapprovax l-abbozz ta' standard regolatorju jew temendah, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bir-raġunijiet tagħha. |
|
|
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu fi żmien xahar isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew sabiex jippreżentaw u jispjegaw fejn ma jaqblux. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 7 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7d |
|
|
Revoka tad-delega |
|
|
1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
|
|
2. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha tiddikjara r-raġunijiet tar-revoka u għandha ttemm id-delega. |
|
|
3. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat fuq standards reglatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 7 e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7e |
|
|
Standards ta' implimentazzjoni |
|
|
1. L-Awtorità tista' tiżviluppa abbozz ta' standards biex timplimenta atti tal-Unjoni li jorbtu legalment fl-oqsma stipulati speċifikament fir-regolament preżenti u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). |
|
|
2. L-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards ta' implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadotta abbozzi ta’ standards ta' implimentazzjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll opinjoni jew parir tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati msemmija fl-Artikolu 22. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz tagħha ta' standards ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
4. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax, tiċħadx jew temendax l-abbozz ta’ standards ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha, waqt li tiddikjara r-raġunijiet. |
|
|
5. L-abbozz ta' standards ta' implimentazzjoni jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni jekk ikunu inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju ta' proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. |
|
|
6. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tapprovax l-abbozzi tal-istandards ta' implimentazzjoni jew temendahom, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha. |
|
|
7. Wara t-tlestija tal-proċedura dovuta l-istandards għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. |
1. Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
|
1a. L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati. L-Awtorità għandha titlob ukoll opinjoni jew parir tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati msemmija fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, analiżijiet u opinjonijiet u dawk il-pariri għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linja gwida jew tar-rakkomandazzjoni. |
|
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
2. Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk hijiex beħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Fil-każ li awtorità kompetenti ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawk ir-raġunijiet. |
|
|
2b. L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw annwalment, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni jew le. |
|
Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
3. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li jinħarġu, waqt li jiddikjara liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u jiddeskrivi kif l-Awtorità beħsiebha tiżgura li fil-futur din issegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
1. Fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx applikat sewwa l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi l-istandards regolatorji u ta' implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 7 u 7e b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
|
2. Fuq talba ta’ awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. |
3. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. |
|
3. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
4. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. L-Awtorità għandha tiżgura r-rispett tad-dritt tad-destinatarji tad-deċiżjoni li jinstemgħu. |
|
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja. |
5. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
|
4. Fejn l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità superviżorja nazzjonali tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
6. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien l-10 ijiem tax-xogħol stipulati fil-paragrafu 3 minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità għandha tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu b’xahar. |
L-Awtorità għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn xahar minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. |
|
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
|
|
5. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
7. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Awtorità. |
|
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità superviżorja nazzjonali sabiex iżżomm jew treġġa’ lura lejn stat newtrali l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
8. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura lejn stat newtrali l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità għandha, skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
|
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. |
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. Kwalunkwe spejjeż legali jew ġudizzjarji li jkollha tidħol fihom l-Awtorità bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni. |
|
7. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fuq l-istess kwistjoni. |
9. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 8 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti kollha li huma attivi fil-ġurisdizzjoni li ma tikkonformax u għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fuq l-istess kwistjoni. |
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 5 jew 8 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
|
|
9a. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-BERS, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew, jew mill-Kummissjoni, jista’ joħroġ twissija li tiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza sabiex jippermetti lill-Awtorità, mingħajr iktar rekwiżiti, tadotta d-deċiżjonijiet individwali msemmija fil-paragrafu 3. |
|
|
1a. Meta joħroġ twissija, il-BERS għandu jinnotifikaha simultanjament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. |
|
|
Malajr kemm jista' jkun wara n-notifika, il-President tal-BERS u l-Kummissarju kompetenti għandhom jinstemgħu mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew rigward ir-regoli ta' kunfidenzjalità jekk id-deċiżjoni li ttieħdet mill-BERS ma kinitx pubblika. |
|
|
1b. Fejn tkun saret twissija, l-Awtorità għandha tiffaċilita b'mod attiv u, fejn ikun meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. |
|
2. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. |
2. Fejn il-BERS ikun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tadotta deċiżjonijiet individwali biex tiżgura li l-awtoritajiet jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni.. |
|
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
|
|
3a. Jekk id-destinatarju tad-deċiżjoni jirrifjuta milli jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni jew ma’ deċiżjoni speċifika meħuda mill-Awtorità, l-Awtorità tista’ tiftaħ proċeduri fil-qrati nazzjonali, inklużi l-applikazzjonijiet għall-għajnuna soċjali interim. |
|
4. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fuq l-istess kwistjoni. |
4. Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. |
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
|
|
4a. Il-BERS għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Awtorità, u jiddikjara t-tmiem tas-sitwazzjoni ta' emerġenza fejn ikun il-każ. |
|
|
4b. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistipula d-deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafi 3 u 4. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità superviżorja nazzjonali oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2. |
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f’oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu t-tmexxija fl-għajnuna lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u 4. |
|
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. |
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur. |
|
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li teħtieġhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, f’konformità mal-liġi Komunitarja. |
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tieħu deċiżjoni biex jissolva n-nuqqas ta’ ftehim u biex jintalbu jieħdu azzjoni speċifika f’konformità mal-liġi tal-Unjoni b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. |
|
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
|
|
4a. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
|
|
4b. Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula n-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex tinstab soluzzjoni għal dan in-nuqqas ta' qbil. |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 11 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Soluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti bejn is-setturi |
|
|
Il-Kumitat Konġunt għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11, isib soluzzjoni għall-każijiet ta' nuqqas ta’ qbil li jistgħu jinqalgħu bejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jaġixxu skont l-Artikolu 42. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxu biex tippromwovi l-ħidma effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-kulleġġi kollha. |
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u tikkontrolla l-ħidma effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fil-kulleġġi kollha. L-istaff mill-awtorità għandu jkun jista’ jieħu sehem fi kwalunkwe attività, inkluż l-eżamijiet fuq il-post, imwettqa b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar. |
|
2. L-Awtorità għandha tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta’ dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala ‘awtorità superviżorja nazzjonali’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ. |
2. L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għal dak il-għan, hija għandha titqies bħala ‘awtorità kompetenti’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti Hija għandha, tal-inqas: |
|
|
(a) tiġbor u taqsam l-informazzjoni kollha rilevanti f’sitwazzjonijiet ta’ negozji viabbli u sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tiffaċilita l-ħidma tal-kulleġġi ta' superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali li tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri. |
|
|
(b) tibda u tikkoordina testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni Ewropea kollha sabiex tevalwa r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, waqt li tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista’ jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. |
|
|
(c) tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'sitwazzjonijiet ta’ negozju vijabbli, kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża l-evalwazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; kif ukoll |
|
|
(d) tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
3. F’kooperazzjoni mas-superviżuri li joperaw fil-kulleġġi tas-superviżuri, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u tiġbor kif meħtieġ l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiffaċilita l-ħidma ta’ dawk il-kulleġġi. |
3. L-Awtorità tista’ toħroġ standards regolatorji u ta' implimentazzjoni, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 biex tarmonizza funzjonament superviżorju u l-aqwa prattiki adottati mill-kullegi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw arranġamenti bil-miktub għall-funzjonament ta' kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti bejniethom kollha. |
|
|
3a. Rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità li ssolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet ikkonċernati. |
|
Hija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-kulleġġi tas-superviżuri. |
|
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 12 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12a |
|
|
Dispożizzjonijiet Ġenerali |
|
|
1. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji ta’ tfixkil fis-servizzi finanzjarji li jkun (i) ikkawżat minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha u (ii) ikollu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment importanti b’mod sistematiku sa ċertu grad. |
|
|
2. L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala l-bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-istituzzjonijiet transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b li potenzjalment jistgħu jkunu ta' riskju sistemiku. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta' riskju ta' istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku għad-deċiżjoni għal sorveljanza jew intervenzjoni diretta f'istituzzjoni batuta. |
|
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif meħtieġ, abbozz addizzjonali ta' standards regolatorji u ta' implimentazzjoni kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b li jistgħu jkunu ta' riskju sistemiku. |
|
|
4. L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jkunu ta' riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każi, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
|
|
5. L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta' Riżoluzzjoni b'mandat li timplimenta l-governanza u l-modus operandi iddefiniti b'mod ċar tal-ġestjoni tal-kriżijiet, mill-intervent bikri sar-riżoluzzjoni u l-falliment, u tmexxi dawn il-proċeduri. |
|
|
6. L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b jridu jieħdu sehem fl-Iskema Ewropea ta' Garanzija kif ukoll fil-Fond Ewropew għall-Istabilità kif stabbilit mill-Artikoli 12d u 12e. L-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed għandu jkollhom l-għażla li jissieħbu mal-Iskema Ewropea ta' Garanzija jew mal-Fond Ewropew għall-Istabilità. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fondi Ewropej għandhom jissostitwixxu dawk magħmula lill-fondi nazzjonali ta' natura simili. |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 12 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12b |
|
|
L-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemiċi li potenzjalment jistgħu jkunu ta' riskju sistemiku |
|
|
1. Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni tal-BERS, jista', bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika istituzzjonijiet transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu jew minħabba d-dimensjoni tagħhom fl-UE jeħtieġ li jkunu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew imqiegħda taħt l-Unità ta' Riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12c. |
|
|
2. Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB, l-FMI u l-BIS. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 12 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12c |
|
|
Unità ta' Riżoluzzjoni |
|
|
1. L-Unità ta' Riżoluzzjoni għandha tippreserva l-istabilità finanzjarja u timminimizza l-effett ta' kontaġju mid-diffikultajiet tal-istituzzjonijiet batuti identifikati fl-Artikolu 12b lill-bqija tas-sistema u lill-ekonomija inġenerali u tillimita l-ispiża għal min iħallas it-taxxi fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità, tal-ġerarkija tal-kredituri u l-garanzija ta' trattament indaqs f'livell transkonfinali. |
|
|
2. L-Unità ta' Riżoluzzjoni għandha tkun awtorizzata twettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, sabiex tirrijabilita istituzzjonijiet f'diffikultà jew biex tiddeċiedi fuq l-istralċ ta' istituzzjonijiet mhux vijabbli (element kritiku għal-limitazzjoni tal-periklu morali). Fost azzjonijiet oħra, din tista' titlob aġġustamenti ta' kapital jew ta' likwidità, l-adattament tat-taħlita tan-negozju, it-titjib tal-proċessi, il-ħatra jew is-sostituzzjoni ta' min imexxi, ir-rakkomandazzjoni ta' garanziji, self u assistenza fil-likwidità, bejgħ totali jew parzjali, il-bidla tad-dejn f'ekwità (b’haircuts xierqa) jew li istituzzjoni tittieħed taħt kontroll pubbliku temporanju. |
|
|
3. L-Unità ta' Riżoluzzjoni għandha tinkludi esperti maħtura mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità b'għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, salvataġġ u likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 12 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12d |
|
|
Qafas Ewropew ta' Skemi għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni |
|
|
1. Livell xieraq ta' armonizzazzjoni ta' skemi nazzjonali għall-garanzija tal-assigurazzjoni għandhom jiġu introdotti fl-Istati Membri kollha biex jiżguraw il-ħarsien tal-konsumatur madwar l-Unjoni. |
|
|
Skema Ewropea għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni (l-Iskema) għandha tkun stabbilita sabiex tiġi żgurata l-koresponsabilità tal-istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi tat-titolari tal-poloz Ewropej u biex timminimizza l-ispiża għal min iħallas it-taxxi. |
|
|
2. L-Iskema għandha tkun iffinanzjata permezz tal-kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b. Il-kontribuzzjoni għall-Iskema għandha tkun iddeterminata minn, fost affarijiet oħra, kemm hi esposta għar-riskju tal-istituzzjoni finanzjarja. |
|
|
3. L-Iskema għandha tkun immaniġġjata minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-iskemi ta' garanzija nazzjonali. L-Iskema għandha toħloq ukoll Bord Konsultattiv li jinkludi rappreżentanti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipparteċipaw fil-Fond. |
|
|
4. Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux biżżejjed biex iħarsu l-interessi tat-titolari tal-poloz Ewropej, l-Iskema għandu jkollha l-kapaċità li żżid ir-riżorsi tagħha permezz tal-ħruġ tad-dejn jew mezzi finanzjarji oħra. |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 12 e (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12d |
|
|
Fond Ewropew għall-Istabilità tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
|
|
1. Fond Ewropew għall-Istabilità tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (il-Fond għall-Istabilità) għandu jkun stabbilit sabiex isaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż tas-sistema finanzjarja, inkluż l-irkupru sħiħ tal-ispejjeż fiskali, u biex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-kriżi ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li qed ifallu. Istituzzjonijiet finanzjari li joperaw biss fi Stat Membru wieħed se jkollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond. Il-Fond għall-Istabilità se jadotta miżuri xierqa biex jevita li d-disponibilità tal-għajnuna tiġġenera periklu morali. |
|
|
2. Il-Fond għall-Istabilità għandu jkun iffinanzjat permezz tal-kontribuzjonijiet diretti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha identifikati fl-Artikolu 12b. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta' riskju u mal-kontribuzzjonijiet għal riskju sistemiku li kull wieħed minnhom joħloq u mal-varjazzjonijiet fir-riskju globali matul iż-żmien, kif identifikat permezz tar-risk dashboard tagħhom. Il-livelli ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa għandhom iqisu kundizzjonijiet ekonomiċi usa' u l-ħtieġa tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jżommu kapital għal ħtiġiet regolatorji u ta' negozju oħrajn. |
|
|
3. Il-Fond għall-Istabilità għandu jkun immaniġġjat minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom jintagħżlu minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għall-Istabilità għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun jinvolvi rappreżentanza bla vot tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond għall-Istabilità. Il-Bord tal-Fond għall-Istabilità jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tal-Fond għall-Istabilità lill-istituzzjonijiet ta' fama tajba (bħall-BEI). Dawn il-fondi għandhom ikunu investiti fi strumenti sikuri u likwidi. |
|
|
5. Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontribuzzjonijiet magħmula mill-banek ma jkunux biżżejjed biex jiġu ffaċċjati d-diffikultajiet, il-Fond għall-Istabbiltà għandu jkollu l-kapaċità li jżid ir-riżorsi tiegħu permezz ta' ħruġ ta' dejn jew ta' mezzi finanzjarji oħra. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu, bi qbil bilaterali, jiddelegaw kompiti u responsabbiltajiet lil awtoritajiet superviżorji nazzjonali oħrajn. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi qbil bilaterali, jiddelegaw kompiti u responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn. |
|
2. L-Awtorità għandha tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b'mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi. |
2. L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b'mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.. |
|
|
2a. Id-delega tar-responsabiltajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-Awtorità li għandha d-delega għandha tiggverna l-proċedura, l-infurzar, ir-reviżjoni ġudizzjarja u amministrattiva marbuta mar-responsabiltajiet iddelegati. |
|
3. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità. |
|
L-Awtorità tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata. |
L-Awtorità tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata. |
|
L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa. |
L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa. |
|
|
3a. Ma għandu jsir l-ebda ftehim bilaterali dwar delega li jikkonċerna dawk l-istituzzjonijiet li huma identifikati fl-Artikolu 12b. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar il-Komunità u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin: |
1. L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin: |
|
(a) tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; |
(a) tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti; |
|
(b) tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, b’rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta pprovduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti; |
(b) tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b’rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-dejta pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti; |
|
(c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar; |
(c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards globali tal-kontabilità tar-rapportar; |
|
(d) tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ; |
(d) tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards regolatorji u ta' implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ; |
|
(e) tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra. |
(e) tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet evalwati. |
1. Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet evalwati. |
|
2. L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda mhux limitata għal: |
2. L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda mhux limitata għal: |
|
(a) l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità superviżorja nazzjonali, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq; |
(a) l-adegwatezza tal-arranġamenti istituzzjonali, ir-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-persunal tal-awtorità superviżorja nazzjonali, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji u ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 7e u fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq; |
|
(b) il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi Komunitarja; |
(b) il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji u ta' implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni; |
|
(c) prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet superviżorji nazzjonali oħra sabiex jadottawhom. |
(c) prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom. |
|
3. Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati. |
3. Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista’ tadotta standards regolatorji u ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 7 u 7e, toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8. |
|
|
3a. L-Awtorità għandha tagħmel disponibbli pubblikament ir-riżultat tal-evalwazzjonijiet orizzontali u l-aqwa prattiki li jistgħu jkunu identifikati minn dawk l-evalwazzjonijiet orizzontali. |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità. |
1. L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, inkluż fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. |
|
L-Awtorità għandha tippromwovi rispons Komunitarju koordinat, fost l-oħrajn billi: |
2. L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat u kkonsolidat tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi: |
|
(1) tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; |
(1) tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
|
(2) tistabbilixxi l-ambitu u tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati kollha; |
(2) tistabbilixxi l-ambitu u tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti konċernati kollha; |
|
(3) bla ħsara għall-Artikolu 11, taġixxi bħala medjatur fuq talba tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew fuq inizjattiva tagħha stess; |
(3) bla ħsara għall-Artikolu 11, taġixxi bħala medjatur fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess; |
|
(4) tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza. |
(4) tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza. |
|
|
(4a) tieħu l-miżuri kollha xierqa fl-ambitu tal-poteri tagħha sabiex tiżgura l-koordinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji. |
|
|
(4b) taġixxi bħala riċevitur ċentrali tar-rappurtar regolatorju għal istituzzjonijiet attivi f'iżjed minn Stat Membru wieħed. |
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bid-data kollha mir-rappurtar regolatorju li jirċievu minn istituzzjonijiet bħal dawn. Hekk kif tirċievi dik id-data, l-Awtorità għandha taqsam l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. |
1. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fl-evalwazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq għall-istituzzjonijiet finanzjarji, u evalwazzjoni tal-impatt ta' żviluppi potenzjali fis-suq fuqhom. |
|
B’mod partikolari, f’kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar il-Komunità kollha dwar ir-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali: |
2. F’kooperazzjoni mal-BERS, l-Awtorità għandha tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha dwar ir-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti: |
|
(a) metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni; |
(a) metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni; |
|
(b) approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji. |
(b) approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
|
(c) metodoloġiji komuni għall-evalwazzjoni tal-effett ta' prodotti partikulari jew proċessi ta' distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni u fuq min jiddepożita, min jinvesti u l-protezzjoni tal-konsumatur; |
|
2. Bla ħsara għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (KE) Nru …/...[BERS], l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha. |
3. Bla ħsara għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru …/2010 [BERS], l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha. |
|
L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju. |
L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju. |
|
3. L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
4. L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
1. Bla ħsara għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-fora internazzjonali kollha li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). |
|
|
1b. L-Awtorità għandha tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi. |
|
L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ sistemi superviżorji f’pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
2. L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ sistemi superviżorji f’pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta standards regolatorji bi qbil mal-Artikoli 7a sa 7d, bil-għan li jsiru valutazzjonijiet tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza msemmija f'dan l-Artikolu. |
|
|
3. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula l-arranġamenti amministrattivi u d-deċiżjonijiet ekwivalenti miftiehma ma’ organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet internazzjonali jew ma’ pajjiżi terzi. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafi 2 u 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu taħt it-termini tad-Direttiva 2007/44/KE, l-Awtorità tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni ta’ xi awtoritajiet superviżorji nazzjonali, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali li għandha titwettaq minn xi awtorità ta’ Stat Membru. Għandu japplika l-Artikolu 20. |
2. Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu taħt it-termini tad-Direttiva 2007/44/KE, l-Awtorità tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq applikazzjoni ta’ xi awtoritajiet kompetenti, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali li għandha titwettaq minn xi awtorità ta’ Stat Membru. Għandu japplika l-Artikolu 20. |
|
|
2a. Fuq il-bażi ta’ Linji Gwida Konġunti, l-Awtorità tista' twettaq il-bidla tal-proċedura ta’ kontroll skont id-Direttiva 2007/44/KE. Hekk kif tirċievi n-notifika, l-Awtorità għandha tikkoordina flimkien mal-awtoritajiet kompetenti relevanti. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. |
1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn li jiġbru jew li jkollhom informazzjoni dwar istituzzjonijiet jew prodotti tas-swieq finanzjarji għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament, sakemm id-destinatarju jkollu aċċess legali għad-data relevanti, u sakemm it-talba għall-informazzjoni tkun proporzjonata f’dak li għandu x’jaqsam man-natura tal-kompitu kkonċernat. |
|
L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. |
1a. L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. Dawk it-talbiet għandhom jużaw formats ta' rappurtar komuni li jridu jitwettqu, fejn hu xieraq, f'livell konsolidat. |
|
|
1b. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux obbligati jiġbru l-informazzjoni mitluba, l-Awtorità tista’ temenda l-istandards regolatorji jew implimentattivi li jirreferu għar-rekwiżiti ta’ rappurtar. |
|
|
1c. Fuq talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kull informazzjoni ta’ dan it-tip li jkun hemm bżonn biex l-awtorità kompetenti tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun implimentat arranġamenti adegwati dwar il-kunfidenzjalità. |
|
|
1d. Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-obbligu ta’ rappurtar, l-Awtorità għandha tqis l-istatistika eżistenti prodotta, imqassma u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. |
|
2. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u minn awtoritajiet pubbliċi oħra tal-Istati Membri, l-Awtorità tista’ tindirizza talba motivata direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti u lil partijiet oħrajn. Hija għandha tinforma lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali rilevanti b’tali talbiet. |
|
|
Fuq talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni. |
|
|
3. L-Awtorità tista’ tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi mingħand l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn jew mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet oħra għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. |
|
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tikkoopera mal-BERS. |
1. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u b’mod regolari mal-BERS. |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. |
2. L-Awtorità għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (UE) Nru …./2010 [BERS]. L-Awtorità għandha tiżviluppa protokoll xieraq għall-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f’waqtu. |
5. Mal-irċevuta ta’ twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f’waqtu. |
|
Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni. |
Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni. |
|
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għall-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-BERS skont l-Artikolu [17] tar-Regolament (KE) Nru …/... [BERS]. |
L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għall-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-BERS skont l-Artikolu [17] tar-Regolament (UE) Nru …/... [BERS]. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
Grupp tal-Partijiet Interessati fl-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati fil-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
|
1. Għall-fini ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Grupp tal-Partijiet Interessati fl-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni, u Grupp tal-Partijiet Interessati fil-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (“il-Gruppi tal-Partijiet Interessati”). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiġu kkonsultati dwar id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet rilevanti kollha tal-Awtorità. Jekk iridu jittieħdu azzjonijiet b’mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiġu informati malajr kemm jista’ jkun. |
|
|
Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiltaqgħu mill-anqas erba’ darbiet fis-sena. |
|
2. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat ditti tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni kif ukoll fondi tal-pensjonijiet tax-xogħol, l-impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi u l-utenti tas-servizzi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u pensjonijiet tax-xogħol. |
2. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jikkonsistu minn 30 membru, li jirrappreżentaw b'mod proporzjonat lill-varjetà sħiħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, l-impjegati tagħhom, kif ukoll il-konsumaturi, l-investituri u l-utenti tas-servizzi finanzjarji. Mill-inqas 5 mill-membri għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla livell. In-numru ta' membri li jirrappreżentaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji m'għandux jaqbeż l-10. |
|
Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. |
|
|
3. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. |
3. Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. |
|
Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika xierqa tal-partijiet interessati madwar il-Komunità kollha. |
Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jiżgura li l-membri kollha li ma jirrappreżentawx lill-parteċipanti professjonali fis-suq jew lill-impjegati tagħhom jiżvelaw kull kunflitt ta’ interess potenzjali. |
|
L-Awtorità għandha tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
4. L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Gruppi tal-Partijiet Interessati. Għandu jiġi stabbilit kumpens finanzjarju xieraq għall-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati li jirrappreżentaw lill- organizzazzjonijiet bla skop ta’ profitt. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi li għalihom jistgħu jinħatru esperti oħra sabiex tiġi żgurata l-kompetenza teknika meħtieġa. |
|
4. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla. |
Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom iservu għal perjodu ta’ ħames snin, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla. |
|
Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin. |
|
|
5. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol jista’ jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità speċifikati fl-Artikoli 7 u 8. |
5. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jippreżentaw opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità, inkluż fir-rigward tal-ilħuq ta’ pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), kif stipulat fl-Artikolu 42, waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-kompiti stipulati fl-Artikoli 7 sa 7e, 8, 10, 14, 15 u 17. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jinfluwenzaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Awtorità. Ir-rappreżentanti kollha tal-grupp għandu jkollhom l-opportunità li jagħtu l-input tagħhom. Id-deċiżjoni finali dwar il-punti proposti fl-aġenda għandha tittieħed mill-Grupp tal-Partijiet Interessati, bid-dritt li kull subgrupp ta’ partijiet interessati jkollu l-punti proposti tiegħu fuq l-aġenda. Kull subgrupp ta’ partijiet interessati jista' jippreżenta l-opinjonijiet u l-pariri tiegħu lill-Awtorità. L-opinjonijiet u l-pariri ta’ dan it-tip mhumiex neċessarjament riflessjoni ta’ dawk tal-maġġoranza fil-Gruppi tal-Partijiet Interessati. |
|
6. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. |
6. Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom fuq il-bażi ta’ ftehim b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri. |
|
7. L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu. |
7. L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħha. |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 23 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa bl-ebda mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
|
|
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità superviżorja nazzjonali li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità superviżorja nazzjonali. |
1. Fejn Stat Membru jqis li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa b’mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti dwar jekk se hux jikkonforma jew le ma’ dik id-deċiżjoni. |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu jipprovdi evalwazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
|
F’dak il-każ, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża. |
|
|
Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. |
2. Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. |
|
Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien xahrejn, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. |
3. Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed minn maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed minn maġġoranza kwalifikata tal-membri tagħha. Fl-ebda minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati. Maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita bħala tal-inqas 55% tal-membri tal-Kunsill bl-esklużjoni tal-Istat Membru kkonċernat, li tkun tikkonsisti minn tal-inqas 65% tal-popolazzjoni tal-Unjoni bl-esklużjoni tal-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, jew fejn ma jiħux deċiżjoni fi żmien xahrejn, is-sospensjoni ta’ dik id-deċiżjoni għandha tintemm b’mod immedjat. |
4. Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u xahar fil-każ tal-Artikolu 11, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet. |
|
3. Fejn Stat Membru jqis li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità superviżorja nazzjonali, li d-deċiżjoni ma tkunx ser tiġi implimentata mill-awtorità superviżorja nazzjonali. |
|
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
|
|
Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien għaxart ijiem xogħol, jiddeċiedi jekk tinżammx jew tiġix irrevokata d-deċiżjoni tal-Awtorità. |
|
|
Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet. |
|
|
|
5. Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma għandhomx jitolbu lill-Kunsill biex iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 9(6), fl-Artikolu 10(2) u (3) u fl-Artikolu 11(3) u (4), l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza tal-kwistjoni. |
1. Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lid-destinatarju bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, il-kumplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Il-kelma “destinatarju” tinkludi kemm lill-awtoritajiet u kemm l-istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
2. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. |
2. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. |
|
3. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament. |
3. Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament. |
|
4. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. |
4. Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa. |
|
5. Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità superviżorja nazzjonali jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, filwaqt li jitqies l-interess leġittmu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom . |
5. Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm pubblikazzjoni ta' dan it-tip ma tmurx kontra l-interess leġittimu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew ma tipperikolax serjament il-funzjonament b’ordni u l-integrità tas-swieq finanzjarji, jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi jew parti minnha. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn: |
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn: |
|
(a) il-President, li ma jkollux vot; |
(a) il-President, li ma jkollux vot; |
|
(b) il-Kap tal-awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’kull Stat Membru. Jekk ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru, l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar wieħed mill-Kapijiet biex ikun ir-rappreżentant fuq il-Bord tas-Superviżuri; |
(b) il-Kap tal-awtorità pubblika nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet għall-assigurazzjoni, għar-riassigurazzjoni u għall-pensjonijiet f’kull Stat Membru. Fejn aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, huma għandhom jiddeċiedu bejniethom kif se jeżerċitaw ir-rappreżentanza tagħhom, inklużi kwalunkwe voti skont l-Artikolu 29, li għandhom jinqasmu; |
|
(c) rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot; |
(c) rappreżentant wieħed mingħajr vot tal-Kummissjoni; |
|
|
(d) rappreżentant wieħed mingħajr vot tal-Bank Ċentrali Ewropew ; |
|
(d) rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot; |
(e) rappreżentant wieħed mingħajr vot tal-BERS; |
|
(f) rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra li ma jkollhomx vot. |
(f) rappreżentant wieħed mingħajr vot ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra. |
|
2. Kull awtorità superviżorja nazzjonali, u jekk ikun hemm aktar minn awtorità superviżorja nazzjonali rilevanti waħda, dawk l-awtoritajiet flimkien, għandhom ikunu responsabbli biex jinnominaw sostitut ta’ livell għoli mill-awtorità jew l-awtoritajiet tagħhom, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f’każ li din il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. |
2. Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina sostitut ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f’każ li din il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. |
|
3. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi. |
|
|
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota. |
|
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil sabiex jiffaċilita r-risoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panil indipendenti sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta’ qbil, li jkun iffurmat mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u li ma għandu jkollhom l-ebda interess fil-kunflitt. |
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta Deċiżjoni skont l-Artikolu 11 fuq proposta mill-panil. |
|
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
1. Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess waħdieni tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, minn Gvern ta’ xi Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
|
|
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn ma għandhomx jipprovaw jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri fit-twettiq tal-kompiti tagħhom li għandhom x’jaqsmu mal-Awtorità. |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-Bord tas-Superviżuri, fuq il-bażi ta’ proposta tal-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport annwali msemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jittrażmetti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 29Teħid ta’ deċiżjonijiet
|
Artikolu 29Teħid ta’ deċiżjonijiet
|
|
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għall-atti speċifikati fl-Artikoli 7, 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati skont il-Kapitolu VI. |
1. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. |
|
Id-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri. |
1a. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri, skont il-prinċipju fejn kull membru għandu vot wieħed. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaġixxi fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinita fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-atti speċifikati fl-Artikoli 7, 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet kollha adottati skont il-Kapitolu VI. |
|
|
|
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President, rappreżentant tal-Kummissjoni, u minn erba’ membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri tiegħu. |
1. Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul minn ħames membri: il-President u erba’membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri minn fost il-membri votanti tiegħu. |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull membru ħlief il-President għandu jkollu sostitut, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord Maniġerjali jekk dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi. |
imħassar |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. |
imħassar |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Huwa għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena f’sessjoni ordinarja. |
Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ mill-inqas qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kemm-il darba jqis li hemm bżonn. |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Komunità, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess waħdieni tal-Unjoni kollha kemm hi, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 6 u paragrafu 6 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jittrażmetti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
6. Il-Bord Maniġerjali, wara konsultazzjoni mal-Bord tas-Superviżuri, għandu jadotta r-rapporti ta’ kull tliet xhur li l-President tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew bi qbil mal-Artikolu 35(2). |
|
|
6a. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll rapport annwali u l-President tal-Awtorità għandu jippreżentah lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Il-President għandu jinħatar mill-Parlament Ewropew fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla, organizzata u ġestita mill-Kummissjoni. |
|
Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista qasira ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jwettaq seduti ta’ smigħ ta’ dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b’dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri. |
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. |
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak is-sostitut ma għandux ikun membru tal-Bord Maniġerjali. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri soġġetta għal konferma mill-Parlament Ewropew. |
5. Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss mill-Parlament Ewropew b’segwitu għal deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra ma għandhomx jipprovaw jinfluwenzaw lill-President fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha. |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Bi qbil mar-Regolamenti dwar il-Persunal imsemmija fl-Artikolu 54, il-President għandu, wara li jkun ħalla s-servizz, ikompli jkun marbut bid-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċertu ħatriet jew benefiċċji. |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 35 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob ukoll lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispetta b’mod sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni b’mod regolari quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri ta’ dak il-kumitat. |
1. Il-President jew is-sostitut tiegħu għandu, mill-inqas kull tliet xhur, jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu. |
|
2. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob lill-President sabiex jissottometti rapport dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. |
2. Il-President għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
|
|
3. Apparti l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7a sa 7e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar id-disponibilità, l-ammont u l-kost tal-assigurazzjoni għad-djar privati u l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju, u t-tweġibiet mogħtija għall-opinjoni maħruġa mill-Gruppi tal-Partijiet Interessati. Għandu jinkludi wkoll kull informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc. |
|
|
4. Il-President għandu jippreżenta wkoll rapport annwali dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 39 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 39 |
imħassar |
|
Kompożizzjoni |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti mis-SESF, li għandha taħdem bħala netwerk tas-Superviżuri. |
|
|
2. Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) l-awtoritajiet fl-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [ABE] u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AETS ]; |
|
|
(b) l-Awtorità; |
|
|
(c) l-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [ABE]; |
|
|
(d) l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [AETS ]; |
|
|
(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previst fl-Artikolu 40; |
|
|
(f) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 9 u 10. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsettorjali oħra mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 40. |
|
Emenda 107 Proposta għal regolament Kapitolu IV – Taqsima 2 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din l-emenda tapplika għat-test kollu kemm hu | |
|
KUMITAT KONĠUNT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ |
AWTORITÀ SUPERVIŻORJA EWROPEA (KUMITAT KONĠUNT) |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġi stabbilit li l-Kumitat Konġunt huwa wkoll korp konsultattiv intra-ASE u bejn l-ASE u l-BERS. | |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 40 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa bil-preżenti stabbilit. |
1. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) hija bil-preżenti stabbilita u għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt. |
|
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-ASE l-oħrajn, b'mod partikolari dwar: |
|
|
– il-konglomerati finanzjarji; |
|
|
– il-kontabilità u l-verifika; |
|
|
– l-analiżijiet mikroprudenzjali ta' żviluppi, riskji u vulnerabilitajiet transsettorjali għall-istabilità finanzjarja; |
|
|
– il-prodotti ta' investiment għall-konsumatur individwali; |
|
|
– il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll |
|
|
– skambju ta' informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
|
3. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-appoġġ amministrattiv tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Dan jinkludi spejjeż fuq il-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b’persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-ispejjeż amministrattivi, infrastutturali u operattivi. |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 40 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Fil-każ li istituzzjoni identifikata fl-Artikolu 12(b) tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi liema Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti ewlenija u/jew jadotta deċiżjonijiet vinkolanti biex tinstab soluzzjoni għall-problemi bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 41 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-President u mill-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43. |
1. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu Bord magħmul mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43. |
|
2. Id-Direttur Eżekuttiv, il-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord tal-Kumitat Konġunt kif ukoll għas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi. |
|
3. Il-President tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
3. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) u l-Awtorità. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun Viċi President tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
|
4. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. |
4. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. |
|
Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn. |
Il-Bord tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jiltaqa’ għallinqas darba kull xahrejn. |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 43 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt. |
|
Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità superviżorja nazzjonali relevanti minn kull Stat Membru. |
Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti relevanti minn kull Stat Membru.
|
|
Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun ukoll membru tal-Kumitat Konġunt of Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun ukoll membru tal-Kumitat Konġunt. |
|
Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi aktar Sottokumitati. |
Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi aktar Sottokumitati. |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 44 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
1. Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
|
2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti, li għandhom ikunu individwi b’għarfien u b’esperjenza relevanti, għajr persunal attwali tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. |
2. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti, b’biżżejjed kompetenza legali biex jipprovdu pariri legali esperti dwar l-eżerċitar min-naħa tal-Awtorità tas-setgħat tagħha. |
|
Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu. |
Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu. |
|
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. |
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. |
|
Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn. |
Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn. |
|
3. Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri. |
3. Il-membri tal-Bord tal-Appell u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Parlament Ewropew minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri. |
|
Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (KE) Nru .../... [ABE] u r-Regolament (KE) Nru .../...[AETS]. |
|
|
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġi estiż darba. |
|
|
5. Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri. |
|
|
6. L-Awtorità, l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell. |
6. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt. |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha. |
1. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha, u lanqas ma jistgħu jkunu impjegati attwali ta' istituzzjonijiet Ewropej oħra jew ta' awtoritajiet nazzjonali. |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tista’ tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont il-leġiżlazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna. |
Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tista’ tappella kontra l-legalità ta’ deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna. |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 47 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja |
Azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu kemm hu.) |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 230 tat-Trattat, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità. |
1. Azzjoni tista’ titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità. |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kull persuna fiżika jew legali, jistgħu jressqu appell direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Awtorità, bi qbil mal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 232 tat-Trattat. |
2. Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Id-dħul tal-Awtorità għandu jkun jikkonsisti, b’mod partikolari, minn: |
1. Id-dħul tal-Awtorità għandu jkun jikkonsisti, b’mod partikolari, minn: |
|
(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
|
|
(b) sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni); |
(a) sussidju mill-Unjoni, li jidher taħt intestatura tal-baġit separata fit-Taqsima [XII] tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; |
|
(c) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti relevanti tal-liġi Komunitarja. |
(b) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti relevanti tal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz tal-baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord Maniġerjali għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv, jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi, inkluż pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord tas-Superviżuri. |
1. Wara l-ewwel sena ta’ operazzjoni tal-Awtorità, li tintemm fil-31 ta' Diċembru 2011, id-Direttur Eżekuttiv għandu, sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz tal-baġit preliminari lill-Bord Maniġerjali u l-Bord tas-Superviżuri flimkien mal-organigramma. Kull sena, il-Bord Maniġerjali għandu, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord Maniġerjali, jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi, li tkun tinkludi organigramma, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord tas-Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Qed jiġi propost li għall-ewwel sena ta' operazzjoni tal-ASE li tintemm fil-31 ta' Diċembru 2011, il-bagits taghhom se jkunu approvati mill-Membri tal-Kumitati L3 rispettivi, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni biex wara jintbagħtu lill-Kunsill u l-Parlament biex jigu approvati. Dan hu ta’ importanza fundamentali biex tiġi żgurata l-indipendenza operattiva tal-ASE sabiex jibdew joperaw fuq bażi finanzjarja soda. Din l-indipendenza hija bbilanċjata permezz tar-rendikont li jrid jingħata lill-istituzzjonijiet politiċi tal-UE. | |
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 272 tat-Trattat. |
3. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-organigramma u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 6 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Għall-ewwel sena ta' operazzjoni tal-Awtorità, li tintemm fil-31 ta' Diċembru 2011, il-bagit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitati tal-Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni biex wara jintbagħat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jiġi approvat. |
Ġustifikazzjoni | |
Qed jiġi propost li għall-ewwel sena ta' operazzjoni tal-ASE li tintemm fil-31 ta' Diċembru 2011, il-bagits taghhom se jkunu approvati mill-Membri tal-Kumitati L3 rispettivi, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni biex wara jintbagħtu lill-Kunsill u l-Parlament biex jigu approvati. Dan hu ta’ importanza fundamentali biex tiġi żgurata l-indipendenza operattiva tal-ASE sabiex jibdew joperaw fuq bażi finanzjarja soda. Din l-indipendenza hija bbilanċjata permezz tar-rendikont li jrid jingħata lill-istituzzjonijiet politiċi tal-UE. | |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż għad-Direttur Eżekuttiv tagħha. |
1. Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta’ impjegati oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż għad-Direttur Eżekuttiv tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-President ma għandux ikun suġġett għar-regolament tal-persunal tal-UE. It-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg għall-President għandhom ikunu stabbiliti mill-Bord tas-Superviżuri, kif diġà jiġri għall-President u l-membri tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. Meta wieħed iqis li l-President se jkun parti mill-BERS u l-Kumitat ta' Tmexxija tiegħu, huwa xieraq li jkun hemm approċċ konsistenti ma' dak tal-BĊE. | |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. |
1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara inġustifikata li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. |
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 56 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 287 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet relevanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. |
1. Il-Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u l-membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet relevanti fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Komunità li permezz tagħhom, huma jkunu adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2). |
1. Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom, huma jkunu adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2). |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 61 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Il-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Awtorità li tkun ta’ interess dirett għalihom għandha tkun miftuħa wkoll għall-pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehimiet mal-Unjoni. |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafi 1 a u 1 b (ġodda) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista’ tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi. |
1a. Matul il-perjodu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u qabel it-twaqqif tal-Awtorità, il-Kumitat tal-Livell 3 għandu jaġixxi f'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni biex jipprepara għas-sostituzzjoni tal-Kumitat tal-Livell 3 bl-Awtorità. Il-Kumitat tal-Livell 3 jista' jieħu l-azzjonijiet preparatorji utli kollha, soġġett għal deċiżjoni finali mill-korpi relevanti tal-Awtorità. |
|
|
1b. Matul il-perjodu mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sad-data tal-ħatra tal-President u l-membri tal-Bord Maniġerjali, u tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, l-Awtorità għandha tkun ippreseduta b'mod proviżorju mill-President tal-Kumitat tal-Livell 3 eżistenti u mmaniġġjata mis-Segretarju Ġenerali tiegħu. |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 62 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. Sad-data tat-twaqqif tal-Awtorità, l-assi u r-responsabilitajiet kollha u l-operazzjonijiet pendenti kollha tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu awtomatikament trasferiti lill-Awtorità. Il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu joħroġ dikjarazzjoni li turi l-assi u r-responsabilitajiet tiegħu fil-mument tal-għeluq fid-data ta' dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mill-membri tiegħu u mill-Kummissjoni. |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 66 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1. Sa ... *, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti li hemm bżonn biex tiġi żgurata bidla bla intoppi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b mill-Awtorità u t-twaqqif ta’ qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżijiet finanzjarji. |
|
1. Fi żmien tliet snin mid-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 67 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
2. Sa ... **, u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia: |
|
|
(a) il-konverġenza fil-prattiki superviżorji standard milħuqa mill-awtoritajiet kompetenti; |
|
|
(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri; |
|
|
(c) ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ riskju sistemiku; |
|
|
(d) l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 23, kif ukoll |
|
|
(e) il-livell ta’ armonizzazzjoni tal-Iskemi għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni nazzjonali. |
|
Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll il-progress miksub lejn konverġenza regolatorja u superviżorja fl-oqsma tal-immaniġġjar u r-risoluzzjoni ta’ kriżijiet fil-Komunità. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni estensiva, inkluż mal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
3. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk: |
|
|
(a) huwiex xieraq li titkompla s-superviżjoni separata tas-setturi tas-servizzi bankarji, l-assigurazzjoni, il-pensjonijiet tax-xogħol, it-titoli u s-swieq finanzjarji, jew jekk għandhomx jinġabru taħt superviżur wieħed; |
|
|
(b) is-superviżjoni prudenzjali u s-superviżjoni tat-tmexxija tal-attività kummerċjali għandhomx jibqgħu magħqudin jew jiġu separati; |
|
|
(c) huwiex xieraq li tiġi ssimplifikata u msaħħa l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE; |
|
|
(d) huwiex xieraq li jiżdiedu s-setgħat regolatorji tal-ASE; |
|
|
(e) l-evoluzzjoni tas-SESF hijiex konsistenti ma’ dik tal-evoluzzjoni globali; |
|
|
(f) hemmx biżżejjed diversità u eċċellenza fi ħdan is-SESF; |
|
|
(g) ir-responsabilità u t-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għall-pubblikazzjoni humiex xierqa. |
|
2. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
4. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
___________________ * ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. ** ĠU jekk jogħġobkom daħħlu d-data: tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Sa mit-tnedija tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji, il-Parlament Ewropew kellu rwol ċentrali fil-bini ta’ suq intern għas-servizzi finanzjarji, billi ppromwova b'mod attiv l-armonizzazzjoni, it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta, filwaqt li żgura l-protezzjoni tal-investituri u tal-konsumatur.
Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà talab b’mod regolari t-tisħiħ ta’ kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell Ewropew filwaqt li nnota n-nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni Ewropea ta' swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (ara r-rapport García-Margallo y Marfil Report dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni (2000)[1], ir-Rapport Van den Burg Report dwar ir-regoli ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea (2002)[2], ir-Rapport Van den Burg dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005–2010) – White Paper (2007)[3] u r-rapport Van den Burg & Daianu b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: struttura futura ta’ superviżjoni (2008)[4]). Barra minn hekk, ċerti testi ta’ leġiżlazzjoni speċifiċi ddeskrivew il-prinċipji ewlenin jew taw indikazzjoni tax-xejra ġenerali lejn dik li għandha tkun l-arkitettura superviżorja tal-UE għall-ġejjieni (Skinner – ir-rapport Solvenza II (2009); ir-regolament Gauzès-CRA (2009)).
Fir-rapporti kollha tal-Parlament Ewropew il-Kummissjoni kienet mistiedna tanalizza kif il-progress lejn struttura superviżorja iktar integrata tista’ tinkiseb b’mod parallel mal-isforzi għal suq uniku integrat għas-servizzi finanzjarji. Ġiet innutata wkoll il-ħtieġa ta’ superviżjoni effikaċi tar-riskji sistemiċi u prudenzjali tal-parteċipanti ewlenin tas-suq. L-analiżi makroprudenzjali u l-immaniġġjar tal-kriżi għandhom ikunu parti mill-mandat għall-ħarsien tal-istabilità finanzjarja. Il-Parlament Ewropew jappoġġja, fuq medda ta' żmien medja, l-iżvilupp ta’ superviżjoni għall-istituzzjonijiet trasnskonfinali fil-livell tal-UE kif ukoll it-twaqqif ta’ mekkaniżmu Ewropew biex isolvi l-kriżijiet li jaffettwawhom.
Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tlaqqa’ grupp ta’ esperti ta’ livell għoli biex jagħmel proposti għat-tisħiħ tal-arranġamenti superviżorji Ewropej. Il-grupp De Larosiere ippreżenta r-rapport tiegħu fi Frar tal-2009 u fit-23 ta’ Settembru 2009 l-Kummissjoni ressqet proposti leġiżlattivi konkreti li għandu jkollhom l-għan li:
– Jistabbilixxu netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu id f’id ma’ Awtorità Superviżorja Ewropea ġdida. Din l-awtorità għandu jkollha tliet pilastri. Kull pilastru għandu jibni fuq il-kumitati superviżorji Ewropej[5], jiġifieri dan għandu jwassal għal pilastru għall-ħidma Bankarja (ASE (Bankjar)), pilastru għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (ASE (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol)), u pilastru għall-Awtorità tat-Titoli u s-Swieq (ASE (Titoli u Swieq), filwaqt li "Kumitat Konġunt tal-Awtorità Superviżorja Ewropea" għandu jiżgura regolamentazzjoni kkonsolidata u superviżjoni xierqa tas-swieq finanzjarji Ewropej.
– L-istabbiliment ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li għandu jimmonitorja u jivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jirriżultaw minn żviluppi makroekonomiċi u minn żviluppi fis-sistema finanzjarja b’mod ġenerali. Għal dan il-għan, il-BERS jipprovdi twissija bikrija dwar riskji sistemiċi li jistgħu jkunu qegħdin jakkumulaw u, fejn ikun meħtieġ, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni biex dawn ir-riskji jiġu indirizzati.[6]
Il-Qorti tal-Ġustizzja[7] rrikonoxxiet li l-Artikolu 95 tat-Trattat dwar l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern jipprovdi bażi legali xierqa għat-twaqqif ta’ “korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni", fejn il-kompiti kkonferiti fuq tali entità jkunu marbuta mill-qrib mas-suġġetti tal-atti li japprossimaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.
Fis-26 t’Ottubru 2009, dawn il-proposti leġiżlattivi ġew segwiti bl-ewwel direttiva omnibus li temenda 11-il direttiva sabiex il-kompiti tal-istruttura superviżorja proposta jkunu definiti b’mod iktar ċar. Fix-xhur li ġejjin mistennija t-tieni direttiva omnibus sabiex tikkompleta dan l-eżerċizzju.
- [1] ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
- [2] ĠU C 25E, 29.1.2004, p. 394.
- [3] Mhux ippubblikat fil-Ġurna Uffiċjali.
- [4] ĠU C 9E, 15.1.2010, p. 48.
- [5] Dawn huma l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (KRET).
- [6] Għandu jiġi nnotat li dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jiffoka fuq il-proposti biex tiġi stabbilita s-SESF billi l-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti jiġu trasformati f’ASE. Il-proposta biex jiġi stabbilit l-BERS qiegħda tiġi diskussa f’memorandum separat.
- [7] Ara QĠE, C-217/04, pt. 44.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (29.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
(COM(2009)0502 – C7‑0168/2009 – 2009/0143(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sorveljanza finanzjarja Ewropea żvelati mill-kriżi finanzjarja riċenti, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' proposti bil-ħsieb li titwaqqaf sistema ta' sorveljanza finanzjarja iktar integrata u sostenibbli fl-UE. Din se tkun ibbażata fuq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), magħmula minn netwerk ta' superviżuri nazzjonali li jaħdmu id f'id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, maħluqa bit-trasformazzjoni tal-kumitati superviżorji Ewropej[1] f'Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ta' vera. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta' tliet aġenziji ddeċentralizzati Ewropej ġodda:
· l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE);
· l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX);
· l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).
2. It-trasformazzjoni tal-kumitati superviżorji Ewropej eżistenti f'awtoritajiet superviżorji Ewropej ta' vera effikaċi, jiġifieri aġenziji Ewropej, se tirrikjedi riżorsi aktar b'saħħithom - kemm f'termini ta' persunal kif ukoll f'termini ta' baġit. Fir-rigward tal-impatt tal-ħolqien ta' dawn it-tliet aġenziji fuq il-baġit Ewropew, dan se jammonta għal madwar EUR 59,699 miljun imqassma kif ġej:
|
Aġenzija |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
|
|
ABE |
5, 206 |
7, 355 |
8, 965 |
21, 527 |
|
|
AEAPX |
4, 235 |
5, 950 |
6, 799 |
16, 984 |
|
|
ESMA |
5, 465 |
7, 202 |
8, 491 |
21, 158 |
|
f'miljuni ta' Euro.
3. Dawn il-fondi se jiġu mill-Intestatura 1a, imma din l-Intestatura diġà tbati minn marġni mnaqqsa ħafna: l-aħħar programmar finanzjarju tal-Kummissjoni (Jannar 2010), li diġà qies l-ammonti għat-tliet aġenziji (fost modifiki oħrajn), jindika marġni ristretti ħafna sa tmiem il-qafas finanzjarju pluriennali attwali (bejn il-parentesi jinsabu l-marġni previsti fl-ipprogrammar finanzjarju ta' Jannar 2009):
- EUR 37,041 miljun għall-2011 (111,590 miljun)
- EUR 34,003 miljun għall-2012 (123,879 miljun)
- EUR 49,153 miljun għall-2013 (214,875 miljun).
Jekk wieħed iqis li fl-ipprogrammar finanzjarju ta' Frar 2009 l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi marġni ta' EUR 111.8 miljun għall-Intestatura 1a għall-2010 u rriżulta li kien biss ta' EUR 147,000, huwa ċar li s-sitwazzjoni hija delikata ħafna. Għaldaqstant, għandha titqies il-ħtieġa ta' reviżjoni possibbli tal-limiti massimi biex jiġi ssodisfat il-finanzjament ta' dawn it-tliet aġenziji ġodda.
4. Fil-fatt, l-ispiża reali tal-aġenziji se tkun ħafna ogħla, peress li se tammonta għal madwar EUR 149,17 miljun, imma l-Istati Membri se jikkontribwixxu, permezz tal-kofinanzjament, b'madwar EUR 89,497 miljun, li hu 60% tal-ispejjeż globali tal-funzjonament tal-aġenziji sa tmiem il-qafas finanzjarju pluriennali attwali:
|
Aġenzija |
2011 |
2012 |
2013 |
TOTAL |
|
|
ABE Stati Membri + UE = Total |
7, 809+5,206 =13,015 |
11, 033+7,355 =18, 388 |
13, 448+8,965 =22, 413 |
32,290+21, 527 =53, 816 |
|
|
AEAPX Stati Membri + UE = Total |
8, 197+4,235 =13, 662 |
10, 803+5,950 =18, 005 |
12, 737+6, 799 =21, 228 |
31,737+16, 984 =52,895 |
|
|
ESMA Stati Membri + UE = Total |
6, 352+5,465 =10,587 |
8, 925+7, 202 =14, 874 |
10,199+8,491 =16, 998 |
25,476+21, 158 =42, 459 |
|
f'miljuni ta' Euro
5. Fir-rigward tal-persunal, tliet aġenziji ġodda se jfissru, sal-2014, 269 aġent ieħor (224 AD u 45 AST):
|
Aġenzija |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
|
|
ABE persunal (AD/AST) |
40(36/4) |
62(53/9) |
80(69/11) |
90(73/17) |
|
|
AEAPX persunal (AD/AST) |
40 (32/8) |
62(50/12) |
73 (60/13) |
90 (77/13) |
|
|
ESMA persunal (AD/AST) |
43 (35/8) |
60 (50/10) |
76 (64/12) |
89 (74/15) |
|
6. Il-Kummissjoni qed tipproponi li t-tliet aġenziji l-ġodda jkollhom is-sede tagħhom fil-postijiet attwali tax-xogħol tal-kumitati superviżorji Ewropej (Frankfurt, fil-każ tal-AEAPX), li jidher li hu soluzzjoni raġonevoli ħafna kemm mil-lat prattiku kif ukoll minn dak finanzjarju, peress li se jiffaċilita l-bidu immedjat tal-funzjonijiet tal-aġenzija l-ġdida u jevita nefqa żejda b'istallazzjonijiet ġodda, trasferiment ta' persunal, eċċ.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
|
1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013, iżda li l-marġni disponibbli fl-intestatura 1a għall-perjodu 2011-2013 huwa limitat ħafna u li l-finanzjament ta' attivitajiet ġodda m'għandux jipperikola l-finanzjament ta' prijoritajiet oħra fis-sottointestatura 1a; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu għal analiżi tal-qafas finanzjarju pluriennali, flimkien ma' proposti konkreti biex jiġi aġġustat u rivedut qabel it-tmiem tal-ewwel simestru tal-2010 bl-użu tal-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u, b'mod partikolari, dawk li jinsabu fil-punti 21 sa 23 tiegħu, biex jiġi żgurat il-finanzjament tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (l-Awtorità) mingħajr ma jiġi pperikolat il-finanzjament ta' prijoritajiet oħra, u filwaqt li jiġi żgurat li jkun għad baqa' marġni suffiċjenti fis-sottointestatura 1a; |
Emenda 2 Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva |
Emenda |
|
|
1b. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali għandu jiġi applikat għat-twaqqif tal-Awtorità; jenfasizza li, jekk l-awtorita leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif tal-Awtorità, il-Parlament se jidħol fin-negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorita baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar il-finanzjament tal-Awtorità b'konformita mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali; |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 40 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(40) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura baġitarja tal-Komunità għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(40) Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni huwa suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba1. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit ġenerali huwa suġġett għall-proċedura ta' kwittanza. |
|
|
1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Awtorità hi stabbilita bħala aġenzija ddeċentralizzata tal-Unjoni Ewropea u se tkun ffinanzjata skont il-Ftehim Interistituzzjonali. Dan għandu jkun rifless fil-bażi legali tagħha. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; |
(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom isiru skont formola bbażata fuq l-aġġustament tal-voti stipulat fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni); |
(b) sussidju mill-Unjoni, imdaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Taqsima tal-Kummissjoni), suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif ipprovdut fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali; |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u s-sussidju mill-Unjoni, skont il-paragrafu 1(a) u (b), għandhom ikunu disponibbli fil-bidu ta' kull sena finanzjarja. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 50 – paragrafu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit għas-sena finanzjarja N. |
9. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit, li jkun magħmul minn dħul mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, għas-sena finanzjarja N. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. |
2. Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal. Il-miżuri implimentattivi għandhom jippermettu devjazzjonijiet iġġustifikati biex tiġi ggarantita l-aktar implimentazzjoni effikaċi possibbli tal-kompiti identifikati għall-Awtorità. |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Ewropea tal-Assikurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax- Xogħol |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 7.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jutta Haug 21.10.2009 |
|
|
|||||
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Damien Abad, Alexander Alvaro, Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Giovanni Collino, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Jutta Haug, Jiří Havel, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Vladimír Maňka, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Miguel Portas, Dominique Riquet, Sergio Paolo Francesco Silvestris, László Surján, Helga Trüpel, Daniël van der Stoep, Derek Vaughan, Angelika Werthmann |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Franziska Katharina Brantner, Giovanni La Via, Peter Šťastný |
|||||||
- [1] Dawn huma l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej (KRTE).
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (28.4.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
(COM(2009)0502 – C7‑0168/2009 – 2009/0143(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Íñigo Méndez de Vigo
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
In-nuqqas ta’ regolamentazzjoni finanzjarja xierqa f’livell Ewropew u d-dgħufija tal-mekkaniżmi għas-superviżjoni tas-suq kienu evidenti b’mod ċar waqt il-kriżi ekonomika u finanzjarja li laqtet lill-Ewropa fl-2008, u li għadna nbatu mir-riperkussjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni fasslet erba’ proposti – li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji hu responsabbli biex jgħaddihom mill-Parlament – ibbażati fuq ir-rapport mill-grupp ta’ esperti ppresedut minn Jacques de Larosière.
Biex jagħti l-opinjoni tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fittex li jeżamina bir-reqqa kif l-Awtorità Superviżorja Ewropea l-ġdida u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku maħluqa f'dawn il-proposti jistgħu joqogħdu bl-aħjar mod fis-sistema istituzzjonali. Iffoka wkoll fuq it-twaqqif ta’ standards tekniċi armonizzati għas-servizzi finanzjarji, sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tagħhom huma konsistenti min-naħa waħda u sabiex tiġi ggarantita protezzjoni xierqa għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea min-naħa l-oħra. Ir-relazzjoni mal-istituzzjonijiet tas-settur privat ġiet studjata b’attenzjoni speċjali f’din l-opinjoni, bħal ma ġiet studjata r-relazzjoni bejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Fl-aħħar, enfasizzajna l-problemi marbuta mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet transkonfinali.
Il-kriżi finanzjarja tal-2008 titlob rispons Ewropew għall-problemi Ewropej: bis-saħħa tas-setgħat il-ġodda li ngħata taħt it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament irid jieħu rwol deċiżiv f’dawn il-kwistjonijiet kollha.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu kemm hu.) |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura meta mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitajra u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
(1) Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll b’rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura meta mqabbla mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali. |
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu kemm hu.) |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżuri nazzjonali u Komunitarji, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell nazzjonali, u tagħti rwol ċentrali fis-superviżjoni ta’ gruppi transkonfinali lill-kulleġġi tas-superviżuri. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar il-Komunità. Għandha titwaqqaf Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, flimkien ma’ Awtorità Bankarja Ewropea u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej). |
(7) Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji għandha tkun netwerk ta’ awtoritajiet superviżuri nazzjonali u tal-Unjoni, li tħalli s-superviżjoni ta’ kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji li ma għandhomx dimensjoni fuq skala tal-Unjoni fil-livell nazzjonali. Il-Kulleġġi ta' Superviżuri għandhom jeżerċitaw sorveljanza fuq istituzzjonijiet transkonfinali li m'għandhomx dimensjoni fuq skala tal-Unjoni. L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għandha gradwalment tieħu r-responsabilità għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Apparti l-Awtorità, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq), kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (il-“Kumitat Konġunt”). Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jifforma parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja. |
|
|
(Il-bidliet fl-ismijiet tal-awtoritajiet għandhom japplikaw fit-test kollu kemm hu.) |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10a) Fil-Kawża Nru C-217/04, ir-Renju Unit v. il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li: "xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 KE ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista’ jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta’ korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta’ proċess ta’ armonizzazzjoni f’ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ qafas li ma jorbtux”1. Il-miżuri adottati skont l-Artikolu 95 tat-Trattat KE (li issa, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, hu l-Artikolu 114 TFUE) jistgħu jieħdu l-forma ta’ direttivi jew regolamenti. Pereżempju, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u anke l-Awtorità se tiġi stabbilita b’regolament. |
|
|
1 Sentenza tat-2 ta’ Mejju 2006, Ġabra 2006, p. I-3771, fil-paragrafu 44. |
|
|
2 ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-detenturi tal-poloz, benefiċjarji oħra u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi Komunitarja, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi skont il-liġi Komunitarja sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. L-abbozz tal-istandards tekniċi jkollhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards tekniċi jkun inkompativvli mal-Liġi Komunitarja, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern tas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
(13) Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-detenturi tal-poloz, benefiċjarji oħra u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala entità b’kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li, f’oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta’ standards tekniċi li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti ddelegati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f’dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Il-proċess għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi f’dan ir-regolament huwa bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tadotta fuq inizjattiva tagħha stess, miżuri implimentattivi skont il-proċeduri tal-komitoloġija fil-livell 2 tal-istruttura Lamfalussy kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Il-kwistjonijiet ikkonċernati mill-istandards tekniċi ma jinvolvux deċiżjonijiet politiċi, u l-kontenut tagħhom huwa inkwadrat mill-atti Komunitarji fil-Livell 1. L-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards mill-Awtorità jiżgura li huma jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-kompetenza speċjalizzata tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(14) Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Dawn ikunu soġġetti għal emendar fejn, pereżempju, ikunu inkompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni, ma jirrispettawx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew imorru kontra l-prinċipji fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif riflessi fl-acquis tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ adozzjoni bla intoppi u bil-ħeffa għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) F’oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
(15) F’oqsma mhux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jiddikjaraw pubblikament ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex ikunu kompletament trasparenti mal-parteċipanti fis-suq. Fl-oqsma li ma jkunux koperti minn standards tekniċi, l-Awtorità għandha tistabbilixxi u xxerred l-aħjar prattiki. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tindirizza Deċiżjoni lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzat skont l-Artikolu 226 tat-Trattat. |
(18) Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stabbilita mill-Awtorità, l-Awtorità għandha tindirizza Deċiżjoni bla dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 tat-Trattat. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-Komunità jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell Komunitarju. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Billi d-determinazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza tinvolvi livell ta’ diskrezzjoni sinifikanti, din is-setgħa għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarji li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. |
(20) Theddidiet serji għall-operat xieraq u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista’ titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jistabbilixxi meta jkun hemm sitwazzjoni ta' emerġenza. Sabiex ikun żgurat rispons effikaċi għas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom, li jkunu mmirati sabiex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi u jreġġgħu lura l-fiduċja fis-swieq. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi Komunitarja li japplikaw direttament għalihom. |
(21) Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn dawn l-awtoritajiet b’effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta’ konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jilħqu ftehim. Il-kompetenza tal-Awtorità għandha tkopri nuqqasijiet ta’ qbil dwar obbligi proċedurali fil-proċess ta’ kooperazzjoni kif ukoll dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni f’deċiżjonijiet superviżorji. Il-mekkaniżmi eżistenti ta’ konċiljazzjoni pprovduti fil-leġiżlazzjoni settorjali jridu jiġu rispettati. F’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom. Dan japplika wkoll għal nuqqas ta’ ftehim fil-kulleġġ tas-superviżuri. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 21 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21a) Il-kriżi kixfet nuqqasijiet serji u profondi fl-approċċi eżistenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, b’mod partikulari dawk l-istituzzjonijiet li huma l-akbar u l-aktar kumplessi, li jekk ifallu jkunu kapaċi jipproduċu ħsarat sistemiċi. Dawn in-nuqqasijiet serji jirriżultaw mid-diversi oqsma ta’ attività tal-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll mill-korpi superviżuri. Tal-ewwel jaġixxu f’suq mingħajr fruntieri, tal-aħħar jikkontrollaw ta’ kuljum jekk il-ġurisdizzjonijiet tagħhom jispiċċawx mal-fruntieri nazzjonali. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 21 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21b) Intwera b’mod ċar li l-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni użat biex tiġi riżolta din l-asimetrija mhuwiex biżżejjed. Kif indikat ir-Reviżjoni ta’ Lord Turner, ippubblikata f’Marzu 2009, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet għal intrapriżi li jiftħu fergħa fi Stat Membru ieħor (branch passporting), is-superviżjoni tal-pajjiż tal-oriġini u l-assigurazzjoni tad-depożiti purament nazzjonali mhumiex bażi solida għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fil-futur tal-banek transkonfinali għall-konsumaturi individwali”1. |
|
|
_____________ 1 fil-p. 101. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 21 c (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21c) Hemm biss żewġ soluzzjonijiet possibbli biex din il-kwistjoni tiġi riżolta: li tingħata aktar setgħa lis-superviżuri tal-pajjiż ospitanti jew li tinħoloq awtorità Ewropea alternattiva ġenwina. Kif hu ddikjarat ukoll fir-Reviżjoni ta’ Lord Turner “arranġamenti aktar solidi jirrikjedu jew setgħat nazzjonali msaħħa, li jimplikaw suq waħdieni anqas miftuħ, jew livell ogħla ta’ integrazzjoni Ewropea”. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 21 d (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21d) Is-soluzzjoni nazzjonali timplika li l-pajjiż ospitanti jista’ jiċħad id-dritt lil fergħat lokali li joperaw, sabiex jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta’ sussidjarji u mhux permezz ta’ fergħat u sabiex jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 21 e (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21e) Is-soluzzjoni Ewropea titlob li jissaħħu l-kulleġġi tas-superviżuri fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet transkonfinali u li s-setgħat superviżorji fuq istituzzjonijiet b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni progressivament jiġu trasferiti lil awtorità Ewropea. L-istituzzjonijiet finanzjarji b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni jinkludu dawk li joperaw b’mod transkonfinali, kif ukoll dawk li joperaw fi ħdan it-territorju nazzjonali sakemm il-falliment tagħhom ikun jista’ jhedded l-istabbiltà tas-suq finanzjarju waħdieni tal-Unjoni. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 21 f (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21f) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa li jiddefinixxu r-regoli superviżorji biex irawmu l-applikazzjoni koerenti tal-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni fil-Kulleġġi tas-Superviżuri bil-għan li tirrazzjonalizza l-funzjonament tal-proċess tal-iskambju tal-informazzjoni u trawwem il-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità għandha ġġib ruħha ta’ mexxejja fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li joperaw fl-Unjoni. L-Awtorità għandu jkollha wkoll rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti biex issolvi l-kunflitti bejn is-superviżuri nazzjonali. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 21 g (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(21g) Il-kulleġġi tas-superviżuri għandu jkollhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali li ma għandhomx dimensjoni fuq skala tal-Unjoni, imma fil-biċċa l-kbira tal-każi għad hemm differenzi bejn l-istandards u l-prattiki nazzjonali. Ma hemm l-ebda valur li jkun hemm konverġenza tar-regolamenti finanzjarji bażiċi jekk il-prattiki superviżorji jibqgħu frammentati. Kif jindika r-Rapport de Larosière “it-tagħwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki superviżorji differenti jridu jiġu evitati, peress li għandhom il-potenzjal li jdgħajfu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jħeġġu t-trasferiment tal-attività finanzjarja lejn pajjiżi b’superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid titqies li hi ġusta u bbilanċjata”. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 22 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22a) Is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni għandha tkun fdata lill-Awtorità. Is-superviżuri nazzjonali għandhom jaġixxu bħala aġenti tal-Awtorità u għandhom jintrabtu mal-istruzzjonijiet tal-Awtorità meta jissorveljaw l-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 22 b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22b) L-istituzzjonijiet finanzjarji b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni għandhom ikunu identifikati, waqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ tal-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. |
(23) Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista’ tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b’hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa’ tal-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista’ tiddeċiedi fuq ċerta kwistjoni superviżorja f’isimha minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja tiġi allokata lil superviżur li jkun f’pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tista’ tkun f’waqtha pereżempju għal raġunijiet ta’ ekonomiji ta’ skala jew ambitu, ta’ koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni tista’ tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u timmonitorja ftehimiet ta’ delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b’kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar intenzjonijiet ta’ ftehimiet ta’ delega sabiex tkun tista’ tesprimi opinjoni fejn ikun xieraq. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta’ tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f’waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki rigward id-delega u l-ftehimiet ta' delega. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) L-evalwazzjonijiet minn pari huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. |
(25) L-evalwazzjonijiet minn pari huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta’ kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn pari għandhom jiġu ppubblikati u l-aħjar prattiki għandhom jiġu identifikati u ppubblikati. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Komunità. Hija għandha tirrispetta b’mod sħiħ ir-rwoli u l-kompetenzi eżistenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fir-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet barra l-Komunità u f’fora internazzjonali. |
(28) Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta l-Unjoni fid-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ superviżuri barra l-Unjoni. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 32 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(32) Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fil-Komunità kif ukoll tal-fondi tal-pensjonijiet tax-xogħol (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u pensjonijiet tax-xogħol fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Komunità. |
(32) L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tagħtihom opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma tadotta l-abbozzi tal-istandards tekniċi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan it-tip, l-Awtorità għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni fl-Unjoni, kif ukoll tal-fondi tal-pensjonijiet tax-xogħol (inkluż kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lill-impjegati tagħhom, lid-dinja tal-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u pensjonijiet tax-xogħol fil-livell tal-konsumaturi, inkluż l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, tar-Riassigurazzjoni u tal-Fondi tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma’ gruppi ta’ utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti mill-Kummissjoni jew mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 33 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(33a) Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta' Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, hu evidenti li jekk pajjiż jagħżel li jinvoka s-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet għaliex ikun invoka s-salvagwardja. L-Awtorità, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imiss jittieħdu. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 37 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(37) President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Bord tas-Superviżuri permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
(37) President full-time, magħżul mill-Parlament Ewropew wara kompetizzjoni miftuħa, ġestita mill-Kummissjoni, u t-tfassil sussegwenti ta’ lista qasira mill-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvota. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 38 | |
|
Text proposed by the Commission |
Emenda |
|
(38) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib f’Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jassumi l-funzjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt għall-Konglomerati Finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea jew tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. |
(38) Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Kumitat Konġunt u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-konglomerati finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Servizzi Bankarji) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) għandhom jiġu adottati b’mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut għal perjodu ta’ 12-il xahar b’sistema ta’ rotazzjoni mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b’persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta' approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 64/225/KEE, id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 73/240/KEE, id-Direttiva 76/580/KEE, id-Direttiva 78/473/KEE, id-Direttiva 84/641/KEE, id-Direttiva 87/344/KEE, id-Direttiva 88/357/KEE, id-Direttiva 92/49/KEE, id-Direttiva 98/78/KE, id-Direttiva 2001/17/KE, id-Direttiva 2002/83/KE, id-Direttiva 2002/92/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/68/KE, id-Direttiva 2007/44/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att Komunitarju ieħor li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 64/225/KEE, id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 73/240/KEE, id-Direttiva 76/580/KEE, id-Direttiva 78/473/KEE, id-Direttiva 84/641/KEE, id-Direttiva 87/344/KEE, id-Direttiva 88/357/KEE, id-Direttiva 92/49/KEE, id-Direttiva 98/78/KE, id-Direttiva 2001/17/KE, id-Direttiva 2002/83/KE, id-Direttiva 2002/92/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2005/68/KE, id-Direttiva 2007/44/KE, id-Direttiva 2005/60/KE, id-Direttiva 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejħa 'SESF', li għandha taħdem bħala netwerk ta’ superviżuri, kif speċifikat aktar fl-Artikolu 39. |
imħassar |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 6 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tikkoopera mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, minn hawn ’il quddiem ‘BERS’, kif stipulat fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament. |
imħassar |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 1a |
|
|
Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarji (SESF), li għandha tiffunzjona bħala netwerk integrat ta' superviżuri li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet kollha tal-Unjoni u l-Istati Membri u Ewropea b'kompetenzi fil-qasam tas-superviżjoni finanzjarja kif imsemmi f'dan ir-Regolament u fir-regolamenti relatati tal-Unjoni. L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li jiżgura superviżjoni b'saħħitha u konsistenti mill-Unjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'mod li tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja, li jingħata appoġġ għal tkabbir sostenibbli tal-Unjoni u li jinqdew il-bżonnijiet tan-negozji u taċ-ċittadini. |
|
|
2. Is-SESF għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit mir-Regolament (UE) Nru .../... [BERS]; |
|
|
(b) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u Swieq) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru .../...[AETS]; |
|
|
(c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru .../... [ABE]; |
|
|
(d) l-Awtorità; |
|
|
(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (KKASE) previst fl-Artikolu 40; |
|
|
(f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru .../... [AETS], ir-Regolament (UE) Nru .../2009 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru .../... [ABE]; |
|
|
(g) il-Kummissjoni, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9. |
|
|
3. Il-partijiet kollha għas-SESF għandhom jikkooperaw mill-qrib bejniethom b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bi qbil mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
|
4. L-istituzzjonijiet finanzjarji kollha huma suġġetti għal atti legalment vinkolanti taħt il-liġi tal-Unjoni u għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti li huma partijiet għas-SESF. |
|
|
5. Is-SESF ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħat superviżorji nazzjonali skont l-atti Unjoni u skont il-prinċipji prudenzjali internazzjonali dwar is-superviżjoni bankarja. |
|
|
6. Huma biss dawk l-awtoritajiet superviżorji inklużi fis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja li għandhom ikunu intitolati jissorvejlaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tippromwovi funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
(b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-istandards u l-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi ta’ dan ir-Regolament u tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, tiżgura superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni u funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi fl-oqsma stipulati speċifikament fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
1. L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi sabiex tikkompleta, taġġorna u timmodifika l-elementi li mhumiex essenzjali għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). L-istandards tekniċi ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun limitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel ma tissottomettihom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha, fejn ikun xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati. |
L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi tal-istandards tekniċi u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati qabel ma tadottahom. L-Awtorità għandha titlob ukoll opinjoni jew parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha tressaq l-abbozzi tal-istandards tekniċi tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u, simultanjament, għandha tgħaddihom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz ta’ standards. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tapprova l-abbozz ta’ standards b’mod parzjali jew b’emendi meta l-interess Komunitarju jitlob dan. |
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz ta’ standards tekniċi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahomx, tiċħadhomx jew temendahomx. Il-Kummissjoni tista’ ttawwal dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha, waqt li tiddikjara r-raġunijiet. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-istandards jew tapprovahom b’mod parzjali jew bl-emendi, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
imħassar |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-istandards tekniċi bi qbil mal-Artikoli 7a sa 7d, fis-sura ta' regolamenti jew deċiżjonijiet. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7a |
|
|
Eżerċitar tad-delega għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi |
|
|
1. Is-setgħat sabiex jiġu adottati l-istandards tekniċi fis-sura tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indefinit. |
|
|
2. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. |
|
|
3. Is-setgħa li tadotta standards tekniċi tingħata lill-Kummissjoni b’mod soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7b sa 7d. |
|
|
4. Fir-rapport tal-President imsemmi fl-Artikolu 35(2), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards tekniċi li jkunu ġew approvati u liema awtoritajiet nazzjonali ma jkunux ikkonformaw magħhom. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 7 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7b |
|
|
Revoka tad-delega għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi |
|
|
1. Id-delega ta' setgħa għall-adozzjoni ta’ standards tekniċi msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
|
|
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika l-istandard tekniku li jista’ jkun soġġett għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka. |
|
|
3. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-revoka u ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-istandards tekniċi li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 7 c (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7c |
|
|
Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi |
|
|
1. Il-Parlament jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn. |
|
|
2. Jekk fi tmiem dan il-perjodu la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjaw għall-istandard tekniku, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
|
|
Qabel ma jiskadi dan il-perjodu u f'każijiet eċċezzjonali u ġustifkati kif dovut, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu t-tnejn jinfurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx l-intenzjoni li jqajmu oġġezzjonijiet għal standard tekniku. F'każi ta’ dan it-tip, l-istandard tekniku għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
|
|
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal standard tekniku, dan ma għandux jidħolx fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex qed toġġezzjona għall-istandard tekniku. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 7 d (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 7d |
|
|
Nuqqas ta' approvazzjoni jew emendar tal-istandards tekniċi |
|
|
1. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tapprovax standard tekniku jew temendah, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti r-raġunijiet tagħha. |
|
|
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu fi żmien xahar isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, għal laqgħa ad hoc sabiex jippreżentaw id-differenzi tagħhom. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 8 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjalment relatati. L-Awtorità għandha titlob ukoll opinjoni jew parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 8 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta' linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha tiddeċiedi jekk għandhiex l-intenzjoni li tikkonforma ma' dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. Fil-każ li jkollha l-intenzjoni li ma tikkonformax, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawk ir-raġunijiet. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 8 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Fir-rapport dwar l-attivitajiet tagħha msemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li tkun ħarġet, waqt li tiddikjara liema awtoritajiet nazzjonali ma jkunux ikkonformaw magħhom u tispjega kif l-Awtorità hi intenzjonata tiżgura li fil-futur dawn se jsegwu r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. |
imħassar |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
1. Fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi l-istandards tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 7, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fuq talba ta’ awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
2. Fuq talba ta’ awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni, ir-Riassigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fejn l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità superviżorja nazzjonali tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
4. Fejn l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien l-għaxart ijiem tax-xogħol stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Awtorità għandha tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità superviżorja nazzjonali tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu b’xahar. |
L-Awtorità għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn xahar minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. |
L-Awtorità għandha tiżgura li d-dritt tas-smigħ tad-destinatarji tad-deċiżjoni jiġi rrispettat. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
5. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Awtorità. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità superviżorja nazzjonali sabiex iżżomm jew treġġa’ lura lejn stat newtrali l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità superviżorja nazzjonali sabiex iżżomm jew treġġa’ lura lejn stat newtrali l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità għandha, skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom iċ-ċessazzjoni ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. |
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 4. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 7 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
7a. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet nazzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fil-Komunità, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, jew mill-BERS, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
1. Fil-każ ta’ żviluppi avversi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-Awtorità, mill-Kunsill, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni, jista’ joħroġ twissija li tiddikjara l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza sabiex l-Awtorità tkun tista’ tadotta mingħajr rekwiżiti oħrajn id-deċiżjonijiet individwali msemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Hekk kif joħroġ twissija, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jinnotifikaha simultanjament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fejn il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. |
2. Fejn tiġi ddikjarata l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza skont il-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tadotta d-deċiżjonijiet individwali meħtieġa biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskju li jista’ jipperikola l-operat sewwa u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
3. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha, skont ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż iċ-ċessazzjoni ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-BERS għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tistipula d-deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali jew l-istituzzjonijiet finanzjarji skont il-paragrafi 3 u 4. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità superviżorja nazzjonali oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2. |
1. Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni minn awtorità superviżorja nazzjonali oħra f’oqsma fejn il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) teħtieġ kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, għandha tieħu l-inizjattiva biex tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. |
2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li teħtieġhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, f’konformità mal-liġi Komunitarja. |
3. Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta’ konċiljazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 29(1), tieħu deċiżjoni biex tinstab soluzzjoni għan-nuqqas ta’ ftehim u biex jintalbu jieħdu azzjoni speċifika f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, b’effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż iċ-ċessazzjoni ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 għandhom jieħdu prijorità fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fuq l-istess kwistjoni. |
|
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4b. Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32(6), l-Awtorità għandha tistipula n-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex tinstab soluzzjoni għal dan in-nuqqas ta' qbil. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 11 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Soluzzjoni tan-nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fis-setturi kollha |
|
|
Il-Kumitat Konġunt għandu, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11, isib soluzzjoni għall-każijiet ta' nuqqas ta’ qbil li jistgħu jinqalgħu bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu qed jaġixxu skont l-Artikolu 42. |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxu biex tippromwovi l-ħidma effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-kulleġġi kollha. |
1. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u timmonitorja l-ħidma effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u sseddaq il-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fost il-kulleġġi kollha. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tipparteċipa bħala osservatur fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta’ dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala ‘awtorità superviżorja nazzjonali’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ. |
2. L-Awtorità għandha tipparteċipa fil-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għall-fini ta’ dik il-parteċipazzjoni, hija għandha titqies bħala ‘awtorità superviżorja nazzjonali’ skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti u, meta titlobha, hija għandha tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha kondiviża ma’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ. |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità tista’ toħroġ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3b. Rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti li l-Awtoritajiet il-ġodda jsibu soluzzjoni għal tilwim bejn superviżuri nazzjonali billi jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11. Meta ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil bejn is-superviżuri ta’ istituzzjoni transkonfinali, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 12 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 12a |
|
|
Is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji b’dimensjoni fuq skala tal-Unjoni |
|
|
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni fuq skala tal-Unjoni billi jaġixxu bħala l-aġent tal-Awtorità u billi jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija minnha, sabiex ikun iggarantit li japplikaw l-istess regoli superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi. |
|
|
2. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozz tar-regoli superviżorji tagħha lill-Kummissjoni u, simultanjament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-abbozz ta' regoli superviżorji skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7 jew fl-Artikolu 8. |
|
|
3. Deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Superviżuri bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1) għandha tidentifika l-istituzzjonijiet tal-assiguraturi sinifikanti b'dimensjoni fuq skala tal-Unjoni. Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji ta’ dan it-tip għandhom iqisu l-kriterji stabbiliti mill-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għas-Soluzzjoni ta' Tilwim Internazzjonali. |
|
|
4. L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa mudell ta' informazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-assiguraturi sinifikanti biex tiġi żgurata ġestjoni soda tar-riskju sistemiku tagħhom. |
|
|
5. Biex tiġi żgurata l-koresponsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-assiguraturi b'dimensjoni fuq skala tal-Unjoni, biex jitħarsu l-interessi tad-detenturi tal-poloz u l-interessi tal-benefiċjarji fl-Unjoni u biex jitnaqqas il-kost ta' kriżi finanzjarja sistemika għal dawk li jħallsu t-taxxi, għandha tiġi stabbilita Skema Ewropea għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni (l-Iskema). L-Iskema għandu jkollha wkoll rwol ta’ għajnuna għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni biex jegħlbu diffikultajiet meta jkun hemm ċans tajjeb li d-diffikultajiet ta’ dan it-tip ikunu jheddu l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju waħdieni tal-Unjoni. L-Iskema għandha tkun iffinanzjata permezz tal-kontributi minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji. Dawn il-kontributi jieħdu post dawk li jingħataw lill-iskemi għall-garanzija tal-assigurazzjoni nazzjonali ta' xejra simili. |
|
|
6. Meta r-riżorsi akkumulati mill-kontributi magħmula mill-assiguraturi ma jkunux biżżejjed biex isolvu l-kriżi, ir-riżorsi tal-Iskema jistgħu jiżdiedu permezz tal-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn. L-Istati Membri jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn mill-Iskema permezz ta' garanziji, u bi ħlas li jirrifletti kif jixraq ir-riskju meħud. Dawk il-garanziji għandhom jinqasmu bejn l-Istati Membri skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 7. |
|
|
7. Meta, f'ċirkostanzi estremi u eċċezzjonali u fil-kuntest ta' kriżi sistemika, ikun hemm il-falliment ta' istituzzjoni waħda jew aktar u r-riżorsi disponibbli ma jkunux biżżejjed, l-Istati Membri milquta għandhom jaffrontaw dan il-piż skont il-prinċipji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil (MtQ) attwali, kif emendat. |
|
|
8. Is-sħubija fl-Iskema għandha tieħu post is-sħubija fl-Iskemi għall-Garanzija tal-Assigurazzjoni nazzjonali eżistenti għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni li jieħdu sehem fiha. L-Iskema għandha tkun immaniġġjata minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta’ ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu eletti minn fost il-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali. Għandu jiġi stabbilit Bord Konsultattiv li jinkludi l-istituzzjonijiet tal-assiguraturi li jkunu qed jieħdu sehem fl-Iskema. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Awtorità għandha tiddelega lill-awtoritajiet fl-Istati Membri l-kompiti u r-responsabbiltajiet biex jissorveljaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji b'dimensjoni fuq skala tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 12a. |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu -1 (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fil-fora internazzjonali kollha li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
L-Awtorità għandha tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. |
2. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-BERS. Hija għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-ilħuq tal-kompiti tagħha, li ma tkunx f’format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu [15] tar-Regolament (KE) Nru …./... [BERS]. L-Awtorità għandha tiżviluppa protokoll xieraq għall-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa bl-ebda mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa direttament b'mod sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu juri b’mod ċar kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega għaliex u għandu jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla, organizzata u ġestita mill-Kummissjoni. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista qasira ta’ tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta' smigħ ta' dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minnhom. Il-kandidat li jintgħażel b’dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Meta l-Parlament Ewropew ikun tal-fehma li l-ebda wieħed mill-kandidati fil-lista qasira ma jkun jissodisfa b'mod suffiċjenti l-kwalifiki stipulati fl-ewwel subparagrafu, għandha terġa' tibda l-proċedura miftuħa tal-għażla. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew. |
imħassar |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob ukoll lill-President jew lis-sostitut tiegħu, filwaqt li jirrispetta b’mod sħiħ l-indipendenza tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni b’mod regolari quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u jwieġeb mistoqsijiet imressqa minn membri ta’ dak il-kumitat. |
1. Il-President għandu, tal-inqas kull tliet xhur, jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu. |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob lill-President sabiex jissottometti rapport dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. |
2. Il-President għandu jippreżenta rapport dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla. |
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u ġestita mill-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 39 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 39 |
imħassar |
|
Kompożizzjoni |
|
|
1. L-Awtorità għandha tifforma parti mis-SESF, li għandha taħdem bħala netwerk tas-Superviżuri. |
|
|
2. Is-SESF għandha tinkludi dawn li ġejjin: |
|
|
(a) l-awtoritajiet fl-Istati Membri, kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [ABE] u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru …/... [AETS ]; |
|
|
(b) l-Awtorità; |
|
|
(c) l-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [ABE]; |
|
|
(d) l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru …/… [AETS ]; |
|
|
(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previst fl-Artikolu 40; |
|
|
(f) il-Kummissjoni għall-għanijiet tat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 9 u 10. |
|
|
3. L-Awtorità għandha tikkoopera b’mod regolari u mill-qrib, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsettorjali oħra mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 40. |
|
Emenda 88 Proposta għal regolament Kapitolu IV – taqsima 2 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
KUMITAT KONĠUNT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ |
KUMITAT KONĠUNT |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza u tagħlim transsettorjali mal-Awtorità Bankarja Ewropea u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq, b'mod partikolari dwar: |
|
|
– il-konglomerati finanzjarji; |
|
|
– il-kontabilità u l-verifika; |
|
|
– l-analiżijiet mikroprudenzjali għall-istabbiltà finanzjarja; |
|
|
– il-prodotti ta' investiment għall-konsumaturi individwali; |
|
|
– il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll |
|
|
– l-iskambju ta' informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għall-appoġġ amministrattiv tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Dan jinkludi spejjeż fuq il-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, li jkun magħmul minn persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi proporzjon ġust tal-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Dawk l-awtoritajiet superviżuri inklużi fis-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji biss għandhom ikunu intitolati li jissorveljaw l-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni Ewropea. |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 40 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 40a |
|
|
Superviżjoni |
|
|
Fil-każ li istituzzjoni finanzjarja transkonfinali sinifikanti tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi liema Awtorità Superviżorja Ewropea għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti ewlenija u/jew tadotta deċiżjonijiet vinkolanti biex tinstab soluzzjoni tal-problemi bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 55 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. |
1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara mhux ġustifikabbli li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ ħsara bħal din. |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 66 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jevalwa inter alia: il-grad ta’ konverġenza fil-prattiki superviżorji standard milħuq mill-awtoritajiet nazzjonali; il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri; il-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-istituzzjonijiet transkonfinali, b'mod partikolari dawk b'dimensjoni fuq skala tal-UE; il-funzjonament tal-Artikolu 23 fir-rigward tas-salvagwardji u r-regolaturi; il-konverġenza superviżorja fl-oqsma tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tas-soluzzjoni tagħhom fl-Unjoni u l-kwistjoni jekk l-attivitajiet prudenzjali u t-tmexxija tan-negozju għandhomx ikunu ħaġa waħda jew separati. Ir-rapport għandu jkun fih proposti dwar kif jista' jkompli jiġi żviluppat ir-rwol tal-Awtorità u tas-SESF, bil-ħsieb li tinħoloq struttura superviżorja Ewropea integrata. |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 7.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Íñigo Méndez de Vigo 24.11.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
25.1.2010 |
6.4.2010 |
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
7.4.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 0 1 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Gerald Häfner, Ramón Jáuregui Atondo, Constance Le Grip, David Martin, Jaime Mayor Oreja, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, Guy Verhofstadt |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Luc Dehaene, Enrique Guerrero Salom, Anneli Jäätteenmäki, Íñigo Méndez de Vigo, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (19.5.2010)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
(COM(2009)0502 – C7‑0168/2009 – 2009/0143(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Françoise Castex
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
I. L-Isfond
Il-Kummissjoni ħarġet proposti għal struttura ġdida ta' sorveljanza finanzjarja Ewropea bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport De Larosière. Dawn il-proposti leġiżlattivi, ippubblikati mill-Kummissjoni fit-23 ta' Settembru 2009, għandhom l-għan li joħolqu:
- Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (ESFS) għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali ("superviżjoni mikroprudenzjali"), li tikkonsisti minn netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu flimkien ma’ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ESAs[1]), għaldaqstant tgħaqqad qafas Ewropew predominanti ġenerali għas-superviżjoni finanzjarja mal-kompetenza esperta ta’ entitajiet superviżorji mikroprudenzjali;
- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ESRB), biex jimmonitorja u jivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema b’mod ġeneral ("superviżjoni makroprudenzjali").
L-ESAs se jkunu l-entitajiet Komunitarji b'personalità legali u l-objettivi tagħhom għandhom iwasslu biex jikkontribwixxu għal (i) titjib fil-livell tar-regolament u s-superviżjoni, (ii) garanzija tal-integrità u tal-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, (iii) salvagwardja tal-istabilità tas-sistema finanzjarja filwaqt li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tas-superviżjoni fil-livelli Ewropej u internazzjonali.
II. Il-Pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur tappoġġa b’mod ġenerali l-proposti tal-Kummissjoni għal regoalment li jistabbilixxi struttura ġdida ta’ superviżjoni finanzjarja kif ukoll l-għan li tiġi żgurata superviżjoni aktar effikaċi sabiex ir-riskji fis-sistema finanzjarja jiġu identifikati aħjar. Il-kriżi finanzjarja wriet il-bżonn għal riforma f'dan il-qasam sabiex tiżdied il-kompetizzjoni billi jiġi mħeġġeġ livell uniformi għal opportunitajiet indaqs u tiġi żgurata l-konsistenza fl-arranġamenti u fir-regolament.
1. Artikolu 7 – Standards tekniċi
Il-proposta, li ġiet ippreżentata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, tirreferi fl-Artikolu 7 għall-oqsma tad-direttivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li fihom l-awtorità tista' tħejji abbozz ta' standards tekniċi, li skont il-proposta, huma approvati mill-Kummissjoni u adottati mill-Kummissjoni permezz tar-Regolamenti jew id-Deċiżjonijiet. Is-sistema l-ġdida ta' atti ddelegati u implimentattivi li ġew introdotti mit-Trattat ta' Lisbona hija differenti mill-komitoloġija l-"antika", li ma għadx għandha bażi fit-Trattati. Għaldaqstant għandu jkun ċar li l-Kummissjoni taġixxi fil-forma ta' att iddelegat skont l-Artikolu 290 TFUE u li l-Parlament huwa involut fil-proċedura b'konformità mal-Artikolu 290 TFUE. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-Kummissjoni mhijiex marbuta bl-abbozz ta' standards tekniċi fformolati mill-Awtorità.
2. Artikolu 9 - Applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji -
Artikolu 10 - Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u
Artikolu 11 - Soluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
a) Għoti ta’ poteri
L-abbozz ta' regolament jagħti poteri speċifiċi dwar l-Awtorità l-ġdida. Skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom il-possibilità limitata li jiddelegaw is-setgħat lill-eżekuttiv indipendenti jew lil korpi regolatorji, sakemm id-delegazzjoni tirrelata biss ma' kompetenzi eżekuttivi definiti b'mod ċar u sakemm, b'mod partikulari ebda setgħa biex isiru l-għażliet tal-politika ma tista' tingħata lil korp iddelegat. Barra minn hekk, ladarba l-Unjoni Ewropea tista' teżerċita biss il-poteri li ġiet mogħtija fit-Trattat b'konformità mal-proċeduri ddeterminati fit-Trattat, l-istituzzjonijiet ma jistgħux jiddelegaw aktar poteri minn dawk li ġew mogħtija permezz tat-Trattat (ara l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, Każ Meroni, 9/56, u 10/57 (1958) ECR 133).
b) Azzjoni diretta min-naħa tal-Awtorità
L-Artikoli 9(6), 10(3) u 11(4) tar-regolament propost jikkonferixxiu, "mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 226" (Artikolu ġdid 258 TFUE) "fejn il-ħtiġijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) huma applikabbli b'mod dirett għall-istituzzjonijiet finanzjarji, il-poter li jittieħdu deċiżjonijiet individwali indirizzati b'mod dirett għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri li qed jorbtuhom. Ir-rapporteur tipproponi li din il-possibilità li għandha l-Awtorità li tindirizza d-deċiżjonijiet li jorbtu b'mod dirett lill-parteċipant fis-suq għas-sitwazzjonijiet straordinarji tal-kriżijiet tal-Artikolu 10 tiġi llimitata. Filwaqt li l-Artikolu 10 jimxu mar-rieda politika ta’ reazzjoni b’ħeffa u b’effiċjenza meta jkun hemm kriżi biex ikunu ggarantiti l-funzjonament u l-integrità tas-suq u s-sistema finanzjarji, l-Artikoli 9 u 11 japplikaw f’sitwazzjonijiet normali ta’ kuljum.
Fuq il-bażi ta' kompromess appoġġat b'mod ġenerali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, adotta emendi rigward is-setgħat tal-Awtoritajiet biex jindirizzaw deċiżjonijiet individwali lill-parteċipanti fis-swieq f'sitwazzjonijiet ta' kuljum (l-Artikoli 9(6) u 11(4)) billi ppropona proċedura li għandha tiġi segwita bejn l-Awtorità u l-Kummissjoni biex is-setgħat tal-Awtoritajiet jiġu allinjati aħjar mas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(1) TUE u l-Artikolu 258 TFUE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
(16) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi Komunitarja huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f’oqsma fejn il-leġislazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u mingħajr kondizzjonijiet. |
(16) Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta’ nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiddefinixxi obbligi ċari u inkondizzjonali. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 30 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
(30) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-istituzzjonijiet finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità superviżorja nazzjonali ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. |
(30) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha neċessarja. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu l-eqreb għas-swieq finanzjarji u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, soġġett għar-rekwiżit li l-informazzjonai kunfidenzjali ma għandhiex issir disponibbli għal korpi u awtoritajiet li ma jkunux intitolati għaliha. Madankollu, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni direttament mingħand il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet oħrajn meta awtorità kompetenti ma jkollhiex jew ma tkunx tista’ tipprovdi tali informazzjoni fil-ħin. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta’ dawn it-talbiet diretti. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
(31) Il-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi t-twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha tiżgura s-segwitu. |
(31) Il-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità għandha taqsam kwalunkwe informazzjoni rilevanti mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Dejta marbuta ma’ impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata u għandha tkun protetta sistematikament u skont id-Dritt tal-Unjoni. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha tieħu azzjoni immedjata u tiżgura s-segwitu. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
(33) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja fl-immaniġġar ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabilità ta’ parteċipant f’istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabilitajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa xieraq li l-Kunsill jingħata rwol f’din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f’dan ir-rigward. |
(33) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi, b’mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti istituzzjonijiet finanzjarji individwali batuti. Il-miżuri mill-Awtorità f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta’ saldu li jaffettwaw l-istabilità ta’ parteċipant f’istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabilitajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Awtorità |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 6 - paragrafu 2 - punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4); |
(e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4) f’każijiet li jikkonċernaw il-liġi tal-Unjoni li tkun applikabbli direttament ;
|
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 7 – Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Livelli tekniċi |
Standards Tekniċi – atti delegati |
Amendment 7 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet bħala atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. |
Sabiex tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Awtorità għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Awtorità għandha tmexxi konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-kosti u l-benefiċċji relatati potenzjali. Il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit elettroniku tal-Awtorità. |
|
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
|
L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet. |
Meta l-awtorità kompetenti ma tapplikax dawk il-linji gwida jew rakkomandazzjonijiet, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawk ir-raġunijiet filwaqt li tagħti lill-awtorità kompetenti avviż xieraq bil-quddiem dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Applikazzjoni konsistenti tar-regoli Komunitarji |
In-nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjon |
|
1. Fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tkunx applikat sewwa l-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
1. Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu. |
|
2. Fuq talba ta’ awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
2. Fuq talba ta’ awtorità kompetenti waħda jew ta' aktar, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegat nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
|
Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. |
Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Awtorità mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha. |
|
3. Fuq talba ta’ awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar, tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-allegata applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja. |
3. L-Awtorità tista’, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. |
|
L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja. |
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
|
4. Fejn l-awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mal-liġi Komunitarja fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità superviżorja nazzjonali tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi Komunitarja. |
4. Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, tieħu deċiżjoni li tesiġi lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perijodu b’xahar. |
Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perijodu b’xahar. |
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt tad-destinatarji li jkollhom vuċi dwar id-deċiżjoni huwa rispettat. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt li għandhom id-destinatarji tad-deċiżjoni li jkollhom vuċi u jinstemgħu jiġi rispettat. |
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja. |
|
5. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
5. Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol li tirċievi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, fejn awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità superviżorja nazzjonali sabiex iżżomm jew treġġa’ lura lejn stat newtrali l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
6. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sal-perjodu taż-żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun għan-nuqqas ta’ konformità mill-awtorità kompetenti sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq intern jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja fl-attivitajiet transkonfinali tas-suq intern, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-parteċipanti tas-suq finanzjarju, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipant tas-suq finanzjarju li tkun teħtieġ l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. Qabel ma tiġi adottata deċiżjoni individwali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni biha. |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt li għandhom id-destinatarji tad-deċiżjoni jkollhom vuċi u jinstemgħu jiġi rispettat. |
|
|
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja. |
|
|
Fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-abbozz tad-deċiżjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tiddeċidi jekk tapprovax l-abbozz tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni ma tistax testendi dak il-perjodu. Il-Kummissjoni tista’ tapprova l-abbozz tad-deċiżjoni b’mod parzjali biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jkun jirrikjedi hekk. |
|
|
Meta l-Kummissjoni ma tapprovax l-abbozz tad-deċiżjoni jew tapprova parti biss minnu jew bl-emendi, għandha tinforma lill-Awtorità mingħajr dewmien permezz ta’ opinjoni formali. |
|
|
Fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi dik l-opinjoni formali, l-Awtorità għandha tirrevedi u tadatta d-deċiżjoni tagħha għall-opinjoni formali tal-Kummissjoni u tgħaddiha mingħajr dewmien lill-Kummissjoni. |
|
|
Fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi d-deċiżjoni emendata tal-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tiddeċidi jekk tapprovahiex jew tiċħadhiex. |
|
|
Jekk id-deċiżjoni emendata tiġi miċħuda mill-Kummissjoni, id-deċiżjoni għandha titqies li ma ġietx adottata. |
|
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. |
Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4. |
|
7. Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 6 għandhom jieħdu prijorità fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fuq l-istess kwistjoni. |
|
|
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 4 jew 6 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 11 – Titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Soluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali |
Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transkonfinali |
11 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 tat-Trattat, meta awtorità superviżorja nazzjonali ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi Komunitarja, inkluż it-twaqqif ta’ kwalunkwe prattika. |
4. Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali, skont il-proċedura kif jingħad fl-Artikolu 9(6), indirizzata lejn parteċipant fis-swieq finanzjarji li tirrikjedi li jieħu l-azzjoni neċessarja biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji minn pajjiżi terzi. Hija tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi amministrattivi ta' pajjiżi terzi. Tali arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali min-naħa tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. |
|
L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ sistemi superviżorji f’pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). |
|
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u awtoritajiet pubbliċi oħrajn tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. |
1. Meta jintalbu mill-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament, filwaqt li tiġi rrispettata għalkollox il-kunfidenzjalità applikabbli u d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni. |
|
L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. |
L-Awtorità tista’ titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti. Kwalunkwe talba bħal din għandha, fejn ikun possibbli, tuża format komuni ta' rappurtar. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa bl-ebda mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
1. L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 10 jew 11 ma taffettwa direttament ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa xahar wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità superviżorja nazzjonali li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità superviżorja nazzjonali. |
2. Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 11 taffettwa r- responsabilitajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa tlitt ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. |
Fi żmien ġimgħa min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 205 tat-Trattat, għandu, fi żmien xahrejn, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. |
Fejn l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fl-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu, fi żmien xahar, jiddeċiedi jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità tinżammx jew tiġix irrevokata. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjonui |
Emenda |
|
Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt sostituti, li għandhom ikunu individwi b’għarfien u b’esperjenza relevanti, għajr persunal attwali tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. |
Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri sostituti, li għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni tajba ħafna b'rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża dik superviżorja, f’livell li jkun għoli biżżejjed fil-qasam bankarju, tal-assigurazzjoni, is-swieq tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. |
PROĊEDURA
|
Title |
Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD) |
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
|||||||
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 7.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Françoise Castex 5.10.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
27.1.2010 |
|
|
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 0 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Daniel Hannan, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, József Szájer |
|||||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Kay Swinburne |
|||||||
- [1] Dawn huma l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).
PROĊEDURA
|
Titolu |
Awtorità Ewropea tal-Assikurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax- Xogħol |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0502 – C7-0168/2009 – 2009/0143(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.9.2009 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 7.10.2009 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 7.10.2009 |
EMPL 7.10.2009 |
JURI 7.10.2009 |
AFCO 7.10.2009 |
||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
EMPL 22.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Peter Skinner 20.10.2009 |
|
|
|||||
|
Eżami fil-kumitat |
23.11.2009 |
23.2.2010 |
23.3.2010 |
27.4.2010 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
10.5.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 0 5 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Othmar Karas, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ramon Tremosa i Balcells |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pervenche Berès, Carl Haglund, Syed Kamall, Philippe Lamberts, Catherine Stihler, Pablo Zalba Bidegain |
|||||||
|
Data tat-tressiq |
26.5.2010 |
|||||||