RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
8.6.2010 - (COM(2009)0194 – C7‑0158/2009 – 2009/0060B(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Kinga Gál u Barbara Lochbihler
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
(COM(2009)0194 – C7‑0158/2009 – 2009/0060B(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 179(1) u 181a, tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0158/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 209(1) u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0088/2009),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Titolu | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u r-Regolamernt (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja |
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja | |||||||||||||||
|
|
(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha toħloq il-ħtieġa ta' tibdil korrispondenti fit-test kollu). | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-proposta għal att li jemenda emendat kemm ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006, li jagħmlu parti mill-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti fi ħdan il-Parlament Ewropew. Għaldaqstant ġie mitlub li l-proposta tinqasam f'żewġ regolamenti differenti, wieħed għal kull strument ta' finanzjament. Ir-referenzi għal Regolament (KE) Nru 1905/2006 għaldaqstant tħassru. | ||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2 | ||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2) Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 1905/2006 u (KE) Nru 1889/2006 sabiex ikunu konformi mal-istrumenti oħrajn. |
(2) Fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament(KE) Nru 1889/2006 sabiex ikunu konformi mal-istrumenti oħrajn. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-proposta għal att li jemenda emendat kemm ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006, li jagħmlu parti mill-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti fi ħdan il-Parlament Ewropew. Għaldaqstant ġie mitlub li l-proposta tinqasam f'żewġ regolamenti differenti, wieħed għal kull strument ta' finanzjament. Ir-referenzi għal Regolament (KE) Nru 1905/2006 għaldaqstant tħassru. | ||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 1905/2006 Artikolu 25 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-proposta għal att li jemenda emendat kemm ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006, li jagħmlu parti mill-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti fi ħdan il-Parlament Ewropew. Għaldaqstant ġie mitlub li l-proposta tinqasam f'żewġ regolamenti differenti, wieħed għal kull strument ta' finanzjament. Ir-referenzi għal Regolament (KE) Nru 1905/2006 għaldaqstant tħassru. | ||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2, punt -1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1889/2006 Premessa 23 a (ġdida) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt -1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1889/2006 Artikolu 5 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
In the original report, the rapporteurs proposed to introduce the regulatory procedure with scrutiny (RPS) for the adoption of Strategy Papers under the EIDHR. As RPS no longer exists under the Lisbon Treaty, these amendments are withdrawn. In accordance with the mandate given by the Committee on Foreign Affairs on 3 December 2009, as well as on 28 April 2010, the rapporteurs now present new amendments introducing the procedure for delegated acts. As stipulated under Article 290 of the Lisbon Treaty on the power of delegation, these new amendments set out the objectives, content, scope and duration of the delegation of power, as well as the conditions to which the delegation is subject. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1889/2006 Artikolu 17 a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
In the original report, the rapporteurs proposed to introduce the regulatory procedure with scrutiny (RPS) for the adoption of Strategy Papers under the EIDHR. As RPS no longer exists under the Lisbon Treaty, these amendments are withdrawn. In accordance with the mandate given by the Committee on Foreign Affairs on 3 December 2009, as well as on 28 April 2010, the rapporteurs now present new amendments introducing the procedure for delegated acts. As stipulated under Article 290 of the Lisbon Treaty on the power of delegation, these new amendments set out the objectives, content, scope and duration of the delegation of power, as well as the conditions to which the delegation is subject. | ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 2 – punt 1 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1889/2006 Artikolu 17 b (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Justification | ||||||||||||||||
In the original report, the rapporteurs proposed to introduce the regulatory procedure with scrutiny (RPS) for the adoption of Strategy Papers under the EIDHR. As RPS no longer exists under the Lisbon Treaty, these amendments are withdrawn. In accordance with the mandate given by the Committee on Foreign Affairs on 3 December 2009, as well as on 28 April 2010, the rapporteurs now present new amendments introducing the procedure for delegated acts. As stipulated under Article 290 of the Lisbon Treaty on the power of delegation, these new amendments set out the objectives, content, scope and duration of the delegation of power, as well as the conditions to which the delegation is subject. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 2, punt 1 c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1889/2006 Artikolu 17 c (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
In the original report, the rapporteurs proposed to introduce the regulatory procedure with scrutiny (RPS) for the adoption of Strategy Papers under the EIDHR. As RPS no longer exists under the Lisbon Treaty, these amendments are withdrawn. In accordance with the mandate given by the Committee on Foreign Affairs on 3 December 2009, as well as on 28 April 2010, the rapporteurs now present new amendments introducing the procedure for delegated acts. As stipulated under Article 290 of the Lisbon Treaty on the power of delegation, these new amendments set out the objectives, content, scope and duration of the delegation of power, as well as the conditions to which the delegation is subject. | ||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-proposta leġiżlattiva tagħha għar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) u tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), il-Kummissjoni tipproponi biss emenda teknika waħda li tippermetti li l-ispejjeż relatati mat-taxxi, id-dazji u spejjeż oħra relatati mal-iffinanzjar ta' azzjonijiet taħt id-DCI u l-EIDHR fil-pajjiżi benefiċjarji jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-istrumenti. S'issa, id-DCI u l-EIDHR kienu l-uniċi strumenti finanzjarji li ma kkontemplawx eċċezzjoni għall-prinċipju tan-non-eleġibbiltà ta' spejjeż bħal dawn. L-emenda tippermetti l-iffinanzjar ta' dawn l-ispejjeż f'ċirkustanzi eċċezzjonali, biex b'hekk tinħoloq flessibilità ikbar fl-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti. Għal proġetti tal-EIDHR, dan hu partikularment importanti minħabba ċ-ċirkustanzi speċjali li jitwettqu fihom. Jista' jkun li l-gvernijiet ma jkunux iridu joħorġu eżenzjonijiet għal proġetti li ma jappoġġawx. L-emenda proposta mill-Kummissjoni għaldaqstant għandha tintlaqa' tajjeb.
Madankollu, il-proposta għal att li jemenda emendat kemm ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006, li jagħmlu parti mill-kompetenza ta' żewġ kumitati differenti fi ħdan il-Parlament Ewropew. Għaldaqstant intalab li l-proposta tinqasam f'żewġ regolamenti differenti, wieħed għal kull strument ta' finanzjarjament, u l-ewwel sensiela ta' emendi tħassar r-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1905/2006.
It-tieni sensiela ta' emendi addizzjonali proposti mir-rapporteurs ma tikkonċernax is-sustanza jew il-prijoritajiet li jinsabu fl-EIDHR, iżda t-tisħiħ tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament.
L-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea introduċa proċedura ġdida għall-Atti Delegati li trid tiġi applikata għall-miżuri implimentattivi skont atti kodeċiżi li jissodisfaw żewġ kriterji:
- il-miżuri jridu jkollhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali;
- il-miżuri jridu jitfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-regolament, jiġifieri billi jħassru uħud minn dawk l-elementi jew billi jisupplimentaw l-istrument biż-żieda ta' elementi godda mhux essenzjali.
Il-proċedura għall-Atti Delegati ssaħħaħ b'mod sinifikattivi s-setgħat tal-Parlament: Id-dritt għall-veto tal-Parlament jippermetti li dan jibblokka abbozz ta' miżura li jkollu oġġezzjoni kontrih, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tressaq proposta emendata. F'dan is-sens, hija tista' titqabbel mal-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju taħt il-proċedura ta' komitoloġija preċedenti li għall-ewwel kienu talbu r-rapporteurs, iżda li m'għadhiex applikabbli skont it-Trattat ta' Lisbona.
Fil-fehma tagħna, jidher ċar li l-Karti ta' Strateġija skont l-EIDHR jikkonformaw bis-sħiħ mal-kriterji għall-applikazzjoni tal-Proċedura għall-Atti Delegati (Art. 290 tat-TFUE):
- huma ta' applikazzjoni ġenerali u għandhom applikazzjoni għal perjodu fit-tul (3-4 snin)
- jissupplimentaw elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv billi jiddefinixxu oqsma u oġġettivi ta' prijorità għall-assistenza li tingħata lil zona tematika jew reġjunali;
- huma legalment vinkolanti, fis-sens li, skont l-Artikolu 6 tal-EIDHR, programmi ta' azzjoni annwali għandhom ikunu bbażati fuq karti ta' strateġija.
Il-proċedura għall-atti delegati madankollu m'għandhiex tapplika għal programmi ta' Azzjoni Annwali u Miżuri Speċjali.
Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-EIDHR tikkostitwixxi opportunità ideali sabiex tiżgura li l-istrument ikun konformi mar-rekwiżiti ġodda stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
PROCEDURA
|
Titolu |
strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006). |
|||||||
|
Referenzi |
COM(2009)0194 – C7-0158/2009 – 2009/0060B(COD) |
|||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-Parlament |
21.4.2009 |
|||||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.9.2009 |
|||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 17.9.2009 |
|
|
|
||||
|
Opinjoni mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 6.10.2009 |
|
|
|
||||
|
Rapporteur Data tal-ħatra |
Barbara Lochbihler 22.10.2009 |
Kinga Gál 22.10.2009 |
|
|||||
|
Eżami fil-Kumitat |
3.12.2009 |
28.4.2010 |
1.6.2010 |
|
||||
|
Data tal-adozzjoni |
1.6.2010 |
|
|
|
||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
48 1 4 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Sir Robert Atkins, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Alojz Peterle, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Ernst Strasser, Charles Tannock, Zoran Thaler, Inese Vaidere, Kristian Vigenin, Boris Zala |
|||||||
|
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Băsescu, Nikolaos Chountis, Hélène Flautre, Kinga Gál, Roberto Gualtieri, Judith Sargentini, Marietje Schaake, György Schöpflin, Alf Svensson, Renate Weber |
|||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, Michèle Striffler |
|||||||